02000A1215(01) — MT — 31.05.2018 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

FTEHIM TA' SĦUBIJA

bejn il-membri tal-gruppi ta' l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmaw f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000

(ĠU L 317 15.12.2000, p. 3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DECISION No 1/2003 OF THE ACP-EC COUNCIL OF MINISTERS 2003/404/EC of 16 May 2003 (*)

  L 141

25

7.6.2003

 M2

ID-DEĊIŻJONI Nru 2/2004 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE 2004/647/KE tat-30 ta' Ġunju 2004

  L 297

18

22.9.2004

 M3

AGREEMENT in the form of an exchange of letters between the European Community and Barbados, Belize, the Republic of Congo, Fiji, the Cooperative Republic of Guyana, the Republic of Côte d'Ivoire, Jamaica, the Republic of Kenya, the Republic of Madagascar, the Republic of Malawi, the Republic of Mauritius, the Republic of Suriname, Saint Christopher and Nevis, the Kingdom of Swaziland, the United Republic of Tanzania, the Republic of Trinidad and Tobago, the Republic of Uganda, the Republic of Zambia and the Republic of Zimbabwe on the accession of the Republic of Mozambique to Protocol No 3 on ACP sugar of Annex V to the ACP-EC Partnership Agreement (*)

  L 356

2

1.12.2004

►M4

FTEHIM li jemenda l-ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000

  L 209

27

11.8.2005

►M5

DEĊIŻJONI Nru 1/2006 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE 2006/608/KE tat-2 ta' Ġunju 2006

  L 247

22

9.9.2006

 M6

DEĊIŻJONI Nru 4/2007 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE 2008/83/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

  L 25

11

30.1.2008

►M7

DEĊIŻJONI Nru 1/2008 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE 2008/494/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008

  L 171

63

1.7.2008

 M8

DEĊIŻJONI Nru 3/2008 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE 2008/991/KE tal-15 ta' Diċembru 2008

  L 352

59

31.12.2008

 M9

DEĊIŻJONI Nru 1/2009 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE 2009/497/KE tad-29 ta’ Mejju 2009

  L 168

48

30.6.2009

►M10

FTEHIM li jemenda għat-tieni darba l-ftehim ta' sħubija bejn il-Membri tal-grupp ta' stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005

  L 287

3

4.11.2010

►M11

DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-UE 2012/356/UE tal-15 ta’ Ġunju 2012

  L 174

27

4.7.2012

►M12

DEĊIŻJONI Nru 1/2013 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-UE 2013/321/UE tas-7 ta' Ġunju 2013

  L 173

67

26.6.2013

►M13

DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-UE 2014/428/UE tal-20 ta' Ġunju 2014

  L 196

40

3.7.2014

►M14

DEĊIŻJONI Nru 3/2016 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE tat-12 ta' Lulju 2016

  L 192

77

16.7.2016

►M15

DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-UE tal-31 ta' Mejju 2018

  L 148

7

13.6.2018



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

FTEHIM TA' SĦUBIJA

bejn il-membri tal-gruppi ta' l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmaw f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000

INDIĊI TAL-KONTENUT

PREAMBOLU

PARTI 1:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

It-Titolu I-

L-Għanijiet, il-Prinċipji u l-Atturi

Il-Kapitolu 1:

L-Għanijiet u l-Prinċipji

Il-Kapitolu 2:

L-Atturi tas-Sħubija

It-Titolu II-

Id-Dimensjoni Politika

PARTI 2:

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

PARTI 3:

STRATEĠIJI TAL-KOPERAZZJONI

It-Titolu I-

Strateġiji ta' l-Iżvilupp

Il-Kapitolu 1:

Il-Qafas Ġenerali

Il-Kapitolu 2:

L-Oqsma ta' l-Appoġġ

Sezzjoni 1:

L-Iżvilupp Ekonomiku

Sezzjoni 2:

L-Iżvilupp Soċjali u Uman

Sezzjoni 3:

Koperazzjoni u Integrazzjoni Reġjonali

Sezzjoni 4:

Suġġetti Tematiċi u b'Aspett Transversjali

It-Titolu II-

Koperazzjoni Ekonomika u fil-Kummerċ

Il-Kapitolu 1:

L-Għanijiet u l-Prinċipji

Il-Kapitolu 2:

Arranġamenti Ġodda tal-Kummerċ

Il-Kapitolu 3:

Koperazzjoni fil-Fora Internazzjonali

Il-Kapitolu 4:

Kummerċ fis-Servizzi

Il-Kapitolu 5:

Oqsma Relatati mal-Kummerċ

Il-Kapitolu 6:

Koperazzjoni f'Oqsma Oħrajn

PARTI 4:

ŻVILUPP FIL-KOPERAZZJONI FINANZJARJA

It-Titolu I-

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Il-Kapitolu 1:

L-Għanijiet, il-Prinċipji, il-Linji ta' Gwida u l-Eliġibilità

Il-Kapitolu 2:

L-Iskop u n-Natura tal-Finanzjament

It-Titolu II-

Koperazzjoni Finanzjarja

Il-Kapitolu 1:

Riżorsi Finanzjarji

Il-Kapitolu 2:

Appoġġ dwar id-dejn u l-Aġġustament strutturali

Il-Kapitolu 3:

Sostenn f'każ ta' xokkijiet eżoġeni

Il-Kapitolu 4:

Appoġġ għal Politiki Settorjali

Il-Kapitolu 5:

Proġetti Żgħar u l-Koperazzjoni Deċentralizzata

Il-Kapitolu 6:

Assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza

Il-Kapitolu 7:

Appoġġ għall-Iżvilupp tas-Settur ta' l-Investiment u dak privat

It-Titolu III -

Koperazzjoni Teknika

It-Titolu IV -

Sistemi ta' Proċeduri u ta' l-Amministrazzjoni

PARTI 5:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-ISTATI TA' L-ACP L-ANQASŻVILUPPATI, LI M'GĦANDHOMX AĊĊESS GĦALL-BAĦAR U L-GŻEJJER (LDLICS)

