2002L0021 — MT — 19.12.2009 — 003.003


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 2002/21/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Marzu 2002

dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru)

(ĠU L 108, 24.4.2002, p.33)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT (KE) Nru 717/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Ġunju 2007

  L 171

32

29.6.2007

►M2

REGOLAMENT (KE) 544/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009

  L 167

12

29.6.2009

►M3

DIRETTIVA 2009/140/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tal-25 ta’ Novembru 2009

  L 337

37

18.12.2009


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 241, 10.9.2013, p. 8  (2009/140)




▼B

ID-DIRETTIVA 2002/21/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Marzu 2002

dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara l-kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),

Billi:

(1)

Il-kwadru regolatorju preżenti għat-telekomunikazzjonijiet kellu suċċess fil-ħolqien tal-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni effettiva fis-setttur tat-telekomunikazzjonijiet matul it-transizzjoni mill-monopolju għall-kompetizzjoni sħiħa.

(2)

Fl-10 ta' Novembru 1999, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni imsejħa “Lejn kwadru ġdid għal infrastruttura tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi assoċjati - ir-rivista tal-komunikazzjonijiet ta' l-1999”. F'dik il-komunikazzjoni, il-Kummisjoni rrevediet il-kwadru eżistenti regolatorju għat-telekomunikazzjonijiet, skond l-obbligazzjonijiet tagħha taħt Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/387/KEE tat-28 ta' Ġunju 1990 dwar l-istabbiliment tas-suq intern għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet permezz ta' l-implimentazzjoni ta' provista ta' network miftuħ ( 4 ). Preżentat ukoll serje ta' proposti politiċi għal kwadru ġdid regolatorju għall-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi assoċjati għall-konsultazzjoni pubblika.

(3)

Fis-26 ta' April 2000 il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika fuq ir-rivista tal-komunikazzjonijiet ta' l-1999 u l-orjentazzjonijiet għall-kwadru ġdid regolatorju. Il-komunikazzjoni rrappurtat fil-qosor l-konsultazzjoni pubblika u niżżlet ċerti orjentazzjonijiet prinċipali għal preparazzjoni ta' kwadru ġdid għall-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi assoċjati.

(4)

Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 emfasizza l-potenzjal għat-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien ta' l-impiegi u l-bidla lejn ekonomija diġitali bażata fuq l-għerf. B'mod partikolari, emfasizza l-importanza biex in-negozji u ċ-ċittadini ta' l-Ewropa jkollhom aċċess għal infrastruttura ta' komunikazzjonijiet mhux għalja u ta' klassi dinjija u firxa wiesa’ ta' servizzi.

(5)

Il-konverġenza tat-telekomunikazzjonijiet, il-media u s-settturi tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni tfisser li n-networks kollha ta' trasmissjoni u servizzi għandhom ikunu koperti b'kwadru regolatorju wieħed. Dak il-kwadru regolatorju jikkonsisti f'din id-Direttiva u erba’ Direttivi speċifiċi: Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni tan-networks tat-komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) ( 5 ), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal u interkonnessjoni ma’ networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva dwar l-Aċċess) ( 6 ), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2202 dwar dritt universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma’ networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi (Direttiva Servizz Universali) ( 7 ), id-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-setttur tat-telekomunikazzjonijiet ( 8 ), (hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejħa “id-Direttivi Speċifiċi”). Huwa meħtieġ li ssir separazzjoni bejn ir-regolament tat-trasmissjoni u r-regolament tal-kontenut. Dan il-kwadru għalhekk ma jkoprix il-kontenut tas-servizzi mwassla fuq in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jużaw servizzi elettroniċi ta' komunikazzjonijiet, bħal kontenut tax-xandir, is-servizzi finanzjarji u ċerti servizzi tas-soċjeta ta' l-informazzjoni, u hija għalhekk bla preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Komunità u dak nazzjonali dwar dawk is-servizzi, b'konformità mal-liġi tal-Komunità, sabiex jippromwovu diversità kulturali u lingwistika u biex jiżguraw id-difiża tal-pluraliżmu fil-midja. Il-kontenut tal-programmi tat-televiżjoni huwa kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet preskritti bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni ( 9 ). Is-separazzjoni bejn ir-regolament tat-trasmissjoni u r-regolament tal-kontenut ma tippreġudikax li jingħata kont tar-rabtiet li jeżistu bejniethom, b'mod partikolari biex jiġi garantit il-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali u l-protezzjoni tal-konsumatur.

(6)

Il-politika awdjoviżwali u r-regolament tal-kontenut huma mwettqa lejn il-ksib ta' miri ta' interess ġenerali, bħal-libertà ta' l-espressjoni, il-pluraliżmu tal-midja, l-imparzjalità, id-diversità kulturali u lingwistika, l-inklużjoni soċjali, l-protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tal-minuri. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Prinċipji u linji gwida għall-politika tal-Komunità awdjoviżwali u l-era diġitali”, u l-konklużżjonijiet tas-6 ta' Ġunju 2000 jilqgħu din il-komunikazzjoni, jiffissaw l-azzjonijiet prinċipali li għandhom jittieħdu mill-Komunità għall-implimentazzjoni tal-politika tagħha awdjoviżwali.

(7)

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi huma mingħajr preġudizzju għall-possibiltà li kull Stat Membru jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-protezzjoni ta' l-interessi tiegħu ta' sigurtà, biex jissalvagwardja l-politika pubblika u s-sigurtà pubblika, u biex jippermettu l-investigazzjoni, l-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, nkluż it-twaqqif ta' awtoritajiet nazzjonali regolatorji ta' obbligazzjonijiet speċifiċi u proporzjonali applikabbli għall-provdituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

(8)

Din id-Direttiva ma tkoprix apparat fil-qasam ta' applikazzjoni tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar l-apparat tar-radju u l-apparat terminali tat-telekomunikazzjonijiet u l-għarfien komuni tal-konformità tagħhom ( 10 ), iżda tkopri l-apparat tal-konsumatur użat għat-televixin diġitali. Huwa importanti għar-regolaturi li jinkoraġġixxi lill-operaturi tan-networks u lill-manifatturi ta' apparat terminali li jikkoperaw sabiex jiġi faċilitat l-aċċess mill-utenti b'diżabilità għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

(9)

Is-servizzi tas-soċjeta ta' l-informazzjoni huma koperti bir-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali ta' servizzi tas-soċjeta ta' l-informazzjoni, b'mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-suq intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) ( 11 ).

(10)

It-tifsira ta' “servizz tas-soċjeta ta' l-informazzjoni” f'Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tippreskrivi proċedura għall-provista ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-i standards tekniċi u regolamenti u tar-regoli tas-servizzi tas-soċjeta ta' l-informazzjoni ( 12 ) tkopri firxa wiesa’ ta' attivitajiet elettroniċi li jseħħu on-line. Il-parti l-kbira ta' dawn l-attivitajiet m'humiex koperti bl-iskop ta' din id-Direttiva għaliex ma jikkonsistux kollha kemm huma jew prinċipalment fit-twassil ta' sinjali fuq networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. It-telefonija bil-leħen u s-servizzi ta' twassil ta' posta elettronika huma koperti b'din id-Direttiva. L-istess impriża, per eżempju provditur ta' servizzi bl-Internet, jista joffri kemm servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal l-aċċess għall-Internet, u servizzi mhux koperti taħt din id-Direttiva, bħal provista ta' kontenut web-based.

(11)

Skond il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji u operazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta' l-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali regolatorji bil-ħsieb li jiżguraw l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Il-ħtieġa ta' l-indipendenza hija mingħajr preġudizzju għall-awtonomija istituzzjonali u l-obbligazzjonijiet kostituzzjonali ta' l-Istati Membri jew tal-prinċipju ta' newtralità fir-rigward tar-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tas-sidien tal-proprjetà preskritta f'Artikolu 295 tat-Trattat. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ikunu fil-pussess tar-riżorsi kollha meħtieġa, fir-rigward tan-numru ta' impjegati, kapaċità, u mezzi finanzjarji, għat-twettieq tax-xogħol tagħhom.

(12)

Kull parti li hija s-suġġett ta' deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali regolatorja għandu jkollha d-dritt ta' appell lil korp li jkun indipendenti mill-partijiet involuti. Dan il-korp jista’ jkun qorti. B'żieda, kull impriża li tqies li l-applikazzjonijiet tagħha għall-għoti ta' drittijiet ta' faċilitajiet ta' stallazzjoni ma ġewx ittrattati skond il-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva għandu jkollha d-dritt li tappella kontra dawk id-deċiżjonijiet. Din il-proċedura ta' appell hija mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompetenzi fi ħdan is-sistemi nazzjonali ġudizzjarji u tad-drittijiet ta' entitajiet legali u persuni naturali taħt il-liġi nazzjonali.

(13)

L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom il-ħtieġa li jiġbru informazzjoni mill-parteċipanti fis-suq sabiex iwettqu b'mod effettiv ix-xogħol tagħhom. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa wkoll li dik l-informazzjoni tinġabar għan-nom tal-Kummissjoni, biex tippermettilha li twettaq l-obbligazzjonijiet kollha tagħha taħt il-liġi tal-Komunità. Il-talbiet għall-informazzjoni għandhom ikunu proporzjonati u m'għandhomx jimponu piż żejjed fuq l-impriżi. L-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandha tkun pubblikament disponibbli, ħlief sal-limitu li tkun kunfidenzjali skodn ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u bla ħsara għall-liġi tal-Komunità u dik nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju.

(14)

Informazzjoni li hija meqjusa kunfidenzjali minn awtorità nazzjonali regolatorja, skond ir-regoli tal-Komunità u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, tista’ tinbidel biss mal-Kummissjoni u ma awtoritajiet nazzjonali regolatorji oħra fejn dak il-bdil huwa strettament meħtieġ għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew tad-Direttivi speċifiċi. L-informazzjoni mibdula għandha tkun limitata għal dak li huwa relevanti u proporzjonat għall-għand ta' dak il-bdil.

(15)

Huwa iimportanti li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jikkonsultaw mal-partijiet kollha interessati dwar id-deċiżjonijiet proposti waqt li jingħata kont tal-kummenti tagħhom qabel ma tiġi adottata deċiżjoni finali. Sabiex jiġi żgurat li deċiżjonijiet f'livell nazzjonali ma jkollhomx effetti kuntrarji fuq is-suq wieħed jew miri oħra tat-Trattat, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ukoll jinnotifikaw ċerti abbozzi ta' deċiżjonijiet lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji oħra biex jagħtuhom l-opportunità li jikkummentaw. Huwa xieraq li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jikkonsultaw mal-partijiet interssati fuq l-abbozzi kollha tal-miżuri li għandhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-każi fejn il-proċeduri msemmija f'Artikoli 6 u 7 japplikaw huma definiti f'din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tal-Konsultazzjonijiet, li teħtieġ lill-awtorità nazzjonali regolatorja li tirtira abbozz ta' miżura fejn ikun jikkonċerna definizzjoni tas-swieq relevanti jew in-nomina jew le ta' impriżi b'saħħa sinifikanti fis-suq, u fejn dawk id-deċiżjonijiet joħolqu ostakolu għas-suq wieħed jew ikunu inkompattibbli mal-liġi tal-Komunitaà u b'mod partikolari mal-politika tal-miri li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom isegwu. Din il-proċedura hija bla preġudizzju għall-proċedura ta' notifikazzjoni li għaliha tipprovdi d-Direttiva 98/34/KE u tal-prerogattivi tal-Kummissjoni taħt it-Trattat dwar ksur tal-liġi tal-Komunità.

(16)

L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandu jkollhom sett armonizzat ta' miri u prinċipji li jiggwidawhom, u għandhom, fejn meħtieġ, jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħom ma’ l-awtoritajiet regolatorji ta' l-Istati Membri l-oħra fit-twettieq tax-xogħol tagħhom taħt dan il-kwadru regolatorju.

(17)

L-attivitajiet ta' l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji stabbiliti taħt din id-Direttivi u d-Direttivi Speċifiċi jikkontribwixxu għat-twettieq ta' politika aktar wiesa’ fiż-żoni tal-kultura, l-impiegi, l-ambjent, il-koesjoni soċjali u l-ippjanar tal-bliet u rħula.

(18)

Il-ħtiġiet li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jagħtu l-akbar kont tax-xewqa li jsiru regolamenti teknoloġikament newtrali, jiġifieri li la jimponu u lanqas jiddiskriminaw favur l-użu ta' tip partikolari ta' teknoloġija, ma jipprekludux li jittieħdu passi proporzjonati biex jippromwovu ċerti servizzi speċifiċi fejn dan ikun ġustifikat, per eżempju t-televixin diġitali bħala mezz għaż-żieda ta' l-effikaċja fl-Ispettru.

(19)

Il-frekwenzi tar-radju huma kontribizzjoni essenzjali għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bbażati fuq ir-radju u, sal-limitu li jirrelataw ma’ dawk is-servizzi, għandhom għalhekk ikunu allokati u assenjati mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji skond settt ta' miri armonizzati u prinċipji li jirregolaw l-azzjoni tagħhom kif ukoll fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, waqt li jingħata kont ta' l-interessi demokratiċi, soċjali, lingwistiċi u kulturali relatati ma l-użu tal-frekwenza. Huwa importanti li l-allokazzjoni u l-assenjament tal-frekwenzi tar-radju jiġu amministrati bl-aktar mod effiċjenti possibbli. It-trasferiment tal-frekwenzi tar-radju jista’ jkun mezz effettiv biex jiżdied l-użu effiċjenti ta' l-Ispettru, sakemm ikun hemm salvagwardi suffiċjenti operattivi li jipproteġu l-interess pubblika, b'mod partikolari l-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza u s-sorveljanza regolatorja ta' dawk it-trasferimenti. Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju għall-politika ta' l-Ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) ( 13 ) tistabbilixxi kwadru għall-armonizzazzjoni tal-frekwenzi tar-radju, u azzjoni meħuda taħt din id-Direttiva għandha tfittex li tiffaċilita x-xogħol taħt dik id-Deċiżjoni.

