02002L0055 — MT — 01.09.2022 — 010.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/55/KE

tat-13 ta’ Ġunju 2002

dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex

(ĠU L 193 20.7.2002, p. 33)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/61/KE tat-18 ta’ Ġunju 2003

  L 165

23

3.7.2003

►M2

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1829/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Settembru 2003

  L 268

1

18.10.2003

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/117/KE tat-22 ta' Diċembru 2004

  L 14

18

18.1.2005

►M4

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/124/KE tal-5 ta' Diċembru 2006

  L 339

12

6.12.2006

►M5

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/74/KE tas-26 ta’ Ġunju 2009

  L 166

40

27.6.2009

►M6

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/45/UE tas-7 ta’ Awwissu 2013

  L 213

20

8.8.2013

►M7

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/317 tat-3 ta' Marzu 2016

  L 60

72

5.3.2016

►M8

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/990 tas-17 ta' Ġunju 2019

  L 160

14

18.6.2019

►M9

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/177 tal-11 ta’ Frar 2020

  L 41

1

13.2.2020

►M10

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/432 tat-23 ta’ Marzu 2020

  L 88

3

24.3.2020

►M11

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/971 tas-16 ta’ Ġunju 2021

  L 214

62

17.6.2021




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/55/KE

tat-13 ta’ Ġunju 2002

dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex



L-Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-produzzjoni għall-iskop ta’ marketing, u għall-marketing, ta’ żerriegħa tal-ħaxix ġewwa l-Komunità.

M’għandiex tapplika għal żerriegħa tal-ħaxix murija li hi maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz.

L-Artikolu 2

1.  

Għall-iskop ta’ din id-Direttiva:

(a) 

“marketing”: għandha tfisser il-bejgħ, żamma għall-iskop ta’ bejgħ, offerta għal bejgħ u kull ħelsien, provvista jew trasferiment immirat għall-isfruttament kummerċjali ta’ żerriegħa lil terzi persuni, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk le.

Negozju f’żerriegħa mhux immirat għall-isfruttament kummerċjali tal-varjetà, bħall-operazzjonijiet li ġejjin, m’għandhomx jitqiesu bħala marketing:

— 
il-provvista ta’ żerriegħa għal ittestjar uffiċjali u korpi ta’ spezzjoni,
— 
il-provvista ta’ żerriegħa lil min jagħti servizzi għall-ipproċessar jew l-ippakkjar, iżda min jagħti s-servizzi m’għandux jakkwista titolu għaż-żerriegħa hekk provduta.

Il-provvista ta’ żerriegħa taħt ċerti kondizzjonijiet lil min jipprovdi s-servizzi għall-produzzjoni ta’ ċerti materji primi agrikoli, maħsuba għall-iskopijiet industrijali, jew il-propagazzjoni ta’ żerriegħa għal dak l-iskop, m’għandhomx jitqiesu bħala marketing, iżda min jagħti s-servizzi m’għandux jakkwista titolu jew fuq iż-żerriegħa hekk provduta jew fuq il-prodott tal-ħsad. Min jipprovdi ż-żerriegħa għandu jipprovdi l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni b’kopja tal-partijiet rilevanti tal-kuntratt magħmula ma min jipprovdi s-servizzi u dan għandu jinkludi l-istandards u l-kondizzjonijiet milħuqa miż-żerriegħa provduta.

Il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-disposizzjoni għandhom ikunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2);

▼M10

(b) 

“ħxejjex”: tfisser pjanti tal-ispeċijiet li ġejjin maħsuba għall-produzzjoni agrikola jew ortikulturali imma mhux għall-użu ornamentali:

Allium cepa L.

— 
Grupp Cepa (Basal, Echalion)
— 
Grupp Aggregatum (Shallot)

Allium fistulosum L. (Basal tal-għenieqed - Japanese bunching onion jew Welsh onion)

— 
il-varjetajiet kollha

Allium porrum L. (Kurrat)

— 
il-varjetajiet kollha

Allium sativum L. (Tewm)

— 
il-varjetajiet kollha

Allium schoenoprasum L. (Kurrat selvaġġ)

— 
il-varjetajiet kollha

Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm. (Maxxita)

— 
il-varjetajiet kollha

Apium graveolens L.

— 
Grupp tal-Karfus
— 
Grupp tas-Celeriac

Asparagus officinalis L. (Asparagu Sfraġ)

— 
il-varjetajiet kollha

Beta vulgaris L.

— 
Grupp tal-Pitravi (Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham)
— 
Grupp tas-Selq (Spinach beet jew il-weraq tal-pitravi)

Brassica oleracea L.

— 
Grupp tal-Kaboċċi tal-Weraq
— 
Grupp tal-Pastard
— 
Grupp tal-Capitata (Kaboċċa Ħamra u Kaboċċa Bajda)
— 
Grupp tal-Brussel Sprouts
— 
Grupp tal-Ġdur
— 
Grupp tal-Kaboċċi Mfelfla (Savoy)
— 
Grupp tal-Brokkli (tat-tip kalabris jew tat-tip li jnibbet)
— 
Grupp tal-Kaboċċi tat-Toskana
— 
Grupp tal-Kaboċċi Portugiżi (Tronchuda)

Brassica rapa L.

— 
Grupp tal-Kaboċċi Ċiniżi
— 
Grupp tan-Nevew

Capsicum annuum L. (Bżar aħmar jew Bżar ieħor)

— 
il-varjetajiet kollha

Cichorium endivia L. (Indivja)

— 
il-varjetajiet kollha

Cichorium intybus L.

— 
Grupp taċ-Ċikwejra Witloof
— 
Grupp taċ-Ċikwejra tal-Weraq (Ċikwejra b’weraq kbir jew ċikwejra Taljana)
— 
Grupp taċ-Ċikwejra Industrijali (Għerq)

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai (Dulliegħ)

— 
il-varjetajiet kollha

Cucumis melo L. (Bettieħ)

— 
il-varjetajiet kollha

Cucumis sativus L.

— 
Grupp tal-Ħjar
— 
Grupp tal-Ħjar Żgħir

Cucurbita maxima Duchesne (Qara’ aħmar)

— 
il-varjetajiet kollha

Cucurbita pepo L. (Qargħa bagħli, inkluż il-qargħa aħmar u l-qargħa arzella matur, jew Zukkini, inkluż il-qargħa arzella immatur)

— 
il-varjetajiet kollha

Cynara cardunculus L.

— 
Grupp tal-Qaqoċċ
— 
Grupp tal-Kardun

Daucus carota L. (Karrotti u Karrotti għall-għalf)

— 
il-varjetajiet kollha

Foeniculum vulgare Mill. (Bużbież)

— 
Grupp tal-Azoricum

Lactuca sativa L. (Ħass)

— 
il-varjetajiet kollha

Solanum lycopersicum L. (Tadam)

— 
il-varjetajiet kollha

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

— 
Grupp tat-Tursin tal-Weraq
— 
Grupp tat-Tursin tal-Għerq Kbir

Phaseolus coccineus L. (Fażola ta’ Spanja)

— 
il-varjetajiet kollha

Phaseolus vulgaris L.

— 
Grupp tal-Fażola Franċiża Żgħira
— 
Grupp tal-Fażola Franċiża li tixxeblek

Pisum sativum L.

— 
Grupp tal-Piżella Tonda
— 
Grupp tal-Piżella Mkemmxa
— 
Grupp tal-Piżella Ħelwa

Raphanus sativus L.

— 
Grupp tar-Ravanell
— 
Grupp tar-Ravanell Iswed

Rheum rhabarbarum L. (Rabarbru)

— 
il-varjetajiet kollha

Scorzonera hispanica L. (Scorzonera jew salsafja sewda)

— 
il-varjetajiet kollha

Solanum melongena L. (Brunġiel)

— 
il-varjetajiet kollha

Spinacia oleracea L. (Spinaċi)

— 
il-varjetajiet kollha

Valerianella locusta (L.) Laterr. (Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf)

— 
il-varjetajiet kollha

Vicia faba L. (Ful)

— 
il-varjetajiet kollha

Zea mays L.

— 
Grupp tal-Qamħirrum Ħelu
— 
Grupp tal-Popcorn

L-ibridi kollha tal-ispeċijiet u tal-Gruppi elenkati hawn fuq.

▼B

(ċ) 

“żerriegħa bażika”: tfisser żerriegħa

(i) 

li kienet prodotta taħt ir-responsabbilità ta’ min irabbi skond il-prattiċi aċċettati għall-manutenzjoni tal-varjetà;

(ii) 

li hija maħsuba għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata”;

(iii) 

li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 22, tissodisfa l-kondizzjonijiet provduti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

▼M3

(iv) 

li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew, fil-każ tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, jew permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi (i), (ii) u (iii);

▼B

(d) 

“żerriegħa ċertifikata”: tfisser żerriegħa

(i) 

li hija prodotta direttament miż-żerriegħa bażika jew, jekk min irabbi hekk jitlob, minn żerriegħa ta’ ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika li tissodisfa u nstabet minn eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet provduti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika;

(ii) 

li hija maħsuba primarjament għall-produzzjoni tal-ħxejjex;

(iii) 

li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-punt (b) ta’ l-Artikolu 22, tissodisfa l-kondizzjonijiet provduti fl-Annessi I u II għal żerriegħa ċertifikata;

▼M3

(iv) 

li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii);

▼B

(v) 

li hija suġġett għal kontroll ta’ wara uffiċjali bi spezzjoni ta’ verifika biex ikunu verifikati l-identità varjetali u l-purità varjetali tagħhom;

(e) 

“żerriegħa standard”: tfisser żerriegħa

(i) 

li għandha biżżejjed identità varjetali u purità varjetali;

(ii) 

li hija maħsuba l-aktar għall-produzzjoni tal-ħxejjex;

(iii) 

li tissodisfa l-kondizzjonijiet provduti fl-Anness II; u

(iv) 

li hija suġġetta għal kontroll ta’ wara uffiċjali minn spezzjoni ta’ verifika biex ikunu verifikati l-identità varjetali u l-purità varjetali tagħha;

(f) 

“miżuri uffiċjali”: tfisser miżuri meħuda

(i) 

minn awtoritajiet ta’ l-Istat; jew

(ii) 

minn xi persuna legali kemm jekk irregolata bid-dritt pubbliku jew privat, li taġixxi taħt ir-responsabbilità ta’ l-Istat; jew

(iii) 

fil-każ ta’ attivitajiet anċillari li huma taħt il-kontroll ta’ l-Istat, minn kull persuna naturali debitament maħlufa għal dak l-iskop;

iżda li l-persuna msemmija taħt (ii) u (iii) ma jkollhom l-ebda qligħ privat minn dawk il-miżuri;

(g) 

“pakketti żgħar KE”: tfisser pakketti li jkollhom żerriegħa sa piż massimu nett ta’

(i) 

5 kg għal legumi;

(ii) 

500 g għal basal, sorfolja, asparagus, pitravi chard, pitravi ħamra jew beetroot, turnips, dullliegħ, qargħa, qargħa bagħli, karrotti, ravanell, sassefrika jew salsify, spinaċi, valerjanella;

(iii) 

100g għal kull speċi oħra ta’ ħaxix.

2.  
Emendi li għandhom isiru għal-lista ta’ l-ispeċi msemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom ikunu adottati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 46(2).
3.  
It-tipi differenti ta’ varjetajiet, inkluż il-komponenti, jistgħu jkunu speċifikati u definiti skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 46(2).

▼M3

4.  

Meta l-eżaminazzjonijiet taħt sorveljanza uffiċjali msemmija fil-paragrafu (1)(ċ)(iv) u (1)(d)(iv) huma mwettqa, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:

A. 

Spezzjoni fuq il-post

(a) 

L-ispetturi għandhom:

(i) 

ikollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa;

(ii) 

ma jiksbu l-ebda vantaġġ privat konness mat-twettiq ta' l-ispezzjonijiet;

(iii) 

ikunu mogħtija liċenzja b'mod uffiċjali mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat u din il-liċenzja għandha tinkludi jew il-ġurament ta' l-ispetturi jew il-firma mill-ispetturi ta' stqarrija ta' impenn bil-miktub għar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali;

(iv) 

jwettqu spezzjonijiet taħt is-sorveljanza uffiċjali skond ir-regoli applikabbli għal spezzjonijiet uffiċjali.

(b) 

L-uċuħ taż-żerriegħa li għandhom jiġu spezzjonati għandhom jitkabbru miż-żerriegħa li ġiet sottomessa għal kontroll uffiċjali ta' wara li r-riżultati tiegħu kienu sodisfaċenti.

(ċ) 

Proporzjon mill-uċuħ taż-żerriegħa għandhom jiġu kkontrollati minn spetturi uffiċjali. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %.

(d) 

Proporzjon tal-kampjuni mil-lottijiet ta' żerriegħa maħsuda minn uċuħ taż-żerriegħa għandhom jittieħdu għal kontroll uffiċjali ta' wara u, fejn xieraq għal eżaminar uffiċjali taż-żerriegħa fil-laboratorju fir-rigward ta' identità ta' varjetà u purità.

(e) 

L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-pieni jistgħu jinkludu l-irtirar tal-liċenzja prevista f'(a) (iii), minn spetturi li ngħataw liċenzja b'mod uffiċjali li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.

B. 

Eżaminar taż-żerriegħa

(a) 

L-eżaminar taż-żerriegħa għandu jitwettaq minn laboratorji ta' l-eżaminar taż-żerriegħa li ġew awtorizzati għal dak l-għan mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fi (b) sa (d).

(b) 

Il-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkollu analista inkarigat li għandu responsabbilità diretta għall-operazzjonijiet tekniċi tal-laboratorju u li għandu l-kwalifiki meħtieġa għal amministrazzjoni teknika ta' laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa.

L-analisti taż-żerriegħa tiegħu għandu jkollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa miksuba f'korsijiet ta' taħriġ organizzati taħt kondizzjonijiet applikabbli għal analisti uffiċjali taż-żerriegħa u kkonfermati minn eżaminazzjonijiet uffiċjali.

Il-laboratorju għandu jinżamm f'bini u b'tagħmir kkunsidrat b'mod uffiċjali mill-awtorità kompetenti ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa bħala sodisfaċenti għall-fini ta' eżaminar taż-żerriegħa, fil-firxa ta' applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni.