Il-Kapitolu 1:

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Il-Kapitolu 2:

L-Istati ta' l-ACP l-Anqas Żviluppati

Il-Kapitolu 3:

L-Istati ta' l-ACP li m'għandhomx Aċċess għall-baħar

Il-Kapitolu 4:

L-Istati Gżejjer ACP

PARTI 6:

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI



PREAMBOLU

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Ftehim ta' Georgetown li jistabbilixxi l-Grupp ta' l-Istati tal-Paċifiku, Afrikani u tal-Karibew (ACP), fuq naħa oħra;

JAFFERMAW ir-rabta tagħhom biex jaħdmu flimkien biex jintlaħqu l-għanijiet li jinqered il-faqar, ikun hemm żvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni bil-mod tal-pajjiżi tal-ACP fl-ekonomija dinjija;

JAFFERMAW id-deċiżjoni tagħhom biex jagħmlu, b'riżultat tal-koperazzjoni tagħhom, kontribuzzjoni sinjifikanti għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali ta' l-Istati ta' l-ACP u biex tiżdied iktar is-saħħa tal-poplu, u biex jiġu mgħejjuna l-aktar fl-isfidi ta' globalizzazzjoni u tisħiħ tal-ftehim ta' Sħubija bejn l-ACP-KE fl-isforz biex jingħata dimensjoni soċjali iktar b'saħħtu l-proċess ta' ġlobaliżżazzjoni;

JERĠGĦU JAFFERMAW ir-rieda biex jerġa' tiġi mogħtija l-ħajja r-relazzjoni speċjali bejniethom u biex jitħaddem approċċ komplet u integrat għal ftehim ta' sħubija imsaħħah fuq djalogu politiku, koperazzjoni għall-iżvilupp u relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali;

JIRRIKONOXXU li ambjent politiku li jiggarantixxi l-paċi, siġurtà u stabbilità, rispett lejn id-drittijiet humani, prinċipji demokratiċi u stat tad-dritt, u tmexxija tajba huma ħaġa waħda mill-iżvilupp fuq żmien twil; jirrikonoxxu li r-responsabbiltà biex jiġi stabbilit ambjent bħal dan taqa' fuq il-pajjjiżi milquta;

JIKKONFERMAW li politika ekonomika b'saħħitha u sostenibbli hija prerekwiżit għal żvilupp;

B'REFERENZA għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u mfakkra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-konklużjonijet tal-Konferenza ta' Vienna tal-1993 fuq id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt tad-Drittijiet Ċivili u Politiċi u tad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Kovenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni fuq it-Tneħħija ta' kull forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni Internażjonali fuq it-Tneħħija ta' kull forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali, il-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra ta' l-1949 u strumenti oħra tal-liġi internazzjonali fuq l-umanità, il-Konvenzjoni ta' l-1954 dwar l-istatus ta' persuni bla stat, il-Konvenzjoni ta' Geneva ta' l-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-Protoll ta' New York ta' l-1967 dwar l-Istatus tar-Refuġjati;

JIKKONSIDRAW il-Konvenzjoni għal Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u Libertajiet Fondamentali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, il-Karta Afrikana fuq id-Drittijiet Umani u tal-Popli u l-Konvenzjoni Amerikana fuq id-Drittijiet Umani bħala kontribuzzjoni reġjonali posittiva għar-rispett tad-drittijiet umani fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati ACT;

▼M4

JERĠGĦU JAFFERMAW li l-aktar reati serji li jħassbu l-komunità internazzjonali ma jistgħux jibqgħu impuniti u l-prosekuzzjoni effettiva kontra tagħhom trid tiġi żgurata bit-teħid ta' miżuri fil-livell nazzjonali u bit-tkattir tal-koperazzjoni globali;

JIKKUNSIDRAW li t-twaqqif u l-funzjonament effettiv tal-Qorti Kriminali Internazzjonali jikkonstitwixxu żvilupp importanti għall-paċi u għall-ġustizzja internazzjonali;

▼M10

IFAKKRU d-dikjarazzjonijiet tas-Summits suċċessivi tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Istati ACP;

JIKKUNSIDRAW li l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju li joħorġu mid-Dikjarazzjoni tal-Millenju adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2000, b’mod partikolari l-eradikazzjoni tal-faqar estrem u tal-ġuħ, kif ukoll il-miri ta’ żvilupp u l-prinċipji li dwarhom kien hemm qbil fil-Konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti, jipprovdu viżjoni ċara u għandhom isejsu l- koperazzjoni ACP-UE fi ħdan dan il-Ftehim;jirrikonoxxu li l-UE u l-Istati ACP jeħtieġ li jagħmlu sforz koordinat biex jiġi aċċellerat il-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;

▼M10

FILWAQT LI JISSOTTOSKRIVU għall-aġenda tal-effettività tal-għajnuna mibdija f'Ruma, u segwita f'Pariġi u żviluppata ulterjorment fl-Aġenda għall-Azzjoni ta' Accra;

▼M10

TIĠI MOGĦTIJA attenzjoni partikolari għall-wegħdiet magħmula u l-għanijiet maqbula fil-Konferenzi prinċipali tan-Nazzjonijiet Uniti u oħrajn internazzjonli u tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa li tittieħed aktar azzjoni biex jiġu milħuqa l-għanijiet u implementati l-programmi ta' azzjoni magħmula f'dawk il-fora;

▼M10

KONXJI mill-isfida ambjentali globali serja offruta mit-tibdil fil-klima, u profondament imħassba dwar il-fatt li l-iktar popolazzjonijiet vulnerabbli jgħixu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u l-Gżejjer Żgħar tal-Istati ACP, fejn fenomeni relatati mal-klima bħalma huma ż-żieda fil-livell tal-baħar, l-erożjoni tal-kosta, l-għargħar, is-siċċità u d-deżertifikazzjoni qed jheddu l-għajxien u l-iżvilupp sostenibbli tagħhom;