(20)

L-aċċess għar-riżorsi tan-numerazzjoni fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji huwa essenzjali għall-impriżi biex jikkompetu fis-setttur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-elementi kollha għall-pjani nazzjonali ta' numerazzjoni għandhom ikunu amministrati mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji, inklużi l-kodiċi tal-punti wżati fl-indirizzar tan-networks. Fejn ikun hemm il-ħtieġa ta' l-armonizzazzjoni tar-riżorsi tan-numerazzjoni fil-Komunità biex jissostna l-iżvilupp ta' servizzi pan-Ewropew, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni bl-użu tas-settgħat esekuttivi tagħha. Fejn dan ikun xieraq biex tiġi żgurata l-interoperabilita globali sħiħa tas-servizzi, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-posizzjonijiet nazzjonali tagħhom skond it-Trattat f'organizzazzjonijiet internazzjonali u laqgħat fejn jittieħdu deċiżjonijiet dwar n-numerazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx jistabbilixxu xi żoni ġodda ta' responsabbiltà għall-awtoritajiet nazzjonali regolatorji fil-qasam ta' l-ismijiet u l-indirizzar ta' l-Internet.

(21)

L-Istati Membri jistgħu jużaw, fost ħwejjeġ oħra, proċeduri ta' għażla kompetittivi jew komparattivi għall-assenjament ta' frekwenzi tar-radju kif ukoll tan-numri b'valur ekonomiku eċċezzjonali. Fl-amministrazzjoni ta' dawk l-iskemi, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jagħtu kont tad-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8.

(22)

Għandu jkun żgurat li jkunu jeżistu proċeduri għall-għoti ta' drittijiet għall-istallazzjoni ta' faċilitajiet li jkunu f'waqthom, mhux diskriminatorji u trasparenti, sabiex jiġu garantiti l-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni ġusta u effettiva. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-esproprjazzjoni jew l-użu tal-proprjetà, eżerċizzju normali tad-drittijiet fuq il-proprjetà, l-użu normali tad-dominju pubbliku, jew għall-prinċipju tan-newtralità fir-rigward tar-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tas-sidien tal-proprjetà.

(23)

Il-qsim tal-faċilitajiet jista’ jkun ta' benefiċċju għall-ippjanar ta' l-ibliet, is-saħħa pubblika jew raġunijiet ambjentali, u għandu jkun inkoraġġit mill-awtoritajiet nazzjonali regplatorji fuq il-bażi ta' patti ta' ftehim volontarji. Fil-każi fejn l-impriżi jiġu mċaħħda minn aċċess għal alternattivi vijabbli, il-qsim obbligatorju ta' faċiltajiet jew proprjetà jista jkun adattat. ikopri fost ħwejjeġ oħra: ko-lokazzjoni fiżika u kanali, bini, arbli, antenni jew qsim ta' sistemi ta' antenni. Il-qsim obbligatorju ta' faċilitajiet jew proprjetà għandu jiġi mpost fuq impriżi biss wara konsultazzjoni pubblika sħiħa.

(24)

Fejn operaturi mobbli jkunu meħtieġa li jaqsmu torrijiet jew arbli għal raġunijiet ambjentali, dakil-qsim mandatarju jista’ jwassal għal tnaqqis fil-leveli massimi tas-saħħa tat-trasmissjoni permissibbli għal kull operatur għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, u dan jista jeħtieġ lill-operaturi li jistallaw aktar siti biex jiżguraw kopertura nazzjonali.

(25)

Hemm il-ħtieġa ta' obbligazzjonijiet minn qabel f'ċerti ċirkostanzi sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta' suq kompetitttiv. It-tifsira ta' saħħa sinifikanti fis-suq fid-Direttiva 97/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1997 dwar interkonnessjoni fit-telekomunikazzjonijiet fir-rigward ta' l-assigurazzjoni ta' servizz universali u interoperabilità permess ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-provista ta' retikolt miftuħ (ONP) ( 14 ) kienet effiċjenti fl-istadji inizjali tal-ftuħ tas-suq bħala limitu għall-obbligazzjonijiet, iżda issa hija meħtieġa li tiġi adattata biex isservi swieq aktar komplessi u dinamiċi. Għal din ir-raġuni, t-tifsira wżata f'din id-Direttiva hija ekwivalenti għall-konċett ta' dominanza kif definit fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Qorti ta' l-Ewwel Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

(26)

Żewġ impriżi jew aktar jistgħu jinstabu li jkunu jgawdu pożizzjoni konġunta dominanti mhux biss fejn jeżistu rabtiet strutturali jew oħrajn bejniethom iżda wkoll fejn l-istruttura tas-suq relevanti hija konduttiva għal effetti koordinati, jiġifieri, tinkoraġġixxi komportament prallel jew allinejat anti-kompetittiv fis-suq.

(27)

Huwa essenzjali li obbligazzjonijiet regolatorji minn qabel għandhom jiġu imposti biss fejn ma jkunx hemm kompetizzjoni effettiva, jiġifieri fi swieq fejn ikun hemm impriża waħda jew aktar b'saħħa sinifikanti fis-suq, u fejn ir-rimedji tal-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali jew tal-Komunità ma jkunux suffiċjenti biex jindirizzaw dik il-problema. Huwa meħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni tħejji linji gwida fil-livell Tal-Komunità kond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni biex l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jsegwu fl-istima jekk il-kompetizzjoni hijiex effettiva f'suq partikolari u fl-istima tas-saħħa sinifikanti fis-suq. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom janalizzaw jekk is-suq fi prodott partikolari jew servizz ikunx effettivament kompetittiv f'żona ġeografika partikolari, li tista’ tkun it-territorju kollu jew parti minnu ta' l-Istat Membru konċernat jew partijiet ġirien tat-territorji ta' l-Istati Membri meqjusa flimkien. Analiżi tal-kompetizzjoni effettiva għandu jinkludi analiżi dwar jekk is-suq hux prospettivament kompetittiv, u b'hekk jekk xi nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva hijiet dejjiema. Dawk il-linji gwida għandhom ukoll jindirizzaw il-kwistjoni ta' swieq ġodda emerġenti, fejn fil-fatt il-mexxej tas-suq x'aktarx li jkollu sehem sostanzjali tas-suq iżda m'għandux jiġi suġġett għal obbligazzjonijiet mhux adattati. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment il-linji gwida biex tassigura li jibgħqu adattati f'suq li jiżviluppa b'mod mgħaġġel. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom il-ħtieġa li jikkoperaw ma xulxin fejn jinstab li s-suq relevanti jkun transnazzjonali.

(28)

Biex jiġi stabbilit jekk impriża jkollhix saħħa sinifikanti fis-suq f'suq speċifiku, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jaġixxu skond il-liġi tal-Komunità u jagħtu l-akbar kont tal-linji gwida tal-Kummissjoni.

(29)

Il-Komunità u l-Istati Membri daħlu fi rbit b’relazzjoni ma’ l-istandards u l-kwadru regolatorju tan-networks u tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(30)

L-istandardizzazzjoni għandha tibqa’ primarjament proċess immexxi mis-suq. Iżda xorta waħda jista jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ikun adattat li tenħtieġ konformità ma’ standards speċifiċi fil-livell tal-Komunità biex tiġi assigurata l-interoperabilità fis-suq wieħed. Fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE. Id-Direttiva 95/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 1995 dwar l-użu ta' standards għat-trasmissjoni ta' sinjali televiżivi ( 15 ) m'għamlitx obbligatorja l-ħtieġa ta' xi sistema ta' trasmissjoni diġitali tat-televiżjoni jew servizz. Permezz tal-Grupp tax-Xandir Diġitali bil-Vidjo, il-parteċipanti tas-suq Ewropew żviluppaw familja ta' sistema ta' trasmissjoni televiżiva li ġiet standardised mill-Istitut ta' l-i standards Ewropew tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI) li sara rakkomandazzjonijiet ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet. Kull deċiżjoni biex l-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards issir mandatarja għandha ssegwi konsultazzjoni pubblika sħiħa. Il-proċeduri ta' l-istandardizzazzjoni taħt din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE tad-19 ta' Frar 1973 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma'apparat elettroniku maħsub biex jintuża fil-limiti ta' ċerti vultaġġi ( 16 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-kompatibilità elettromanjetika ( 17 ).

(31)

L-interoperabilità ta' servizzi diġitali interattivi tat-televiżjoni u tagħmir imtejjeb tat-televiżjoni diġitali, fil-livell tal-konsumatur, għandha tiġi mħajra sabiex tiżgura t-tmexxija libera ta' l-informazzjoni, il-pluraliżmu fil-media u d-diversità kulturali. Huwa mixtieq li l-konsumaturi jkollhom il-kapaċità li jirċievu jkun x'ikun il-mod ta' trasmissjoni, is-servizzi kollha diġitali nterattivi tat-televiżjoni, wara li jingħata kont tan-newtralità teknoloġika, il-progress teknoloġiku futur, il-ħtieġa tal-promozzjoni tat-televiżjoni diġitali skond l-għażla, u l-istat tal-kompetizzjoni fis-swieq għas-servizzi diġitali tat-televiżjoni. L-operaturi tat-televiżjoni diġitali interattiva għandhom jippruvaw li jimplimentaw interface miftuħ ta' applikazzjoni tal-programm (API) li jikkonforma ma’ l-istandards jew speċifikazzjonijiet adottai mill-organizzazzjoni Ewropea ta' l-i standards. L-emigrazzjoni minn APIs għal APIs ġodda miftuħa għandha tkun inkoraġġita u organizzata, per eżempju b'Memorandi ta' Ftehim bejn il-partijiet kollha relevanti tas-suq. APIs miftuħa jiffaċilitaw l-interoperabilità, jiġifieri l-portabilità tal-kontenut interattiv bejn il-mekkaniżmi tat-twassil, u l-funzjonalità sħiħa ta' dan il-kontenut fuq apparat diġitali mtejjeb tat-televiżjoni. Iżda, l-ħtieġa li ma jkunx hemm tfixkil għall-iffunzjonar ta' l-apparat li jirċievi u biex jiġi protett minn attakki malizzjużi, per eżempju minn viruses, għandu jingħata kont tagħha.

(32)

Fil-każ ta' tilwim bejn żewġ impriżi fl-istess Stat membru f'żona koperta b’din id-Direttiva jew bid-Direttivi Speċifiċi, per eżempju li tirrelata ma’ obbligazzjonijiet għall-aċċess jew interkonnessjoni jew mal-mezzi tat-trasferimenti tal-listi ta' l-abbonati, il-parti milquta li tkun innegozjat in bona fede iżda li naqsett li tilħaq ftehim għandha tkun tista’ titlob lill-awtorità nazzjonali regolatorja biex tirriżolvi d-tilwim. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ikunu jistgħu jimponu soluzzjoni fuq il-partijiet. L-intervent ta' awtorità nazzjonali regolatorja fir-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn intrapriżi li jipprovdu networks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi jew servizzi fi Stat Membru għandu jfittex li jassigura l-konformità ma’ l-obbligazzjonijiet li joħorġu taħt din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi.

(33)

B'żieda mad-drittijiet ta' rikors mogħtija taħt il-liġi nazzjonali jew tal-Komunità, hemm il-ħtieġa ta' proċedura sempliċi li għandha tinbeda fuq it-talba ta' xi wieħed mill-partijiet fid-tilwim, biex jiġu riżolti tilwim bejn il-fruntieri li huma barra l-kompetenza ta' awtorità nazzjonali regolatorja waħda.

(34)

Kumitat wieħed għandu jissostitwixxi “l-Kumitat ONP” maħtur b'Artikolu 9 tad-Direttiva 90/387/KEE u l-Kumitat tal-Liċenzi maħtur b'Artikolu 14 tad-Direttiva 97/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' April 1997 dwar kwadru komuni għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u l-liċenzi individwali fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet ( 18 ).

(35)

L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom jipprovdu lill-xulxin bl-informazzjoni meħtieġa biex japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi, sabiex ikun jistgħu jikkoperaw għal kollox flimkien. Fir-rigward ta' l-informazzjoni mibdula, l-awtorità li tirċievi għandha tassigura l-istess livel ta' kunfidenzjalità bħall-awtorità li toriġina.

(36)

Il-Kummissjoni wriet il-ħsieb tagħha li tistabbilixxi grupp ta' regolaturi Ewropej għan-networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi li jikkostitwixxi mekkaniżmu adatta biex iħajjar il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali regolatorji, sabiex jippromwovi l-iżvilupp tas-suq intern għar-retikolai ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi, u biex ifittex li tinkiseb l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, tad-dispożizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi, b'mod partikolari fejn il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi tal-Komunità tagħti lill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji settgħat kunsiderevoli ta' diskrezzjoni fl-applikazzjoni tar-regoli relevanti.

(37)

L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ikunu meħtieġa li jikkoperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni b'mod trasparenti biex tiġi assigurata l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi. Il-koperazzjoni tista’ sseħħ, fost ħwejjeġ oħra, fil-Kumitat tal-Komunikazjonijiet jew fil-Grupp li jikkomprendi r-regolaturi Ewropew. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu liema korpi huma l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għall-għanijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Sepċifiċi.