Għandu jwettaq eżaminar taż-żerriegħa b'metodi internazzjonali attwali.

(ċ) 

Il-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkun:

(i) 

laboratorju indipendenti,

jew

(ii) 

laboratorju ta' kumpanija taż-żerriegħa.

Fil-każ imsemmi fi (ii), il-laboratorju jista' jwettaq l-eżaminar taż-żerriegħa biss fuq lottijiet ta' żerriegħa prodotti f'isem il-kumpanija ta' żerriegħa li jagħmel parti minnha, sakemm ma sarx ftehim ta' xorta oħra ma dik il-kumpanija, l-applikant għal ċertifikazzjoni taż-żerriegħa u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.

(d) 

L-eżekuzzjoni tal-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa fl-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkun soġġett għal sorveljanza xierqa mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.

(e) 

Għall-finijiet tas-sorveljanza msemmija f'(d) proporzjon tal-lottijiet taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali għandu jingħata eżami ta' kontroll minn eżaminar uffiċjali taż-żerriegħa. Dak il-proporzjon għandu ikun fil-prinċipju imxerred indaqs kemm jista' jkun fuq persuni fiżiċi u legali li jdaħħlu żerriegħa għal ċertifikazzjoni, u l-ispeċi mdaħħla, imma jista' jkun orjentat ukoll biex jelimina dubji speċifiċi. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %.

(f) 

L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dwar il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-pieni jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni provduta fi (a), minn laboratorji ta' l-eżaminar taż-żerriegħa awtorizzati b'mod uffiċjali li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.

▼B

L-Artikolu 3

1.  
Stati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-ħaxix m’għandiex tkun ċertifikata, verifikata bħala żerriegħa standard u mibjugħa kemm-il darba l-varjetà hija uffiċjalment aċċettata fi Stat Membru wieħed jew iżjed.
2.  

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi katalgu jew iżjed ta’ varjetajiet uffiċjalment aċċettati għaċ-ċertifikazzjoni, verifika bħala żerriegħa standard u bejgħ fit-territorju tiegħu. Il-katalgi għandhom ikunu suddiviżi skond il-varjetajiet:

(a) 

li ż-żerriegħa tagħhom tista’ tkun ċertifikata bħala jew “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata” jew tista’ tkun verifikata bħala “żerriegħa standard”, u

(b) 

li ż-żerriegħa tagħhom ma tistax tkun verifikata ħlief bħala żerriegħa standard.

Kull persuna tista’ tikkonsulta l-katalgi.

3.  
Għandu jkun stabbilit katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 16 u 17, fuq il-bażi ta’ katalgi nazzjonali ta’ l-Istati Membri.
4.  
Stati Membri jistgħu jipprovdu li l-aċċettazzjoni ta’ varjetà għall-inklużjoni fil-katalgu komuni jew fil-katalgu ta’ Stat Membru ieħor hu ekwivalenti għall-aċċettazzjoni fil-katalgi tagħhom stess. L-Istati Membri li jipprovdu għal dan għandhom jinħelsu mill-obbligi provduti fl-Artikolu 7, l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10(2) sa (5).

L-Artikolu 4

1.  
Stati Membri għandhom jiżguraw li varjetà hija aċċettata biss jekk hija distinta, stabbli u suffiċjentement uniformi.

Fil-każ ta’ ċikwejra industrijali, il-varjetà għandha tkun ta’ valur sodisfaċenti għall-koltivazzjoni u l-użu.

2.  
Fil-każ ta’ varjetà ġenetikament modifikata fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE il-varjetà għandha tkun aċċettata biss jekk il-miżuri xierqa kollha jkunu ittieħdu biex ikunu evitati effetti ħżiena fuq saħħet-il bniedem u l-ambjent.

▼M2

3.  
B'żieda ma' dan, meta materjal derivat minn varjetà ta' pjanta hu intenzjonat li jintuża f'ikel li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 3, jew f'għalf li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament ( 1 ), il-varjetà għandha tiġi aċċettata biss jekk tkun ġiet approvata skond dak ir-Regolament.

▼B

4.  
Fl-interess tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti kif speċifikat fl-Artikolu 44(2), l-Istat Membru jista’ jitbiegħed mill-kriterji ta’ aċċettazzjoni provduti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 safejn il-kondizzjonijiet speċifiċi huma stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46 waqt li jkunu kkunsidrati il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 44(3).

L-Artikolu 5

1.  
Varjetà għandha titqies bħala distinta jekk, tkun xi tkun l-oriġini, artifiċjali jew naturali, tal-varjazzjoni inizjali li tkun ġiet minnha, hija distingwibbli b’mod ċar f’karatteristika waħda jew iżjed importanti minn kull varjetà oħra magħrufa fil-Komunità.

Il-karatteristiċi għandhom ikunu jistgħu jkunu rikonoxxuti u definiti b’mod preċiż.

Varjetà fil-Komunità għandha tkun kull varjetà li, fi żmien meta l-applikazzjoni għall-aċċettazzjoni tal-varjetà li għandha tkun stmata ssir debitament, hija:

— 
jew elenkata fil-katalgu komuni tal-varjetajiet ta’ speċi veġetali jew fil-katalgu komuni ta’ l-ispeċi tal-pjanti agrikoli,
— 
jew, mingħajr ma tkun elenkata f’wieħed minn dawn il-katalgi, kienet aċċettata jew ntbagħtet għall-aċċettazzjoni fl-Istat Membru konċernat jew fi Stat Membru ieħor, jew għaċ-ċertifikazzjoni u marketing, jew għaċ-ċertifikazzjoni għal pajjiżi oħra, jew għal verifika bħala żerriegħa standard,

kemm-il darba l-kondizzjonijiet fuq imsemmija mhumiex aktar imħarsa fl-Istati Membri kollha konċernati qabel tittieħed id-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-aċċettazzjoni tal-varjetà li għandha tkun stmata.

2.  
Varjetà għandha titqies bħala stabbli jekk, wara propagazzjoni jew moltiplikazzjonijiet suċċessivi jew fi tmiem ta’ kull ċiklu (fejn min irabbi jkun definixxa ċiklu partikolari ta’ propagazzjoni jew moltiplikazzjonijiet) tibqa’ vera għad-deskrizzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tagħha.
3.  
Varjetà għandha titqies bħala suffiċjentement uniformi jekk, ħlief għal xi ftit abberazzjonijiet, il-pjanti li hija komposta minnhom huma, wara li jitqiesu l-karatteristiċi distintivi tas-sistemi riproduttivi tal-pjanti, simili jew ġenetikament identiċi fir-rigward tal-karatteristiċi, meħuda fit-total, li huma kkunsidrati għal dan l-iskop.

L-Artikolu 6

Stati Membri għandhom jiżguraw li varjetajiet li jiġu minn Stati Membri oħra huma soġġetti għall-istess ħtiġiet, partikolarment fir-rigward tal-proċedura ta’ l-aċċettazzjoni, bħal dawk li japplikaw għall-varjetajiet domestiċi.

L-Artikolu 7

1.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-aċċettazzjoni tal-varjetajiet ikunu ibbażati fuq ir-riżultati ta’ eżamijiet uffiċjali, partikolarment provi tat-tkabbir, li jkopru numru suffiċjenti ta’ karatteristiċi għal varjetà li għandha tkun deskritta. Il-metodi wżati għad-determinazzjoni ta’ karatteristiċi għandhom ikunu preċiżi u affidabbli. Biex tkun stabbilita d-diversità, il-provi tat-tkabbir għandhom jinkludu ta’ lanqas il-varjetajiet disponibbli paragunabbli li huma varjetajiet magħrufa fil-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1). Għall-iskop ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9, varjetajiet oħra disponibbli paragunabbli għandhom ikunu inklużi. Fil-każ ta’ varjetajiet li ma tistax tkun verifikata ż-żerriegħa ħlief bħala żerriegħa standard, ir-riżultati ta’ eżamijiet mhux uffiċjali u t-tagħrif miksub mill-esperjenza prattika matul il-koltivazzjoni jistgħu jitqiesu fir-rigward tar-riżultati ta’ eżami uffiċjali.

Għandu jkun preskritt, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) li, minn dati speċifiċi, varjetajiet ta’ ċerti speċi veġetali m’għandhomx ikunu aċċettati aktar ħlief fuq il-bażi ta’ testijiet uffiċjali.

2.  

Għandu jkun iffissat li ġej skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2), wara li jitqies it-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti:

(a) 

il-karatteristiċi għandhom ikunu koperti bħala minimu bl-eżamijiet ta’ speċi varji;

(b) 

il-ħtiġiet minimi għat-twettiq ta’ l-eżamijiet.

3.  
Fejn eżami ta’ komponenti ġenealoġiċi huwa meħtieġ biex ikunu studjati l-varjetajiet ibridi u sintetiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati ta’ l-eżami u d-deskrizzjoni tal-komponenti ġenealoġiċi huma, jekk min irabbi hekk jitlob, trattati bħala kunfidenzjali.
4.  
(a) 

Fil-każ ta’ varjetà modifikata ġenetikament msemmija fl-Artikolu 4(4) għandha ssir stima tar-riskju ambjentali ekwivalenti għal dik provduta fid-Direttiva 90/220KEE.

(b) 

Il-proċeduri li jiżguraw li stima tar-riskju għall-ambjent u elementi oħra rilevanti għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk provduti fid-Direttiva 90/220/KEE għandhom ikunu ntrodotti fuq proposta tal-Kummissjoni, f’Regolament tal-Kunsill ibbażat fuq bażi legali xierqa fit-Trattat. Sakemm jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament varjetajiet modifikati ġenetikament għandhom ikunu aċċettati biss għall-inklużjoni f’katalgu nazzjonali wara li kienet aċċettata għall-marketing skond id-Direttiva 90/220KEE.

(ċ) 

L-Artikoli 11 sa 18 tad-Direttiva 90/220KEE m’għandhomx japplikaw iżjed għall-varjetajiet modifikati ġenetikament ladarba r-Regolament imsemmi fil-punt (b) hawn fuq ikun daħal fis-seħħ.

(d) 

Id-dettalji tekniċi u xjentifiċi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istima tar-riskju għall-ambjent għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).

▼M2

5.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li varjetà intenzjonata biex tintuża f'ikel jew f'għalf kif imfisser fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel ( 2 ) tkun aċċettata biss jekk tkun ġiet awtorizzata skond il-leġislazzjoni rilevanti.

▼B

L-Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li meta tkun preżentata applikazzjoni għall-aċċettazzjoni ta’ varjetà, l-applikant għandu jindika jekk l-aċċettazzjoni kienitx diġà intalbet fi Stat Membru ieħor, liema Stat Membru kien ikkonċernat, u jekk l-applikazzjoni kienitx milqugħa.

L-Artikolu 9

1.  
L-Istati Membri għandhom jirranġaw għall-pubblikazzjoni uffiċjali tal-katalgu tal-varjetajiet aċċettati fit-territorju tagħhom u, fejn il-manutenzjoni tat-trobbija tal-varjetà hija meħtieġa, l-isem tal-persuna jew persuni responsabbli għal dan fil-pajjiżi tagħhom. Fejn diversi persuni huma responsabbli għall-manutenzjoni ta’ varjetà, mhemmx għalfejn ikunu ppubblikati l-ismijiet. Jekk l-ismijiet mhumiex ippubblikati, il-katalgu għandu jindika l-awtorità li jkollha l-elenku ta’ l-ismijiet tal-persuni responsabbli għall-manutenzjoni tal-varjetà.
2.  
L-Istati Membri għandhom, safejn possibbli, jiżguraw fiż-żmien ta’ l-aċċettazzjoni li l-varjetà hija magħrufa bl-istess isem fl-Istati Membri kollha.

Jekk huwa magħruf li ż-żerriegħa jew il-materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà partikolari huma mibjugħa f’pajjiż ieħor taħt isem differenti, dak l-isem għandu jkun indikat fil-katalgu.

Fil-każ tal-varjetajiet li huma derivati minn varjetajiet li l-aċċettazzjoni uffiċjali kienet determinata bis-saħħa ta’ l-Artikolu 12(3), it-tieni u t-tielet subparagrafu, u li kienu aċċettati fi Stat Membru wieħed jew iżjed minħabba l-miżuri uffiċjali msemmija f’dik id-disposizzjoni, jista’ jkun deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2), li l-Istati Membri kollha ta’ aċċettazzjoni għandhom jiżguraw li l-varjetajiet ikollhom ismijiet determinati taħt l-istess proċedura u li jħarsu il-prinċipji ta’ hawn fuq.

3.  

Meta titqies l-informazzjoni disponibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li varjetà li mhix distingwibbli b’mod ċar:

— 
minn varjetà aċċettata qabel fl-Istat Membru kkonċernat jew fi Stat Membru ieħor, jew
— 
minn varjetà oħra li ġiet stmata fir-rigward ta’ diversità, stabbilità u uniformità skond ir-regoli li jikkorrispondu ma’ dawk ta’ din id-Direttiva, mingħajr, iżda, ma tkun varjetà magħrufa fil-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1),

ikollha l-isem ta’ dik il-varjetà. Din id-disposizzjoni m’għandiex tapplika jekk dan l-isem x’aktarx iqarraq jew jikkawża konfużjoni dwar il-varjetà kkonċernata, jew jekk, bis-saħħa tad-disposizzjonijiet kollha ta’ l-Istat Membru kkonċernat li jiggvernaw l-ismijiet tal-varjetajiet, fatti oħra jipprevjenu l-użu tagħhom, jew jekk id-drittijiet ta’ terzi jimpedixxu l-użu ħieles ta’ dak l-isem fir-rigward mal-varjetà kkonċernata.

4.  
Stati Membri għandhom jagħmlu file speċjali fuq kull varjetà aċċettata, li jkollha deskrizzjoni tal-varjetà u riassunt ċar tal-fatti kollha li fuqhom l-aċċettazzjoni kienet ibbażata. Id-deskrizzjoni tal-varjetajiet għandhom jirrelataw għall-pjanti prodotti direttament miż-żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata” jew il-kategorija “żerriegħa standard”.
5.  
Stati Membri għandhom jiżguraw li varjetajiet modifikati ġenetikament li ġew aċċettati huma ndikati b’mod ċar bħala tali fil-katalgu tal-varjetajiet. Għandhom jiżguraw ukoll li kull persuna li tbiegħ din il-varjetà tindika b’mod ċar fil-katalgu tal-bejgħ tiegħu li dik il-varjetà hija modifikata ġenetikament.
6.  
Safejn hija kkonċernata jekk denominazzjoni ta’ varjetà hix xierqa, għandu japplika l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 tad-drittijiet tal-varjetà tal-pjanti tal-Komunità ( 3 ).

Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni fejn huwa kkonċernat jekk humiex xierqa denominazzjonijiet tal-varjetajiet jistgħu jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).

L-Artikolu 10

1.  
Kull applikazzjoni jew irtirar ta’ applikazzjoni għall-aċċettazzjoni ta’ varjetà, kull daħla fil-katalgu tal-varjetajiet kif ukoll kull emenda għaliha għandha tkun notifikata minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
2.  
Stati Membri għandhom, għal kull varjetà ġdida aċċettata, jibgħatu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi tagħha li ġew innotati bħala riżultat tal-proċedura ta’ l-aċċettazzjoni. Għandhom, fuq talba, jikkommunikaw ukoll deskrizzjoni tal-karatteristiċi speċjali li jippermettu li varjetà tkun distingwibbli minn varjetajiet oħra simili.
3.  
Kull Stat Membru għandu jagħmel disponibbli lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni il-files msemmija fl-Artikolu 9(4) fuq il-varjetajiet li huma aċċettati jew li m’għadhomx aċċettati. Informazzjoni mibdula dwar dawn il-files għandha tkun trattata bħala kunfidenzjali.
4.  
Stati Membri għandhom jiżguraw li l-files ta’ aċċettazzjoni huma disponibbli għall-użu personali u esklussiv ta’ kull persuna li tista’ turi interess leġittimu. Dawn id-disposizzjonijiet m’għandhomx japplikaw fejn l-informazzjoni għandha taħt l-Artikolu 7(3) tkun trattata kunfidenzjalment.
5.  
Fejn l-aċċettazzjoni tal-varjetà hija rifjutata jew revokata, ir-riżultati ta’ l-eżamijiet għandhom ikunu disponibbli għal persuni affettwati b’din id-deċiżjoni.

L-Artikolu 11

1.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-varjetajiet aċċettati għandhom jinżammu skond il-prattiċi aċċettati għall-manutenzjoni tal-varjetà.
2.  
Għandu jkun possibbli f’kull żmien li tkun verifikata l-manutenzjoni mir-rekords miżmuma mill-persuna jew persuni responsabbli għall-varjetà. Dawn ir-rekords għandhom ikopru wkoll il-produzzjoni tal-ġenerazzjonijiet kollha qabel iż-żerriegħa bażika.
3.  
Jistgħu jintalbu kampjuni mill-persuna responsabbli għall-varjetà. Dawn il-kampjuni jistgħu jekk meħtieġ jittieħdu uffiċjalment.
4.  
Fejn il-manutenzjoni ssir fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn il-varjetà kienet aċċettata, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħinu lil xulxin amministrattivament fir-rigward ta’ verifiki.

L-Artikolu 12

1.  
L-aċċettazzjoni għandha tkun valida sa l-aħħar ta’ l-għaxar sena kalendarja wara l-aċċettazzjoni.

L-aċċettazzjoni tal-varjetajiet mill-awtoritajiet ta’ dik li kienet r-Repubblika Demokratika Ġermaniża qabel l-unifikazzjoni tal-Ġermanja għandha tibqa’ valida sa’ l-aħħar ta’ l-għaxar sena kalendarja sa l-aktar tard wara d-dħul tagħhom fil-katalgu tal-varjetajiet magħmula mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skond l-Artikolu 3(1).

2.  
L-aċċettazzjoni ta’ varjetà tista’ tiġġedded f’intervall partikolari jekk għadha ppubblikata fuq skala tali li jiġġustifika dan, jew għandha tinżamm fl-interess tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, u sakemm il-ħtiġiet dwar id-diversità, uniformità u stabbilità, jew kriterji determinati taħt l-Artikolu 44(2) u (3), għadhom sodisfatti. Ħlief fil-każ tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 44, l-applikazzjonijiet għat-tiġdid għandhom jintbagħtu mhux aktar tard minn sentejn qabel li jiskadi ż-żmien ta’ l-aċċettazzjoni.
3.  
Il-perjodu tal-validità ta’ l-aċċettazzjoni għandu jkun estiż proviżorjament sakemm tittieħed deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għat-tiġdid.

Fil-każ ta’ varjetajiet li għalihom tingħata l-aċċettazzjoni qabel l-1 ta’ Lulju 1972 jew, fir-rigward tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit, qabel l-1 ta’ Jannar 1973, il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jista’ jkun estiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2), sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1990 għall-varjetajiet individwali, fejn il-miżuri uffiċjali organizzati fuq bażi Komunitarja jkunu ttieħdu qabel l-1 ta’ Lulju 1982 biex ikun żgurat li l-kondizzjonijiet għat-tiġdid ta’ l-aċċettazzjoni tagħhom jew għall-aċċettazzjonijiet ta’ varjetajiet derivati minnhom jintlaħqu.

Fir-rigward tal-Greċja, l-Ispanja u l-Portugal, it-tmiem tal-perjodu ta’ l-aċċettazzjoni għal ċerti varjetajiet li jkunu ngħataw l-aċċettazzjoni f’dawk l-Istati Membri qabel l-1 ta’ Jannar 1986 jistgħu, fuq talba ta’ dawk l-Istati Membri, jkunu ffissati għat-30 ta’ Ġunju 1990, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2), u l-varjetajiet konċernati jistgħu jkunu nklużi fil-miżuri uffiċjali msemmija fit-tieni subparagrafu.

L-Artikolu 13

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitneħħa kull dubju li jqum wara l-aċċettazzjoni ta’ varjetà dwar l-apprezzament tad-diversità tagħha jew ta’ isimha fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni.
2.  
Fejn, wara l-aċċettazzjoni ta’ varjetà, huwa stabbilit li l-kondizzjoni dwar id-diversità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5 ma tintlaħaqx fiż-żmien ta’ l-aċċettazzjoni, l-aċċettazzjoni għandha tinbidel b’deċiżjoni oħra jew, fejn xieraq, revoka, li tikkonforma ma’ din id-Direttiva.

B’din id-deċiżjoni l-oħra, il-varjetà għandha, bis-seħħ mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tagħha tal-bidu, ma tibqax tkun ikkunsidrata bħala varjetà magħrufa fil-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1).

3.  
Meta, wara l-aċċettazzjoni ta’ varjetà, huwa stabbilit li l-isem fit-tifsira ta’ l-Artikolu 9 mhux aċċettabbli meta l-varjetà kienet aċċettata, l-isem għandu jkun adattat b’tali mod li jikkonforma ma’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-isem ta’ qabel biex jintuża temporanjament bħala isem addizzjonali. L-arranġamenti dettaljati li f’konformità magħhom l-isem ta’ qabel jista’ jintuża bħala isem addizzjonali jistgħu jkunu provduti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).
4.  
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) jistgħu jkunu stabbiliti regoli għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3.

L-Artikolu 14

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċettazzjoni ta’ varjetà hija revokata:

(a) 

jekk ikun ipprovat, wara eżami, li l-varjetà mhux aktar diversa, stabbli jew suffiċjentement uniformi;

(b) 

jekk il-persuna jew persuni responsabbli għall-varjetà hekk jitolbu, kemm-il darba l-manutenzjoni tal-varjetà hija assigurata.

2.  

L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw l-aċċettazzjoni ta’ varjetà:

(a) 

jekk il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi adottati bis-saħħa ta’ din id-Direttiva mhumiex imħarsa;

(b) 

jekk, fiż-żmien ta’ l-applikazzjoni għall-aċċettazzjoni jew matul l-eżami, ikunu ngħataw partikolaritajiet foloz jew frawdolenti dwar fatti fuq il-bażi ta’ liema ngħatat l-aċċettazzjoni.

L-Artikolu 15

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li varjetà titħassar mill-katalgi tagħhom jekk l-aċċettazzjoni tal-varjetà ġiet revokata jew jekk il-perjodu ta’ validità ta’ l-aċċettazzjoni jkun skada.
2.  
L-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tat-territorju tagħhom, iħallu perjodu għaċ-ċertifikazzjoni, verifika bħala żerriegħa standard u marketing taż-żerriegħa sa l-aktar tard it-30 ta’ Ġunju tat-tielet sena wara l-iskadenza ta’ l-aċċettazzjoni.

Fil-każ ta’ varjetajiet li kienu elenkati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 17(1) fil-katalgu komuni tal-varjetajiet imsemmija fl-Artikolu 18 il-perjodu li jiskadi l-aħħar fost dawk mogħtija mid-diversi Stati Membri ta’ l-aċċettazzjoni taħt l-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għall-bejgħ fl-Istati Membri kollha, iżda ż-żerriegħa tal-varjetà kkonċernata m’għandiex tkun soġġetta għal xi restrizzjoni ta’ marketing fir-rigward tal-varjetà.

3.  
Fil-każ ta’ varjetajiet fejn l-aċċettazzjoni tagħhom ġiet imġedda bis-saħħa ta’ l-Artikolu 12(3), l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-ismijiet użati qabel dan it-tiġdid jintużaw sat-30 ta’ Ġunju 1994.

L-Artikolu 16

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, b’seħħ mill-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17, żerriegħa ta’ varjetajiet aċċettati skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew skond il-prinċipji li jikkorrispondu ma dawk ta’ din id-Direttiva ma jkunu soġġetti għall-ebda restrizzjonijiet ta’ marketing relatati mal-varjetà.
2.  

L-Istati Membri jistgħu, fuq l-applikazzjoni li għandha tkun trattata kif provdut fl-Artikolu 46(2) jew fl-Artikolu 46(3) fil-każ ta’ varjetajiet ġenetikament modifikati, ikunu awtorizzati li jipprojbixxu l-użu tal-varjetà fit-territorju kollu jew f’parti, jew biex jipprovdu kondizzjonijiet xierqa għall-koltivazzjoni tal-varjetà skond, fil-każijiet provduti fil-paragrafu (b), bil-kondizzjonijiet għall-użu tal-prodotti li jirriżultaw minn din il-koltivazzjoni:

(a) 

fejn ikun stabbilit li l-koltivazzjoni tal-varjetà tista’ tkun ta’ ħsara mil-lat tas-saħħa tal-pjanti għall-koltivazzjoni ta’ varjetajiet jew speċi oħra; jew

(b) 

fejn għandu raġunijiet validi li mhumiex dawk diġa msemmija jew li setgħu issemmew matul il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2) għall-konsiderazzjoni li l-varjetà tippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-ambjent.

L-Artikolu 17

Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri u kif din tkun irċevuta, tippubblika fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej taħt it-titolu “Katalgu Komuni tal-Varjetajiet ta’ Speċi tal-Pjanti Agrikoli” lista tal-varjetajiet kollha li ż-żerriegħa tagħhom hija soġġetta taħt l-Artikolu 16 għall-ebda restrizzjonijiet tal-bejgħ fir-rigward ta’ varjetà, u wkoll l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 9(1) dwar il-persuna jew persuni responsabbli għall-manutenzjoni tal-varjetà. L-avviż ippubblikat għandu jindika l-Istati Membri li rċevew awtorizzazzjoni taħt l-Artikolu 16(2) jew l-Artikolu 18.

L-avviż ippubblikat għandu jelenka dawk il-varjetajiet li għalihom kien applikat perjodu skond it-tieni subparagrafu fl-Artikolu 15(2). Din il-lista għandha tindika t-tul tal-perjodu u, fejn xieraq, l-Istati Membri li għalihom ma japplikax il-perjodu.

L-avviż ippubblikat għandu jindika b’mod ċar dawk il-varjetajiet li kienu ġenetikament modifikati.

L-Artikolu 18

Jekk ikun stabbilit li l-koltivazzjoni ta’ varjetà inkluża f’katalgu komuni tal-varjetajiet tista’ f’kull Stat Membru tkun ta’ ħsara mil-lat ta’ saħħet il-pjanti għal koltivazzjoni ta’ varjetajiet oħra jew speċi, jew tippreżenta riskju għall-ambjent jew għal saħħet il-bniedem, dak l-Istat Membru jista’, wara applikazzjoni, ikun awtorizzat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) jew fl-Artikolu 46(3) fil-każ ta’ varjetà modifikata ġenetikament biex jipprojbixxi l-bejgħ taż-żerriegħa jew materjal ta’ propagazzjoni ta’ dik il-varjetà fit-territorju kollu tiegħu jew f’parti. Fejn hemm periklu imminenti tal-firxa ta’ organiżmi ta’ ħsara jew ta’ periklu imminenti għal saħħet il-bniedem jew ta’ l-ambjent, dik il-projbizzjoni tista’ tkun imposta mill-Istati Membri kkonċernati hekk kif l-applikazzjoni tiegħu ssir sa dak iż-żmien li tkun ittieħdet deċiżjoni finali. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed f’perjodu ta’ tliet xhur skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 46(2) jew l-Artikolu 46(3) fil-każ ta’ varjetà modifikata ġenetikament.

L-Artikolu 19

Fejn varjetà tispiċċa milli tkun aċċettata fi Stat Membru li jkun fil-bidu aċċettha, Stat Membru wieħed jew iżjed jista’ jkompli jaċċetta dik il-varjetà biss jekk il-ħtiġiet għall-aċċettazzjoni jkomplu jintlaħqu fit-territorju tagħhom. Jekk il-varjetà kkonċernata hija waħda li l-manutenzjoni tagħha hija meħtieġa, dan għandu jibqa’ assigurat.

L-Artikolu 20

1.  
Stati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa taċ-ċikwejra industrijali ma jistgħux jitpoġġew fis-suq kemm-il darba l-varjetà ma tkunx uffiċjalment aċċettata bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.
2.  
Stati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa ta’ speċi ta’ ħaxix oħra ma tistax titpoġġa fis-suq kemm-il darba l-varjetà ma tkunx uffiċjalment aċċettata bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”, jew hija żerriegħa bażika.
3.  
Jista’, iżda, taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) ikun provdut li wara dati speċifikati żerriegħa ta’ ċerti speċi tal-ħxejjex ma tistax titpoġġa fis-suq kemm-il darba ma tkunx uffiċjalment ċertifikata bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżamijiet uffiċjali taż-żrieragħ ikunu mwettqa skond il-metodi kurrenti internazzjonali, sakemm dawk il-metodi jeżistu.