▼B

ANZJUŻI biex jirrispettaw id-drittijiet li jagħtu xogħol bażiku, u jikkonsidraw il-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet relevanti ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol;

JFAKKRU r-rabtiet fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Dinjijat tal-Kummerċ,

IDDEĊIDEW LI JIFFINALLIZZAW DAN IL-FTEHIM:



PARTI 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI



TITOLU I

GĦANIJIET, PRINĊIPJI U ATTURI



KAPITOLU 1

Għanijiet u Prinċipji

Artikolu 1

Għanijiet tas-sħubija

Il-Komunità u l-Istati Membri, fuq naħa waħda, u l-Istati ACP, fuq naħa oħra, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa il-“Partijiet” hawnhekk jiffinalizzaw dan il-ftehim sabiex imexxu u jħaffu l-iżvilupp ekonomiku, kulturali u soċjali ta' l-Istati ACP, bl-għan li jikkontribwixxu għal paċi u sigurtà u biex imexxu ambjent politku stabbli u demokratiku.

Is-sħubija għandha tkun ibbażata fuq l-għan li jitnaqqas u fl-aħħar jitneħħa l-faqar bl-għan li jkun hemm żvilupp sostenibbli u integrazzjoni bil-mod tal-pajjiżi ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija.

▼M10

Dawn l-għanijiet u l-impenji internazzjonali tal-Partijiet, inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, għandhom ikunu l-bażi ta' kull strateġija ta' żvilupp u għandhom jitwettqu b'approċċ integrat u jieħdu f'kunsiderazzjoni fl-istess waqt l-aspetti politiċi, ekonomiċi, soċjali, kulturali u ambjentali tal-iżvilupp. Is-sħubija għandha tagħti kwadru ta' appoġġ koerenti għall-istrategiji ta’ żvilupp addottati min kull stat tal-ACP.

L-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, l-iżviluppar tas-settur privat, iż-żieda fl-impiegi u t-titjib fl-aċċess għar-riżorsi produttivi għandhom kollha jkunu parti minn dan il-kwadru. Is-sostenn għandu jingħata lir-rispett tad-drittijiet tal-individwu u li jintlaqgħu l-bżonnijiet bażiċi, il-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u l-kondizzjonijiet għat-tqassim ġust tal-frott tat-tkabbir. Il-proċessi ta’ integrazzjoni reġjonali u sub-reġjonali li jkabbru l-integrazzjoni tal-istati tal-ACP fl-ekonomija dinjija skont il-kummerċ u l-investiment privat għandhom jiġu inkorraġġiti u sostnuti. Il-ħolqien tal-kapaċità tal-imsieħba fl-iżvilupp u t-titjib tal-kwadru istituzzjonarju meħtieġ għal ftehim soċjali, għat-tħaddim ta’ soċjetà demokratika u suq ekonomiku, u biex tiffunzjona soċjetà demokratika u ekonomija tas-suq, u l-ħolqien ta’ soċjetà ċivili attiva u organizzata għandha tkun parti integrali minn dan l-approċċ. Għandhom jiġu kkunsidrati sistematikament is-sitwazzjoni tan-nisa u materji ta’ ġeneru f’kull qasam – politiku, ekonomiku u soċjali. Il-prinċipji ta' ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-ambjent, inklużi t-tibdil fil-klima, għandhom jiġu applikati u integrati f'kull livell tas-sħubija.

Artikolu 2

Prinċipji fundamentali

Il-koperazzjoni ACP-KE, imsejsa fuq sistema legalment vinkolanti u fuq l-eżistenza ta' istituzzjonijiet konġunti, għandha timxi skont l-aġenda maqbula internazzjonalment dwar l-effettività tal-għajnuna dwar l-appartenenza, l-allinjament, il-ġestjoni tal-għajnuna li hija orjentata lejn ir-riżultati u r-responsabbiltà reċiproka, eżerċitata abbażi tal-prinċipji fundamentali li ġejjin:

 l-ugwaljanza tal-imsieħba u l-appartenenza tal-istrateġiji tal-iżvilupp: għall-finijiet li jiġu mwettqa l-għanijiet ta' din is-sħubija, l-Istati ACP għandhom jistabbilixxu strateġiji ta' żvilupp għall-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom fis-sovranità kollha u b'konsiderazzjoni debita mogħtija lill-elementi essenzjali u fundamentali deskritti fl-Artikolu 9; is-sħubija għandha tinkoraġġixxi l-appartenenza ta' strategiji ta' żvilupp mill-pajjiżi u l-popolazzjonijiet ikkonċernati; l-imsieħba tal-iżvilupp tal-UE għandhom jallinejaw l-programmi tagħhom ma' dawn l-istrateġiji;

 il-parteċipazzjoni: minbarra l-gvern ċentrali bħala sieħeb ewlieni, is-sħubija għandha tkun miftuħa għall-parlamenti tal-ACP, u għall-awtoritajiet lokali tal-Istati ACP u għal kull tip ta' imsieħba oħra biex tiġi inkoraġġita l-għaqda kull qasam tas-soċjetà, inklużi s-settur privat u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fil-qafas tal-ħajja politika, ekonomika u soċjali;

 ir-rwol ewlieni tad-djalogu u l-milja tal-obbligi reċiproċi u tar-responsabbiltà: l-obbligi assunti mill-Partijiet fil-qafas tad-djalogu tagħhom għandu jkun ċentrali għar-relazzjonijiet tas-sħubija u l-koperazzjoni; Il-Partijiet għandhom jaħdmu mill-qrib ma' xulxin fid-determinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċessi neċessarji tal-allinjament u l-armonizzazzjoni tad-donaturi, bl-għan li jiżguraw rwol ewlieni għall-Istati ACP f'dawn il-proċessi;

 id-differenzjazzjoni u r-reġjonalizzazzjoni: l-arrangamenti ta' koperazzjoni u prioritajiet għandhom ivarjaw skont il-livell ta' żvilupp tal-imsieħeb, il-bżonnijiet tiegħu, il-prestazzjoni u l-istrateġija ta' żvilupp fit-tul tiegħu. It-trattament speċjali għandu jingħata lill-pajjiżi li huma inqas żviluppati. Il-vulnerabbiltà ta' pajjiżi li huma mdawra bl-art u tal-gżejjer għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni. Enfażi partikolari għandha ssir fuq l-integrazzjoni reġjonali, inkluż fil-livell kontinentali.

