02001L0081 — MT — 01.07.2018 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA 2001/81/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Ottubru 2001

dwar il-livelli nazzjonali massimi ta' l-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi

(ĠU L 309 27.11.2001, p. 22)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DIRETTIVA KUNSILL 2006/105/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

368

20.12.2006

 M2

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/17/UE tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

193

10.6.2013

►M4

DIRETTIVA (UE) 2016/2284 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-14 ta' Diċembru 2016

  L 344

1

17.12.2016


Emendata bi:

 A1

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA 2001/81/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Ottubru 2001

dwar il-livelli nazzjonali massimi ta' l-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi



Artikolu 1

Għan

L-għan ta' din id-Direttiva hu li jkunu limitati l-emissjonijiet ta' aċidifikazzjoni u inkwinanti ewtrofiċi u l-prekursuri tal-ożonu sabiex tkun imtejba l-protezzjoni fil-Komunità ta' l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem kontra r-riskji ta' l-effetti ħżiena minn aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni tal-ħamrija u ożonu fil-livell ta' l-art u biex wieħed jersaq lejn l-għanijiet fit-tul li ma jinqabżuz il-livelli kritiċi u t-tgħabijiet u biex ikun hemm protezzjoni effettiva tal-poplu kollu kontra riskji tas-saħħa magħrufa kkaġunati minn tniġġis ta' l-arja billi jkunu stabbiliti limiti nazzjonali ta' emissjonijiet, fejn is-snin 2010 u 2020 jitqiesu bħala benchmarks, u permezz ta' reviżjonijiet suċċessivi kif stabbilit fl-Artikoli 4 u 10.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 4

Limiti nazzjonali ta' emissjonijiet

1.  Sa mhux aktar tard mis-sena 2010, l-Istati Membri għandhom jagħmlu limitu fuq l-emissjonijiet annwali nazzjonali tagħhom ta' inkwinanti permezz tad-dijossidju tal-kubrit (SO2), nitrogen oxides (NOx), komposti organiċi volatili (VOC) u ammonja (NH3) għal ammonti li ma jkunux aktar mil-limitu ta' emissjoni stabbilit fl-Anness I, billi jkunu kkunsidrati xi modifiki magħmula permezz tal-miżuri tal-Komunità adottati wara r-rapporti msemmija fl-Artikolu 9.

2.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-limiti ta' emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I ma jkunux maqbuza f'xi sena wara l-2010.

▼M4 —————

▼M3




ANNESS I



IL-LIVELLI NAZZJONALI MASSIMI TA’ EMISSJONIJIET GĦAL SO2, NOx, VOC U NH3 LI GĦANDHOM JINTLAĦQU SAL-2010 (1)

Pajjiż

SO2

Kilo-tunnellati

NOx

Kilo-tunnellati

VOC

Kilo-tunnellati

NH3

Kilo-tunnellati

Il-Belġju

99

176

139

74

Il-Bulgarija (2)

836

247

175

108

Ir-Repubblika Ċeka

265

286

220

80

Id-Danimarka

55

127

85

69

Il-Ġermanja

520

1 051

995

550

L-Estonja

100

60

49

29

L-Irlanda

42

65

55

116

Il-Greċja

523

344

261

73

Spanja

746

847

662

353

Franza

375

810

1 050

780

Il-Kroazja (3)

70

87

90

30

L-Italja

475

990

1 159

419

Ċipru

39

23

14

9

Il-Latvja

101

61

136

44

Il-Litwanja

145

110

92

84

Il-Lussemburgu

4

11

9

7

L-Ungerija

500

198

137

90

Malta

9

8

12

3

Il-Pajjiżi l-Baxxi

50

260

185

128

L-Awstrija

39

103

159

66

Il-Polonja

1 397

879

800

468

Il-Portugall

160

250

180

90

Ir-Rumanija (2)

918

437

523

210

Is-Slovenja

27

45

40

20

Is-Slovakja

110

130

140

39

Il-Finlandja

110

170

130

31

L-Isvezja

67

148

241

57

Ir-Renju Unit

585

1 167

1 200

297

UE 28

8 367

9 090

8 938

4 324

(1)   Dawn il-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet huma mfassla bl-għan li b’mod ġenerali jkunu konformi mal-objettivi interim dwar l-ambjent tal-Artikolu 5. L-issodisfar ta’ dawk l-objettivi mistenni li jirriżulta fi tnaqqis fl-ewtrifikazzjoni tal-ħamrija sa tali punt li ż-żona tal-Unjoni b’depożiti ta’ nitroġenu nutrijenti ogħla mit-tagħbijiet kritiċi titnaqqas b’madwar 30 % meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-1990.

(2)   Dawn il-limiti nazzjonali massimi ta’ emissjonijiet huma temporanji u bla ħsara għar-reviżjoni skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva, li għandha titlesta fl-2008.

(3)   Il-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet għall-Kroazja għandhom jinkisbu sad-data tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni.

▼M4 —————