(38)

Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri huma miżuri li jista’ jkollhom influwenza, diretta jew indiretta, attwali jew potenzjali, fuq ix-xejra tal-Kummerċ bejn l-Istati Membri b'mod li jista’ jinħoloq ostakolu għas-suq wieħed. Jikkomprendu miżuri li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-operaturi jew l-utenti fi Stati Membri oħra, li jinkludu, fost ħwejjeġ oħra: miżuri li jeffettwaw il-prezzijiet għall-utenti fi Stati Membri oħra; miżuri li jeffettwaw l-abilità ta' mpriża stabbilita fi Stat Membru ieħor li tipprovdi servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari miżuri li jeffettwaw l-abilità li jiġu offruti servizzi fuq bażi transnazzjonali; u miżuri li jeffettwaw l-istruttura tas-suq jew l-aċċess, li jwasslu għal riperkussjonijiet għal impriżi fi Stati Membri oħra.

(39)

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jiġu riveduti perjodikament, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-ħtieġa ta' modifikazzjoni fid-dawl tal-kondizzjonijiet li jinbidlu teknoloġiċi u tas-suq.

(40)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-settgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 19 ).

(41)

Minħabba li l-miri ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-ksib ta' kwadru armonizzat għar-regolament ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet asoċjati u servizzi assoċjati ma jistgħux suffiċjentement jinkisbu mill-Istati Membru u għandhom għalhekk, bir-raġuni ta' l-Ispettru u l-effetti ta' din l-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stipulati f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proprozjonalità, kif stipulat f'dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx ’l hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dawk il-miri.

(42)

Ċerti direttivi u deċiżjonijiet f'dan il-qasam għandhom jiġu mħassra.

(43)

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja it-transizzjoni mill-wafas eżistenti għall-kwadru il-ġdid, u tista’ b'mod partikolari, fi żmien adattat, iġġib il-quddiem proposta biex tħassar ir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000 dwar aċċess mhux marbut għall-konnessjoni lokali ( 20 ),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



IL-KAPITOLU I

IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI, L-GĦAN U T-TIFSIRIET

Artikolu 1

Il-qasam ta' applikazzjoni u miri

▼M3

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas armonizzat għar-regolazzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi asssoċjati, u għal ċerti aspetti tat-tagħmir terminali sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-utenti finali b’diżabilità. Tistabbilixxi l-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tistabbilixxi lista ta’ proċeduri biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tal-qafas regolatorju f’kull parti tal-Komunità.

▼B

2.  Din id-Direttiva kif ukoll id-Direttivi Speċifiċi huma mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet iimposti bil-liġi nazzjonali skond il-liġi tal-Komunità jew bil-liġi tal-Komunità fir-rigward tas-servizzi provduti bl-użu ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi.

3.  Din id-Direttiva kif ukoll id-Direttivi Speċifiċi huma mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Komunità jew nazzjonali, b'konformità mal-liġi tal-Komunità, li jfittxu miri ta' interess ġenerali, b'mod partikolari li jirrelataw mar-regolament tal-kontenut u l-politika awdjo-viżwali.

▼M3

3a.  Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri fir-rigward tal-aċċess ta’, jew użu minn, utenti aħħarija ta’ servizzi u applikazzjonijiet permezz tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika għandhom jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u mill-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja.

Kwalunkwe waħda minn dawn il-miżuri fir-rigward tal-aċċess ta’, jew użu minn, utenti aħħarija ta’ servizzi u applikazzjonijiet permezz tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika li jkollhom il-possibbiltà li jirrestrinġu dawk id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu adegwati, proporzjonati u meħtieġa fi ħdan soċjetà demokratika, u l-implimentazzjoni tagħhom għandha ssir konformement mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, inklużi dawk tal-protezzjoni ġudizzjarja effikaċi u tal-proċess kif dovut. Konformement, dawn il-miżuri jittieħdu biss jekk b’rispett kif dovut għall-prinċipju tal-presunzjoni tal-innoċenza u għad-dritt tal-privatezza. Għandha tiġi garantita, minn qabel, proċedura ġusta u imparzjali, inkluż id-dritt tas-smigħ tal-persuna jew persuni konċernati, suġġett għall-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet xierqa u arranġamenti proċedurali xierqa f’każijiet ta’ urġenza sostanzjati kif dovut konformement mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Għandu jkun garantit id-dritt ta’ ri-eżami ġudizzjarju li jkun effikaċi u tempestiv.

▼B

4.  Din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi huma mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 1999/5/KE.

▼M2

5.  Din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal kull miżura speċifika adottata għar-regolamentazzjoni tar-roaming internazzjonali fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet mobbli fi hdan il-Komunità.

▼B

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

▼M3

(a) “network ta’ komunikazzjoni elettronika” tfisser sistemi ta’ trażmissjoni u, fejn applikabbli, apparat għall-kommutazzjoni jew ta’ routing u riżorsi oħra, li jinkludi elementi ta’ network li mhumiex attivi, li jippermettu t-twassil ta’ sinjali permezz ta’ wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi oħra, inklużi networks tas-satellita, networks fissi (circuit- u packet-switched, inkluż l-Internet) u mobbli terrestri, sistemi ta’ kejbil tal-elettriku, sal-punt li jintużaw għall-għan ta’ trażmissjoni tas-sinjali, networks użati għax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni, u networks tat-televiżjoni bil-kejbil, irrispettivament mit-tip ta’ informazzjoni mwassla;

(b) “swieq tranżnazzjonali” tfisser swieq identifikati skont l-Artikolu 15(4) li jkopru l-Komunità jew parti sostanzjali tagħha, li jinsabu f’aktar minn Stat Membru wieħed.

▼B

(ċ) “sevizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser servizz normalment provdut bi ħlas li jikkonsisti kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu fit-twassil ta' sinjali fuq networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi servizzi ta' telekomunikazzjonijiet u servizzi ta' trasmissjoni f'servizzi wżati għax-xandir, iżda esklużi servizzi li jipprovdu, b'eżerċizzu ta' kontroll editorjali fuq, kontenut trasmess bl-użu ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi; ma jinkludix servizzi tas-soċjeta ta' l-informazzjoni, kif definiti f'Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE, li ma jikkonsistux kollha kemm huma jew fil-parti l-kbira tagħhom għat-twassil ta' sinjali b'networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi;

▼M3

(d) “network pubbliku tal-komunikazzjoni” tfisser network tal-komunikazzjoni elettronika użat kollu jew prinċipalment biex jipprovdi s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jissapportjaw it-trasferiment tal-informazzjoni bejn il-punti terminali tan-network;

▼M3

(da) “punt tat-terminazzjoni tan-network” (NTP) tfisser il-punt fiżiku li bih l-abbonat jiġi provdut b’aċċess għal network pubbliku ta’ komunikazzjoni; fil-każ ta’ networks li jinvolvu l-iswiċċjar jew it-trasferiment, l-NTP huwa identifikat permezz ta’ indirizz speċifiku tan-network, li jista’ jitqabbad ma’ numru ta’ abbonat jew isem;

▼M3

(e) “faċilitajiet assoċjati” tfisser dawk is-servizzi assoċjati, l-infrastrutturi fiżiċi u faċilitajiet jew elementi oħra assoċjati ma’ network tal-komunikazzjoni elettronika u/jew servizz tal-komunikazzjoni elettronika li jagħmlu possibbli u/jew jissapportjaw il-provvista ta’ servizzi permezz ta’ dak in-network u/jew servizz jew li għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u jinkludu, inter alia, bini jew dħul għal bini, sistemi ta’ wajers tal-bini, antenni, torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta’ appoġġ, tubi, kondjuwits, toqob tal-ispezzjonar u kaxxi tat-triq;

▼M3

(ea) “servizzi assoċjati” tfisser dawk is-servizzi assoċjati ma’ network tal-komunikazzjoni elettronika u/jew servizz tal-komunikazzjoni elettronika li jagħmlu possibbli u/jew jissapportjaw il-provvista ta’ servizzi permezz ta’ dak in-network u/jew servizz jew li għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u jinkludu, inter alia, traduzzjoni ta’ numri jew sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti, sistemi ta’ aċċess kundizzjonali u gwidi tal-programmi elettroniċi, kif ukoll servizzi oħra bħal servizz ta’ identità, lok u preżenza;

▼B

(f) “sistema ta' aċċess kondizzjonali” tfisser kull mezz tekniku u/jew arranġament li bih l-aċċess għal servizz protett tax-xandir bir-radju jew televiżjoni f'forma li tiftiehem ikun kondizzjonal bi sħubija forma oħra ta' awtorizzazzjoni ndividwali minn qabel;

(g) “awtorità nazzjonali regolatorja” tfisser il-korp jew kopri fdati minn Stat Membru b'xi wieħed mix-xogħlijiet regolatorji assenjati f'din id-Direttiva jew fid-Direttivi Speċifiċi;

(h) “utent” tfisser entità legali jew persuna naturali li tuża jew li titlob servizz pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi;

(i) “konsumatur” tfisser kull persuna naturali li tuża jew titlob servizz pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għal għanijiet li huma barra n-negozju tiegħu jew tagħha, kummerċ jew professjoni;

(j) “servizz universali” tfisser is-settt minimu ta' servizzi, definit fid-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali), ta' kwalità speċifikata li huwa disponibbli għall-utenti kollha tkun xi tkun il-lokazzjoni ġeografika tagħhom u, fid-dawl ta' kondizzjonijiet speċifiċi nazzjonali, bi prezz li jista jintlaħaq;

(k) “abbonat” tfisser kull persuna naturali jew entità legali li jew hija parti f'kuntratt mal-provditur ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għall-provista ta' dawk is-servizzi;

▼M3

(l) “Direttivi Speċifiċi” tfisser id-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), id-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), id-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ( 21 );

▼B

(m) “provista ta' network ta' komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser l-istabbiliment, l-operazzjoni, il-kontroll jew it-tagħmil disponibbli ta' dak in-network;

(n) “utent finali” tfisser utent li ma jipprovdix networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet jew servizzi pubbliċi ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

(o) “apparat imtejjeb ta' televiżjoni diġitali” tfisser kaxxi sett-top maħsuba għall-konnessjoni ma setttijiet tat-televixin jew setttijiet tat-televixinx diġitali ntegrati, kapaċi li jirċievu servizzi diġitali interattivi tat-televiżjoni;

(p) interface għall-programm ta' applikazzjoni (API)” tfisser interfaces ta' software bejn applikazzjonijiet, magħmula disponibbli minn xandara jew provdituri ta' servizz, u r-riżorsi ta' apparat imtejjeb diġitali tat-televiżjoni għal servizzi diġitali ta-televixin jew tar-radju;

▼M3

(q) “allokazzjoni ta’ spettru” tfisser l-indikazzjoni ta’ medda ta’ frekwenzi għal użu minn tip wieħed jew aktar ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bir-radju, fejn xieraq, taħt kondizzjonijiet speċifiċi;

(r) “interferenza ta’ ħsara” tfisser interferenza li tipperikola l-funzjonament ta’ servizz tan-navigazzjoni bir-radju jew ta’ servizzi oħra ta’ sigurtà jew li inkella tiddegrada serjament, tfixkel jew tinterrompi ripetutament servizzi ta’ komunikazzjoni bir-radju li joperaw skont ir-regolamenti tal-Komunità jew nazzjonali applikabbli;

(s) “sejħa” tfisser konnessjoni stabbilita permezz ta’ servizz telefoniku pubblikament disponibbli li jippermetti komunikazzjoni li taħdem f’żewġ direzzjonijiet.

▼B



IL-KAPITOLU II

AWTORITAJIET NAZZJONALI REGOLATORJI

Artikolu 3

Awtoritajiet nazzjonali regolatorji

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull wieħed mix-xogħlijiet assenjati lill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji f'din id-Direttiva u fid-Direttiva Speċifiċi jitwettaq minn korp kompetenti.

2.  L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta' l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji billi jassiguraw li jkun legalment distinti minn u funzjonalment indipendenti mill-organizzazzjonijiet kollha li jipprovdu networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, apparat jew servizzi. L-Istati Membri li jżommu l-proprjetà jew jikkontrollaw intrapriżi li jipprovdu networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi għandhom jassiguraw is-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja mill-attivitajiet assoċjati mal-proprjetà jew kontroll.

▼M3

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, trasparenti u tempestiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jkollhom ir-riżorsi umani u finanzjarji xierqa biex iwettqu d-dmirijiet assenjati lilhom.

▼M3

►C1  3a.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli għal regolazzjoni tas-suq ex-ante jew għar-riżoluzzjoni ta’ tilwima bejn impriżi skont l-Artikolu 20 jew 21 ta’ din id-Direttiva għandhom jaġixxu indipendentement u m’għandhom jitolbu jew jieħdu struzzjonijiet minn ebda korp fir-rigward tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi Komunitarja. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Il-korpi ta’ appell biss stabbiliti skont l-Artikolu 4 għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu jew ibiddlu deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta’ awtorità regolatorja nazzjonali, jew ◄ fejn applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jkopri dik il-funzjoni f’awtorità regolatorja nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu jew is-sostituti tagħhom ikunu jistgħu jitkeċċew biss jekk ma jissodisfawx iktar il-kondizzjonijiet mitluba għat-twettiq ta’ dmirijiethom li jkunu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali. Id-deċiżjoni biex jitkeċċa l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli biex jitkeċċew il-membri tal-korp kolleġġjali li jkopri dik il-funzjoni għandha ssir pubblika fiż-żmien tat-tkeċċija. Il-kap imkeċċi tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli l-membri tal-korp kolleġġjali li jkopri dik il-funzjoni, għandhom jirċievu dikjarazzjoni ta’ raġunijiet u għandu jkollhom id-dritt jitolbu l-pubblikazzjoni tagħha, jekk din ma tkunx ser issir, f’liema każ hija tiġi pubblikata.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu pubblikati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi umani u finanzjarji xierqa sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem b’mod attiv fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) ( 22 ), kif ukoll jagħtu l-kontribut tagħhom lil dan il-Korp.