▼B

Artikolu 3

Il-kisba ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim

Il-Partijiet għandhom, kull wieħed sa fejn huwa msemmi fil-kwadru ta' dan il-ftehim, għandu jieħu il-passi xierqa, kemm ġenerali u partikolari, biex jassigura it-twettiq ta' l-obbligazzjonijiet li joħorġu min dan il-ftehim u biex jitħaffef it-twettieq ta' l-għanijiet imsemmija. Għandhom jieqfu minn kull miżuri li jfixklu dawn l-għanijiet.



KAPITOLU 2

L-Atturi tas-sħubija

▼M10

Artikolu 4

Approċċ ġenerali

L-Istati ACP għandhom jistabbilixxu l-principji, l-istrategiji u l-mudelli ta' żvilupp tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom fis-sovranità kollha. Huma għandhom jistabbilixxu, mal-Komunità, il-programmi ta’ koperazzjoni previsti f'dan il-Ftehim. Madankollu, il-Partijiet jirrikonoxxu r-rwol komplementari u l-potenzjal ta' kontribut minn partijiet mhux Statali, tal-parlamenti nazzjonali tal-ACP u ta' awtoritajiet deċentralizzati lokali kif ukoll għall-proċess tal-iżvilupp, partikolarment fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Għal dan il-għan, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim, il-partijiet mhux Statali, il-parlamenti nazzjonali tal-ACP u l-awtoritajiet deċentralizzati lokali għandhom, fejn ikun opportun:

 jiġu informati u involuti f'konsultazzjoni dwar linji politiċi u strateġiji ta' koperazzjoni, dwar il-prijoritajiet għall-koperazzjoni l-aktar f'oqsma li jikkonċernawhom jew jaffettwawhom direttament, u dwar id-djalogu politiku;

 jiġu pprovduti bis-sostenn għall-bini tal-kapaċità f'oqsma kritiċi sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' dawn l-imsieħba, partikolarment fir-rigward ta' organizzazzjoni u rappreżentanza, u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' konsultazzjoni fosthom mezzi ta' kommunikazzjoni u djalogu, u biex jiġu promossi alleanzi strateġiċi.

L-atturi mhux statali u l-awtoritajiet lokali deċentralizzati għandhom, fejn hu xieraq:

 ikunu provduti b'riżorsi finanzjarji, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim biex jiġu sostnuti proċessi ta' żvilupp lokali;

 jiġu involuti fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' koperazzjoni u programmi f'oqsma li jikkonċernawhom jew fejn dawn l-atturi għandhom vantaġġ komparattiv.

▼B

Artikolu 5

Tagħrif

Il-Koperazzjoni ssostni ħidma biex tingħata iktar informazzjoni u jitkattar iktar l-għarfien fuq il-punti bażiki tas-Sħubija ACP-KE. Il-koperazzjoni wkoll:

 tħeġġeġ sħubija u tibni rabtiet bejn is-sieħba ta' ACP u l-KE;

 issaħħaħ ħidmiet u bdil ta' kompetenza u esperjenza bejn is-sieħba.

Artikolu 6

Definizzjonijiet

▼M10

1.  L-atturi tal-koperazzjoni ser jinkludu:

(a) l-Istati (lokali, reġjonali u nazzjonali), inklużi l-parlamenti nazzjonali tal-ACP;

(b) l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ACP u l-Unjoni Afrikana. Għall-fini ta' dan il-Ftehim il-kunċett ta' organizzazzjonijiet jew livelli reġjonali għandhom jinkludu wkoll organizzazzjonijiet jew livelli subreġjonali;

(c) mhux Statali:

 settur privat;

 imsieħba ekonomici u soċjali, inklużi organizzazzjonijiet tat-trade unions;

 is-soċjetà ċivili f'kull forma tagħha skont il-karatteristiċi nazzjonali.

▼B

2.  Ir-rikonoxximent ta' ►M10  atturi mhux statali ◄ jiddependi fuq kemm dawn jindirizzaw il-bżonnijiet tal-popolazzjoni, fuq il-kompetenzi speċifiċi tagħhom u jekk humiex organizzati u mmexxija demokratikament u b'mod trasparenti.

Artikolu 7

It-tkabbir ta' l-Abbilità

Il-kontribut tas-soċjetà ċivili lejn l-iżvilupp tista' tigi mkabbra billi jissaħħu organizzazzjonijiet tal-komunità u organizzazzjonijiet li ma' jagħmlux profitt u mhux parti mill-gvern li huma f'kull qasam ta' koperazzjoni. Hemm bżonn:

 ikun inkoraġġut u appoġġjat il-ħolqien u l-iżvilupp ta' organizzazzjonijiet bħal dawn;

 jiġu stabbiliti proċeduri biex organizzazzjonijiet bħal dawn jiġu mdaħħla fil-pjan, implimentazzjoni u għarfien tas-siwi ta' programmi u strategiji ta' żvilupp.



TITOLU II

ID-DIMENSJONI POLITIKA

▼M10

Artikolu 8

Djalogu politiku

1.  Il-Partjiet għandhom regolarment jaħdmu fi djalogu komprensiv, bilanċjat u ta’ natura politika profonda li jwassal għal rabtiet miż-żewg naħat.