L-Artikolu 21

Minkejja l-Artikolu 20(1) u (2), l-Istati Membri għandhom jipprovdu li:

— 
żerriegħa mrobbija qabel iż-żerriegħa bażika, u
— 
żerriegħa kif imkabbra, mibjugħa għall-ipproċessar, iżda l-identità taż-żerriegħa għandha tkun assigurata,

tista’ titqiegħed fis-suq.

L-Artikolu 22

Iżda, l-Istati Membri jistgħu, bħala deroga mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20:

(a) 

jawtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u l-bejgħ taż-żerriegħa bażika li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet provduti fl-Anness II dwar il-ġerminazzjoni. F’dan il-każ, il-miżuri meħtieġa kollha għandhom jittieħdu biex jiżguraw li min jipprovdi jiggarantixxi ġerminazzjoni speċifika li huwa għandu jistqarr għall-iskopijiet ta’ marketing fuq tikketta partikolari li jkollha ismu u l-indirizz tiegħu u n-numru ta’ referenza tal-lott taż-żerriegħa;

(b) 

biex tkun magħmula disponibbli malajr żerriegħa, minkejja l-fatt li l-eżami uffiċjali biex tkun ikkontrollata l-konformità mal-kondizzjonijiet provduti fl-Anness II dwar il-ġerminazzjoni ma jkunx ġie konkluż, jawtorizzaw ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u marketing għall-ewwel xerrej bin-negozju taż-żerriegħa tal-kategoriji “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tingħata biss bil-presentazzjoni ta’ rapport analitiku proviżorju fuq iż-żerriegħa u sakemm l-isem u l-indirizz ta’ l-ewwel konsenjat jingħataw; il-miżuri meħtieġa għandhom jittieħdu biex jiżguraw li min jipprovdi jiggarantixxi l-ġerminazzjoni aċċertata fl-analiżi proviżorja; din il-ġerminazzjoni għandha tingħad għall-iskopijiet ta’ marketing fuq tikketta speċjali li jkollha l-isem u l-indirizz ta’ min jipprovdi u n-numru tar-referenza tal-lott.

Dawn id-disposizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal żerriegħa importata minn pajjiżi terzi, ħlief kif provdut mod ieħor fl-Artikolu 36 fir-rigward ta’ moltiplikazzjoni barra l-Komunità.

L-Istati Membri li jużaw id-derogi provduti jew fis-subparagrafu (a) jew (b) għandhom jgħinu lil xulxin amministrattivament fir-rigward ta’ l-ispezzjoni.

L-Artikolu 23

1.  

Minkejja l-Artikolu 20(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu:

(a) 

jawtorizzaw produtturi fit-territorju tagħhom stess li jpoġġu fis-suq kwantitajiet żgħar ta’ żerriegħa għal skopijiet xjentifiċi jew ta’ għażla;

(b) 

jawtorizzaw lil min irabbi u r-rappreżentanti tagħhom stabbiliti fit-territorju tagħhom biex ibiegħu, għal perjodu limitat, żerriegħa li hija ta’ varjetà li tagħha tkun saret applikazzjoni għall-inklużjoni f’katalgu nazzjonali f’ta’ lanqas Stat Membru wieħed u li għaliha tkun ingħatat informazzjoni teknika speċifika.

2.  
Il-kondizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (b) ta’ hawn fuq għandhom ikunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2), partikolarment fir-rigward tal-kisba ta’ data, it-tip tad-data, il-ħażna u l-isem tal-varjetà u t-ttikkettjar tal-pakketti.
3.  
Għandhom jibqgħu fis-seħħ l-awtorizzazzjonijiet mogħtija qabel l-14 ta’ Diċembru 1998 mill-Istati Membri lill-produtturi provduti fil-paragrafu 1 sad-dħul fis-seħħ tad-determinazzjoni tad-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Minn hemm ‘il quddiem, l-awtorizzazzjonijiet kollha għandhom jirrispettaw id-disposizzjonijiet stabbiliti skond il-paragrafu 2.

L-Artikolu 24

L-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-kondizzjonijiet provduti fl-Annessi I u II, jimponu ħtiġiet addizzjonali jew aktar iebsa għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa prodotta fit-territorju tagħhom stess.

L-Artikolu 25

▼M3

1.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, għall-eżaminazzjoni ta' żerriegħa għal ċertifikazzjoni, kampjuni jittieħdu b'mod uffiċjali jew taħt sorveljanza uffiċjali skond il-metodi xierqa. Iżda it-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa bil-ħsieb ta' kontrolli skond l-Artikolu 39 għandhom jitwettqu b'mod uffiċjali.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll fejn kampjuni ta' żerriegħa standard huma meħuda għal eżamijiet ta' kontroll ta' wara.

▼M3

1a.  

Meta t-teħid ta' kampjuni taħt sorveljanza uffiċjali previst fil-paragrafu (1) hu mwettaq, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:

(a) 

It-teħid ta' kampjuni għandu jiġi jitwettaq minn dawk li jieħdu kampjuni ta' żerriegħa li ġew awtorizzati għal dak l-għan mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fi (b), (ċ), u (d).

(b) 

Dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandu jkollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa miksuba f'korsijiet ta' taħriġ organizzati taħt kondizzjonijiet applikabbli għal dawk li jieħdu kampjuni taż-żerriegħa b'mod uffiċjali u kkonfermati minn eżaminazzjonijiet uffiċjali.

Għandhom jwettqu t-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa skond il-metodi internazzjonali attwali.

(ċ) 

Dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandhom ikunu:

(i) 

persuni fiżiċi indipendenti;

(ii) 

persuni mpjegati minn persuni fiżiċi jew legali li l-attivitajiet tagħhom ma jinvolvux produzzjoni ta' żerriegħa, tkabbir ta' żerriegħa, proċessar ta' żerriegħa jew kummerċ ta' żerriegħa;

jew

(iii) 

persuni mpjegati minn persuni fiżiċi jew legali li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu produzzjoni ta' żerriegħa, tkabbir ta' żerriegħa, proċessar ta' żerriegħa jew kummerċ ta' żerriegħa.

Fil-każ imsemmi fi (iii), dak li jieħu l-kampjuni taż-żerriegħa jista' jwettaq it-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa biss fuq lottijiet taż-żerriegħa prodotti f'isem min jimpjegah, sakemm ma sarx ftehim ta' xorta oħra bejn min jimpjegah, l-applikant għal ċertifikazzjoni u l-awtorità kompetenti ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.

(d) 

L-eżekuzzjoni ta' dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandha tkun soġġetta għal sorveljanza proprja mill-awtorità kompetenti ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa. Meta t-teħid ta' kampjuni awtomatiku hu fl-operazzjoni proċeduri xierqa għandhom jiġu mħarsa u sorveljati b'mod uffiċjali.

(e) 

Għall-finijiet tas-sorveljanza msemmija f'(d) proporzjon tal-lottijiet taż-żerriegħa mdaħħla għa[ċ]-ċertifikazzjoni uffiċjali għandu jingħata eżami ta' kontroll minn dawk li jieħdu l-kampjuni ta' żerriegħa b'mod uffiċjali. Dak il-proporzjon għandu ikun fil-prinċipju imxerred indaqs kemm jista' jkun fuq persuni fiżiċi u legali li jdaħħlu żerriegħa għal ċertifikazzjoni, imma jista' jkun orjentat ukoll biex jelimina dubji speċifiċi. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %. Dan it-teħid ta' kampjuni għall-kontroll ma japplikax għat-teħid ta' kampjuni awtomatiku.

L-Istati Membri għandhom jqabblu l-kampjuni ta' żerriegħa meħuda b'mod uffiċjali ma' dawk ta' l-istess lott taż-żerriegħa meħuda taħt sorveljanza uffiċjali.

(f) 

L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dwar il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-pieni jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni prevista fi (a), minn dawk li huma awtorizzati b'mod uffiċjali biex jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa meħuda bħala kampjun hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.

1b.  
Miżuri ulterjuri applikabbli għat-twettiq tat-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa taħt sorveljanza uffiċjali jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46(2).

▼B

2.  
Għall-eżami ta’ żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni u għat-testijiet tal-kontroll ta’ wara, għandhom isiru kampjuni minn lottijiet omoġeneji; il-piż massimu ta’ lott u l-piż minimu ta’ kampjun jingħataw fl-Anness III.

L-Artikolu 26

1.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ż-żerriegħa bażika, iż-żerriegħa ċertifikata u ż-żerriegħa standard jinbiegħu biss fl-lottijiet suffiċjentement omoġeneji u f’pakketti ssiġillati, kif preskritt fl-Artikoli 27 u 28, apparat tas-siġillar u l-immarkar.
2.  
L-Istati Membri jistgħu, għall-bejgħ ta’ kwantitajiet żgħar lill-konsumatur finali, jipprovdu għal derogi mid-disposizzjonijet tal-paragrafu 1 dwar l-ippakkjar, l-issiġillar u l-immarkar.
3.  
Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-produtturi tagħhom stess li jpoġġu fis-suq pakketti żgħar tat-taħlitiet taż-żerriegħa standard ta’ varjetajiet ta’ l-istess speċi. L-ispeċi, fejn tapplika din id-disposizzjoni, ir-regoli għad-daqs massimu tal-pakketti ż-żgħar u l-ħtiġiet għall-ittikkettjar għandhom ikunu stabbilliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).

L-Artikolu 27

1.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li pakketti ta’ żerriegħa bażika u ċertifikata, mhux magħmula fil-forma ta’ pakketti żgħar KE, ikunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt superviżjoni uffiċjali b’mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma jħassru s-sistema ta’ l-issiġillar jew iħallu evidenza tat-tbagħbis jew fuq it-tikketta uffiċjali provduta fl-Artikolu 28(1) jew il-pakkett.

Biex ikun żgurat l-issiġillar, is-sistema ta’ l-issiġillar għandha tinkludi ta’ lanqas jew it-tikketta uffiċjali jew l-iffissar ta’ siġill uffiċjali.

Il-miżuri provduti fit-tieni subparagrafu m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn tintuża sistema li tissiġilla li ma tistax terġa’ tintuża.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) jista’ jkun stabbilit jekk sistema partikolari ta’ ssiġillar tikkonformax mad-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

2.  
Pakketti li kienu issiġillati uffiċjalment m’għandhomx ikunu ssiġillati mill-ġdid, kemm darba jew iżjed, jekk mhux uffiċjalment jew taħt superviżjoni uffiċjali. Jekk il-pakketti huma ssiġillati mill-ġdid, il-fatt ta’ l-issiġillar, l-aktar data riċenti ta’ l-issiġillar mill-ġdid u l-awtorità responsabbli għalih għandha titniżżel fuq it-tikketta meħtieġa taħt l-Artikolu 28(1).
3.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li pakketti ta’ żerriegħa bażika u pakketti żgħar taż-żerriegħa tal-kategorija ta’ żerriegħa ċertifikata jkunu ssiġillati b’mod li ma jistgħux jiġu miftuħa mingħajr ma tiħassar s-sistema ta’ l-issiġillar jew mingħajr ma titħalla evidenza tat-tbagħbis jew fuq it-tikketta provduta fl-Artikolu 28(3) jew il-pakkett. Ħlief fil-każ ta’ pakketti żgħar, għandhom ikollhom ukoll qafla jew apparat ekwivalenti li jissiġilla mehmuż mill-persuna responsabbli għat-twaħħil tat-tikketti. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) jista’ jkun stabbilit jekk sistema partikolari ta’ ssiġillar tikkonformax mad-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Fil-każ ta’ pakketti żgħar tal-kategorija żerriegħa ċertifikata, pakketti m’għandhomx ikunu ssiġillati f’okkazzjoni waħda jew iżjed ħlief taħt superviżjoni uffiċjali.
4.  
Stati Membri jistgħu jipprovdu għall-eċċezzjonijiet għal paragrafi 1 u 2 fil-każ ta’ pakketti żgħar taż-żerriegħa bażika magħluqa fit-territorju tagħhom stess. Kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).

L-Artikolu 28

1.  

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti ta’ żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata, ħlief fejn iż-żerriegħa ta’ l-aħħar kategorija tieħu l-forma ta’ pakketti żgħar:

(a) 

ikunu ttikkettjati fuq barra b’tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Anness IV(A) u fuq liema l-informazzjoni tingħata f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità. It-tikketta tista’ titpoġġa ġewwa pakketti trasparenti iżda għandha tkun tista’ tinqara’. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għaż-żerriegħa bażika u blu għaż-żerriegħa ċertifikata. Meta tintuża tikketta b’toqba bl-ispaga, it-twaħħil tagħha għandha tkun żgurata f’kull każ b’siġill uffiċjali. Jekk f’każijiet taħt l-Artikolu 22, iż-żerriegħa bażika ma tissodisfax il-kondizzjonijiet provduti fl-Anness II dwar il-ġerminazzjoni, dan il-fatt għandu jingħad fuq it-tikketta. L-użu ta’ tikketti adeżivi uffiċjali għandhom ikunu awtorizzati. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) jista’ jkun awtorizzat l-istampar li ma jitħassarx taħt il-kontroll uffiċjali ta’ l-informazzjoni preskritta fuq il-pakkett skond il-mudell tat-tikketta;

(b) 

ikun hemm dokument uffiċjali, fl-istess kulur bħat-tikketta, li jkollu ta’ lanqas informazzjoni meħtieġa taħt l-Anness IV(A)(a)(4) sa (7). Dan id-dokument għandu jsir b’mod li ma jistax ikun konfuż mat-tikketta uffiċjali msemmija f’(a). Dan id-dokument huwa l-aktar meħtieġ jekk l-informazzjoni hija stampata b’mod li ma titħassarx fuq il-pakkett jew jekk, skond id-disposizzjonijiet taħt (a), it-tikketta hija ġewwa pakkett trasparenti jew fuq tikketta adesiva jew tkun użata tikketta ta’ materjal li ma jitqattax.

