2001R1554 — MT — 01.07.2002 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1554/2001

tat-30 ta’ Lulju ta’ l-2001

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 120/2001 għal dak li għandu x’jaqsam mal-marketing taz-zokkor prodott fid-dipartimenti Franċiżi extra-ewropei u li jekwalizza l-kundizzjonijiet tal-prezz ta’ zokkor mhux raffinat preferenzjali

(ĠU L 205, 31.7.2001, p.18)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1442/2002 tas-7 ta’ Awwissu 2002

  L 212

5

8.8.2002




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1554/2001

tat-30 ta’ Lulju ta’ l-2001

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 120/2001 għal dak li għandu x’jaqsam mal-marketing taz-zokkor prodott fid-dipartimenti Franċiżi extra-ewropei u li jekwalizza l-kundizzjonijiet tal-prezz ta’ zokkor mhux raffinat preferenzjali



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju ta’ l-2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tas-settur taz-zokkor ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jipprovdi għal rata fissa ta’ għajnuna tal-Komunità għal zokkor prodott fid-dipartimenti Franċiżi extra-ewropej li jkunu reklamati fir-reġjuni Ewropej tal-Komunità. L-għajnuna hija għal zokkor mhux raffinat prodott fid-dipartimenti Franċiżi extra-ewropej li jkunu raffinati f’irfinitur misjub fir-reġjuni Ewropej tal-Komunità u li għandhom ikunu trasportati fir-reġjuni Ewropej tal-Komunità jew, fejn neċessarju, li jkunu miżmuma f’dawk id-dipartimenti.

(2)

L-għajnuna għar-raffinar fl-irfinituri tal-Komunità hija maħsuba li tipprovdi dawk l-irfinituri b’zokkor prodott fid-dipartimenti Franċiżi extra-ewropej bl-istess prezz daqs zokkor preferenzjali.

(3)

L-ispejjeż tat-trasport bil-baħar jiddependu prinċipalment fuq id-daqs tal-bastimenti, li mbagħad huwa determinat mill-fond tal-baħar fil-portijiet ta’ tagħbija fid-dipartimenti Franċiżi extra-ewropej. Esperjenza wriet li preċiżament fuq każ tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ portijiet, iz-zokkor huwa ta’ spiss trasportat minn uħud minn dawn id-dipartimenti għall-Komunità f’bastimenti b’tunnellaġ reġistrat netta ta’ inqas minn 20 000 tunnellata, billi l-element ta’ merkanzija tal-Karibew-Renju Unit huwa stabbilit fuq il-bażi ta’ bastimenti b’tunnellaġġ reġistrat massimu ta’ bejn 25 000 tunnellata u 30 000 tunnellata. L-ispejjeż tal-merkanzija mħallsa mill-operaturi jistgħu għalhekk ikunu sproporzjonati ma’ l-element ta’ merkanzija stabbilit fuq bażi ta’ rata fissa. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-ammont tar-rata fissa għandha għalhekk tipprovdi għall-possibilità ta’ kambjament ta’ l-element ta’ merkanzija tal-Karibew-Renju Unit meta d-daqs tal-bastiment hekk jimmerita.

(4)

L-Artikolu 5(4) tal-Protokoll 3 dwar zokkor ACP li jidher fil-Ftehim ta’ Adeżjoni ACP-EC ( 2 ) jistipula kundizzjoni li l-prezz garantit jirreferi għal zokkor mhuxippakkjat, portijiet Ewropej cif tal-Komunità, ffissati għal zokkor ta’ kwalità normali.Meta l-ħażna ta’ zokkor preferenzjali titbiddel mill-ħażna ta’ kwalità normali, l-iskalata’ żiediet applikati hija dik ipprattikata fin-negozju internazzjonali, li titbiddel mill-iskala provduta għall-istess għanijiet skond ir-regoli tal-Komunità għal zokkor mhux raffinat prodott fil-Komunità. Sabiex ikunu ppareġġjati l-kundizzjonijiet ta’ prezzijiet bejn iż-żewġ tipi ta’ zokkor mhux raffinat, id-differenza li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ waħda jew aktar ta’ waħda jew l-oħra taż-żewġ skali għandhomikunu bbilanċjati b’tranżazzjoni speċifika favur rfinituri ta’ zokkor mhux raffinatprodott fid-dipartimenti Franċiżi extra-ewropej.