2.  L-għan ta’ dan id-djalogu għandu jkun l-iskambju tal-informazzjoni, it-tkattir tal-komprensjoni reċiproka u l-aġevolazzjoni tat-twaqqif ta’ prijoritajiet miftiehma u ta' aġendi kondiviżi, partikolarment billi jiġu rikonoxxuti r-rabtiet eżistenti bejn l-aspetti differenti tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet u d-diversi oqsma ta’ koperazzjoni kif stabbiliti f’dan il-Ftehim. Id-djalogu għandu jiffaċilita l-konsultazzjonijiet u jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-fora internazzjonali kif ukoll jippromwovi u jsostni sistema ta' multilaterliżmu effettiv. L-għanijiet ta’ dan id-djalogu għandhom ukoll jinkludu l-prevenzjoni tal-kreazzjoni ta' sitwazzjonijiet fejn xi Parti tista' ssib il-bżonn li tirrikorri għall-proċeduri ta’ konsultazzjoni previsti fl-Artikoli 96 u 97.

3.  Id-djalogu għandu jkopri l-miri u l-għanijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim kif ukoll mistoqsijiet ta' interess komuni, ġenerali, jew reġjonali, inklużi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-integrazzjoni reġjonali u kontinentali. B'dan il-djalogu, il-Partijiet għandhom jikkontribwixxu għal paċi, siġurtà u stabbilita u promozzjoni ta' ambjent politiku stabbli u demokratiku. Għandu jinkludi fih strateġiji ta' koperazzjoni, inkluża l-aġenda dwar l-effettività tal-għajnuna, kif ukoll politika globali u settorjali inkluż l-ambjent, it-tibdil tal-klima, is-sess, il-migrazzjoni u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-wirt kulturali. Għandu wkoll jindirizza l-politiki globali u settorjali taż-żewġ Partijiet li jistgħu jaffetwaw il-kisba tal-għanijiet tal-koperazzjoni dwar l-iżvilupp.

4.  Id-djalogu għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet politiċi speċifiċi ta' tħassib reċiproku jew ta' sinifikat ġenerali biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, bħall-kummerċ tal-armi, infiq militari żejjed, id-drogi u l-kriminalità organizzata, jew xogħol minorili, jew diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip, bħal dik ibbażata fuq ir-razza, il-kulur, is-sess, il-lingwa, ir-reliġjon, il-politika jew opinjoni oħra, l-oriġini nazzjonali jew soċjali, il-proprjetà, it-twelid jew status ieħor. Id-djalogu għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni regolari tal-iżviluppi li jikkonċernaw ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba.

5.  Il-politki wiesgħa mwaqfa biex ikabbru l-paċi u biex ma jħallux, jamminstraw u jsolvu konflitti vjolenti, għandhom parti importanti f’dan id-djalogu, kif ukoll il-bżonn li jiġi mħares l-għan tal-paċi u stabbilità demokratika fid-definizzjoni ta’ koperazzjoni f’oqsma ta’ priorità. Id-djalogu f'dan il-kuntest għandu jinvolvi kompletament lill-organizzazzjonijiet relevanti reġjonali tal-ACP u l-Unjoni Afrikana, fejn hu xieraq.

6.  Id-djalogu għandu jiġi mmexxi 'l quddiem b’mod flessibbli. Id-djalogu għandu jkun formali jew informali skond il-bżonn, u jiġi mmexxi 'l quddiem kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-ambitu tal-qafas istituzzjonali, inkluż il-Grupp tal-ACP, l-Assemblea Parlamentari Konġunta, fil-formazzjoni adatt u fil-livell adattat inkluż fil-livell nazzjonali, reġjonali, kontinentali jew tal-ACP kollu.

7.  L-organizzazzjonijiet reġjonali u r-rappreżentanti tal-roganizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jiġu assoċjati f'dan id-djalogu, kif ukoll il-parlamenti nazzjonali tal-ACP, fejn xieraq.

8.  Fejn ikun xieraq, u sabiex jiġu prevenuti sitwazzjonijiet li fihom xi Parti tista' ssib il-bżonn li tirrikorri għall-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 96, id-djalogu li jkopri l-elementi essenzjali għandu jkun sistematiku u formalizzat skont il-modalitajiet stabbiliti fl-Anness VII.

▼B

Artikolu 9

▼M4

Elementi essenzjali rigward id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat ta’ dritt, u element fundamentali rigward il-governanza korretta

▼B

1.  Il-koperazzjoni għandha tkun indirizzata lejn żvilupp sostenibbli mdawwar fuq il-persuna umana, li hija l-protagonista ewlenija u li tgawdi mill-iżvilupp; għalhekk hemm bżonn tar-rispett għal, u t-tkabbir tad-drittijiet umani.

Ir-rispett lejn id-drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll ir-rispett lejn id-drittijiet soċjali fundamentali, demokrazija mwaqqfa fuq ir-regola tal-liġi u tmexxija trasparenti u b'responsabbiltà huma parti integrali mill-iżvilupp sostenibbli.

2.  Il-Partijiet jirreferu għall-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħhom u r-rabtiet dwar ir-rispett tad-drittijiet umani. Jerġgħu jġeddu r-rabta soda lejn id-dinjità umana u d-drittijiet umani, li huma' l-aspirazzjonijiet legittimi ta' l-individwi u l-popli. Id-drittijiet umani huma universali, indiviżibbli u magħġunin flimkien. Il-Partijiet iwegħdu li jkabbru u jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-libertà kollha u drittijiet umani, kemm jekk huma ċivili kif ukoll politiċi, jew ekonomiċi, soċjali u kulturali. F'dan il-kuntest, il-Partijiet jerġgħu jwegħdu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.

Il-Partijiet jerġgħu jwegħdu li d-demokrazija, l-iżvilupp u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u d-drittijiet umani huma kumplimentari għal xulxin u jsaħħu lil xulxin. Il-prinċipji demokratiċi huma prinċipji mgħarufa universalment, isaħħu l-organizzazzjoni ta' l-Istat biex jassiguraw il-legalità ta' l-awtorita, il-legalità ta' l-azzjonijiet tagħha riflessi fil-kostituzzjoni, liġijiet u sistema ta' regoli, u l-eżitenza ta' mekkaniżmi ta' parteċipazzjoni. Fuq din il-bażi ta' prinċipji rikonoxxuti universalment, kull pajjiż jiżviluppa l-kultura demokratika tiegħu.