2.  
Stati Membri jistgħu jipprovdu għall-eċċezzjonijiet għal paragrafu 1 fil-każ ta’ pakketti żgħar issiġillati fit-territorju tagħhom stess. Kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).
3.  
Pakketti ta’ żerriegħa standard u pakketti żgħar ta’ żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata” għandhom, kif meħtieġ fl-Anness IV(B), ikollhom tikketta tal-fornitur jew avviż mitbugħ jew stampat f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun blu għaż-żerriegħa ċertifikata u isfar skur għaż-żerriegħa standard.

Ħlief fil-każ ta’ pakketti żgħar ta’ żerriegħa standard, l-informazzjoni preskritta jew awtorizzata taħt din id-disposizzjoni għandha tinżamm separata b’mod ċar minn kull informazzjoni oħra mogħtija fuq it-tikketta jew pakkett, inkluż dak provdut fl-Artikolu 30.

Wara t-tletin ta’ Ġunju 1992 jista’ jkun deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2), li pakketti żgħar ta’ żerriegħa bażika ta’ l-ispeċi kollha jew ta’ xi speċi għandhom ikunu soġġetti għal din il-ħtieġa jew li dik l-informazzjoni preskritta jew awtorizzata tkun distinta b’xi mod ieħor minn xi informazzjoni oħra jekk il-karatteristika distintiva hija espressament dikjarata bħala tali fuq it-tikketta jew pakkett.

4.  
Fil-każ ta’ varjetajiet li huma magħrufin sewwa fl-1 ta’ Lulju 1970, tista’ ssir ukoll referenza fuq it-tikketta għal kull manutenzjoni tal-varjetà li kienet jew ser tkun dikjarata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 41(2). Għandu jkun projbit li jkun hemm referenza għal xi propjetajiet speċjali li jistgħu jkunu konnessi ma’ din il-manutenzjoni.

Id-data għandha tkun:

— 
l-1 ta’ Jannar 1973 fir-rigward tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit,
— 
l-1 ta’ Marzu 1986 fir-rigward ta’ Spanja.

Din ir-refernza għandha ssegwi l-isem varjetali, li minnha għandha tkun separata b’mod ċar, preferibbilment permezz ta’ sing. M’għandiex tingħata prominenza akbar mill-isem varjetali.

L-Artikolu 29

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li fil-każ ta’ pakketti żgħar ta’ żerriegħa ċertifikata l-identità taż-żerriegħa tista’ tkun verifikata, partikolarment fi żmien meta l-lottijiet taż-żerriegħa jinqasmu. Għal dan l-iskop, jistgħu jkun meħtieġ li pakketti żgħar magħmula fit-territorju tagħhom ikunu ssiġillati jew taħt superviżjoni uffiċjali.

L-Artikolu 30

1.  
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2), jista’ jkun provdut li f’każijiet li ma jkunux dawk diġà provduti f’din id-Direttiva, pakketti żgħar ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċertifikata ta’ kull tip jew żerriegħa standard għandu jkollha tikketta tal-fornitur (li tista’ tkun jew tikketta separata mit-tikketta uffiċjali jew tieħu l-forma ta’ l-informazzjoni tal-fornitur stampata fuq il-pakkett innifsu).

Il-partikolaritajiet tal-karta għandhom ikunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).

2.  
Fil-każ ta’ żerriegħa bażika jew ċertifikata t-tikketta jew l-istampat msemmi taħt il-paragrafu 1 għandu jsir b’mod li ma jistax ikun konfuż mat-tikketta uffiċjali msemmija fl-Artikolu 28(1).

L-Artikolu 31

Fil-każ ta’ żerriegħa ta’ varjetà li kienet modifikata ġenetikament, kull tikketta jew dokument, uffiċjali jew le, li hija mwaħħla ma’ jew takkumpanja l-lott taż-żerriegħa, taħt id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom jindikaw b’mod ċar li l-varjetà kienet modifikata ġenetikament.

L-Artikolu 32

Stati Membri għandhom jeħtieġu li kull trattament kimiku ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċertifikata jew żerriegħa standard ikun innotat jew fuq it-tikketta uffiċjali jew fuq it-tikketta tal-fornitur fuq il-pakkett jew ġewwa fih. Għal pakketti żgħar, din l-informazzjoni tista’ tkun stampata direttament fuq il-pakkett jew ġewwa fih.

L-Artikolu 33

Għall-iskop tat-tfittxija ta’ alternattivi mtejba għal ċerti disposizzjonijiet provduti f’din id-Direttiva, jista’ jkun deċiż li jkunu organizzati esperimenti temporanji taħt kondizzjonijiet speċifiċi fuq livell Komunitarju skond id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 46(2).

Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri għandhom ikunu rilaxxati minn ċerti obbligi provduti f’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dak ir-rilaxx għandha tkun definita b’referenza għad-disposizzjonijiet li tirriferi għalihom. It-tul ta’ l-esperiment m’għandux jaqbeż seba’ snin.

L-Artikolu 34

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żerriegħa li titqiegħed fis-suq taħt id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, kemm obbligatorji jew diskrezzjonali, mhix soġġetta għal xi restrizzjonijiet ta’ marketing fir-rigward tal-karatteristiċi tagħha, ħtiġiet ta’ l-eżami, immarkar u ssiġillar li ma jkunux dawk provduti f’din jew Direttiva oħra tal-Komunità.
2.  
Sa dak iż-żmien li tittieħed deċiżjoni taħt l-Artikolu 20(3) kull Stat Membru jista’ b’applikazzjoni, li tkun trattata taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2), ikun awtorizzat li jipprovdi li wara dati speċifikati żerriegħa ta’ ċerti speċi ta’ ħaxix ma tistax titqiegħed fis-suq sakemm tkun uffiċjalment ċertifikata bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.

L-Artikolu 35

Il-kondizzjonijiet taħt liema ġenerazzjonijiet ta’ żerriegħa mrobbija qabel iż-żerriegħa bażika tista’ titpoġġa fis-suq taħt l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 21, għandhom ikunu kif ġej:

(a) 

trid tkun uffiċjalment spezzjonata mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni kompetenti skond id-disposizzjonijiet applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa bażika;

(b) 

għandha tkun ippakkjata skond din id-Direttiva; u

(ċ) 

il-pakketti għandhom ikollhom tikketta uffiċjali li tagħti ta’ lanqas il-partikolaritajiet li ġejjin:

— 
awtorità ta’ ċertifikazzjoni u l-Istat Membru jew l-abbrevjazzjoni tagħhom li tiddistingwihom,
— 
numru ta’ referenza tal-lott,
— 
xahar u sena ta’ l-issiġillar, jew
— 
xahar u sena ta’ l-aħħar kampjunar uffiċjali għall-iskopijiet ta’ ċertifikazzjoni,
— 
speċi, indikati ta’ lanqas taħt l-isem botaniku tagħhom, li tista’ tingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, f’karattri Rumani,
— 
varjetà, indikata ta’ lanqas f’karattri Rumani,
— 
id-deskrizzjoni “żerriegħa pre-bażika”,
— 
numru ta’ ġenerazzjonijiet li jippreċedu żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata”.

It-tikketta għandha tkun bajda b’linja vjola dijagonali.

L-Artikolu 36

1.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-ħaxix:

— 
li kienet prodotta direttament miż-żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew iżjed jew f’pajjiż terz li tkun ingħatat l-ekwivalenza taħt l-Artikolu 37(1)(d), jew li kienet prodotta direttament mit-tilqim bejn iż-żerriegħa bażika uffiċjalment ċertifikata fi Stat Membru maż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’dak il-pajjiż terz, u
— 
li nħasdet fi Stat Membru ieħor,

għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva, tkun uffiċjalment żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk iż-żerriegħa tkun ġiet eżaminata fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet provduti fl-Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżami uffiċjali jkun wera li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet provduti fl-Anness II għall-istess kategorija.

Meta f’dawn il-każijiet iż-żerriegħa kienet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk il-kondizzjonijiet provduti għal dik il-kategorija huma sodisfatti.

2.  

Żerriegħa tal-ħaxix li kienet maħsuda fil-Komunità u li hija maħsuba għaċ-ċertifikazzjoni skond il-paragrafu 1 għandha:

— 
tkun ippakkjata u ittikkettjata bit-tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet provduti fl-Anness V(A) u (B), skond l-Artikolu 27(1), u
— 
tkun akkumpanjata b’dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet provduti fl-Anness V(C).

Id-disposizzjonijiet fl-ewwel inċiż fuq l-ippakkjar u l-ittikettjar jistgħu jkunu rinunzjati jekk l-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjonijiet fuq il-post, dawk li jagħmlu d-dokumenti għaċ-ċertifikazzjoni taż-żrieragħ li ma ġewx ċertifikati definitivament u dawk responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni huma l-istess, jew jekk jaqblu fuq l-eżenzjoni.

3.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-ħaxix:

— 
li kienet prodotta direttament miż-żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew iżjed jew f’pajjiż terz li tkun ingħatat l-ekwivalenza taħt l-Artikolu 37(1)(d), jew li kienet prodotta direttament mit-tilqim bejn iż-żerriegħa bażika uffiċjalment ċertifikata fi Stat Membru maż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’dak il-pajjiż terz, u
— 
li nħasdet f’pajjiż terz,

għandha, fuq talba, tkun uffiċjalment ċertifikata bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk iż-żerriegħa bażika tkun ġiet prodotta jew ċertifikata uffiċjalment, jekk iż-żerriegħa tkun ġiet eżaminata fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet provduti fid-deċiżjoni ta’ ekwivalenza magħmula taħt l-Artikolu 37(1)(a) għal kategorija rilevanti, u jekk l-eżami uffiċjali jkun wera li huma sodisfatti l-kondizzjonijiet provduti fl-Anness II għall-istess kategorija. Stati Membri oħra jistgħu wkoll jawtorizzaw ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ dik iż-żerriegħa.

L-Artikolu 37

1.  

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina jekk:

(a) 

l-eżamijiet uffiċjali tal-varjetajiet imwettqa f’pajjiż terz jagħtu l-istess assigurazzjonijiet bħal dawk provduti fl-Artikolu 7 u mwettqa fl-Istati Membri;

(b) 

il-verifiki fuq prattiċi għall-manutenzjoni tal-varjetajiet f’pajjiż terz jagħtu l-istess assigurazzjonijiet bħal dawk magħmula mill-Istati Membri;

(ċ) 

fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 36, l-ispezzjonijiet fuq il-post fil-pajjiż terz jissodisfaw il-kondizzjonijiet provduti fl-Anness I;

(d) 

żerriegħa tal-ħaxix maħsuda f’pajjiż terz u li tagħti l-istess assigurazzjonijiet fir-rigward tal-karatteristiċi tagħha u l-arranġamenti għall-eżami tagħha, biex tassigura l-identità, għall-immarkar u għall-kontroll, hija ekwivalenti f’dan ir-rigward għaż-żerriegħa bażika, żerriegħa ċertifikata jew żerriegħa standard maħsuda ġewwa l-Komunità u li tħares id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika ukoll fir-rigward ta’ kull Stat Membru ġdid mid-data tas-sħubija tiegħu sad-data meta għandu jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva.

L-Artikolu 38

1.  
Biex titneħħa kull diffikultà temporanja fil-forniment ġenerali ta’ żerriegħa bażika ċertifikata jew standard li tinstab fil-Komunità u ma tistax tingħeleb mod ieħor, jista’ jkun deċiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) li Stati Membri għandhom jippermettu, għal perjodu speċifikat, il-marketing ġewwa l-Komunità f’kwantitajiet meħtieġa biex issolvi d-diffikultajiet ta’ forniment ta’ kategorija soġġetta għal ħtiġiet anqas iebsa, jew ta’ żerriegħa ta’ varjetà mhux inkluża fil-Katalgu Komuni tal-Varjetajiet ta’ Speċi Veġetali jew fil-katalgi nazzjonali tal-varjetajiet ta’ l-Istati Membri.
2.  
Għal kategorija ta’ żerriegħa ta’ kull varjetà partikolari, it-tikketta uffiċjali jew it-tikketta ta’ min jipprovdi għandha tkun dik provduta għall-kategorija korrispondenti; għaż-żerriegħa ta’ varjetajiet mhux inklużi fil-katalgi fuq imsemmija il-kulur tat-tikketta għandha tkun kannella. It-tikketta għandha dejjem tistqarr li ż-żerriegħa kkonċernata hija ta’ kategorija li tissodisfa ħtiġiet anqas iebsa.
3.  
Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jistgħu jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).

L-Artikolu 39

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li spezzjonijiet uffiċjali jitwettqu fir-rigward tal-bejgħ ta’ żerriegħa tal-ħaxix, ta’ lanqas b’verifiki każwali, biex ikun verifikat it-tħaris tal-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
2.  

Mingħajr preġudizzju għal moviment ħieles taż-żerriegħa ġewwa l-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li huma provduti bil-partikolaritajiet li ġejjin matul il-marketing tal-kwantitajiet li jaqbżu żewġ kilogrammi ta’ żerriegħa importati minn pajjiżi terzi:

(a) 

speċi;

(b) 

varjetà;

(ċ) 

kategorija;

(d) 

pajjiż ta’ produzzjoni u l-awtorità ta’ spezzjoni uffiċjali;

(e) 

pajjiż li jibgħat;

(f) 

importatur;

(g) 

kwantità ta’ żerriegħa.

Il-mod li bih dawn il-partikolaritajiet għandhom ikunu preżentati jistgħu jkunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).

L-Artikolu 40

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żerriegħa tal-kategoriji “żerriegħa ċertifikata” u “żerriegħa standard” huma soġġetti għal kontroll ta’ wara uffiċjali fuq il-post bi spezzjoni biex ikunu paragunati l-identità varjetali u l-purità varjetali ma kontrolli standard.