(5)

Għajnuna għar-raffinar hija mogħtija biss għal tali kwantitajiet ta’ zokkor mhux raffinat li joriġina fid-dipartimenti Franċiżi extra-ewropej li jistgħu jkunu raffinati f’zokkor abjad fir-reġjuni Ewropej tal-Komunità, meħuda in konsiderazzjoni l-ħażniet disponnibli ta’ tali zokkor kif regolarment stabbiliti fil-bilanċ ta’ ħażna tal-Komunità għal zokkor mhux raffinat.

(6)

Billi l-produtturi ta’ dan iz-zokkor ma għandhomx faċilitajiet kbar ta’ ħażna fil-fabbriki tagħhom, iz-zokkor kollu maħsub għad-dispożizzjoni fl-irfinituri fil-Komunitajiet huwa mibgħut direttament wara produzzjoni għall-ħażna fis-silo tal-port. Dawn il-produtturi għandhom għalhekk javvanzaw l-ispejjeż tat-trasport taz-zokkor mill-fabbrika tal-port tat-tagħbija. Fi snin reċenti, l-irregolarità ta’ kunsinni żiedet id-dewmien ta’ dan l-avvanz billi z-zokkor dam iktar fil-ħażna fis-silos tal-port, u għalhekk kabbar il-piż fuq il-produtturi konċernati. Huwa għalhekk ġustifikat li jkun mogħti avvanz fuq il-pagament finali ta’ l-għajnuna ugwali għall-ammont tal-komponent fob ta’ l-għajnuna. Sabiex l-avvanz ikun riċevut l-applikanti għandhomgħalhekk jagħmlu sigurtà, u l-kundizzjonijiet l-oħra jkunu mwettqa sabiex l-avvanz ikun imħallas, b’mod partikolari l-kwantitajiet ta’ zokkor prodott, għandhom ikunu stabbiliti.

(7)

Regoli dettaljati għad-determinazzjoni ta’ piż u ħażniet ta’ zokkor għandhom ikunustabbiliti, partikolarment fejn prodotti ta’ dan it-tip huma trasportati bil-massa fl-istess bastiment iżda għan-nom ta’ bosta produtturi.

(8)

B’mod ġenerali, perijodi konsiderevoli jgħaddu bejn id-data meta z-zokkor konċernat huwa mgħobbi u dak meta l-formalitiajiet ta’ wasla huma lesti li jiffaċilitaw l-aġenzija kompetenti tħallas l-għajnuna. Dispożizzjoni għandha għalhekk issir għal pagamenti minn qabel.

(9)

Miżuri adegwati għandhom ikunu stabbiliti għal verifiki dwar zokkor raffinat, u rraffinar għandu jkun imfisser għal dak il-għan.

(10)

Ir-regoli dettaljati stabbiliti f’dan ir-Regolament jieħdu post dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2750/86 tat-3 ta’ Settembru ta’ l-1986 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ miżuri għar-marketing ta’ zokkor prodott fid-dipartimenti Franċiżi extra-ewropej u li jemendaw għar-raba’ darba r-Regolament (KEE) Nru 3016/78 ( 3 ), kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 350/1999 ( 4 ). Dak ir-Regolament għandu għalhekk ikun imħassar.

(11)

Dawn il-miżuri għandhom japplikaw mill-bidu tas-sena tar-marketing 2001/02.

(12)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



L-Artikolu 1

Għajnuna tal-Komunità b’rata fissa għandha tkun mogħtija bħala miżura ta’ intervent għal zokkor prodott fid-dipartimenti Franċiżi extra-ewropej li jkunu reklamati fir-reġjuni Ewropej tal-Komunità.

L-Artikolu 2

▼M1

1.  Fuq applikazzjoni lill-awtoritajiet Franċiżi kompetenti, għas-snin marketing 2002/03 sa 2005/6, il-produtturi taz-zokkor li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 u li jwassluh fil-portijiet Ewropej fil-Komunità, għandhom jingħataw għajnuna magħmula minn dawn il-komponenti:

(a) ammont b’rata bażi għal kull tunnellata metrika ta’ zokkor mfisser bħala zokkor abjad biex ikopri l-ispejjeż tat-trasport mill-punt tat-tluq mill-fabbrika ta’ qabel sal-fażi tal-port frank abbord (fob), iffissat għal:

 EUR 17 għal kull tunnellata metrika għar-Réunion u Martinique,

 EUR 24 għal kull tunnellata metrika għall-Guadeloupe;

(b) ammont uniformi ta’ rata bażi biex ikopri l-ispejjeż tat-trasport bil-baħar mill-port frank abbord (fob) fil-fażi tad-dipartiment barrani sal-punt tal-wasla fil-portijiet (cif) Ewropej fil-Komunità u l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni li għandhom x’jaqsmu;

(ċ) ammont ta’ rata fissa għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor mhux raffinat mfisser bħala zokkor abjad maħżun mill-produtturi fl-aħħar ta’ kull xahar, stabbilit bħala EUR 0,45 għall-Guadeloupe u EUR 0,35 għar-Réunion.