L-istruttura tal-gvern u prerogattivi tad-diversi setgħat għandhom jinbnew fuq ir-regola tal-liġi, li għandu jkollha partikolarment mezzi effettivi u aċċessibli għal ħarsien tal-liġi, sistema legali ndependenti li tiggarantixxi ugwaljanza quddiem il-liġi u eżekuttiv li jkun soġġett bla ħsara taħt il-liġi.

Ir-rispett għad-drittijiet umani, prinċipji demokrattiċi u l-istat tad-dritt, li jsaħħaħ is-Sħubija ACP-KE, għandu jsaħħaħ il-politiċi domestiċi u internazzjonali tal-Partijiet u jwaqqaf l-elementi essenzjali ta' dan il-Ftehim.

3.  Fil-kuntest ta' ambjent politiku u istituzzjonali li jemmen fid-drittijiet umani, prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt, tmexxija tajba, huma' l-amministrazzjoni trasparenti u ta' responsabilita tar-riżorsi umani, naturali, ekonomiċi u finanzjarji biex jintlaħaq l-iżvilupp ġust u sostenibbli. Ikollha bżonn proċeduri ċari biex jsiru deċiżjonijiet fil-livell ta' awtoritajiet publiċi, isituzzjonijiet trasparenti u ta' responsabbiltà, l-importanza tal-liġi fl-amministrazzjoni u d-distribuzzjoni tar-riżorsi u l-bini tal-kapaċità għat-tkabbir u tħaddim tal-miżuri biex partikolarment ibegħdu u jiġġieldu l-korruzzjoni.

▼M10

Il-governanza tajba, li fuqha tissejjes is-Sħubija ACP-UE, għandha tkun is-sies ukoll tal-politiki domestiċi u internazzjonali tal-Partijiet, u għandha tikkostitwixxi element fundamentali ta' dan il-Ftehim. Il-partijiet jaqblu li każijiet serji ta' korruzzjoni, inklużi atti ta' tixħim li jwasslu għall-korruzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 97 jikkostitwixxu ksur ta' dak l-element.

▼B

4.  Is-Sħubija għandha attivatment issostni t-tkabbir tad-drittijiet umani, il-proċess għad-demokrazija, il-konsolidazzjoni ta' l-istat tad-dritt, u t-tmexxija tajba.

Dawn l-oqsma jkunu soġġett importanti għad-djalogu politiku. Fil-kuntest ta' dan id-djalogu, il-Partijiet għandhom jagħtu importanza partikolari lit-tibdil mill-qiegħ u li jitkompla l-progress milħuq. Din l-istima regolari għandha tara l-kuntest ekonomiku, soċjali, kulturali u storiku ta' kull pajjiż.

L-oqsma jkunu ukoll iċ-ċentru li jappoġġja l-istrateġiji ta' żvilupp. Il-Komunità għandha tappoġġja r-riformi politiċi, leġali u istituzzjonali u biex tinbena il-kapaċità tas-sieħba pubbliċi u privati u tas-soċjetà ċivili fil-qafas ta' strateġiji miftiehma flimkien bejn l-Istat imsemmi u l-Komunità.

▼M10

Il-prinċipji li fuqhom huma msejsa l-elementi essenzjali u fundamentali kif definiti f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw bl-istess mod għall-Istati ACP minn naħa waħda, u għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri l-oħra, min-naħa l-oħra.

▼B

Artikolu 10

L-elementi oħra ta' l-ambjent politiku

1.  Il-Partijiet jikkonsidraw l-elementi li ġejjin bħala l-elementi li jikkontribwixxu għal ħarsien u l-konsolidazzjoni ta' ambjent politiku stabbli u demokratiku:

 żvilupp sostenibbli u ugwali li jkollu, fost oħrajn, adeżjoni għar-risorżi ta' produzzjoni, servizzi essenzjali u ġustizzja;

▼M10

 involviment akbar tal-parlamenti nazzjonali tal-ACP, tal-awtoritajiet lokali deċentralizzati, fejn hu xieraq, u ta' soċjetà ċivili attiva u organizzata u s-settur privat.

▼B

2.  Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-prinċipji ►M10  tal-ekonomija tas-suq soċjali ◄ , appoġġjati minn regoli trasparenti ta' kompetizzjoni u politki ekonomiċi u soċjali b'saħħithom, iwasslu biex jintlaħqu l-għanijiet tas-sħubija.

▼M10

Artikolu 11

Il-politiki li joħolqu l-paċi, il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, rispons għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità

1.  Il-Partijiet jirrikonoxxu li mingħajr l-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar mhux se jkun hemm paċi u sigurtà sostenibbli, u li mingħajr il-paċi u s-sigurtà ma jistax ikun hemm żvilupp sostenibbli. Il-Partijiet għandhom isegwu politika attiva, komprensiva u integrata ta' ħolqien tal-paċi u tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, u sigurtà umana, u għandhom jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' fraġilità fil-qafas tas-Sħubija. Din il-politika għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' appartenenza u għandha partikolarment tiffoka fuq il-ħolqien tal-kapaċitajiet nazzjonali, reġjonali u kontinentali, u fuq il-prevenzjoni fi stadju bikri ta' kunflitti vjolenti billi tindirizza l-għeruq tal-kawża, inkluż il-faqar, b'manjiera mirata, u b'taħlita adekwat tal-istrumenti kollha disponibbli.

Il-Partijiet jirrikonoxxu li għandu jiġi indirizzat it-theddid, ġdid jew li qed jespandi għas-sigurtà, bħall-kriminalità organizzata, il-piraterija, it-traffikar ta', notevolment, persuni, drogi u armi. L-impatti ta' sfidi globali bħalma huma l-iskossi tas-swieq finanzjarji internazzjonali, it-tibdil fil-klima u l-pandemiji għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni wkoll.

Il-Partijiet jenfasizzaw ir-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet reġjonali fil-ħolqien tal-paċi u fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u fl-immanġjar ta' theddidiet għas-sigurtà ġodda jew li qed jespandu li, fl-Afrika, huma responsabbiltà ewlenija tal-Unjoni Afrikana.