3b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għanijiet tal-BEREC fil-promozzjoni ta’ koordinazzjoni u koerenza regolatorja akbar huma aappoġġati b’mod attiv mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji rispettivi.

3c.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ARN jieħdu kont sħiħ tal-opinjonijiet u l-pożizzjonijiet komuni adottati mill-BEREC meta jadottaw id-deċiżjonijiet tagħhom għas-swieq nazzjonali tagħhom.

▼B

4.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ix-xogħlijiet imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji f'forma faċilment aċċessibbli, b'mod partikolari fejn dawk ix-xogħlijiet huma assenjati lill-aktar minn korp wieħed. L-Istati Membri għandhom jassiguraw, fejn xieraq, konsultazzjoni u koperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, u bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet nazzjonali fdati bl-implimentazzjoni tal-liġi tal-konsumatur, dwar kwistjonijiet ta' interess komuni. Fejn akatr minn awtorità waħda jkollha l-kompetenza li tindirizza dawk il-kwistjonijiet, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li x-xogħlijiet rispettivi ta' kull awtorità jiġu pubblikat f'forma faċilment aaċċessibbli.

5.  L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom jipprovdu lill-xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi. Dwar l-informazzjoni mibdula, l-awtorità li tirċievi għandha tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità bħal ta' l-awtorità li toriġina.

6.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet nazzjonali regolatorji kollha assenjati xogħlijiet taħt din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi, u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 4

Dritt ta' appell

▼M3

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali li bihom kull utent jew impriża li jipprovdu n-networks u/jew s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u li jkunu affettwati minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali jkollhom id-dritt li jappellaw kontra d-deċiżjoni quddiem entità ta’ appell li tkun indipendenti mill-partijiet involuti. Din l-entità, li tista’ tkun qorti, għandu jkollha l-kompetenza xierqa biex tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha b’mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-merti tal-każ jitqiesu kif xieraq u li jkun hemm mekkaniżmu ta’ appell effettiv.

Sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tibqa’ tgħodd, sakemm ma jkunux ingħataw miżuri interim skont il-liġi nazzjonali.

▼B

2.  Fejn il-korp ta' l-appell imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ta, natura ġudizzjarja, raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjonijiet tiegħu għandhom dejjem jingħataw. B'żieda, skond il-każ, id-deċiżjoni għandha tkun suġġetta għar-reviżjoni mill-qorti jew tribunal skond it-tifsira ta' Artikolu 234 tat-Trattat.

▼M3

3.  L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar is-suġġett ġenerali tal-appelli, in-numru ta’ talbiet għal appell, id-durata tal-proċedimenti ta’ appell u n-numru ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu biex jiġu konċeduti miżuri interim. L-Istati Membri għandhom jipprovdu tali informazzjoni lill-Kummisjoni u lill-BEREC wara talba motivata minn wieħed minnhom.

▼B

Artikolu 5

Provista ta' informazzjoni

▼M3

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni finanzjarja, meħtieġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi, jew mad-deċiżjonijiet meħuda skont dawn. B’mod partikolari, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lil dawk l-impriżi jippreżentaw informazzjoni dwar l-iżviluppi futuri fin-network jew fis-servizz li jistgħu jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa li jistgħu jkunu disponibbli għall-kompetituri. Impriżi b’qawwa tas-suq sinifikanti fuq is-swieq bl-ingrossa jistgħu jintalbu jippreżentaw data ta’ kontabbiltà dwar is-swieq tal-bejgħ bl-imnut li huma assoċjati ma’ dawk is-swieq bl-ingrossa.

L-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni fil-pront kif tintalab u b’mod konformi mal-limiti ta’ żmien u fil-livell ta’ dettall mitluba mill- awtorità regolatorja nazzjonali. L-informazzjoni mitluba mill-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun proporzjonata għat-twettiq ta’ dak il-kompitu. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba tagħha għall-informazzjoni u għandha tittratta l-informazzjoni konformement mal-paragrafu 3.

▼B

2.  L-Istati membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jipprovdu lill-Kummissjoni, wara talba raġonata, bl-informazzjoni meħtieġa għaliha biex twettaq ix-xogħlijiet tagħha taħt it-Trattat. L-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni għandha tkun proporzjonata mat-twettieq ta' dawk ix-xogħlijiet. Fejn l-informazzjoni provduta tirreferi għal informazzjoni provduta qabel minn impriżi fuq it-talba ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja, dawk l-impriżi għandhom ikunu nformati b'dan. Sal-limitu meħtieġ, u sakemm l-awtorità li provdiet l-informazzjoni tkun għamlet talba espliċita u raġjonata għall-kuntrarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni provduta disponibbli lill-awtorità oħra bħal dik fi Stat Membru ieħor.

Bla ħsara għall-ħtiġet tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-informazzjoni mibgħuta lill-awtorità nazzjonali regolatorja tista’ tintgħamel disponibbli lill-awtorità oħra bħal dik fl-istess Stat Membru jew ieħor differenti, wara talba sostanzjata, fejn meħtieġ biex ikun permes għall-kull waħda mill-awtoritajiet li twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha taħt il-liġi tal-Komunita.

3.  Fejn informazzjoni tkun meqjusa kunfidenzjali mill-awtorità nazzjonali regolatorja skond ir-regoli tal-Komunità jew nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tal-kummerċ, il-Kummisjoni u l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji konċernati għandhom jassiguraw dik il-konfidenzjalità.

4.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, waqt li jaġixxu skond ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u bla ħsara għar-regoli tal-Komunità u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tal-kummerċ, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jippubblikaw dik l-informazzjoni li għandha tikkontribwixxi għal suq miftuħ u kompetittiv.

5.  L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jippubblikaw it-termi għall-aċċes pubbliku għall-informazjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4, inklużi l-proċeduri għall-ksib ta' dak l-aċċess.

▼M3

Artikolu 6

Mekkaniżmu għall-konsultazzjoni u għat-trasparenza

Għajr f’każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 7(9), 20, jew 21, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom l-intenzjoni li jieħdu miżuri skont din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi, jew fejn jkollhom l-intenzjoni jipprovdu għal restrizzjonijiet skont l-Artikolu 9(3) u 9(4), li għandhom impatt sinifikanti fuq is-suq rilevanti, huma jagħtu lill-partijiet ikkonċernati l-opportunità li jikkummentaw fuq l-abbozz ta’ miżura fi żmien raġonevoli.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw il-proċeduri ta’ konsultazzjoni nazzjonali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistabbilixxu punt uniku ta’ informazzjoni li permezz tiegħu l-konsultazzjonijiet kollha għaddejjin jkunu aċċessibbli.

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel ir-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni disponibbli għall-pubbliku, ħlief fil-każ tal-informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi tal-Komunità u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalita’ tan-negozju.

Artikolu 7

It-tisħiħ tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi, l- awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont sħiħ tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, sa fejn dawk jirrelataw mat-tħaddim tas-Suq Intern.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni u mal-BEREC b’mod trasparenti sabiex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi. Għal dan il-għan, huma għandhom, b’mod partikolari, jaħdmu mal-Kummissjoni u l-BEREC biex jidentifikaw it-tipi ta’ strumenti u rimedji l-iktar adattati biex ikunu ttrattati tipi partikolari ta’ sitwazzjonijiet fis-suq.

3.  Għajr fejn jipprovdu mod ieħor fir-rakkomandazzjonijiet u/jew linji gwida adottati skont l-Artikolu 7b, meta titlesta l-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 6, fejn awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-intenzjoni tieħu miżura li:

(a) taqa’ fl-ambitu tal-Artikoli 15 jew 16 ta’ din id-Direttiva, jew l-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), u

(b) tkun tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri,

għandha tqiegħed l-abbozz ta’ miżura għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-BEREC u tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri oħra, fl-istess ħin, flimkien mar-raġunijiet li fuqhom tissejjes il-miżura, skont l-Artikolu 5(3), u tinforma lill-Kummissjoni, lill-BEREC u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b’dan. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC u l-Kummissjoni jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biss fi żmien xahar. Dan il-perjodu ta’ xahar ma jistax jiġi estiż.

4.  Fejn miżura maħsuba koperta mill-paragrafu 3 jkollha l-għan li:

(a) tiddefinixxi suq rilevanti li jkun differenti minn dawk definiti fir-Rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 15(1); jew

(b) tiddeċiedi jekk impriża tiġix nominata jew le bħala li għandha, jew individwalment jew flimkien ma’ oħrajn, saħħa sinifikanti fis-suq, skont l-Artikolu 16(3), (4) jew (5);

u li tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u li l-Kummissjoni tkun indikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali li hija tikkunsidra li l-abbozz ta’ miżura jkun joħloq barriera għas-suq uniku jew jekk hija jkollha dubji serji dwar il-kompatibilità tiegħu mal-liġi tal-Komunità u b’mod partikolari l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 8, allura l-abbozz ta’ miżura m’għandux ikun adottat qabel xahrejn oħra. Dan il-perjodu ma jistax jiġi estiż. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħrajn bir-riżervi tagħha f’tali każ.

5.  Fi żmien perijodu ta’ xahrejn imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista’:

(a) tista’ tiddeċiedi li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biex tirtira l-abbozz ta’ miżura, u/jew

(b) tieħu deċiżjoni li tirtira r-riżervi tagħha fir-rigward tal-abbozz ta’ miżura msemmi fil-paragrafu 4.

Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BEREC qabel ma toħroġ id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tkun akkompanjata minn analiżi ddettaljata u oġġettiva dwar x’wassal lill-Kummissjoni biex tikkonsidra li l-abbozz ta’ miżura m’għandux ikun adottat flimkien ma’ proposti biex ikun emendat l-abbozz ta’ miżura.

6.  Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 5 tirrikjedi lill-awtorità regolatorja nazzjonali tirtira l-abbozz ta’ miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha temenda jew tirtira l-abbozz ta’ miżura fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Meta l-abbozz ta’ miżura jkun emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6, u għandha tinnotifika mill-ġdid lill-Kummissjoni bl-abbozz ta’ miżura emendat skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.

7.  L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tieħu kont sħiħ tal -kummenti ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, tal-BEREC u tal-Kummissjoni u tista’, ħlief għall-każijiet koperti mill-paragrafu 4 u 5(a), tadotta l-abbozz ta’ miżura li jirriżulta u, meta tagħmel dan, għandha tikkomunikah lill-Kummissjoni.

8.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-Kummissjoni u lill-BEREC l-miżuri finali kollha adottati li jaqgħu taħt l-Artikolu 7(3) (a) u (b).

9.  F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra li jkun hemm ħtieġa urġenti biex taġixxi sabiex tipproteġi l-kompetizzjoni u tħares l-interessi tal-utenti, permezz ta’ deroga mill-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4, hija tista’ tadotta minnufih miżuri proporzjonati u temporanji. Hija għandha, mingħajr dewmien, tikkommunika dawk il-miżuri, flimkien mar-raġunijiet sħaħ, lill-Kummissjoni, lill-awtorità regolatorja nazzjonali l-oħra, u lill-BEREC. Deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali regolatorja biex tirrendi permanenti dawk il-miżuri jew biex testendi ż-żmien li għalih huma applikabbli għandhom ikun suġġetti għad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4.

▼M3

Artikolu 7a

Proċedura għall-applikazzjoni konsistenti tar-rimedji

1.  Meta miżura maħsuba koperta mill-Artikolu 7(3) jkollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu fuq operatur bl-applikazzjoni tal-Artikolu 16 flimkien mal-Artikoli 5 u 9 sa 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (id-Direttiva dwar is-Servizz Universali), il-Kummissjoni tista’, fil- perjodu ta’ xahar stabbilit mill-Artikolu 7(3) ta’ din id-Direttiva), tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata u lill-BEREC dwar ir-raġunijiet għalfejn tqis li l-abbozz tal-miżura joħloq ostaklu għas-suq komuni jew inkella li għandha dubji serji b’rabta mal-kompatibiltà tiegħu mal-liġi Komunitarja. F’każ bħal dan, l-abbozz tal-miżura m’għandux jiġi adottat għal tliet xhur oħra wara n-notifika tal-Kummissjoni.

Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tista’ tadotta l-abbozz ta’ miżura, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lil kull kumment magħmul mill-Kummissjoni, mill-BEREC jew minn kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra.

2.  Fi żmien perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, il-BEREC u l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandhom jikkoperaw mill-qrib sabiex jidentifikaw l-iktar miżura xierqa u effettiva fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, filwaqt li jqisu b’mod xieraq il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta’ prattika regolatorja konsistenti.

3.  Fi żmien sitt ġimgħat mill-bidu tal-perjodu ta’ tliet xhur imsemmija fil-paragrafu 1, il-BEREC għandu, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, joħroġ opinjoni dwar in-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, li tindika jekk iqisx li l-abbozz tal-miżura għandux jiġi emendat jew irtirat u, fejn hu xieraq, jipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan. Din l-opinjoni għandha tkun raġunata u ssir disponibbli għall-pubbliku.