L-Artikolu 41

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni responsabbli għat-twaħħil tat-tikketti għal żerriegħa standard maħsuba għall-marketing:

(a) 

tinfurmhom bid-dati meta l-attivitajiet tagħhom jibdew u jispiċċaw;

(b) 

iżommu rekords tal-lottijiet kollha ta’ żerriegħa standard u jagħmluhom disponibbli lill-Istati Membri għal mhux anqas minn tliet snin;

(c) 

jagħmlu disponibbli lill-Istati Membri għal mhux anqas minn sentejn kampjun ta’ kontroll ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet għal liema l-manutenzjoni mhix meħtieġa;

(d) 

jiġbru kampjuni minn kull lott maħsub għall-marketing u jagħmluhom disponibbli lill-Istati Membri għal mhux anqas minn sentejn;

L-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (d) għandhom ikunu soġġetti għal verifiki uffiċjali magħmula fuq bażi każwali. L-obbligu provdut fil-punt (c) għandu japplika biss għall-produtturi.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna li taħseb skond l-Artikolu 28(4) li tagħmel referenza għal manutenzjoni partikolari ta’ varjetà tistqarr din l-intenzjoni minn qabel.

L-Artikolu 42

1.  
Jekk jinstab ripetutament, matul il-verifiki tal-kontroll ta’ wara fuq il-post, li ż-żerriegħa ta’ xi varjetà waħda ma tissodisfax adegwatament il-kondizzjonijiet provduti dwar l-identità varjetali jew il-purità varjetali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuna li qed tbiegħha hija għal kollox jew parzjalment projbit milli jbiegħ din iż-żerriegħa (fejn xieraq, għal perjodu speċifikat).
2.  
Kull miżura meħuda taħt il-paragrafu 1 għandha tkun irtirata hekk kif ikun stabbilit b’ċertezza adegwata li ż-żerriegħa maħsuba għall-marketing ser tissodisfa fil-ġejjieni il-kondizzjonijet dwar l-identità varjetali u l-purità varjetali.

▼M1

L-Artikolu 43

1.  

Testijiet u provi komparattivi tal-Komunità għandhom jitwettqu fil-Komunità għall-eżami ta’ kontroll ta’ wara tal-kampjuni ta’ żerriegħa veġetali mqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sew jekk ikunu obbligatorji sew jekk liberi, u meħuda waqt it-teħid ta’ kampjuni. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dan li ġej:

— 
żerriegħa maqlugħa f’pajjiżi barranin,
— 
żerriegħa tajba għall-biedja organika,
— 
żerriegħa mqiegħda fis-suq relatata mal-konservazzjoni fil-post u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi tax-xtieli.
2.  
Dawn it-testijiet u provi komparattivi għandhom jintużaw biex jagħmlu konformi l-metodi tekniċi ta’ ħruġ ta’ ċertifikati u biex jiċċekkjaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa għandha tkun konformi.
3.  
Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2), għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għat-testijiet u provi komparattivi li għandhom jitwettqu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 46(1) dwar l-arranġamenti tekniċi biex isiru t-testijiet u l-provi u r-riżultati tagħhom.
4.  
Il-Komunità tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twettiq tat-testijiet u provi previsti fil-paragrafi 1 u 2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mgħandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il-budget.

5.  
It-testijiet u l-provi li jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, u regoli dettaljati għad-dispożizzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 46(2).
6.  
It-testijiet u l-provi previsti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jsiru biss mill-awtoritajiet jew persuni legali ta’ l-Istat waqt li jaġixxu bir-responsabbiltà ta’ l-Istat.

▼B

L-Artikolu 44

1.  
Jistgħu jkunu stabbiliti kondizzjonijiet speċifiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) biex jitqiesu l-iżviluppi fir-rigward tal-kondizzjonijiet fejn tista’ tinbiegħ żerriegħa trattata kimikament.
2.  

Għandhom ikunu stabbiliti kondizzjonijiet speċifiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) biex jitqiesu l-iżviluppi fir-rigward tal-konservazzjoni in situ u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti permezz tat-tkabbir u l-marketing taż-żerriegħa ta’:

(a) 

landraces u varjetajiet li tkabbru tradizzjonalment f’lokalitajiet partikolari u reġjuni u mhedda bl-erożjoni ġenetika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/94 ta’ l-20 ta’ Ġunju 1994 fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura ( 4 );

(b) 

varjetajiet bl-ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali ta’ l-uċuħ imma żviluppati għat-tkabbir taħt kondizzjonijiet partikolari.

3.  

Il-kondizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu partikolarment il-punti li ġejjin:

(a) 

fil-każ tal-paragrafu 2, punt (a), il-landraces u l-varjetajiet għandhom ikunu aċċettati skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Partikolarment ir-riżultati tal-verifiki mhux uffiċjali u t-tagħrif miksub mill-esperjenza prattika matul il-koltivazzjoni, riproduzzjoni u l-użu u d-deskrizzjonijiet dettaljati tal-varjetajiet u d-denominazzjonijiet rilevanti, kif notifikati lill-Istati Membri kkonċernati, għandhom jitqiesu u, jekk biżżejjed, għandhom jirriżultaw f’eżenzjoni mill-ħtieġa ta’ eżami uffiċjali. Ma’ l-aċċettazzjoni ta’ tali landrace jew varjetà, għandha tkun indikata bħala “varjetà ta’ konservazzjoni” fil-katalgu komuni;

(a) 

fil-każ tal-pargrafu 2, punti (a) u (b), restrizzjonijiet kwantitattivi xierqa.

L-Artikolu 45

L-emendi li għandhom isiru lill-kontenut ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xejntifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).

L-Artikolu 46

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti fuq Żrieragħ u Materjal Propaganti għall-Agrikultura, Ortikultura u Foresteija stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 66/399/KEE ( 5 ).
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit ta’ xahar.

3.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu provdut fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

4.  
Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

L-Artikolu 47

Ħlief kif provdut mod ieħor fl-Artikolu 18 u fl-Annessi I u II, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali ġustifikati fuq il-bażi tal-ħarsien ta’ saħħet u ħajjet il-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti jew il-protezzjoni tal-propjetà industrijali jew kummerċjali.

L-Artikolu 48

1.  

Jistgħu jkunu stabbiliti kondizzjonijiet speċifiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) biex jitqiesu l-iżviluppi fil-kamp ta’:

(a) 

il-kondizzjonijiet li taħthom tista’ tinbiegħ żerriegħa trattata kimikament;

(b) 

kondizzjonijiet li taħthom iż-żerriegħa tista’ tinbiegħ fir-rigward tal-konservazzjoni in situ u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, inkluż taħlit taż-żerriegħa ta’ speċi li jinkludu wkoll speċi elenkati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE ( 6 ), u huma assoċjati ma’ abitat speċifiku naturali u semi-naturali u li huma mhedda bl-erożjoni ġenetika;

(c) 

il-kondizzjonijiet li taħthom tista’ tinbiegħ żerriegħa tajba għall-produzzjoni organika.

2.  

Il-kondizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom jinkludu partikolarment il-punti li ġejjin:

(a) 

iż-żerriegħa ta’ dawn l-ispeċi għandhom ikunu ta’ provenjenza magħrufa approvata mill-awtorità xierqa f’kull Stat Membru għall-marketing taż-żerriegħa f’kampi definiti;

(b) 

restrizzjonijiet kwantitattivi xierqa.

L-Artikolu 49

Fuq applikazzjoni minn Stat Membru, li għandha tkun trattata taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2), dak l-Istat jista’ jkun meħlus għal kollox jew parzjalment mill-obbligi biex tkun applikata din id-Direttiva, għal ċerti speċi li mhumiex normalment riprodotti jew mibjugħa fit-territorju tiegħu, ħlief fejn dan imur kontra l-Artikoli 16(1) u 34(1).

L-Artikolu 50

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom.

L-Artikolu 51

1.  
Id-Direttiva 70/458/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness VI parti A, hija hawnhekk imħassra mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar l-iskadenzi għat-traspożizzjoni tad-Direttivi msemmija fl-Anness VI parti B.
2.  
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandha tinqara skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness VII.

L-Artikolu 52

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 53

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

KONDIZZJONIJIET GĦAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TA’ L-UĊUĦ

1.

Il-wiċċ għandu jkollu identità varjetali u purità varjetali biżżejjed.

2.

Fil-każ ta’ żerriegħa bażika, għandha ssir ta’ lanqas spezzjoni waħda uffiċjali fuq il-post. Fil-każ ta’ żerriegħa ċertifikata, ta’ lanqas spezzjoni waħda fuq il-post għandha ssir, kontrollata uffiċjalment permezz ta’ spezzjonijiet ta’ verifika ta’ lanqas 20 % tal-wiċċ ta’ kull speċi.

3.

Il-kondizzjoni kulturali ta’ l-għalqa u l-istadju ta’ żvilupp tal-wiċċ għandu jkun tali li jippermetti li jkunu verifikati l-identità varjetali u l-purità varjetali u l-istat tas-saħħa.

▼M11

3a.

Fil-każ fejn, wara l-implimentazzjoni tal-punti 1, 2 u 3, xorta jkun hemm dubju fir-rigward tal-identità varjetali taż-żrieragħ, l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni tista’ tuża, għall-eżaminazzjoni ta’ dik l-identità, teknika bijokimika jew molekulari rikonoxxuta internazzjonalment u riproduċibbli, f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

▼B

4.

Id-distanzi minimi mill-pjanti tal-viċin li jista’ jirriżulta f’pollinazzjoni barranija mhux mixtieqa għandhom ikunu:

A. 

Il-gruppi tal-varjetajiet imsemmija fil-punti 2 u 3 għandhom ikunu determinati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 46(2).



1.  minn kull sors ta' polline tal-ġeneru Beta mhux inkluż hawn taħt.

1 000 metru;

2.  minn sorsi ta' polline ta' varjetajiet ta' l-istess subspeċi li jkunu ta' grupp ta' varjetajiet differenti:

 

(a)  għal żerriegħa bażika

1 000 metru;

(b)  għal żerriegħa ċertifikata

600 metru;

3.  minn sorsi ta' polline ta' varjetajiet ta' l-istess subspeċi li jkunu ta' l-istess grupp ta' varjetajiet:

 

(a)  għal żerriegħa bażika

600 metru;

(b)  għal żerriegħa ċertifikata

300 metru;

Beta vulgaris

B. 

Speċi Brassica



1.  minn sorsi ta' polline barrani li jista' jikkawża deterjorament serju fil-varjetajiet ta' l-ispeċi Brassica:

 

(a)  għal żerriegħa bażika

1 000 metru;

(b)  għal żerriegħa ċertifikata

600 metru;

2.  minn sorsi oħra ta' polline barrani li jista' jiddakkar mal-varjetajiet ta' l-ispeċi Brassica:

 

(a)  għal żerriegħa bażika

500 metru;

(b)  għal żerriegħa ċertifikata

300 metru;

C. 

Ċikwejra industrijali



1.  minn speċi oħra ta' l-istess ġeneru jew subspeċi

1 000 metru;

2.  minn varjetà oħra ta' ċikwejra industrijali:

 

(a)  għal żerriegħa bażika

600 metru;

(b)  għal żerriegħa ċertifikata

300 metru;

D. 

Speċi Oħrajn



1.  minn sorsi ta' polline barrani li jista' jikkawża deterjorament serju tal-varjetajiet ta' speċi oħra bħala riżultat tad-dakkir:

 

(a)  għal żerriegħa bażika

500 metru;

(b)  għal żerriegħa ċertifikata

300 metru;

2.  minn sorsi oħra ta' polline barrani li jista' jiddakkar mal-varjetajiet ta' speċi oħra bħala riżultat tad-dakkir;

 

(a)  għal żerriegħa bażika

300 metru;

(b)  għal żerriegħa ċertifikata

100 metru;

Dawn id-distanzi jistgħu jkunu mwarrba jekk hemm protezzjoni biżżejjed minn kull pollinazzjoni barranija.

▼M9

5.

L-uċuħ tar-raba’ għandhom ikunu prattikament ħielsa minn kull pest li jnaqqas l-utilità u l-kwalità tal-materjal tal-propagazzjoni.

L-uċuħ tar-raba’ għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, il-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta u l-pesti rregolati mhux ta’ kwarantina (“RNQPs”) previsti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 ( 7 ), kif ukoll mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament.

▼B




L-ANNESS II

KONDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU SODISFATTI BIŻ-ŻERRIEGĦA

1.

Iż-żrieragħ għandhom ikollhom identità varjetali u purità varjetali biżżejjed.

▼M9

2.

Iż-żerriegħa għandha tkun prattikament ħielsa minn kull pest li jnaqqas l-utilità u l-kwalità tal-materjal tal-propagazzjoni.

Iż-żerriegħa għandha tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, il-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta u l-RNQPs previsti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/2031, kif ukoll mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament.

▼B

3.

Iż-żrieragħ għandhom jissodisfaw ukoll il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Standards



Speċi

Purità analitika minima (% bil-piż)

Kontenut massimu ta' żrieragħ ta' speċi ta' pjanti oħra (% bil-piż)

Ġerminazzjoni minima (% gruppi jew żerriegħa pura)

Allium cepa

97

0,5

70

▼M4

Allium fistulosum

97

0,5

65

▼B

Allium porrum

97

0,5

65

▼M4

Allium sativum

97

0,5

65

Allium schoenoprasum

97

0,5

65

▼B

Anthriscus cerefolium

96

1

70

Apium graveolens

97

1

70

Asparagus officinalis

96

0,5

70

►M8  Beta vulgaris (Grupp tal-Pitravi) ◄

97

0,5

50

(gruppi)

►M8  Beta vulgaris (minbarra l-Grupp tal-Pitravi) ◄

97

0,5

70

(gruppi)

►M8  Brassica oleracea (Grupp tal-Pastard) ◄

97

1

70

►M8  Brassica oleracea (minbarra l-Grupp tal-Pastard) ◄

97

1

75

►M8  Brassica rapa (Grupp tal-Kaboċċi Ċiniżi) ◄

97

1

75

►M8  Brassica rapa (Grupp tan-Nevew) ◄

97

1

80

►M8  Capsicum annuum  ◄

97

0,5

65

►M8  Cichorium intybus (Grupp taċ-Ċikwejra Witloof, Grupp taċ-Ċikwejra tal-Weraq) ◄

95

1,5

65

►M8  Cichorium intybus (Grupp taċ-Ċikwejra Industrijali (Għerq). ◄

97

1

80

Cichorium endivia

95

1

65

Citrullus lanatus

98

0,1

75

Cucumis melo

98

0,1

75

Cucumis sativus

98

0,1

80

Cucurbita maxima

98

0,1

80

Cucurbita pepo

98

0,1

75

Cynara cardunculus

96

0,5

65

Daucus carota

95

1

65

Foeniculum vulgare

96

1

70

Lactuca sativa

95

0,5

75

►M6  Solanum lycopersicum L. ◄

97

0,5

75

Petroselinum crispum

97

1

65

Phaseolus coccineus

98

0,1

80

Phaseolus vulgaris

98

0,1

75

Pisum sativum

98

0,1

80

Raphanus sativus

97

1

70

▼M4

Rheum rhabarbarum

97

0,5

70

▼B

Scorzonera hispanica

95

1

70

Solanum melongena

96

0,5

65

Spinacia oleracea

97

1

75

Valerianella locusta

95

1

65

Vicia faba

98

0,1

80

▼M4

Zea mays

98

0,1

85

▼M9

(b) 

Il-preżenza ta’ pesti rregolati mhux ta’ kwarantina (RNQPs) fuq iż-żerriegħa tal-ħaxix għandha, tal-anqas bi spezzjoni viżwali, ma taqbiżx il-limiti stabbiliti rispettivi stipulati fit-tabella li ġejja:



Batterji

RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs

Ġeneru jew speċi ta’ żerriegħa tal-ħaxix

Limitu stabbilit għall-preżenza tal-RNQPs fuq iż-żerriegħa tal-ħaxix

Clavibacter michiganensis ssp. michiganensis (Smith) Davis et al. [CORBMI]

Solanum lycopersicum L.