2.  L-interdipendenza bejn is-sigurtà u l-iżvilupp għandhom joħolqu l-bażi għall-attivitajiet fil-qasam tal-ħolqien tal-paċi, tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti li għandhom jikkombinaw strateġiji f'termini ta' żmien qosra u twal, li jinkludu l-ġestjoni tal-kriżijiet u jmorru lil hinn minnha. L-attivitajiet biex jiġu indirizzati theddidiet għas-sigurtà ġodda jew li qed jespandu, għandhom, fost l-oħrajn, isostnu l-infurzar tal-liġi, inklużi l-koperazzjoni fil-kontrolli tal-konfini, it-tkattir tas-sigurtà fil-katina tad-distribuzzjoni internazzjonali, u t-titjieb tas-salvagwardji fit-trasport bl-ajru, bil-baħar u bl-art.

L-attivitajiet fil-qasam tal-ħolqien tal-paċi, u tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti, għandha b'mod partikolari tinkludi sostenn għall-ibbilanċjar ta' opportunitajiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali f'kull qasam tas-soċjetà, biex jissaħħu l-leġittimità demokratika u l-effettività tal-governabbiltà, biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi għal konċiljazzjoni paċifika tal-interessi tal-gruppi, għall-involviment attiv tan-nisa, biex jingħelbu l-firdiet bejn diversi oqsma tas-soċjetà kif ukoll tigi sostnuta soċjetà ċivili attiva u organizzata. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu żviluppati sistemi ta' twissija bikrija u mekkaniżmi tal-ħolqien tal-paċi li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-kunflitti.

3.  L-attivitajiet relevanti għandhom jinkludu wkoll, fost l-oħrajn, sostenn għall-medjazzjoni, għall-isforzi għan-negozjar u għar-rikonċiljazzjoni, għall-ġestjoni reġjunali effettiva ta' riżorsi naturali skarsi li huma kondiviżi, għad-demobilitazzjoni u r-rijintegrazzjoni fis-soċjetà ta' nies li kienu kombattenti, għall-indirizzar tal-problemi tas-suldati tfal u tal-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal. Għandha tittieħed azzjoni xierqa biex tpoġġi limiti responsabbli għall-ispiża militari u għall-kummerċ tal-armi, inkluż permezz ta' sostenn għall-promozzjoni u l-applikazzjoni ta' standards u kodiċijiet ta' kondotta maqbula, kif ukoll biex jikkombattu l-attivitajiet li jinstigaw il-kunflitt.

3a.  Għandha ssir enfasi partikolari għall-ġlieda kontra l-mini ta' kontra l-bnedmin u l-fdalijiet splussivi tal-gwerra kif ukoll fuq li tiġi indirizzata l-produzzjoni illeċita, it-trasferiment, iċ-ċirkolazzjoni u l-ħażna ta' armi żgħar u armi ħfief u l-munizzjon tagħhom, inklużi l-iskorti u l-ħażniet mhux adegwatament protetti u ġestiti ħażin u d-disseminazzjoni tagħhom mingħajr kontroll.

Il-Partijiet jaqblu li jikkordinaw, josservaw u jimplimentaw bis-sħiħ l-obbligi rispettivi tagħhom taħt il-konvenzjonijiet u l-istrumenti internazzjonali relevanti u, għal dan il-għan, jimpenjaw ruħhom li jikkoperaw fuq livelli nazzjonali, reġjonali u kontinentali.

3b.  Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom ukoll li jikkoperaw fil-prevenzjoni ta’ attivitajiet merċenarji skont l-obbligi tagħhom taħt il-konvenzjonijiet u l-istrumenti internazzjonali kollha relevanti, u skont il-leġislazzjoni u r-regolamenti rispettivi tagħhom.

4.  Sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' fraġilità b'mod effettiv u strateġiku, il-Partijiet għandhom jikkondividu l-informazzjoni u jiffaċilitaw reazzjonijiet preventivi billi jikkombinaw strumenti tad-diplomazija, tas-sigurtà u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp b'mod koerenti. Għandhom jaqblu dwar l-aħjar mod biex isaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati li jissodisfaw il-funzjonijiet ċentrali u biex jistimulaw il-volontà politika għar-riforma filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta' appartenenza. F'sitwazzjonijiet ta' fraġilità, id-djalogu politiku huwa partikolarment importanti u għandu jiġi żviluppat u rinforzat.

5.  F’sitwazzjonijiet ta’ konflitti vjolenti l-Partijiet għandhom jieħdu kull azzjoni adattata biex ma jħallux li tikber il-vjolenza, jillimitaw it-tixrid tagħha territorarjalment u biex iħaffu soluzzjoni paċifika tat-tilwim eżistenti. Attenzjoni partikolari għandha tingħata biex jiġi żgurat li riżorsi finanzjarji għall-koperazzjoni jintużaw skont il-prinċipji u l-għanijiet tas-Sħubija, u biex ma jħallux it-tagħwiġ ta’ flus lejn skopijiet ta’ gwerer.

6.  F'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, il-Partijiet għandhom jieħdu kull azzjoni adegwata biex jistabilizzaw is-sitwazzjoni waqt it-tranżizzjoni sabiex jiffaċilitaw li s-sitwazzjoni terġa' ssir mhux vjolenti, stabbli u demokratika. Il-Partijiet għandhom jassiguraw li jinħolqu r-rabtiet bżonnjużi bejn miżuri ta’ emergenza, riabilitazzjoni u koperazzjoni għall-iżvilupp.

7.  Fil-promozzjoni tat-tisħiħ tal-paċi u tal-ġustizzja internazzjonali, il-Partijiet jerġgħu jaffermaw id-determinazzjoni tagħhom sabiex:

 jaqsmu l-esperjenza tagħhom dwar l-adozzjoni tal-aġġustamenti legali meħtieġa sabiex jippermettu r-ratifika u l-implementazzjoni tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; u

 jiġġieldu kontra l-kriminalità internazzjonali skont il-liġi internazzjonali, filwaqt li jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta lill-Istatut ta’ Ruma.