4.  Jekk fl-opinjoni tiegħu, il-BEREC jaqbel mad-dubji serji tal-Kummissjoni, hu għandu jikkopera mill-qrib mal-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata bil-għan li tiġi identifikata l-aktar miżura xierqa u effettiva. Qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’:

(a) temenda jew tirtira l-abbozz ta’ miżura tagħha billi jittieħed l-akbar kont tan-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll tal-opinjoni u l-pariri tal-BEREC;

(b) iżżomm l-abbozz ta’ miżura tagħha.

5.  Fejn il-BEREC ma jaqbilx mad-dubji serji tal-Kummissjoni jew ma joħroġx opinjoni, jew fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali temenda jew iżżomm l-abbozz ta’ miżura tagħha skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista’, fi żmien xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1 u filwaqt li tqis sew l-opinjoni tal- BEREC jekk ikun il-każ:

(a) toħroġ rakkomandazzjoni li tesiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata temenda jew tirtira l-abbozz ta’ miżura, inklużi proposti speċifiċi għal dak il-għan u tipprovdi raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rakkomandazzjoni tagħha, b’mod partikolari fejn il-BEREC ma jkunx jaqbel mad-dubji serji tal-Kummissjoni, u proposti speċifiċi għal dak il-għan;

(b) Jieħu deċiżjoni li jneħħi r-riżervazzjonijiet tiegħu indikati skont il-paragrafu 1.

6.  Fi żmien xahar minn meta l-Kummissjoni toħroġ ir-rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 5 (a) jew tneħħi r-riżervi tagħha skont il-paragrafu 5(b), l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tikkomunika lill-Kummissjoni u lill-BEREC il-miżura finali adottata.

Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż biex jippermetti lill-awtorità regolatorja nazzjonali li twettaq konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 6.

7.  Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tiddeċiedi li ma temendax jew tirtira l-abbozz tal-miżura fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 5 (a), din għandha tipprovdi ġustifikazzjoni raġunata.

8.  L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tirtira l-abbozz tal-miżura proposta fi kwalunkwe fażi tal-proċedura.

Artikolu 7b

Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni

1.  Wara konsultazzjoni pubblika u konsultazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali u b’kont sħiħ meħud tal-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni tista’ tadotta rakkomandazzjonijiet u/jew linji gwida fir-rigward tal-Artiklu 7 li jiddefenixxu l-forma, il-kontenut u l-livell ta’ dettalji li jridu jingħataw fin-notifiki meħtieġa skont l-Artikolu 7(3), iċ-ċirkostanzi li fihom in-notifiki ma jkunux meħtieġa, u l-kalkolu tal-limiti taż-żmien.

2.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 22(2).

▼B



IL-KAPITOLU III

XOGĦLIJIET TA' L-AWTORITAJIET NAZZJONALI REGOLATORJI

Artikolu 8

Miri politiċi u prinċipji regolatorji

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fit-twettieq tax-xogħlijiet regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li huma mmirati lejn il-ksib tal-miri stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4. Dawk il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati ma’ dawk il-miri.

▼M3

Sakemm mhuwiex ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 9 dwar il-frekwenzi tar-radju, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont sħiħ tal-fatt li huwa mixtieq li r-regolamenti li jsiru jkunu newtrali teknoloġikament u għandhom jiżguraw meta jwettqu l-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi, b’mod partikolari dawk maħsuba biex jiżguraw il-kompetizzjoni effettiva, li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħmlu l-istess.

▼B

L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji skond il-kompetenzi tagħhom biex jassigura l-implimentazzjoni tal-politika mmirata lejn il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll tal-pluraliżmu fil-midja.

2.  L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jippromwovu l-kompetizzjoni fil-provista tan-networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati u servizzi billi fost ħwejjeġ oħra:

▼M3

(a) jiżguraw li l-utenti, inklużi l-utenti b’diżabbiltà, l-utenti anzjani, u l-utenti bi bżonnijiet speċjali jieħdu l-benefiċċju massimu f’termini ta’ għażla, prezz, u kwalità;

(b) jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda distorsjoni jew restrizzjoni fil-kompetizzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, anke fit-trażmissjoni tal-kontenut;

▼M3 —————

▼B

(d) jinkoraġġixxu l-użu effiċjenti u jassiguraw l-amministrazzjoni effettiva tal-frekwenzi tar-radju u r-riżorsi tan-numerazzjoni.

3.  L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi fost ħwejjeġ oħra:

(a) ineħħu l-ostakoli li baqa’ għall-provista ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet assoċjati u servizzi u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi f'livell Ewropew;

(b) jinkoraġġixxu l-istabbilir u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej u l-interoperabilità ta' servizzi trans-Ewropej, u l-konnettività tarf ma’ tarf;

▼M3 —————

▼M3

(d) jikkooperaw bejniethom, mal-Kummissjoni u mal-BEREC sabiex jiżguraw l-iżvilupp ta’ prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi;

▼B

4.  L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jippromwovu l-interessi taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea billi fost ħwejjeġ oħra:

(a) jassiguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għas-servizzi universali speċifikati fid-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali);

(b) jassiguraw livell għoli ta' protezzjoni ta' konsumaturi meta jittrattaw mal-provdituri, b'mod partikolari billi jassiguraw id-disponibilità ta' proċeduri sempliċi u mhux għaljin fir-riżoluzzjoni ta' tilwim mwettqa minn korp li jkun indipendenti mill-partijiet involuti;

(ċ) jikkontribwixxu billi jassiguraw livell għoli ta' protezzjoni tta-tagħrif personali u l-privatezza;

(d) jippromwovu l-provista ta' informazzjoni ċara, b'mod partikolari li teħtieġ trasparenza ta' tarifi u kondizzjonijiet għall-użu ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi;

▼M3

(e) jittrattaw il-bżonnijiet ta’ gruppi soċjali speċifiċi, b’mod partikolari l-utenti b’diżabilità, l-utenti anzjani u l-utenti bi bżonnijiet soċjali speċifiċi;

▼B

(f) jassiguraw li l-integrità u s-sigurtà ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet jiġu mantnuti;

▼M3

(g) il-promozzjoni tal-ħila tal-utenti aħħarija li jkollhom aċċess u jiddistribwixxu informazzjoni jew jużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi li jagħżlu huma.

5.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fis-segwitu tal-għanijiet politiċi msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4, japplikaw prinċipji regolatorji oġġettivi, trasparenti, non-diskriminatorji u proporzjonati billi, inter alia:

(a) jippromwovu l-prevedibilità regolatorja billi jiżguraw approċċ regolatorju konsistenti tul perjodi ta’ reviżjoni xierqa;

(b) jiżguraw li, f’ċirkostanzi simili, ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta’ intrapriżi li jipprovdu networks ta’ komunikazzjoni elettronika u servizzi;

(c) jissalvagwardjaw kompetizzjoni għall-benefiċċju ta’ konsumaturi u jippromwovu fejn xieraq kompetizzjoni bbażata fuq infrastruttura;

(d) jippromwovu investiment u innovazzjoni effiċjenti f’infrastrutturi ġodda u mtejba, inkluż billi jkun żgurat li kwalunkwe obbligu ta aċċess iqis kif jixraq ir-riskju meħud mill-intrapriżi li jinvestu u billi jippermettu diversi arranġamenti koperattivi bejn l-investituri u l-partijiet li jitolbu l-aċċess sabiex ikun diversifikat is-sogru tal-investiment, filwaqt li jiżguraw li l-kompetizzjoni fis-suq u l-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni ikunu ppreservati;

(e) jieħdu kont debitu tal-varjetà ta’ kondizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni u l-konsumaturi li jeżistu f’żoni ġeografiċi varji fi Stat Membru;

(f) jimponu obbligi regolatorji ex-ante biss fejn m’hemm l-ebda kompetizzjoni effettiva u sostenibbli u jirrilassawhom jew ineħħuhom hekk kif tkun issodisfata kundizzjoni tali.

Artikolu 8a

Ippjanar strateġiku u kordinazzjoni tal-politika tal-ispettru tar-radju.

1.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni fl-ippjanar strateġiku, koordinazzjoni u armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea. Għal dan il-għan, huma għandhom jieħdu kont, inter alia, tal-aspetti ekonomiċi, ta’ saħħa, ta’ interess pubbliku, ta’ libertà ta’ espressjoni, kulturali, xjentifiċi, soċjali u tekniċi tal-politika tal-UE kif ukoll tal-varji interessi tal-komunitajiet ta’ utenti tal-ispettru tar-radju bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tal-ispettru tar-radju u jiġu evitati interferenzi dannużi.

2.  B’kooperazzjoni ma’ xulxin u mal-Kummissjoni l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-koordinazzjoni tal-approċċi politiċi dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea u, fejn xieraq, dwar kondizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibilità u l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

3.  Il-Kummissjoni, waqt li tqis l-opinjoni tal-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG), stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE tas-26 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju ( 23 ), jista’ jippreżenta proposti leġiżlattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex jistabbilixxi programmi plurijennali tal-politika tal-ispettru tar-radju. Programmi tali għandhom jistabbilixxu l-orjentamenti u l-objettivi politiċi għall-ippJannar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi.

4.  Kull fejn ikun meħtieġ li tiġi żgurata l-koordinazzjoni effettiva tal-interessi tal-Komunità Ewropea f’organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet tal-ispektrum tar-radju, il-Kummissjoni, waqt li tieħu l-akbar kont possibbli tal-opinjoni tal-RSPG, tista’ tipproponi għanijiet ta’ politika komuni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M3

Artikolu 9

Il-ġestjoni ta’ frekwenzi tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika

1.  B’kont debitu meħud tal-fatt li l-frekwenzi tar-radju huma beni pubbliċi li għandhom valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni effettiva ta’ frekwenzi tar-radju għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 8 u 8a. Huma għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-ispettur użat għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u l-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali jew drittijiet individwali ta’ użu ta’ tali frekwenzi tar-radju minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati.

Bl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jkunu qegħdin jirrispettaw il-ftehimiet internazzjonali relevanti, inklużi r-Regolamenti tal-ITU tar-Radju, u jkunu jistgħu jqisu l-prospettivi tal-politika pubblika.

2.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-użu tal-frekwenzi tar-radju mal-Komunità kollha, b’konsistenza mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu fi tfittxija għal benefiċċji għall-konsumatur bħal ekonomiji ta’ skala u interoperabbiltà ta’ servizzi. Waqt li jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu skont mal-Artikolu 8a u mad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju).

3.  Sakemm ma jipprovdux mod ieħor it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta’ teknoloġija użati għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jkunu jistgħu jintużaw fil-meded ta’ frekwenzi tar-radju dikjarati disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fil-Pjan ta’ Allokazzjoni ta’ Frekwenzi Nazzjonali tagħhom skont il-liġi Komunitarja.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta’ teknoloġija tan-network tar-radju jew tal-aċċess bla wajer użati għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, fejn dan ikun iġġustifikat biex:

(a) tiġi evitata l-interferenza li tagħmel il-ħsara;

(b) titħares is-saħħa pubblika mill-kampijiet elettromanjetiċi;

(c) tiġi żgurata kwalità teknika ta’ servizz;

(d) jiġi żgurat li l-użu tal-frekwenza tar-radju kemm jista’ jkun jinqasam;

(e) ikun issalvagwardjat l-użu effiċjenti tal-ispettru, jew

(f) jiġi żgurat li jinkiseb għan ta’ interess ġenerali taħt il-paragrafu 4.

4.  Sakemm ma jipprovdux mod ieħor fit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jistgħu jkunu provduti fil-meded tal-frekwenzi tar-radju u dikjarati disponibbli għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Pjan ta’ Allokazzjoni ta’ Frekwenzi Nazzjonali tagħhom skont il-liġi Komunitarja. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li se jkunu pprovduti, inklużi, fejn hu meħtieġ, biex jiġi ssodisfatt rekwiżit skont ir-Regolamenti tal-ITU dwar ir-Radju.

Miżuri li jeħtieġu li jiġi provdut servizz ta’ komunikazzjoni elettronika f’medda speċifika disponibbli għal servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jkun ġustifikat sabiex jiġi żgurat is-sodisfazzjon ta’ għan ta’ interess ġenerali kif definit mill-Istati Membri f’konformità mal-liġi Komunitarja, bħal u mhux limitat għal:

(a) sikurezza tal-ħajja,

(b) il-promozzjoni ta’ koeżjoni soċjali, reġjonali jew territorjali,

(c) l-evitar ta’ użu ineffiċjenti ta’ frekwenzi tar-radju, jew

(d) il-promozzjoni ta’ diversità kulturali u lingwistika u pluraliżmu tal-media, per eżempju bil-forniment ta’ servizzi ta’ xandir bir-radju u t-televiżjoni.

Miżura li tipprojbixxi l-provvista ta’ kull servizz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika f’medda speċifika tista’ tiġi prevista biss fejn tkun ġustifikata mill-ħtieġa li jkunu protetti servizzi tas-sikurezza tal-ħajja. L-Istati Membri jistgħu b’eċċezzjoni jestendu wkoll tali miżura sabiex jissodisfaw għanijet ta’ interess ġenerali oħrajn kif iddefinit mill-Istati Membri skont il-liġi Komunitarja.

5.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu regolarment il-ħtieġa tar-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 u għandhom jagħmlu r-riżultati ta’ dawn ir-reviżjonijiet pubbliċi.

6.  Il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw għall-ispettru allokat għall-użu tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, l-awtorizzazzjonijiet ġenerali maħruġa u d-drittijiet individwali ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju mogħtija wara l-25 ta’ Mejju 2011.

L-allokazzjonijiet tal-ispettru, l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijiet tal-użu individwali li eżistew sal-25 ta’ Mejju 2011 għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 9a.

