02001L0113 — MT — 18.11.2013 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2001/113/KE

tal-20 ta' Diċembru 2001

li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem

(ĠU L 010 12.1.2002, p. 67)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/84/KE ta' l-10 ta' Ġunju 2004

  L 219

8

19.6.2004

 M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta' Settembru 2007

  L 273

1

17.10.2007

►M3

REGOLAMENT (UE) Nru 1021/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta’ Ottubru 2013

  L 287

1

29.10.2013




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2001/113/KE

tal-20 ta' Diċembru 2001

li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem



L-Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I.

M'għandhiex tapplika għall-prodotti maħsuba għall-manifattura ta' prodotti fini tal-bejgħ tal-furnara, il-pasti jew il-gallettini.

L-Artikolu 2

Id-Direttiva 2000/13/KE għandha tapplika għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I ma' hawn, bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. 

L-ismijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw biss għall-prodotti rriferiti fih u għandhom jiġu użati fil-kummerċ għalbiex jiddenominawhom.

L-ismijiet tal-prodotti użati fl-Anness I jistgħu, madankollu, jiġu użati b'żieda ma' l-isem skond il-prattiki għalbiex jiddennominaw prodotti oħra li ma jistgħux jiġu konfużi ma' dawk iddefiniti fl-Anness I.

2. 

L-ismijiet tal-prodotti għandhom jiġu ssuplementati b'indikazzjoni tal-frott jew frottijiet użati, fl-ordni dixxendenti skond il-piż tal-materji prima użati. Madankollu, għall-prodotti ffabbrikati minn tliet tipi jew aktar ta' frott, l-indikazzjoni tal-frottijiet użati tista' tiġi mibdula bil-kliem “frott imħallat” jew b'għamla simili tal-kliem, jew bin-numru tal-frott użat.

3. 

It-tikkettjar għandu jindika l-kontenut tal-frott billi jinkludi l-kliem “imħejji minn…g ta' frott għal kull 100 g” tal-prodott imlesti, wara t-tnaqqis tal-piż ta' ilma użat fit-tħejjija ta' l-estratti ilmija, jekk approprjat.

4. 

It-tikketjar għandu jindika l-kontenut totali taz-zokkor bil-kliem “kontenut totali ta'… g ta' zokkor għal kull 100 g”, biċ-ċifra indikata tirrappreżenta l-valur stabbilit b'refrattometru f'20 °C tal-prodott imlesti, bla ħsara għal tolleranza ta' ± 3 % tal-gradi tar-refrattometru.

Il-kontenut taz-zokkor m'għandux għalfejn, b'dana kollu, ikun indikat meta tiġi magħmula pretensjoni dwar in-nutriment għaz-zokkor fuq it-tikketti skond id-Direttiva 90/496/KEE ( 7 ).

5. 

Il-partikolaritajiet riferiti fil-punt 3 u fl-ewwel subparagrafu tal-punt 4 għandhom jidhru fl-istess firxa tal-vista bħal dak ta' l-isem tal-prodott u b'karattri li jidhru biċ-ċar.

6. 

Meta l-kontenut tal-fdalijiet tad-diossidu tal-kubrit ikun aktar minn 10 mg/kg, il-preżenza tiegħu għandha tiġi indikata fuq il-lista ta' l-ingredjenti bħala deroga mill-Artikolu 6(4) tad- Direttiva 2000/13/KE.

L-Artikolu 3

Għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I, l-Istati Membri m'għandhomx jadottaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali mhux ipprovduti f'din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 89/107/KEE ( 8 ) jew għad-dispożizzjonijiet adottati sabiex jagħtuha effett, l-ingredjenti biss elenkanti fl-Anness II ma' hawn u l-materji prima li jikkonformaw ma' l-Anness III ma' hawn jistgħu jiġu użati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti ddefiniti fl-Anness I ma' hawn.

▼M3

Artikolu 5

Għall-fini li jittieħed kont tal-progress tekniku u l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 6 biex temenda l-Anness II u l-Parti B tal-Anness III.

Artikolu 6

1.  
Is-segħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-18 ta' Novembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3.  
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

L-Artikolu 7

Id-Direttiva 79/693/KEE hija hawnhekk imħassra b'effett mit-12 ta' Lulju 2003.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

L-Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel it-12 ta' Lulju 2003. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Il-miżuri għandhom jiġu applikati hekk illi:

— 
jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq tal-prodotti ddefiniti fl-Anness I jekk jikkonformaw mad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva, b'effett mit-12 ta' Lulju 2003.
— 
jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva, b'effett mit-12 ta' Lulju 2004.