▼B

2.  Dan l-ammont b’rata fissa msemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jkun ibbażat fuq l-element ta’ merkanzija Karibew-Renju Unit kif stabbilit mill-Kumitat tal-Merkanzija ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ Londra ta’ Suq tat-terminal Unit taz-Zokkor u inkorporat fil-prezz ta’ kuljum ta’ Londra għal zokkor validu fid-data meta l-avviż ta’ tagħbija għaz-zokkor konċernat hija magħmula.

L-ammont għandu jkun ikkonvertit fl-ewro bir-rata ta’ konverżjoni użata sabiex ikun determinat l-prezz cif u għandu jkun imbiddel għal bażi ta’ rata fissa sabiex jieħu in konsiderazzjoni l-ispejjeż ta’ assigurazzjoni tad-differenza bejn il-valur taz-zokkor fis-suq mondjali u l-valur fil-Komunità. L-ammont għandu imbagħad ikun moltiplikat b’koeffiċjent ugwali għal 1,00 diviż bil-ħażna taz-zokkor ikkonċernat.

L-ammont aġġustat għandu jkun determinat mill-Kummissjoni u notifikat lill-awtoritajiet Franċiżi kompetenti.

3.  L-awtoritajiet kompetenti Franċiżi jistgħu jbiddlu l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(b) fuq bażi ta’ rata baxxa, fejn l-ispejjeż ta’ trasport attwali meħuda mill-produttur jiskorri dak l-ammont minħabba li l-bastimenti użati għandhom tunnellaġġ nett reġistrata ta’ inqas minn 20 000 tunnellata.

It-tibdil ta’ kull xahar u kull qasam ġeografiku (Antilles/Reunion) għandu jkun ekwivalenti għal ammont li ma jiskorrix il-medja tad-differenza rrekordjata għat-trasport tal-massa matul it-12-il xahar wara x-xahar ta’ partenza taz-zokkor mill-portijiet fid-dipartimenti Franċiżi extra-ewropej bejn l-ispejjeż attwali tal-merkanzija għall-bastimenti b’tunnellaġġ nett reġistrat ta’ mhux inqas minn 20 000 tunnellata; stabbiliti fuq il-bażi ta’ avviż ta’ tagħbija, u l-element tal-merkanzija Karibew għar-Renju Unit msemmi fil-paragrafu 1(b).

Il-bidla tista’ tkun miżjuda b’mhux iktar minn 25 % fejn il-bastimenti użati għandhom tunnellaġġ nett reġistrata ta’ mhux inqas minn 7 000 tunnellata minħabba kundizzjonijiet tal-port.

L-awtoritajiet kompetenti Franċiżi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni immedjatament bit-tibdiliet magħmula, jispeċifikaw b’mod partikolari n-numru ta’ bastimenti u l-ammonti kkonċernati, u għandhom jibagħatu d-dokumenti ta’ għajnuna rilevanti.

L-Artikolu 3

1.  L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 għandha tapplika għall-piż ta’ wasla aċċettata espressa bħala zokkor abjad konformi mall-formula tal-ħażna msemmija fl-Artikolu 4.

Fejn trasport bil-massa ma jippermettix ishma individwali li jkunu identifikati, il-medja tal-ħażna tal-merkanzija sħiħa għandha tkun applikata għaz-zokkor kollu kkonċernat.

2.  L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 għandu jkun imħallas fuq preżentazzjoni, mill-produttur kkonċernat, ta’:

(a) kwalunkwe prova rikonoxxuta mill-Istat Membru konċernat li z-zokkor konċernat daħal fir-reġjuni Ewropej tal-Komunità, u

(b) l-avviż tat-tagħbija, r-riżultati ta’ l-analiżi u l-polza definittiva.

L-analiżi għandhom joħorġu fl-istadju ta’ ħatt b’ishma ta’ 250 tunnellata fil-merkanzija sħiħa minn laboratorju approvat mill-Istat Membru f’liema territorju z-zokkor ġie introdott.

3.  Pagament bill-quddiem jistgħa’ jkun magħmul ugwali għal 90 % ta’ l-ammont determinat fuq il-bażi tal-piż kif mistqarr fil-polza proviżorja u espress bħala zokkor abjad fuq il-bażi ta’ ħażna b’rata fissa ta’ 96 %.