7.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi Speċifiċi u b’kont meħud taċ-ċirkostanzi nazzjonali rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli sabiex jevitaw l-ħżin tal-ispettru, b’mod partikolari billi jistabbilixxu skadenzi stretti għall-esplojtazzjoni effettiva tad-drittijiet tal-użu mid-detentur tad-drittijiet u billi japplikaw penaltajiet, inkluż penali finanzjarji jew l-irtirar ta’ drittijiet ta’ użu f’każ ta’ non konformità mal-iskadenzi. Dawn ir-regoli għandhom jiġu stabbiliti u applikati b’mod proporzjonat, non diskriminatorju u trasparenti.

▼M3

Artikolu 9a

Reviżjoni tar-restrizzjonijiet għal drittijiet eżistenti

1.  Għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mill-25 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lid-detenturi ta’ drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju li jkunu ngħataw qabel dik id-data u li ser jibqgħu validi għal perijodu ta’ mhux anqas minn ħames snin wara dik id-data, li jressqu applikazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għal reviżjoni tar-restrizzjonijiet għad-drittijiet tagħhom, skont l-Artikolu 9(3) u (4).

Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għandha tinnotifika d-detentur tad-drittijiet bir-reviżjoni mill-ġdid tagħha tar-restrizzjonijiet u tindika sa fejn jasal id-dritt konċernat wara r-reviżjoni u għandha tagħtih skadenza raġonevoli biex jirtira l-applikazzjoni tiegħu.

Jekk id-detentur tad-drittijiet jirtira l-applikazzjoni tiegħu, id-dritt għandu jibqa’ bla tibdil sal-iskadenza tiegħu jew sa tmiem il-perjodu ta’ 5 snin, skont liema data hija l-aktar kmieni.

2.  Wara l-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Artikolu 9(3) u (4) japplikaw għall-awtorizzazzjonijiet jew drittijiet individwali u allokazzjonijiet tal-ispettru użati għas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li eżistew sal-25 ta’ Mejju 2011.

3.  Fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu l-kompetizzjoni ġusta.

4.  Il-miżuri adottati fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu ma jikkostitwixxux l-għoti ta’ drittijiet ta’ użu ġodda u għalhekk mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).

Artikolu 9b

It-trasferiment jew kiri ta’ drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jistgħu jittrasferixxu jew jikru lil impriżi oħra skont il-kundizzjonijiet mehmuża mad-drittijiet tal-użu tal-frekwenzi tar-radju u skont il-proċeduri nazzjonali d-drittijiet individwali għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju fil-meded li għalihom huwa previst dan fil-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 3.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dispożizzjonijiet biex l-impriżi jittrasferixxu jew jikru d-drittijiet individwali għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju lil impriżi oħra skont proċeduri nazzjonali.

Kondizzjonijiet marbuta ma’ drittijiet individwali għandhom jibqgħu japplikaw wara t-trasferiment jew il-kiri, sakemm mhux speċifikat mod ieħor mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw ukoll li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw fejn id-dritt individwali tal-impriża li tuża frekwenzi tar-radju inizjalment ikun ingħata bla ħlas.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intenzjoni tal-impriża li tittrasferixxi d-drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju, kif ukoll it-trasferiment effettiv ta’ dawn tkun innotifikata skont proċeduri nazzjonali lill-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli għall-assenjazzjoni ta’ drittijiet individwali ta’ użu u tkun ippubblikata. Meta l-użu tal-frekwenza tar-radju jkun ġie armonizzat permezz tal-applikazzjoni tad- id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju)jew ta’ miżuri oħra tal-Komunità, kull trasferiment bħal dan għandu jkun konformi ma’ dan l-użu armonizzat.

3.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri addattati implimentattivi biex tidentifika l-meded li d-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jistgħu jkunu ttrasferiti jew mikrija bejn l-impriżi. Dawn il-miżuri m’għandhomx ikopru frekwenzi li jintużaw għax-xandir.

Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha b’ elementi ġodda mhux essenzjali għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

▼B

Artikolu 10

Numerazzjoni, ismijiet u indirizzar

▼M3

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jikkontrollaw l-għotja ta’ drittijiet ta’ użu tar-riżorsi kollha tan-numerazzjoni nazzjonali u l-amministrazzjoni tal-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni. L-Istati Membri għandom jiżguraw li firxiet adegwati ta’ numri u numerazzjoni huma provduti għas-servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunkazzjonijiet elettroniċi. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jistabbilixxu proċeduri objettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji għall-għotja ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni nazzjonali.

2.  L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jiżguraw li l-pjani nazzjonali għan-numerazzjoni u l-proċeduri jiġu applikati b’mod li jagħti trattament ugwali lill-provdituri kollha ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriża li tingħatala d-dritt ta’ użu għal serje ta’ numri ma tiddiskriminax kontra oħrajn li jippovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fir-rigward tas-sekwenzi tan-numri użati biex jagħtu aċċess għas-servizzi tagħhom.;

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-pjani nazzjonali tagħhom ta' numerazzjoni, u ż-żidiet kollha sussegwenti jew emendi għalihom, jiġu ppubblikati, bla ħsara biss għall-limitazzjonijiet iimposti fuq il-bażi ta' sigurtà nazzjonali.

▼M3

4.  L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-armonizzazzjoni ta’ numri speċifiċi jew firxiet ta’ numri fil-Komunità meta dik tippromwovi kemm il-funzjonament tas-suq intern kif ukoll tappoġġa l-iżvilupp ta’ servizzi pan-Ewropej. Il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi xierqa dwar din il-kwistjoni.

Dawn il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

▼B

5.  Fejn dan ikunu xieraq sabiex tiġi assigurata interoperabilità sħiħa globali ta' servizzi, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-posizzjonijiet tagħhom f'organizzazzjonijiet internazzjonali u laqgħat li fihom jittieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet li jirrelataw man-numerazzjoni, ismijiet u indirizzi ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi.

Artikolu 11

Dritt ta' aċċess

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fejn awtorità kompetenti tqis:

 applikazzjoni għad-drittijiet biex jiġu stallati faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika jew privata lill-impriża awtorizzata li tipprovdi networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, jew

 applikazzjoni għad-drittijiet biex jiġu stallati faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika lill-impriża awtorizzata li tipprovdi networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ħlief għall-pubbliku,

l-awtorità kompetenti:

▼M3

 taġixxi abbażi ta’ proċeduri sempliċi, effiċjenti, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, li jkunu applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni, ħlief f’każijiet ta’ esproprjazzjoni, u

▼B

 issegwi l-prinċipji ta' trasparenza u non-diskriminazzjoni fil-kondizzjonijiet li hija tehmeż ma’ dawk id-drittijiet.

Il-proċeduri msemmija hawn fuq jistgħu jiddifferixxu skond jekk l-applikant jipprovdix networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet jew le.

▼M3

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fejn awtoritajiet pubbliċi jew lokali jżommu l-proprjetà jew kontroll ta’ impriżi li joperaw networks ta’ komunikazzjoni elettronika pubbliċi u/jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, ikun hemm separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni responsabbli għall-għoti tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 mill-attivitajiet assoċjati mal-proprjetà jew kontroll.

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jeżistu mekkaniżmi effettivi li jippermettu li mpriżi jappellaw kontra deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' drittijiet biex jistallaw faċilitajiet lil korp li huwa ndipendenti mill-partijiet involuti.

▼M3

Artikolu 12

Il-ko-lokazzjoni u l-użu komuni ta’ elementi tan-network u faċilitajiet assoċjati għall-fornituri tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika

1.  Meta l-impriża li tipprovdi n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jkollha d-dritt skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistalla l-faċilitajiet fuq, minn fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata, jew tkun tista’ tieħu vantaġġ mill-proċedura għall-esproprjazzjoni jew użu ta’ proprjetà, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, filwaqt li jqisu bis-sħiħ il-prinċipju tal-proporzjonalità, ikunu jistgħu jimponu l-użu komuni ta’ dawn il-faċilitajiet jew din il-proprjetà, inklużi l-binjiet, id-dħul fil-bini, is-sistema tal-wajers fil-bini, l-arbli, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta’ appoġġ, it-tubi, il-kondjuwits, it-toqob, l-kaxxi tal-ispezzjonar.

2.  L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lid-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jikkondividu l-faċilitajiet jew il-proprjetà (inkluża l-ko-lokazzjoni fiżika) jew jieħdu l-miżuri biex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi sabiex ikunu protetti l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew biex jissodisfaw l-għanijet tal-ippjanar tal-ibliet u l-kampanja u biss wara perijodu xieraq ta’ konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet kollha interessati għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Dan l-użu komuni jew dawn l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni jistgħu jinkludu r-regoli dwar it-tqassim tal-ispejjeż tal-użu komuni tal-faċilitajiet jew proprjetà.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali, wara perjodu xieraq ta’ konsultazzjoni pubblika li waqtu l-partijiet kollha interessati jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, ikollhom ukoll is-setgħa li jimponu l-obbligi għall-qsim tal-wiring fil-bini jew sal-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew distribuzzjoni fejn dan ikun jinsab barra mill-bini, fuq id-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u/jew fuq is-sid ta’ tali wiring, fejn dan ikun iġġustifikat mill-fatt li d-duplikazzjoni ta’ infrastruttura tali ikun ekonomikament ineffiċjenti jew fiżikament imprattikabbli. Dan l-użu komuni jew arranġamenti ta’ koordinazzjoni jistgħu jinkludu r-regoli dwar it-tqassim tal-ispejjeż tal-użu komuni tal-faċilitajiet jew proprjetà, aġġustati għarr-iskju fejn ikun xieraq.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jirrikjedu lill-impriżi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa, jekk mitluba mill-awtoritajiet kompetenti, sabiex dawn l-awtoritajiet, flimkien mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, ikunu jistgħu jistabbilixxu inventorju dettaljat tan-natura, disponibbiltà u lokazzjoni ġeografika tal-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u jagħmluh disponibbli lil partijiet interessati.

5.  Il-miżuri li jittieħdu minn awtorità regolatorja nazzjonali skont dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, non-diskriminatorji u proporzjonati. Fejn ikun relevanti, dawn il-miżuri għandhom jitwettqu b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali.

▼B

Artikolu 13

Separazzjoni fl-accounting u rapporti finanzjarji

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet jew servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li għandhom drittijiet speċjali jew esklussivi għall-provista ta' servizzi f'settturi oħra fl-istess Stat membru jew f'ieħor li:

(a) jżommu accounts separati għall-faċilitajiet assoċjati mal-provista ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi, sal-limiti li kienu jkunu meħtieġa kieku dawn l-attivitajiet kienu mwettqa minn kumpaniji legalment indipendenti, sabiex jidentifikaw l-elementi kollha tan-nefqa u d-dħul, mal-bażi tal-kalkolazzjoni tagħhom u l-metodi dettaljati ta' attribuzzjoni wżati, li jirrelataw ma’ l-attivitajiet assoċjati tagħhom mal-provista ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi inkluż tqassim dettaljat ta' l-assi fissi u n-nefqiet strutturali, jew

(b) jkollhom separazzjoni strutturali għall-attivitajiet assoċjati mal-provista ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-ħtiġiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għal imprizi li l-bejgħ totali tagħhom ta' kull sena li tiegħu f'attivitajiet assoċjati ma’ networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi fl-Istat Membru jkun anqas minn EUR 50 miljun.

2.  Fejn intrapriżi li jipprovdu networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikajiet elettroniċi ma jkunux suġġetti għall-ħtiġiet tal-liġi tal-kumpaniji u ma jissodisfawx il-kriterji ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju tar-regoli tal-liġi tal-Komunità dwar l-accounting ir-rapporti finanzjarji tagħhom għandhom jitħejjew u jintbagħtu għal verifika ndipendenti u ppubblikati. Il-verifika għandha titwettaq skond ir-regoli relevanti tal-Komunità u nazzjonali.

Din il-ħtieġa għandha wkoll tapplika għall-accounts separati meħtieġa taħt il-paragrafu 1(a).

▼M3



KAPITOLU IIIa

IS-SIGURTÀ U L-INTEGRITÀ TAN-NETWORKS U S-SERVIZZI

Artikolu 13a

Is-sigurtà u l-integrità

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati sabiex jimmaniġġaw adegwatament ir-riskji għas-sigurtà tan-networks u tas-servizzi. Meta tikkunsidra t-teknoloġija l-iktar moderna, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta’ sigurtà li jkun adattat għar-riskju li jippreżenta ruħu. B’mod partikolari, il-miżuri għandhom jittieħdu biex jevitaw u jnaqqsu l-impatt tal-inċidenti ta’ sigurtà fuq l-utenti u n-networks li jkunu interkonnessi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-integrità tan-networks tagħhom, u b’hekk jiżguraw il-kontinwità tal-provvista tas-servizzi pprovduti minn fuq dawk in-networks.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali bi ksur tas-sigurtà jew telf tal-integrità li kellu impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-networks u tas-servizzi.

Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti nazzjonali kkonċernata għandha tgħarraf lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti nazzjonali fi Stati Membri oħra u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA). L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata tista’ tgħarraf lill-pubbliku jew titlob lill-impriżi kkonċernati biex jagħmlu dan, fejn tistabbilixxi li jkun fl-interess pubbliku li l-ksur ikun żvelat.

Darba fis-sena, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tippreżenta rapport fil-qosor lill-Kummissjoni u lil ENISA dwar in-notifiki li tirċievi u l-azzjoni li tkun ittieħdet skont dan il-paragrafu.