Madankollu, it-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jonqsu milli jikkonformaw ma' din id-Direttiva imma li kienu ttikkettjati qabel it-12 ta' Lulju 2004 skond id-Direttiva 79/693/KEE għandu ikollhom il-permess sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri.

L-Artikolu 9

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 10

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

L-ISMIJIET, ID-DESKRIZZJONIJIET TAL-PRODOTTI U D-DEFINIZZJONIJIET

I.   DEFINIZZJONIJIET

— 
“Ġamm” hija taħlita, miġjuba għal konsistenza addattata tal-ġelatina, ta' tipi ta' zokkor, il-polpa u/jew il-purejiet ta' wieħed jew aktar tipi ta' frott u ilma. Madankollu, il-ġamm tal-frott taċ-ċitru tista' tinkiseb mill-frott sħiħ, maqtugħ fi flieli u/jew imfettet.



— 350 g

bħala regola ġenerali,

— 250 g

għal passolina ħamra, it-tut tas-siġar rowan, il-frott tal-pjanta Rhamus Lyciodes tal-baħar, il-passolina sewda, il-frott tas-Solanum nigrum u l-isfarġel,

— 150 g

għall-ġinġer,

— 160 g

għat-tuffieħ tal-cashew,

— 60 g

għall-passion fruit.

— 
“Ġamm extra tal-frott” hija taħlita, miġjuba għal konsistenza addattata tal-ġelatina, ta' tipi taz-zokkor, il-polpa mhux ikkonċentrata ta' wieħed jew aktar tipi ta' frott u ilma. Madankollu, il-ġamm extra tal-frott tas-siġra Solana nigrum u l-ġamm extra tal-lampun mingħajr iż-żerriegħa, tat-tut, tal-passolina sewda, il-frott tal-Vaccinium myrtyllum u l-passolina ħamra jistgħu jinkisbu fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom mill-purejiet mhux ikkonċentrat tal-frott rispettiv. Il-ġamm extra tal-frott taċ-ċitru tista' tinkiseb mil-frott sħiħ, maqtugħ fi flieli u/jew imfettet.
Il-frott li ġej ma jistax jiġi użat imħallat ma' frott ieħor fil-fabbrikazzjoni tal-ġamm extra tal-frott: it-tuffieħ ta' belludja, il-lanġas, l-għanbaqar ta'l-għadma mwaħħla, id-dulliegħ, il-għeneb, il-qargħa aħmar, il-ħjar u t-tadam.



— 450 g

bħala regola ġenerali,

— 350 g

għall-passolina ħamra, it-tut tas-sigra rowan, il-frott tal-pjanta Rhamus Licyodes tal-baħar, il-passolina sewda, il-frott tas-Solanum nigrum u l-isfarġel,

— 250 g

għall-ġinġer,

— 230 g

għat-tuffieħ tal-cashew,

— 80 g

għall-passion fruit.

