2002E0402 — MT — 01.08.2011 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼M1

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Mejju 2002

dwar miżuri restrittivi kontra membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom

(2002/402/PESK)

▼B

(ĠU L 139, 29.5.2002, p.4)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/487/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011

  L 199

73

2.8.2011




▼B

▼M1

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Mejju 2002

dwar miżuri restrittivi kontra membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom

(2002/402/PESK)

▼B



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta'Ottubru 2001, il-Kunsill Ewropew iddikjara li hu ddeterminat li jiġġieled it-terroriżmu taħt kull forma madwar id-dinja u li se jkompli l-ħidmiet tiegħu biex isaħħaħ il-koalizzjoni tal-komunità internazzjonali biex tiġġieled it-terroriżmu f'kull għamla.

(2)

Fis-16 ta' Jannar 2002 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Resoluzzjoni 1390(2002) minn hawn 'il quddiem imsejħa “UNSCR 1390(2002),” li tpoġġi miżuri li għandhom ikunu imposti fuq Usama bin Laden, membri ta' l-organizzazzjoni ta' l-Al-Qaida u t-Talibani u individwi oħrajn, gruppi impriżi u entitajiet assoċjati magħhom.

(3)

UNSCR 1390(2002) tirranġa l-iskop tas-sanzjonijiet dwar l-iffriżar ta' fondi, il-projbizzjoni ta' viżi, u l-embargo fuq il-fornitura, bejgħ jew trasferiment ta' armi kif ukoll parir tekniċi, għajnuna jew taħriġ li għandu x'jaqsam ma' attivitajiet militari imposti mill-UNSCR (1257(1999) u 1333(2000).

(4)

skond il-Paragrafu 3 tal-UNSCR 1390(2002), il-miżuri msemmija jkunu riveduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan- NU 12-il xahar wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni u fl-aħħar ta' dan iż-żmien il-Kunsill tas-Sigurtà jew ikompli l-miżuri jew jiddeċiedi li jirranġahom.

(5)

il-UNSCR 1390(2002) jimponi projbizzjoni ta' ivvjaġar fuq Usama bin Laden, membri ta'l-organizzazzjoni ta' l-Al-Qaida u t-Taliban u individwi oħrajn li għandhom x'jaqsmu magħhom.

(6)

Is-sanzjonijiet dwar il-projbizzjoni tat-titjir u l-embargo impost fuq bejgħ ta' anidride aċetiku minn UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) m'għadhomx jgħoddu skond il-paragrafu 23 ta' l-UNSCR 1333(2002) u l-paragrafu 1 ta' l-UNSCR. Barra minn hekk, il-miżuri restrittivi kontra l-Ariana Afghan Airlines kienu mitmumin bil-UNSCR 1388(2002) tal-15 ta' Jannar 2002.

(7)

Għalhekk l-Unjoni Ewropea adottat miżuri restrittivi skond il-UNSCR u l-1333(2000) għandu jkun irranġat skond il-UNSCR 1390(2002).

(8)

Għal raġuni ta' ċarezza u ta' trasparenza dawk il-miżuri restrittivi mill-Unjoni Ewropea msemmija fil-Pożizzjonijiet Komuni tal-Kunsill għandhom jinġabru fi strument legali wieħed u għalhekk il-Pożizzjonijet Komuni 96/746/PESK ( 1 ), 1999/727/PESK ( 2 ), 2001/154/PESK ( 3 ) u 2001/771/PESK ( 4 ) ikunu mħassra.

(9)

Jiħtieġ li l-Komunità tieħu passi biex iddaħħal ċerti miżuri,

ADOTTAT DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:



▼M1

Artikolu 1

Din il-Pożizzjoni Komuni tapplika għall-membri tal-organizzazzjoni tal-Al-Qaida u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif imsemmi fil-lista mfassla skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata mill-Kumitat stabbilit skont il-UNSCR 1267(1999).

▼B

Artikolu 2

1.  Il-fornitura diretta jew indiretta, bejgħ u trasferiment, dirett jew indirett, ta' armamenti u affarijiet relatati ta' kull tip, li jinkludi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' bdil għall-imsemmi, mit-territorji ta' l-Istati Membri, jew jużaw il-bastimenti jew l-ajruplani ewlenin, jew minn ċittadini ta' l-Istati Membri barra t-territorji tagħhom, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-UNSCR 1390(2002), ikun ipprojbit.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Istati Membri li jħaddmu l-awtorità pubblika, il-Komunità Ewropea, taġixxi fil-limiti tal-poteri mogħtija lilha bit-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, ma tħallix/se timpedixxi l-fornitura diretta jew indiretta, bejgħ u trasferiment lill-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu I ta' pariri tekniċi, għajnuna, jew tagħmir li għandu x'jaqsam ma' attivita militari minn territorji ta' l-Istati Membri, jew jużaw il-bastimenti jew l-ajruplani ewlenin, jew minn ċittadini ta' l-Istati Membri minn barra t-territorji tagħhom, taħt il-kondizzjonijiet stabbilti fil-UNSCR 1390(2002).

Artikolu 3

il-Komunità Ewropea, taġixxi fil-limiti tal-poteri mogħtija lilha bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea:

 tordna l-iffriżar tal-fondi u l-assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi ta' l-individwi, gruppi impriżi u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1,

 se tiżgura li l-fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi ma jkunux disponibbli, direttament jew indirettament, għall-benefiċċju ta' l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 4

L-Istati Membri se jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallux dħul fit-territorji jew passaġġ mit-territorji tagħhom ta' l-individwi msemmijin fl-Artikolu 1, skond il-kondizzjonijiet f'Paragrafu 2(b) ta' l-UNSCR 1390(2002).

Artikolu 5

Pożizzjonijiet Komuni 96/746/PESK, 1999/727/PESK, 2001/154/PESK u 2001/771/PESK huma hawnhekk imħassrin.

Artikolu 6

Din il-Pożizzjoni Komuni tidħol fis-seħħ fid-data li tkun adottata.

Din il-Pożizzjoni Komuni se tibqa' tkun riveduta kontinwament.

Artikolu 7

Din il-Pożizzjoni Komuni se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Offiċjali.



( 1 ) ĠU L 342, tal-31.12.1996, p. 1.

( 2 ) ĠU L 294, tas-16.11.1999, p. 1.

( 3 ) ĠU L 57, tas-27.2.2001, p. 1.

( 4 ) ĠU L 289, tas-6.11.2001, p. 36.