4.  Il-Kummissjoni, wara li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-ENISA, tista’ tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi li jkunu xierqa bil-għan li jkunu armonizzati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, inklużi l-miżuri li jiddefinixxu ċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri li japplikaw għar-rekwiżiti tan-notifika. Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi kemm jista’ jkun għandhom ikunu bbażati fuq standards Ewropej u internazzjonali, u m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jadottaw ħtiġijiet addizzjonali sabiex isegwu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha b’ elementi ġodda mhux essenzjali għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

Artikolu 13b

L-implimentazzjoni u l-infurzar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sabiex jimplimentaw l-Artikolu 13a, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet li jorbtu, inklużi dawk dwar il-limiti taż-żmien għall-implimentazzoni, lill-impriżi li jipprovdu n-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku biex:

(a) jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun ivvalutata s-sigurtà u/jew l-integrità tas-servizzi u n-networks tagħhom, inklużi d-dokumenti dwar il-politika ta’ sigurtà; kif ukoll

(b) jikkontribwixxu għal verifika tas-sigurtà mwettqa minn korp indipendenti kwalifikat jew awtorità nazzjonali kompetenti u tagħmel ir-riżultati ta’ din disponibbli lill-awtorità regolatorja nazzjonali. L-ispiża tal-verifika għandha titħallas mill-impriżi.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jinvestigaw il-każi ta’ nuqqas ta’ konformità u l-effetti tagħhom fuq is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks.

4.  Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara għall-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.

▼B



IL-KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 14

Impriżi b'saħħa sinifikanti fis-suq

1.  Fejn id-Direttivi speċifiċi jeħtieġu l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji li jistabbilixxu jekk operaturi jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 16, il-paragrafi 2 u 3 ta' dan Artikolu għandhom japplikaw.

2.  Impriża għandha titqies li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq jekk, jew individwalment jew konġuntement ma’ oħrajn tgawdi pożizzjoni ekwivalenti ta' dominanza, jiġifieri pożizzjoni ta' saħħa ekonomika li tagħtiha s-saħħa li ġġib ruħha sa limitu apprezzabbli ndipendentement mill-kompetituri, flijenti jew klijenti eventwali.

B'mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom, meta jagħmlu stima jeek żewġ impriżi jew aktar humiex f'pożizzjoni dominanti konġunta fis-suq, jaġixxi skond il-liġi tal-Komunità u jagħtu l-akbar kont tal-linji gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-istima tas-saħħa sinifikanti tas-suq ippubblikata mill-Kummissjoni skond Artikolu 15. Il-kriterji li għandhom jintużaw fit-tagħmil ta' dik l-istima huma stipulati f'Anness II.

▼M3

3.  Fejn impriża jkollha saħħa sinifikanti fis-suq f’suq speċifiku (l-ewwel suq), tista’ wkoll titqies li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq f’suq relatat mill-qrib (it-tieni suq), fejn ir-rabtiet bejn iż-żewġ swieq huma tali li jippermettu li s-saħħa fis-suq miżmuma fl-ewwel suq titferra’ fit-tieni suq, b’hekk issaħħaħ is-saħħa tas-suq tal-impriża. Konsegwentement, rimedji mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ tali trasferiment jistgħu jiġu applikati fit-tieni suq skont l-Artikoli 9, 10, 11 u 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-“Direttiva tal-Aċċess”) u fejn tali rimedji ma jkunux biżżejjed, jistgħu jiġu imposti rimedji skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (id-“Direttiva dwar is-Servizz Universali”).

▼B

Artikolu 15

▼M3

Procedure for the identification and definition of markets

1.  Wara l-konsultazzjoni pubblika fosthom mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u wara li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni, skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2), għandha tadotta Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta’ Prodotti u Servizzi Rilevanti (ir-Rakkomandazzjoni). Ir-Rakkomandazzjoni għandha tidentifika dawk is-swieq ta’ prodotti u servizzi ġewwa s-settur tal-komunikazzjoni elettronika li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jkunu hekk li jiġġustifikaw l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbiliti fid-Direttivi Speċifiċi, bla ħsara għas-swieq li jistgħu jkunu definiti f’każijiet speċifiċi skont il-liġi tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-swieq skont il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni.

▼B

Il-Kummissjoni għandha regolarment tirrevedi r-rakkomandazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika, sa l-aktar tard id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, linji gwida għall-analiżi tas-suq u l-istima tas-saħħa sinifikanti fis-suq (hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejħa “l-linji gwida”) li għandhom ikunu skond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni.

▼M3

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara li jieħdu kont sħiħ tar-Rakkomandazzjoni u lil-Linji Gwida, għandhom jiddefinixxu s-swieq rilevanti li jaqblu maċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari s-swieq ġeografiċi rilevanti ġewwa t-territorju, skont il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7 qabel ma jiddefinixxu s-swieq li huma diversi minn dawk identifikati fir-Rakkomandazzjoni.

4.  Wara konsultazzjoni fosthom mal-awtoritajiet nazzjonali regolatorji il-Kummissjoni tista’, wara li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, waqt li taġixxi skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3), tadotta deċiżjoni li tidentifika swieq transnazzjonali.

▼B

Artikolu 16

Proċedura ta' analiżi tas-suq

▼M3

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-swieq rilevanti b’kont meħud tas-swieq identifikati fir-Rakkomandazzjoni, u wara li jieħdu kont sħiħ tal-Linji Gwida. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-analiżi titwettaq, meta jkun xieraq, b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni.

2.  Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tintalab taħt il- paragrafi (3) jew (4) ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (“id-Direttiva dwar is-Servizz Universali”), jew l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (“id-Direttiva dwar l-Aċċess”) biex tiddetermina jekk timponix, iżżommx, temendax jew tirtirax l-obbligi fuq l-impriżi, hija għandha tiddetermina fuq il-bażi tal-analiżi tas-suq tagħha msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk is-suq rilevanti jkunx kompetittiv b’mod effettiv.

▼B

3.  Fejn awtorità nazzjonali regolatorja tikkonkludi li s-suq huwa effetivament kompetittiv, m'għandhiex timponi jew iżżomm xi waħda mill-obbligazzjonijiet speċifiċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan Artikolu. F'każi fejn obbligazzjonijiet speċifiċi regolatorji fis-setttur jeżistu ġia, għandha tirtira dwak l-obbligazzjonijiet imqegħda fuq impriżi f'dak is-setttur relevanti. Perjodu xieraq ta' avviż għandu jingħata lill-partijiet affettwati b'dak l-irtirar ta' l-obbligazzjonijiet.

▼M3

4.  Fejn awtorità nazzjonali regolatorja tistabbilixxi li suq rilevanti mhux effettivament kompetittiv, hija għandha tidentifika impriżi li individwalment jew flimkien għandhom saħħa sinifikanti fuq dak is-suq skont l-Artikolu 14 u l-awtorità nazzjonali regolatorja għandha timponi fuq dawk l-impriżi l-obbligazzjonijiet speċifiċi adatti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew iżżomm jew temenda dawk l-obbligazzjonijiet fejn diġa’ jeżistu.

5.  Fil-każ tas-swieq transnazzjonali identifikati fid-Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 15(4), l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji konċernati għandhom konġuntement iwettqu analiżi tas-suq, waqt li jieħdu kont sħiħ tal-Linji Gwida u jiddeċiedu b’mod miftiehem dwar kwlaunkwe impożizzjoni, manutenzjoni, emenda jew irtirar tal-obbligazzjonijiet regolatorji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

6.  Miżuri meħuda skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-swieq rilevanti u jinnotifikaw l-abbozz ta’ miżura korrispondenti skont l-Artikolu 7:

(a) fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-miżura preċedenti relatata ma’ dak is-suq; madankollu, b’mod eċċezzjonali, dak il-perijodu jista’ jiġi estiż sa tliet snin oħra, fejn l-awtorità nazzjonali regolatorja tkun notifikat estensjoni proposta b’raġuni lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni ma tkunx oġġezzjonat fi żmien xahar mill-estensjoni notifikata;

(b) fi żmien sentejn mill-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni riveduta dwar is-swieq rilevanti, għas-swieq li ma kinux notifikati qabel lill-Kummissjoni, jew;

(c) fi żmien sentejn mill-adeżjoni tagħhom, għall-Istati Membri li għadhom kif issieħbu mal-Unjoni.

▼M3

7.  Meta awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx temmet l-analiżi tagħha tas-suq rilevanti identifikat fir-Rakkomandazzjoni fiż-żmien preskritt fl-Artikolu 16(6), il-BEREC għandu, fuq talba, jipprovdi assistenza lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata fit-tlestija tal-analiżi tas-suq speċifiku u l-obbligi speċifiċi li ser jiġu imposti. B’din l-assistenza, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha fi żmien sitt xhur tinnotifika l-abbozz ta’ miżura lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7.

▼B

Artikolu 17

Standardizzazzjoni

1.  Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 22(2), għandha tħejji u tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal- ►M3  istandards mhux obbligatorji ◄ u/jew speċifikazzjonijiet biex iservu bħala bażi biex jinkoraġġixxu l-provista armonizzata ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati jew servizzi. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’, waqt li tagġixxi skond il-roċedura msemmija f'Artikolu 22(2) u wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 98/34/KE, titlob li l-i standards imħejjija mill-organizzazzjoni Ewropea dwar l-i standards (Kumitat Ewropew għall-istandardizzazzjoni (CEN), Kumitat Ewropew għall-istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), u l-Istitut Ewropew għall-i standards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI)).

2.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għall-provista ta' servizzi, interfaces tekniċi, u/jew funzjonijiet tan-networks, sal-limitu strettament meħtieġ biex tiġi assigurata interoperabilità ta' servizzi u biex tittejjeb il-libertà ta' l-għażla għall-utenti.

Sakemm l-i standards u/jew speċifikazzjonijiet ma jkunux ġew pubblikati skond il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-i standards.

▼M3

Fin-nuqqas ta’ dawk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali jew rakkomandazzjonijiet adottati mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), il-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u l-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC);

▼B

Fejn jeżistu standards internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet ta' l-istandards Ewropej li jużawhom, jew il-partijiet relevanti tagħhom, bħala bażi għall-istandards li jiżviluppaw, ħlief fejn dawk l-istandards internazzjonali jew partijiet relevanti jkunu ineffettivi.

3.  Jekk l-i standards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew adegwatament implimentati sabiex l-interoperabilità ta' servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar ma tkunx tista’ tiġi assigurata, l-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet tista’ tintgħamel obbligatorja taħt il-proċedura preskritta fil-paragrafu 4, sal-limitu strettament meħtieġ biex tiġi assigurata dik l-interoperabilità u biex tittejjeb il-libertà ta' l-għażla għall-utenti.

▼M3

4.  Fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tagħmel l-implimentazzjoni ta’ ċerti standards u/jew speċifikazzjonijiet obbligatorja, għandha tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tistieden kummenti pubbliċi mill-partijiet kollha konċernati. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa u tagħmel l-implimentazzjoni tal-istandards rilevanti obbligatorji billi tagħmel referenza għalihom bħala standards obbligatorji fil-lista tal-istandards u/jew speċifikazzjonijiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.  Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jikkontribwixxux aktar għall-provvista ta’ servizzi armonizzati ta’ komunikazzjoni elettronika, jew li ma jkunux għadhom jilħqu l-ħtiġiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, għandha, waqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2), tneħħihom mil-lista ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

▼B

6.  Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 m'għadhomx jikkontribwixxu għall-provista ta' servizzi arminizzati ta' komunikazzjonijiet elettrroniċi, jew li m'għadhomx aktar jilħqu l-ħtiġiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, għandha, ►M3  tieħu l-miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa u tneħħi dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet mil-lista tal-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ◄ .

▼M3

6a.  Il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 6, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

▼B

7.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika fir-rigward ta' xi waħda mill-ħtiġiet essenzjali, l-ispeċifikazzjonijiet ta' interface jew l-i standards armonizzati li għalihom id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/5/KE japplikaw.

Artikolu 18

Interoperabilità ta' servizzi diġitali nterattivi tat-televiżjoni

1.  Sabiex tiġi mħeġġa ċ-ċirkulazzjoni libera ta' l-informazzjoni, il-pluraliżmu fil-media u d-diversità kulturali, l-Istat Membri għandhom jinkoraġġixxu, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 17(2):

(a) lill-provdituri ta' servizzi diġitali nterattivi tat-televiżjoni għat-tqassimm lill-pubbliku fil-Komunità fuq pjattaformi diġitali nterattivi tat-televiżjoni, jkun x'ikun il-mod tat-trasmissjoni, li jużaw API miftuħ;

(b) lill-provdituri ta' apparat imtejjeb diġitali tat-televiżjoni wżat biex jiġu riċevuti servizzi diġitali nterattivi tat-televiżjoni fuq pjattaformi nterattivi diġitali tat-televiżjoni biex jikkonformaw ma' API miftuħ skond il-ħtiġiet minimi ta' l-istandards relevanti jew speċifikazzjonijiet;

▼M3

(c) dawk li jipprovdu s-servizzi u t-tagħmir tat-TV diġitali biex jikkooperaw fil-provvista ta’ servizzi interoperabbli tat-TV għall-utenti fnali b’diżabbiltà.

▼B

2.  Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-proprjetarji ta' APIs li jagħmlu disponibbli fuq termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji, kontra ħlas xieraq, dik l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex tippermetti lill-provdituri ta' servizzi diġitali nterattivi tat-televiżjoni biex jipprovdu s-servizzi kollha sostnuti mill-API f'forma sħiħa funzjonabbli.

▼M3 —————

▼M3

Artikolu 19

Proċeduri ta’ armonizzazzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva u tal-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2002/20/KE (“id-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni”), fejn il-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji tal-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi jistgħu joħolqu barriera għas-suq intern, il-Kummissjoni tista’, wara li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC,, toħroġ rakkomandazzjoni jew deċiżjoni dwar l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi sabiex ikomplu jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8.