0 %

Xanthomonas axonopodis pv. phaseoli (Smith) Vauterin et al. [XANTPH]

Phaseolus vulgaris L.

0 %

Xanthomonas euvesicatoria Jones et al. [XANTEU]

Capsicum annuum L., Solanum lycopersicum L.

0 %

Xanthomonas fuscans subsp. fuscans Schaad et al. [XANTFF]

Phaseolus vulgaris L.

0 %

Xanthomonas gardneri (ex Šutič 1957) Jones et al [XANTGA]

Capsicum annuum L., Solanum lycopersicum L.

0 %

Xanthomonas perforans Jones et al. [XANTPF]

Capsicum annuum L., Solanum lycopersicum L.

0 %

Xanthomonas vesicatoria (ex Doidge) Vauterin et al. [XANTVE]

Capsicum annuum L., Solanum lycopersicum L.

0 %

Insetti u akari

RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs

Ġeneru jew speċi taż-żerriegħa tal-ħaxix

Limitu stabbilit għall-preżenza tal-RNQPs fuq iż-żerriegħa tal-ħaxix

Acanthoscelides obtectus (Say) [ACANOB]

Phaseolus coccineus L., Phaseolus vulgaris L.

0 %

Bruchus pisorum (Linnaeus) [BRCHPI]

Pisum sativum L.

0 %

Bruchus rufimanus Boheman [BRCHRU]

Vicia faba L.

0 %

Nematodi

RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs

Ġeneru jew speċi ta’ żerriegħa tal-ħaxix

Limitu stabbilit għall-preżenza tal-RNQPs fuq iż-żerriegħa tal-ħaxix

Ditylenchus dipsaci (Kuehn) Filipjev [DITYDI]

Allium cepa L., Allium porrum L.

0 %

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs

Ġeneru jew speċi taż-żerriegħa tal-ħaxix

Limitu stabbilit għall-preżenza tal-RNQPs fuq iż-żerriegħa tal-ħaxix

Pepino mosaic virus [PEPMV0]

Solanum lycopersicum L.

0 %

Potato spindle tuber viroid [PSTVD0]

Capsicum annuum L., Solanum lycopersicum L.

0 %

▼M5

(c) 

Standards oħra jew il-kundizzjonijiet applikabbli meta ssir referenza dwarhom fit-tabella taħt il-punt (a):

Fil-każ tal-varjetajiet Zea mays (Qamħ ħelu - tipi ħelwin ħafna) il-kapaċità tat-tfellis minima meħtieġa titnaqqas għal 80 % ta’ żerriegħa pura. It-tikketta uffiċjali jew it-tikketta tal-fornitur, fejn adatt, għandha tinkludi l-kliem “Kapaċità massima ta’ tfellis ta’ 80 %”.

▼B




L-ANNESS III

PIŻ IMSEMMI BL-ARTIKOLU 25(2)

1.

Piż massimu ta’ lott ta’ żerriegħa:



▼M5

(a)  iż-żrieragħ Phaseolus coccineus, Phaseolus vulgaris, Pisum sativum u Vicia faba

30 tunnellata

(b)  iż-żrieragħ ta’ daqs mhux iżgħar minn żerriegħa tal-qamħ, apparti Phaseolus coccineus, Phaseolus vulgaris, Pisum sativum u Vicia faba

20 tunnellata

▼B

(c)  żerriegħa ta' daqs iżgħar minn żerriegħa tal-qamħ

10 tunnellata metrika

Il-piż massimu tal-lott m'għandux jaqbeż b'iżjed minn 5 %.

2.

Piż minimu ta’ kampjun



Speċi:

Piż (fi g)

Allium cepa

25

▼M4

Allium fistulosum

15

▼B

Allium porrum

20

Anthriscus cerefolium

20

Apium graveolens

5

Asparagus officinalis

100

▼M4

Allium sativum

20

Allium schoenoprasum

15

▼B

Beta vulgaris

100

Brassica oleracea

25

▼M4 —————

▼B

Brassica rapa

20

Capsicum annuum

40

►M8  Cichorium intybus (Grupp taċ-Ċikwejra Witloof, Grupp taċ-Ċikwejra tal-Weraq) ◄

15

►M8  Cichorium intybus (Grupp taċ-Ċikwejra Industrijali (Għerq). ◄

50

Cichorium endivia

15

Citrullus lanatus

250

Cucumis melo

100

Cucumis sativus

25

Cucurbita maxima

250

Cucurbita pepo

150

Cynara cardunculus

50

Daucus carota

10

Foeniculum vulgare

25

Lactuca sativa

10

►M6  Solanum lycopersicum L. ◄

20

Petroselinum crispum

10

Phaseolus coccineus

1 000

Phaseolus vulgaris

700

Pisum sativum

500

Raphanus sativus

50

▼M4

Rheum rhabarbarum

135

▼B

Scorzonera hispanica

30

Solanum melongena

20

Spinacia oleracea

75

Valerianella locusta

20

Vicia faba

1 000

▼M4

Zea mays

1 000

▼B

Fil-każ tal-varjetajiet F-1 ibridi ta’ l-ispeċi ta’ hawn fuq, il-piż minimu tal-kampjun jista’ jitnaqqas għal kwart tal-piż speċifikat. Iżda il-kampjun għandu jkollu piż ta’ lanqas 5 g u jikkonsisti f’ta’ lanqas 400 żerriegħa.




L-ANNESS IV

TIKKETTA

A.   Tikketta uffiċjali (żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata, esklużi l-pakketti żgħar)

I.   Informazzjoni meħtieġa

1. 

“Regoli KE u standards”.

2. 

Awtorità ta’ ċertifikazzjoni u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom.

▼M7

2a. 

Numru serjali assenjat uffiċjalment.

▼B

3. 

Xahar u sena ta’ l-issiġillar, espressi hekk: “siġillat… (xahar u sena)”, jew

xahar u sena ta’ l-aħħar kampjunarju uffiċjali għall-iskopijiet ta’ ċertifikazzjoni, espressi hekk: “il-kampjunarju… (xahar u sena)”.

4. 

Numru ta’ referenza tal-lott.

5. 

Speċi, indikati ta’ lanqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħhom, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, jew bl-isem komuni tagħhom, jew it-tnejn.

6. 

Varjetà, indikata ta’ lanqas f’karattri Rumani,

7. 

Kategorija.

8. 

Il-pajjiż ta’ produzzjoni.

9. 

Piż dikjarat nett jew gross jew numru dikjarat ta’ żerriegħa.

10. 

Fejn il-piż huwa ndikat u huma wżati pestiċidi granulati, sustanzi pallottolati jew addittivi solidi oħra, l-isem ta’ l-addittiv kif ukoll ir-rapport approssimat bejn il-piż tal-gruppi jew żerriegħa pura u l-piż totali.

11. 

Fil-każ ta’ varjetajiet li huma ibridi jew linji inbred:

— 
għal żerriegħa bażika fejn il-linja ibrida jew inbred li hija taż-żerriegħa kienet uffiċjalment aċċettata taħt din id-Direttiva:
l-isem ta’ dan il-komponent, taħt liema kienet uffiċjalment aċċettata, b’referenza għall-varjetà finali jew le, akkumpanjata, fil-każ ta’ linji ibridi jew inbred li huma maħsuba biss bħala kompenenti għall-varjetajiet finali, bil-kelma “komponent”,
— 
għaż-żerriegħa bażika f’każijiet oħra:
l-isem tal-komponent li tagħha hija ż-żerriegħa bażika, li jista’ jingħata fil-forma ta’ kodiċi, akkumpanjat b’referenza għall-varjetà finali, b’referenza jew mingħajr għall-funzjoni tagħha (raġel jew mara), u akkumpanjat bil-kelma “komponent”,
— 
għal żerriegħa ċertifikata:
l-isem tal-varjetà li tagħha hija ż-żerriegħa, akkumpanjata bil-kelma “ibrida”.
12. 

Fejn il-ġerminazzjoni ta’ lanqas kienet verifikata mill-ġdid, il-kliem “verifikata mill-ġdid…” (xahar u sena) jistgħu jkunu indikati.

II.   Qisien minimi:

110 × 67 mm

B.   Tikketti tal-fornitur jew iskrizzjoni fuq pakketti (żerriegħa standard u pakketti żgħar tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata”)

I.   Informazzjoni meħtieġa

1. 

“Regoli KE u standards”.

2. 

Isem u indirizz ta’ persuna responsabbli għat-twaħħil ta’ tikketti jew il-marka ta’ identifikazzjoni.

3. 

Sena ta’ marketing ta’ l-issiġillar jew ta’ l-aħħar eżami tal-ġerminazzjoni. L-aħħar tas-sena tal-marketing tista’ tkun indikata.

4. 

Speċi, indikati ta’ lanqas f’karattri Rumani.

5. 

Varjetà, indikata ta’ lanqas f’karattri Rumani.

6. 

Kategorija. fil-każ ta’ pakketti żgħar, żerriegħa ċertifikata tista’ tkun immarkata bl-ittra “C” jew “Z” u żerriegħa standard bl-ittri “ST”.

7. 

Numru ta’ referenza mogħti mill-persuna responsabbli għat-twaħħil tat-tikketti – fil-każ ta’ żerriegħa standard.

8. 

Numru ta’ referenza li jippermetti l-lott ċertifikat illi jkun identifikat – fil-każ taż-żerriegħa ċertifikata.

9. 

Piż dikjarat nett jew gross jew in-numru dikjarat ta’ żerriegħa, ħlief għal pakketti żgħar sa 500 gramma.

10. 

Fejn il-piż huwa ndikat u huma wżati pestiċidi granulati, sustanzi pallottolati jew addittivi solidi oħra, in-natura ta’ l-addittiv kif ukoll ir-rapport approssimat bejn il-piż tal-gruppi ta’ żerriegħa pura u l-piż totali.

II.   Dimensjonijiet minimi tat-tikketta (esklużi l-pakketti żgħar)

110 × 67 mm




L-ANNESS V

TIKKETTA U DOKUMENT PROVDUT FIL-KAŻ TA’ ŻERRIEGĦA MHUX ĊERTIFIKATA FINALMENT, MAĦSUDA FI STAT MEMBRU IEĦOR

A.   Informazzjoni meħtieġa għat-tikketta

— 
awtorità responsabbli għall-ispezzjoni fuq il-post u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

▼M7

— 
numru serjali assenjat uffiċjalment,

▼B

— 
speċi, indikati ta’ lanqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħhom, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet, jew taħt l-isem komuni tagħhom, jew it-tnejn,
— 
varjetà, indikata ta’ lanqas f’karattri Rumani,
— 
kategorija,
— 
numru ta’ referenza ta’ l-għalqa jew tal-lott,
— 
piż dikjarat nett jew gross,
— 
il-kliem “żerriegħa mhux ċertifikata finalment”.

B.   Kulur tat-tikketta

It-tikketta għandha tkun griża.

C.   Informazzjoni meħtieġa għad-dokument

— 
awtorità li toħroġ id-dokument,

▼M7

— 
numru serjali assenjat uffiċjalment,

▼B

— 
speċi, indikati ta’ lanqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħhom, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet, jew taħt l-isem komuni tagħhom, jew it-tnejn,
— 
varjetà, indikata ta’ lanqas f’karattri Rumani,
— 
kategorija,
— 
numru ta’ referenza taż-żerriegħa wżata biex tinżergħa l-għalqa u l-isem tal-pajjiż jew pajjiżi li ċċertifikaw dik iż-żerriegħa,
— 
numru ta’ referenza ta’ l-għalqa jew tal-lott,
— 
erja kkoltivata għall-produzzjoni tal-lott koperta bid-dokument,
— 
kwantità taż-żerriegħa maħsuda u n-numru tal-pakketti,
— 
attestazzjoni li ntalħqu l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti bil-wiċċ li minnha tiġi ż-żerriegħa,
— 
fejn xieraq, riżultati ta’ analiżi taż-żerriegħa preliminari.




L-ANNESS VI

PARTI A

DIRETTIVA MĦASSRA U L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(msemmija fl-Artikolu 51)



Direttiva 70/458/KEE (ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 7).