Applikazzjonijiet għal pagament bill-quddiem għandu jkun magħmul mill-produtturi kkonċernati u għandhom ikunu akkumpanjati bl-avviż ta’ tagħbija u l-polza proviżorja.

4.  Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2, il-pagament inizjali bill-quddiem jista’ jkun magħmul ugwali għall-komponent ta’ l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), fuq applikazzjoni mill-produttur jew produtturi taz-zokkor mhux raffinat konċernat. L-avvanz inizjali għandu jkun trattat bħala pagament magħmul fuq l-avvanz provdut fil-paragrafu 3.

L-ewwel avvanz fuq il-pagament għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-piż irrekordjat fis-silo fil-port ta’ tagħbija mill-awtoritajiet Franċiżi jew persuni li qegħdin jaġixxu taħt ir-responsabbilita’ tagħhom, u espress bħala zokkor abjad fuq il-bażi ta’ ħażna b’rata fissa ta’ 96 %.

Fiż-żmien li ntbagħatu l-applikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, sigurtà għandha tkun magħmula li tikkorrispondi għall-ammont ta’ l-avvanz mitlub. Is-sigurtà għandha tkun rilaxxjata għall-kwantitajiet għal liema l-pagament finali ta’ l-għajnuna totali msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) huwa magħmul konformi mal-paragrafu 1.

L-applikant għandu jkollu l-għażla li jipprovdi s-sigurtà bi flus kontanti jew fil-forma ta’ garanzija permezz ta’ laqgħa istitutorja l-kriterji stabbiliti minn Franza.

Il-parti tas-sigurtà jew is-sigurtà li ma hijix rilaxxjata għandha tkun irrinunċjata għall-kwantità ta’ zokkor għall-liema l-obbligazzjonijiet korrispondenti ma ġewx imwettqa.

L-Artikolu 4

▼M1

1.  Fil-każ taz-zokkor li hemm referenza għalih fl-Artikolu 1 li jkun ġie raffinat f’raffinerija fir-reġjuni Ewropej tal-Komunità fis-snin tas-suq 2002/03 sa 2005/06, tiġi mogħtija għajnuna lir-raffineriji kkonċernati għal kull wieħed minn għaxra ta’ perċentwal tal-produzzjoni li taqbeż it-92 %, ta’ ammont ugwali għal 0,0387 % tal-prezz ta’ intervent għal zokkor mhux raffinat għal dak il-perjodu.

▼B

2.  Il-Paragrafu 1 għandu japplika sa limitu fil-kwantità li għandha tkun determinat skond ir-reġjuni fil-Komunità fejn l-irfinar jista’ jkun maħruġ.

Il-kwantitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun determinat konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 fuq il-bażi ta’ bilanċ ta’ ħażna tal-Komunità għal zokkor mhux raffinat u għar-raffinar ta’ tali zokkor fir-reġjuni Ewropej tal-Komunità konċernati.

3.  L-ammont totali ta’ l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun mogħti fuq applikazzjoni mill-obbligaturi li raffinaw iz-zokkor konċernat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom r-raffinar seħħ.

L-Artikolu 5

Applikazzjonijiet għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 4 għandhom ikunu akkumpanjati bi prova aċċettata lill-Istat Membru konċernat li z-zokkor rfinat kien miġjub minn zokkor mhux raffinat prodott fid-dipartimenti Franċiżi extra-ewropej. Għal dan il-għan, u mat-talba tal-parti nteressata konċernata, iz-zokkor mhux raffinat konċernat għandu jkun imqiegħed taħt il-kontroll tad-dwana jew taħt il-kontroll amministrattiv ieħor li joffri l-istess garanziji.

Għall-għan ta’ l-għotja ta’ din l-għajnuna ta’ “rfinar” ifisser li l-konverżjoni ta’ zokkor mhux raffinat kif spjegat fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 f’zokkor abjad kif spjegat fl-Artikolu 1(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.

L-Artikolu 6

L-Istati Membri konċernati għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni, għal kull xahar, u fi żmien xaharejn mix-xahar konċernat, tal-kwantitajiet, espressi bħala zokkor abjad, għal liema għajnuna ġiet mogħtija skond l-Artikoli 2 u 4 rispettivament, u l-ammonti ta’ għajnuna korrispondenti għal dawk il-kwantitajiet.

L-Artikolu 7

Regolament (KEE) Nru 2750/86 huwa hawnhekk imħassar.

L-Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju ta’ l-2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1.

( 2 ) ĠU L 317, tal-15.12.2000, p. 3.

( 3 ) ĠU L 253, tal-5.9.1986, p. 8.

( 4 ) ĠU L 44, tat-18.2.1999, p. 8.