2.  Meta l-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, għandha taġixxi skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jieħdu kont sħiħ ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Meta awtorità regolatorja nazzjonali tagħżel li ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni, waqt li tagħti r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha.

3.  Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 1 jistgħu jinkludu biss l-identifikazzjoni ta’ strateġija armonizzata jew ikkoordinata bl-iskop li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) l-implimentazzjoni inkonsistenti ta’ approċċi regolatorji ġenerali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika fl-applikazzjoni tal-Artikoli 15 u 16, meta dan joħloq ostakolu għas-suq intern. Dawn id-deċiżjonijiet m’għandhomx jirreferu għal notifiki speċifiċi maħruġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 7a;

F’każ tali, il-Kummissjoni m’għandhiex tipproponi abbozz ta’ deċiżjoni ħlief:

 wara li jkunu għaddew mill-inqas sentejn mill-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tkun titratta l-istess kwistjoni, u;

 wara li jkun ittieħed ħafna qies ta’ opinjoni tal-BEREC dwar il-każ għall-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, li għandha tkun pprovduta mill-BEREC fi żmien tliet xhur mit-talba tal-Kummissjoni;

(b) l-għoti ta’ numri, inklużi l-firxiet tan-numri, il-portabilità tan-numri u tal-elementi ta’ identifikazzjoni, is-sistemi li jittraduċu n-numri u l-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta’emerġenza tal-112.

4.  Id-deċiżjoni, msemmija fil-paragrafu 1 maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

5.  Il-BEREC jista’ fuq l-inizjattiva tiegħu stess jagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk il-miżura għandhiex tiġi adottata skont il-paragrafu 1.

▼B

Artikolu 20

Riżoluzzjoni ta' tilwim bejn impriżi

▼M3

1.  Fil-każ ta’ disputa li tinqala’ b’konnessjoni ma’ obbligazzjonijiet eżistenti taħt din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi bejn impriżi li jipprovdu networks ta’ komunikazzjoni elettronika jew servizzi fi Stat Membru, jew bejn tali impriżi u impriżi oħra fl-Istat Membru li jibbenefika mill-obbligi ta’ aċċess u/jew konnessjoni minn ġewwa li tirriżulta minn din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata, għandha, fuq it-talba ta’ xi waħda mill-partijiet, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, toħroġ deċiżjoni li torbot biex tirriżolvi d-disputa fl-iqsar perijodu ta’ żmien possibbli u f’kull każ fi żmien erba’ xhur, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Istat Membru konċernat għandu jitlob li l-partijiet kollha jikkooperaw kompletament mal-awtorità regolatorja nazzjonali.

▼B

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jirrifjutaw li jirriżolvu t-tilwim permezz ta' deċiżjoni li torbot fejn mekkaniżmi oħra, inkluża l-mediazzjoni, jeżistu u jistgħu jikkontribwixxu aħjar għar-riżoluzzjoni tat-tilwim fi żmien qasir skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8. L-awtorità nazzjonali regolatorja għandha tinforma lill-partijiet mingħajr dewmien. Jekk wara erba’ xhur it-tilwim ma jkunx riżolt, u jekk it-tilwim ma jkunx inġab quddiem il-qorti mill-parti li tkun qed tfittex rimedju, l-awtorità nazzjonali regolatorja għandha toħroġ, fuq it-talba ta' xi waħda mill-partijiet, deċiżjoni li torbot biex tirriżolvi t-tilwim f'perjodu ta' żmien l-anqas possibbli u f'kull każ fi żmien erba’ xhur.

3.  Fir-riżoluzzjoni ta' tilwim, l-awtorita nazzjonali regolatorja għandha tieħu deċiżjonijiet immirati lejn il-ksib tal-miri stipulati f'Artikolu 8. Kull obbligazzjonijiet iimposti fuq impriża mill-awtorità nazzjonali regolatorja fir-riżoluzzjoni ta' tilwim għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew id-Direttivi speċifiċi.

4.  Id-deċiżjoni ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja għandha tkun aċċessibbli mill-pubbliku, wara li jingħata kont tal-ħtiġiet tal-kunfidenzjalità tal-kummerċ. Il-partijiet konċernati għandhom jingħataw dikjarazzjoni sħiħa tar-raġunijiet li fuqhom tkun bażata.

5.  Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 m'għandhiex tipprekludi lil xi waħda mill-partijiet milli ġġib azzjoni quddiem il-qrati.

▼M3

Artikolu 21

Is-soluzzjoni ta’ tilwim transkonfinali

1.  Fil-każ ta’ disputa transkonfinali taħt din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi bejn partijiet fi Stati Membri differenti, u meta d-disputa taqa’ fl-ambitu tal-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali regolatorji ta’ iktar minn Stat Membru wieħed, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.  Kwalunkwe parti tista’ tirreferi d-disputa lill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji konċernati. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji kompetenti għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom u għandu jkollhom id-dritt li jikkonsultaw mal-BEREC sabiex tinstab soluzzjoni għad-disputa, skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8.

Kwalunkwe obbligu impost fuq impriża mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabiex tinstab soluzzjoni għal tilwima għandu jkun konformi ma’ din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi.

Kwalunkwe awtorità nazzjonali regolatorja li għandha kompetenza f’tali disputa tista’ titlob lill-BEREC biex jadotta opinjoni dwar l-azzjoni li trid tittieħed skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas u/jew d-Direttivi Speċifiċi biex tiġi solvuta d-disputa.

Meta din it-talba tkun saret lill-BEREC, kwalunkwe awtorità nazzjonali regolatorja li jkollha l-kompetenza f’xi aspett tad-disputa għandha tistenna l-opinjoni tal-BEREC, qabel ma taġixxi biex tirriżolvi d-disputa. Dan m’għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji milli jieħdu l-miżuri urġenti meta jkun meħtieġ.

Kull obbligu impost fuq l-impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirriżolvi d-disputa għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi u jieħu kont sħiħ tal-opinjoni adottata mill-BEREC.

▼C1

3.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali regolatorji kompetenti biex flimkien ma jaċċettawx li jirriżolvu t-tilwima meta jkunu jeżistu mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, u dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għar-riżoluzzjoni tat-tilwima b’mod f’waqtu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8.

▼M3

Huma għandhom jinfurmaw lill-partijiet mingħajr dewmien. Jekk wara erba’ xhur id-disputa ma tkunx riżolta, fejn id-disputa ma tkunx tressqet quddiem il-qrati mill-parti li tkun qed tfittex rimedju u jekk kwalunkwe waħda mill-partijiet titlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom sabiex jirriżolvu d-disputa, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 u b’kont sħiħ meħud ta’ kwalunkwe opinjoni adottata mill-BEREC.

4.  Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 m’għandhiex tipprekludi lil xi waħda mill-partijiet milli tieħu azzjoni fil-qorti.

▼M3

Artikolu 21a

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-pieni li jkun ipprovdut għalihom għandhom ikunu xierqa, effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-25 ta’ Mejju 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

▼B

Artikolu 22

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat (“il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet”).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont ta' Artikolu 8 tagħha.

▼M3

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 23

Skambju ta' informazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha relevanti lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet dwar ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet regolari mar-rappreżentanti ta' l-operaturi tan-networks, il-provdituri tas-servizzi, l-utenti, l-konsumaturi, il-manifatturi u t-trade unions, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.  Il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet għandu, waqt li jagħti kont tal-politika tal-Komunità dwar komunikazzjonijiet elettroniċi, iħajjar il-bdil ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta' l-attivitajiet regolatorji li jirrigwardaw networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi.

Artikolu 24

Pubblikazzjoni ta' informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li nformazzjoni aġġornata li tappartjeni għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi tkun aċċessibbli għall-pubbliku b'mod li jiggarantixxi li l-partijiet kollha interessati jkollhom aċċess faċilment għal dik l-informazzjoni. Għandhom jippubblikaw avviż fil-gazzetta nazzjonali uffiċjali tagħhom waqt li jiddeskrivu kif u fejn l-informazzjoni hija ppubblikata. L-ewwel avviż għandu jiġi pubblikat qabel id-data ta' l-applikazzjoni msemmija f'Artikolu 28(1), it-tieni subparagrafu, u wara avviż għandu jiġi ppubblikat kull meta jkun hemm tibdil fl-informazzjoni li tinsab fiha.

2.  L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kopja ta' dawk l-avviżi kollha fil-waqt tal-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif xieraq.

Artikolu 25

Proċeduri ta' reviżjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha perjodikament tirrevedi il-funzjonament ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fl-ewwel okkażjoni mhux aktar tard minn tlett snin wara d-data ta' l-applikazzjoni msemmija f’Artikolu 28(1), it-tieni subparagrafu. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni lill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed.



IL-KAPITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Tħassir

Id-Direttivi u d-Deċiżjonijiet li ġejjin huma hawnhekk imħassra b'effett mid-data ta' l-applikazzjoni msemmija f'Artikolu 28(1), it-tieni subparagrafu:

 id-Direttiva 90/387/KEE,

 id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/396/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-introduzzjoni ta' numru wieħed Ewropew għas-sejħa ta' emerġenza ( 24 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 92/44/KEE tal-5 ta' Ġunju 1992 dwar l-applikazzjoni tal-provista ta' network miftuħ għal linji mikrija ( 25 ),

 id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/264/KEE tal-11 ta' Mejju 1992 dwar l-introduzzjoni ta' kodiċi ta' aċċess standard internazzjonali tat-telefon fil-Komunità ( 26 ),

 id-Direttiva 95/47/KE,

 id-Direttiva 97/13/KE,

 id-Direttiva 97/33/KE,

 id-Direttiva 98/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 1998 dwar l-applikazzjoni tal-provista ta' network miftuħ (ONP) għat-telefonija bil-leħen u servizz universali għat-telekomunikazzjonijiet f'ambjent kompetittiv ( 27 ).

▼M3 —————

▼B

Artikolu 28

Transposizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-24 ta' Lulju 2003. Għandhom jinfurmaw b'dan minnufih lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-25 ta' Lulju 2003.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għall din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-modi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva u ta' kull emendi sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.

Artikolu 30

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M3 —————

▼M3




ANNESS II

Kriterji li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji meta ssir evalwazzjoni tad-dominanza konġunta skont it-tioeni subparagrafu tal-Artikolu 14(2).

Żewġ impriżi jew aktar jistgħu jinstabu li jkunu f’pożizzjoni ta’ dominanza konġunta fis-sens tal-Artikolu 14 jekk, anke fin-nuqqas ta’ struttura jew rabtiet oħra bejniethom, huma joperaw f’suq li huwa karatterizzat b’nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva u li fih l-ebda impriża ma għandha saħħa sinifikanti fis-suq. Skont il-liġi Komunitarja applikabbli u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej dwar id-dominanza konġunta, dan x’aktarx ser ikun il-każ fejn is-suq huwa konċentrat u jesebixxi numru ta’ karatteristiċi xierqa li minnhom dawn li ġejjin jistgħu jkunu l-aktar rilevanti fil-kuntest tal-komunikazzjoni elettronika:

 elastiċità baxxa tad-domanda

 ishma simili fis-suq

 ostakoli legali jew ekonomiċi għolja għad-dħul

 integrazzjoni vertikali b’rifjut kollettiv ta’ forniment

 nuqqas ta’ poter ta’ kontrobilanċ min-naħa tax-xerrej

 nuqqas ta’ kompetizzjoni potenzjali.

Din ta’ hawn fuq hija lista indikattiva u m’hijiex eżawrjenti, lanqas il-kriterji ma huma kumulattivi. Anzi, l-lista hija maħsuba biex turi biss it-tip ta’ evidenza li tista’ tintuża biex issostni asserzjonijiet li jikkonċernaw l-eżistenza ta’ dominanza konġunta.



( 1 ) ĠU Ċ 365 E, tad-19.12.2000, p. 198 u ĠU Ċ 270 E, tal-25.9.2001, p. 199.

( 2 ) ĠU Ċ 123, tal-25.4.2001, p. 56.

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Marzu 2001 (ĠU Ċ 277, ta' l-1.10.2001, p. 91), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-17 ta' Settembru 2001 (ĠU Ċ 337, tat-30.11.2001, p. 34) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2001 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Frar 2002.

( 4 ) ĠU L 192, ta' l-24.7.1990, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, tad-29.10.1997, p. 23).

( 5 ) Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 6 ) Ara paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 7 ) Ara paġna 51 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 8 ) ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 1.

( 9 ) ĠU L 298, tas-17.10.1989, p. 23. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 60).

( 10 ) ĠU L 91, 07.4.1999, p. 10.

( 11 ) ĠU L 178, tas-17.7.2000, p. 1.

( 12 ) ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

( 13 ) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 14 ) ĠU L 199, tas-26.7.1997, p. 32. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/61/KE (ĠU L 268, 03.10.1998, p. 37).

( 15 ) ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 51.

( 16 ) ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29.

( 17 ) ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

( 18 ) ĠU L 117, 07.5.1997, p. 15.

( 19 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 20 ) ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 4.

( 21 ) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

( 22 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li jwaqqaf il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju

( 23 ) ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49.

( 24 ) ĠU L 217, 06.8.1991, p. 31.

( 25 ) ĠU L 165, tad-19.6.1992, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/80/KE (ĠU L 14, ta' l-20.1.1998, p. 27).

( 26 ) ĠU L 137, ta' l-20.5.1992, p. 21.

( 27 ) ĠU L 101, 01.4.1998, p. 24.