 

Direttiva tal-Kunsill 71/162/KEE (ĠU L 87, tas-17.4.1971, p. 24).

l-Artikolu 6 biss

Direttiva tal-Kunsill 72/274/KEE (ĠU L 171, tad-29.7.1972, p. 37).

dwar r-referenzi għad- disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/458/KEE fl-Artikoli 1 u 2

Direttiva tal-Kunsill 72/418/KEE (ĠU L 287, tas-26.12.1972, p. 22).

l-Artikolu 6 biss

Direttiva tal-Kunsill 73/438/KEE (ĠU L 356, tas-27.12.1973, p. 79).

l-Artikolu 6 biss

Direttiva tal-Kunsill 76/307/KEE (ĠU L 72, tat-18.3.1976, p. 16).

l-Artikolu 2 biss

Direttiva tal-Kunsill 78/55/KEE (ĠU L 16, ta' l-20.1.1978, p. 23).

l-Artikolu 7 biss

Direttiva tal-Kunsill 78/692/KEE (ĠU L 236, tas-26.8.1978, p. 13).

l-Artikolu 7 biss

Direttiva tal-Kunsill 79/641/KEE (ĠU L 183, tad-19.7.1979, p. 13).

l-Artikolu 4 biss

Direttiva tal-Kunsill 79/692/KEE (ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 1).

l-Artikolu 4 biss

Direttiva tal-Kunsill 79/967/KEE (ĠU L 293, ta' l-20.11.1979, p. 16).

l-Artikolu 3 biss

Direttiva tal-Kunsill 80/1141/KEE (ĠU L 341, tas-16.12.1980, p. 27).

l-Artikolu 2 biss

Direttiva tal-Kunsill 86/155/KEE (ĠU L 118, tas-7.5.1986, p. 23).

l-Artikolu 6 biss

Direttiva tal-Kummissjoni 87/120/KEE (ĠU L 49, tat-18.2.1987, p. 39).

l-Artikolu 5 biss

Direttiva tal-Kummissjoni 87/481/KEE (ĠU L 273, tas-26.9.1987, p. 45).

 

Direttiva tal-Kunsill 88/332/KEE (ĠU L 151, tas-17.6.1988, p. 82).

l-Artikolu 8 biss

Direttiva tal-Kunsill 88/380/KEE (ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 31).

l-Artikolu 7 biss

Direttiva tal-Kunsill 90/654/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 48).

li jkollhom referenzi biss għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/458/KEE fl-Artikolu 2 u fl-Anness II (I)(7)

Direttiva tal-Kummissjoni 96/18/KE (ĠU L 76, tas-26.3.1996, p. 21).

l-Artikolu 3 biss

Direttiva tal-Kummissjoni 96/72/KE (ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 10).

l-Artikolu 1(6) biss

Direttiva tal-Kunsill 98/95/KE (ĠU L 25, ta' l-1.2.1999, p. 1).

l-Artikolu 7 biss

Direttiva tal-Kunsill 98/96/KE (ĠU L 25, ta' l-1.2.1999, p. 27).

l-Artikolu 7 biss

PARTI B

SKADENZI GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

(msemmija fl-Artikolu 51)



Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

(70/458/KEE)

1 ta' Lulju 1972 (1) (2)

(71/162/KEE)

1 ta' Lulju 1972

(72/274/KEE)

1 ta' Lulju 1972 (l-Artikolu 1)

1 ta' Jannar 1973 (l-Artikolu 2)

(72/418/KEE)

1 ta' Jannar 1973 (l-Artikoli 6(13) u 6(18))

1 ta' Lulju 1972 (disposizzjonijiet oħra)

(73/438/KEE)

1 ta' Jannar 1974 (l-Artikolu 6(4))

1 ta' Lulju 1974 (disposizzjonijiet oħra)

(76/307/KEE)

1 ta' Lulju 1975

(78/55/KEE)

1 ta' Lulju 1977 (l-Artikolu 7(5))

1 ta' Lulju 1979 (disposizzjonijiet oħra)

(78/692/KEE)

1 ta' Lulju 1977 (l-Artikolu 7)

1 ta' Lulju 1979 (disposizzjonijiet oħra)

(79/641/KEE)

1 ta' Lulju 1980

(79/692/KEE)

1 ta' Lulju 1977

(79/967/KEE)

1 ta' Lulju 1982

(80/1141/KEE)

1 ta' Lulju 1980

(86/155/KEE)

1 ta' Marzu 1986 (l-Artikolu 6(3) u 6(8))

1 ta' Lulju 1987 (disposizzjonijiet oħra)

(87/120/KEE)

1 ta' Lulju 1988

(87/481/KEE)

1 ta' Lulju 1989

(88/332/KEE)

 

(88/380/KEE)

1 ta' Lulju 1982 (l-Artikolu 7(9))

1 ta' Jannar 1986 (l-Artikolu 7(6) u 7(10))

1 ta' Lulju 1992 (l-Artikolu 7(18))

1 ta' Lulju 1990 (disposizzjonijiet oħra)

(90/654/KEE)

 

(96/18/KE)

1 ta' Lulju 1996

(96/72/KE)

1 ta' Lulju 1997 (3)

(98/95/KE)

1 ta' Frar 2000 (Corrigendum ĠU L 126, ta' l-20.5.1999, p. 23)

(98/96/KE)

1 ta' Frar 2000

(1)   

Għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit, 1 ta' Lulju 1973; għall-Greċja, 1 ta' Jannar 1986; għal Spanja, 1 ta' Marzu 1986; u għall-Portugall, 1 ta' Jannar 1991.

(2)   

1 ta' Jannar 1995 għall-Awstrija, Finlandja u l-Isvezja.


Iżda:

— Il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jipposponu sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1995, l-applikazzjoni fit-territorji tagħhom ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-marketing fit-territorji tagħhom ta' żrieragħ tal-varjetajiet elenkati fil-katalgi nazzjonali rispettivi tagħhom tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli u l-varjetajiet ta' l-ispeċi veġetali tal-pjanti li ma ġewx uffiċjalment aċċettati skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Żrieragħ ta' tali varjetajiet m'għandhomx ikunu permessi li jkunu mibjugħa fit-territorju ta' Stati Membri oħra matul dan il-perjodu,

— varjetajiet ta' speċi agrikoli u veġetali li, fid-data tas-sħubija jew wara, huma elenkati kemm fil-katalgi nazzjonali rispettivi tal-Finlandja u l-Isvezja u fil-katalgi komuni, m'għandhomx ikunu suġġetti għal xi restrizzjonijiet ta' marketing fir-rigward tal-varjetà,

— matul il-perjodu msemmi fl-ewwel inċiż, dawk il-varjetajiet fil-katalgi nazzjonali rispettivi tal-Finlandja u l-Isvezja li ġew uffiċjalment aċċettati skond id-disposizzjonijiet ta' l-imsemmija Direttiva hawn fuq għandhom ikunu nklużi fil-katalgi komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi agrikoli jew veġetali, rispettivament.

(3)   

Stokkijiet ta' tikketti li fadal li jkollhom l-abbrevjazzjoni “KEE” jistgħu jkomplu jintużaw sal-31 ta' Diċembru 2001.




L-ANNESS VII



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 70/458/KEE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 34

L-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 1(a)

L-Artikolu 2(1)(a)

L-Artikolu 2(1)(a)

L-Artikolu 2(1)(b)

L-Artikolu 2(1)(B)(a)

L-Artikolu 2(1)(c)(i)

L-Artikolu 2(1)(B)(b)

L-Artikolu 2(1)(c)(ii)

L-Artikolu 2(1)(B)(c)

L-Artikolu 2(1)(c)(iii)

L-Artikolu 2(1)(B)(d)

L-Artikolu 2(1)(c)(iv)

L-Artikolu 2(1)(C)(a)

L-Artikolu 2(1)(d)(i)

L-Artikolu 2(1)(C)(b)

L-Artikolu 2(1)(d)(ii)

L-Artikolu 2(1)(C)(c)

L-Artikolu 2(1)(d)(iii)

L-Artikolu 2(1)(C)(d)

L-Artikolu 2(1)(d)(iv)

L-Artikolu 2(1)(C)(e)

L-Artikolu 2(1)(d)(v)

L-Artikolu 2(1)(D)(a)

L-Artikolu 2(1)(e)(i)

L-Artikolu 2(1)(D)(b)

L-Artikolu 2(1)(e)(ii)

L-Artikolu 2(1)(D)(c)

L-Artikolu 2(1)(e)(iii)

L-Artikolu 2(1)(D)(d)

L-Artikolu 2(1)(e)(iv)

L-Artikolu 2(1)(E)(a)

L-Artikolu 2(1)(f)(i)

L-Artikolu 2(1)(E)(b)

L-Artikolu 2(1)(f)(ii)

L-Artikolu 2(1)(E)(c)

L-Artikolu 2(1)(f)(iii)

L-Artikolu 2(1)(F)(a)

L-Artikolu 2(1)(g)(i)

L-Artikolu 2(1)(F)(b)

L-Artikolu 2(1)(g)(ii)

L-Artikolu 2(1)(F)(c)

L-Artikolu 2(1)(g)(iii)

L-Artikolu 2(1)a

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 2(1)(b)

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 3 sa 8

L-Artikoli 3 sa 8

L-Artikolu 9

-

L-Artikolu 10

L-Artikolu 9

L-Artikolu 11

L-Artikolu 10

L-Artikolu 12

L-Artikolu 11

L-Artikolu 13

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13a

L-Artikolu 13

L-Artikolu 14

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15(1)

L-Artikolu 15(1)

L-Artikolu 15(2)

L-Artikolu 15(2)

L-Artikolu 15(3)

-

L-Artikolu 16(1)

L-Artikolu 16(1)

L-Artikolu 16(2)

L-Artikolu 16(2)

L-Artikolu 16(3) sa (5)

-

L-Artikolu 17 sa 19

L-Artikolu 17 sa 19

L-Artikolu 20(1)

L-Artikolu 20(1)

L-Artikolu 20(1)(a)

L-Artikolu 20(2)

L-Artikolu 20(2)

L-Artikolu 20(3)

L-Artikolu 20(3)

L-Artikolu 20(4)

L-Artikolu 20(5)

-

L-Artikolu 20a

L-Artikolu 21

L-Artikolu 21

L-Artikolu 22

L-Artikolu 21a

L-Artikolu 23

L-Artikolu 22

L-Artikolu 24

L-Artikolu 23

L-Artikolu 25

L-Artikolu 24

L-Artikolu 26

L-Artikolu 25

L-Artikolu 27

L-Artikolu 26(1)

L-Artikolu 28(1)

L-Artikolu 26(1)(a)

L-Artikolu 28(2)

L-Artikolu 26(1)(b)

L-Artikolu 28(3)

L-Artikolu 26(2), subparagrafu (1) sa (3)

L-Artikolu 28(4), subparagrafu (1) sa (3)

L-Artikolu 26(2) sa (4)

-

L-Artikolu 27

L-Artikolu 29

L-Artikolu 28

L-Artikolu 30

L-Artikolu 28a

L-Artikolu 31

L-Artikolu 29

L-Artikolu 32

L-Artikolu 29a

L-Artikolu 33

L-Artikolu 30

L-Artikolu 34

L-Artikolu 30a

L-Artikolu 35

L-Artikolu 31

L-Artikolu 36

L-Artikolu 32(1)

L-Artikolu 37(1)

L-Artikolu 32(3)

L-Artikolu 37(2)

L-Artikolu 33

L-Artikolu 38

L-Artikolu 35

L-Artikolu 39

L-Artikolu 36

L-Artikolu 40

L-Artikolu 37

L-Artikolu 41

L-Artikolu 38

L-Artikolu 42

L-Artikolu 39

L-Artikolu 43

L-Artikolu 39a(1) u (2)

L-Artikolu 44(1) u (2)

L-Artikolu 39a(3)(i)

L-Artikolu 44(3)(a)

L-Artikolu 39a(3)(ii)

L-Artikolu 44(3)(b)

L-Artikolu 40b

L-Artikolu 45

L-Artikolu 40

L-Artikolu 46(1), (2) u (4)

L-Artikolu 40a

L-Artikolu 46(1), (3) u (4)

L-Artikolu 41

L-Artikolu 47

L-Artikolu 41a(1)

L-Artikolu 48(1)

L-Artikolu 41a(2)(i)

L-Artikolu 48(2)(a)

L-Artikolu 41a(2)(ii)

L-Artikolu 48(2)(b)

L-Artikolu 42

L-Artikolu 49

-

L-Artikolu 50 (1)

-

L-Artikolu 51

-

L-Artikolu 52

-

L-Artikolu 53

L-ANNESS I(1)

L-ANNESS I(1)

L-ANNESS I(2)

L-ANNESS I(2)

L-ANNESS I(3)

L-ANNESS I(3)

L-ANNESS I(4)(A)

L-ANNESS I(4)(A)

L-ANNESS I(4)(A) (a)

L-ANNESS I(4)(B)

L-ANNESS I(4)(A)(b)

L-ANNESS I(4)(C)

L-ANNESS I(4)(B)

L-ANNESS I(4)(D)

L-ANNESS I(5)

L-ANNESS I(5)

L-ANNESS II

L-ANNESS II

L-ANNESS III

L-ANNESS III

L-ANNESS IV(A)(a)(1)

L-ANNESS IV(A)(a)(1)

L-ANNESS IV(A)(a)(2)

L-ANNESS IV(A)(a)(2)

L-ANNESS IV(A)(a)(3)

L-ANNESS IV(A)(a)(3)

L-ANNESS IV(A)(a)(4)

L-ANNESS IV(A)(a)(4)

L-ANNESS IV(A)(a)(5)

L-ANNESS IV(A)(a)(5)

L-ANNESS IV(A)(a)(6)

L-ANNESS IV(A)(a)(6)

L-ANNESS IV(A)(a)(7)

L-ANNESS IV(A)(a)(7)

L-ANNESS IV(A)(a)(8)

L-ANNESS IV(A)(a)(8)

L-ANNESS IV(A)(a)(9)

L-ANNESS IV(A)(a)(9)

L-ANNESS IV(A)(a)(10)

L-ANNESS IV(A)(a)(10)

L-ANNESS IV(A)(a)(10)(a)

L-ANNESS IV(A)(a)(11)

L-ANNESS IV(A)(a)(11)

L-ANNESS IV(A)(a)(12)

L-ANNESS IV(A)(b)

L-ANNESS IV(A)(b)

L-ANNESS IV(B)

L-ANNESS IV(B)

L-ANNESS V

L-ANNESS V

-

L-ANNESS VI

-

L-ANNESS VII

(1)   

98/95/KE, l-Artikolu 9(2) u 98/96/KE, l-Artikolu 8(2).



( 1 ) ĠU L 268, tat-18.10.2003, pġ. 1.

( 2 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, pġ. 1.

( 3 ) ĠU L 227, ta’ l-1.9.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2506/95, (ĠU L 258, tat-28.10.1995, p. 3)

( 4 ) ĠU L 159, tat-28.6.1994, p. 1

( 5 ) ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2289/66.

( 6 ) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali

( 7 ) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p 4).