— 
Il-“ġelatina” hija t-taħlita ġġelatinata kif approprjat ta' tipi ta' zokkor u l-meraq u/jew l-estratti ilmija ta' tip wieħed jew aktar ta' frott.
Il-kwantità tal-meraq u/jew l-estratti ilmija wżata fil-fabbrikazzjoni ta' 1 000 g tal-prodott imlesti m'għandhiex ikun anqas minn dak stabbilit għall-fabbrikazzjoni tal-ġamm tal-frott. Dawn il-kwantitajiet huma kkalkolati wara t-tnaqqis tal-piż ta' l-ilma użat fit-tħejjija ta' l-estratti ilmija.
— 
Fil-każ tal- “ġelatina extra”, madankollu, il-kwantità tal-meraq tal-frott u/jew ta' l-estratti ilmija użati fil-fabbrikazzjoni ta' 1 000 g tal-prodott imlesti m'għandhiex tkunu anqas minn dak stabbilit għall-fabbrikazzjoni tal-ġamm extra tal-frott. Dawn il-kwantitajiet huma kkalkolati wara t-tnaqqis tal-piż ta' l-ilma użat fit-tħejjija ta' l-estratti ilmija. Il-frott li ġej ma jistax jiġi użat imħallat ma' frottijiet oħra fil-fabbrikazzjoni tal-ġelatina extra: it-tuffieħ ta' belludja, il-lanġas, il-għanbaqar ta' l-għadma mwaħħla, id-dulliegħ, il-għeneb, il-qara aħmar, il-ħjar u t-tadam.
— 
Il-“marmellata” hija taħlita, miġjuba għal konsistenza ġġelatinata kif jixraq, ta' tipi ta' zokkor u wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin miksuba mill-frott taċ-ċitru: il-polpa, il-purejiet, il-meraq, l-estratti ilmija u l-qoxra.
Il-kwantità tal-frott taċ-ċitru wżata fit-tħejjija ta' 1 000 g tal-prodott imlesti ma tridx tkun anqas minn 200 g li minnhom mill-anqas 75 g iridu jinkisbu mill-endokarpu.
— 
L-isem “ġelatina tal-marmellata” jista' jiġi użat meta l-prodott ma jkun fih l-ebda materjal li ma jinħallx għajr possibilment għal kwantitajiet żgħar ta' qxur imfettet irqiq.
— 
“Purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa” hija taħlita, miġjuba għal konsistenza addattata, ta' l-ilma, iz-zokkor u mill-anqas 380 g ta' purejiet tal-qastan (Castanea sativa) għal 1 000 g tal-prodott imlesti.

II.

Il-prodotti ddefiniti fil-Parti I għandu jkun fihom kontenut ta' materjal xott solubbli ta' 60 % jew aktar kif stabbilit bir-refrattometru, għajr għal dawk il-prodotti li rigward tagħhom iz-zokkor ikun ġie mibdul fl-intier tiegħu jew f'parti minnu b'materjali li jagħtu l-ħlewwa.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/13/KE, l-Istati Membri jistgħu, madankollu, sabiex iqisu ċerti kazijiet partikolari, jawtorizzaw l-ismijiet irrisrvati għall-prodotti ddefiniti fil-Parti I li jkollhom kontenut tal-materjal solubbli ta' anqas minn 60 %.

III.

Meta l-frott jiġi mħallat flimkien, il-kontenuti minimi stabbiliti fil-Parti I għat-tipi differenti tal-frott jistgħu jiġu mnaqqsa fil-proporzjon tal-perċentwali użati.




L-ANNESS II

L-ingredjenti addizzjonali li ġejjin jistgħu jiġu wżati fil-prodotti ddefiniti fl-Anness I.

— 
l-għasel kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE ta' l-29 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma' l-għasel ( 9 ): fil-prodotti kollha bħala sostitut totali jew parzjali ta' tipi ta' zokkor,
— 
il-meraq tal-frott: fil-ġamm tal-frott biss,
— 
il-meraq tal-frott taċ-ċitru: fil-prodotti miksuba minn tipi oħra ta' frott: fil-ġamm tal-frott, il-ġamm extra tal-frott, il-ġelatina u l-ġelatina extra biss,
— 
il-meraq tal-frott aħmar: fil-ġamm tal-frott u l-ġamm extra tal-frott iffabbrikati mill-frott tas-Solanum nigrum, il-frawli, il-lampun, ir-ribes, il-passolina ħamra, l-għanbaqar u r-rabarbru biss,
— 
il-meraq tal-pitravi ħamra: fil-ġamm tal-frott u l-ġelatina ffabrikati mill-frawli, il-lampun, ir-ribes, il-passolina ħamra, u l-għanbaqar biss,
— 
iż-żjut essenzjali tal-frott taċ-ċitru: fil-marmellata u l-ġelatina tal-marmellata biss,
— 
iż-żjut u x-xaħmijiet li jittieklu bħala aġenti għal kontra r-ragħwa: fil-prodotti kollha,
— 
il-pektin likwidu: fil-prodotti kollha,
— 
il-qoxra tal-frott taċ-ċitru: fil-ġamm tal-frott, il-ġamm extra tal-frott, il-ġelatina u l-ġelationa extra,
— 
il-weraq tal-Pelargonium odoratissimum: fil-ġamm tal-frott, il-ġamm extra tal-frott, il-ġelatina u l-ġelatina extra, meta dawn ikunu magħmula mill-isfarġel,
— 
l-ispiriti, l-inbid u l-likuri mill-inbid, il-ġewż, il-ħwawar aromatiċi, l-ispeċi, il-vanilla u l-estratti tal-vanilla: fil-prodotti kollha,
— 
il-vanillin: fil-prodotti kollha.




L-ANNESS III

A.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

Il-Frott:

— 
frott frisk, b'saħħtu, li mhux qed jitħassar, li jkun fih il-kostitwenti essenzjali kollha u misjur biżżejjed għall-użu, wara t-tindif, it-tneħħija tat-tbajja, il-qtugħ tal-wiċċ u tal-qiegħ,
— 
għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, it-tadam, il-partijiet li jittieklu taz-zkuk tar-rabarbru, iz-zunnarija, il-patata ħelwa, il-ħjar il-qara' aħmar, il-bettiegħ u d-dulliegħ jitqiesu bħala frott,
— 
il-“ġinġer” ifisser l-għerq li jittiekel tal-pjanta tal-ġinġer fl-istat frisk jew ippreservat. Il-ġinġer jista' jkun imnixxef jew ippreservat fil-ġulepp.
2. 

Il-Polpa (tal-Frott):

Il-parti li tittiekel tal-frotta kollha, jekk approprjat, li minnha titneħħa l-qoxra ta' barra, il-qxur l-oħra, iż-żerriegħa, il-għadam u bħal dawn, li tkun ġiet imqattgħa jew imgħaffġa imma li ma tkunx ġiet magħmula purejiet.
3. 

Il-Purejiet (tal-Frott):

Il-parti li tittiekel tal-frotta kollha, jekk meħtieġ, mingħajr il-qoxra ta' barra, il-qxur l-oħra, iż-żerriegħa, il-għadam u bħal dawn, li tkun ġiet miġjuba f'purejiet permezz ta' passatur jew proċess simili.
4. 

L-Estratti ilmija (tal-frott):

L-estratt ilmi tal-frott li, bla ħsara għat-telf meħtieġ li jiġri waqt il-fabbrikazzjoni xierqa, li jkun fih il-kostitwenti kollha li jinħallu fl-ilma tal-frott użat.
5. 

Iz-Zokkor

It-tipi taz-zokkor awtorizzati huma:
1. 

it-tipi taz-zokkor kif iddefiniti fid-Direttiva 2001/111/KE ( 10 );

2. 

il-ġulepp tal-fruttosi;

3. 

iz-zokkor estratt mill-frott;

4. 

iz-zokkor ismar.

B.   IT-TRATTAMENT TAL-MATERJI PRIMA

1. 

Il-prodotti ddefiniti fl-oġġetti 1, 2, 3 u 4 tal-Parti A jistgħu jiġu ttrattati bil-metodu li ġejjin:

— 
imsaħħna, imkessħa jew iffriżati,
— 
imnixxfa bil-friża,
— 
ikkonċentrati, safejn u sakemm dan huwa teknikament possibli,
— 
bl-eċċezzjoni tal-materji prima wżati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti “extra”: l-użu tad- diossidu tal-kubrit (E 220) jew l-imluħ tiegħu (E 221, E 222, E 223, E 224, E 226 u E 227) bħala għajnuna fil-fabbrikazzjoni sakemm ma jinqabiżx il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit stabbilit fid-Direttiva 95/2/KE fil-prodotti ddefiniti fil-Parti I ta' l-Anness I.
2. 

Il-berquq u l-għanbaqar għall-użu fil-fabbrikazzjoni tal-ġamm tal-frott jistgħu jiġu ttrattati wkoll bi proċesi oħra tat-tnixxif minbarra t-tnixxif bil-friża.

3. 

Il-qxur tal-frott taċ-ċitru jistgħu jiġu ppriservati fis-salmura.



( 1 ) ĠU C 231, tad-9.8.1996, p. 27.

( 2 ) ĠU C 279, ta' l-1.10.1999, p. 95.

( 3 ) ĠU C 56, ta' l-24.2.1997, p. 20.

( 4 ) ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 5. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 88/593/KEE (ĠU L 318, tal-25.11.1988, p. 44).

( 5 ) ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29.

( 6 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 7 ) ĠU L 276, tas-6.10.1990, p. 40.

( 8 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 94/34/KE (ĠU L 237, tal-10.9.1994, p. 1).

( 9 ) ĠU L 10, tat-12.1.2002, p. 47.

( 10 ) ĠU L 10, tat-12.1.2002, p. 53.