Il-partijiet għandhom ifittxu li jieħdu passi lejn ir-ratifika u l-implementazzjoni tal-Istatut ta' Ruma u l-istrumenti relatati.

▼M4

Artikolu 11a

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu

Il-Partijiet itennu mill-ġdid il-kundanna soda tagħhom ta’ l-atti terroristiċi kollha, u jimpenjaw ruħhom li jikkumbattu t-terroriżmu permezz ta’ koperazzjoni internazzjonali, skond il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Liġi Internazzjonali, il-konvenzjonijiet u l-istrumenti rilevanti u b’mod partikolari bl-implementazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjonijiet 1373(2001) u 1456(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u Riżoluzzjonijiet oħra rilevanti tan-NU. Għal dan il-għan, il-Partijiet jiftiehmu li jiskambjaw:

 informazzjoni dwar gruppi terroristiċi u r-retikolati ta’ appoġġ tagħhom; u

 veduti dwar mezzi u metodi sabiex jikkumbattu atti terroristiċi, inkluż fl-oqsma tekniċi u fit-taħriġ, u esperjenzi konnessi mal-prevenzjoni tat-terroriżmu.

Artikolu 11b

Koperazzjoni fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' l-armi ta' distruzzjoni massiva

1.  Il-Partijiet jikkunsidraw li l-proliferazzjoni ta’ l-armi ta' distruzzjoni massiva u l-mezzi kif jitwasslu, lil partijiet kemm Statali kif ukoll mhux Statali, tirrappreżenta waħda mit-theddidiet l-aktar serji għall-istabbiltà u s-sigurtà internazzjonali.

Il-Partijiet għalhekk jaqblu li jikkoperaw u li jikkontribwixxu fil-prevenzjoni tal-proliferazzjoni ta’ l-armi ta' distruzzjoni massiva u l-mezzi li bihom jitwasslu permezz ta' konformità sħiħa ma', u l-implementazzjoni nazzjonali ta' l-obbligi eżistenti tagħhom skond, trattati u ftehim internazzjonali dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni u obbligi internazzjonali oħra rilevanti.

Il-Partijiet jaqblu li din id-disposizzjoni tikkostitwixxi element essenzjali ta’ dan il-Ftehim.

2.  Il-Partijiet, barra minn hekk, jiftiehmu li jikkoperaw u li jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ nonproliferazzjoni billi:

 jieħdu passi sabiex jiffirmaw, jirratifikaw jew jaderixxu ma', skond il-każ, u jimplimentaw b’mod sħiħ l-istrumenti internazzjonali l-oħra kollha li huma rilevanti;

 jistabbilixxu sistema effettiva ta’ kontrolli nazzjonali fuq l-esportazzjoni, li biha jikkontrollaw l-esportazzjoni kif ukoll it-transitu ta’ merkanzija relatata ma' l-armi ta' distruzzjoni massiva, inkluż il-kontroll ta’ l-użu finali ta’ teknoloġiji b’użu doppju, u li tinkludi sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni.

L-għajnuna teknika u finanzjarja fil-qasam tal-koperazzjoni fil-prevenzjoni tal-proliferazzjoni ta' l-armi ta' distruzzjoni massiva għandha tiġi finanzjata permezz ta' strumenti oħra barra minn dawk intiżi għall-finanzjament tal-koperazzjoni ta’ l-ACP-KE.

3.  Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu politiku regolari li jakkumpanja u jikkonsolida l-koperazzjoni tagħhom f'dan il-qasam.

4.  Jekk, wara li tkun ħadet sehem fi djalogu politiku msaħħaħ, xi Parti, informata partikolarment permezz ta' rapporti mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA), l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' l-Armi Kimiċi (OPCW) u istituzzjonijiet multilaterali oħra rilevanti, tikkonsidra li l-Parti l-oħra naqset milli twettaq obbligu li jiġi mill-paragrafu 1, hija għandha, ħlief f’każijiet ta’ urġenza speċjali, tforni lill-Parti l-oħra u lill-Kunsilli tal-Ministri kemm ta’ l-UE kif ukoll ta' l-ACP bl-informazzjoni rilevanti meħtieġa għal eżami komplet tas-sitwazzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet. Għal dan il-għan, hija għandha tistieden lill-Parti l-oħra għal konsultazzjonijiet li jiffokaw fuq il-miżuri meħuda jew li jridu jittieħdu mill-Parti konċernata sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni.

5.  Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-livell u fil-forma li tkun kunsidrata l-aktar adatta sabiex tinstab soluzzjoni.

Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara l-istedina u għandhom ikomplu għal perjodu stabbilit bi ftehim reċiproku, li jiddependi min-natura u l-gravità tal-vjolazzjoni. Fl-ebda każ m'għandu d-djalogu taħt il-proċedura ta’ konsultazzjoni jdum aktar minn 120 ġurnata.

6.  Jekk il-konsultazzjonijiet ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet, jew jekk il-konsultazzjoni tiġi rifjutata jew f’każijiet ta’ urġenza speċjali, jistgħu jittieħdu miżuri adatti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu revokati hekk kif ir-raġunijiet għat-teħid tagħhom ma jibqgħux jeżistu.

▼M10

Artikolu 12

Il-koerenza tal-politki tal-Komunità u l-impatt tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim

Il-Partijiet huma impenjati li jindirizzaw il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp b'mod mirat, strateġiku u orjentat lejn is-sħubija, inklużi billi jisaħħaħ id-djalogu dwar il-kwistjonijiet ta' politika ta' koerenza għall-iżvilupp. L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi li l-politiki tal-Unjoni, barra mill-politika ta' żvilupp, jistgħu jsostnu l-prijoritajiet ta' żvilupp tal-Istati tal-ACP f'konformità mal-għanijiet ta' dan il-Ftehim. Fuq din il-bażi l-Unjoni Ewropea għandha tkattar il-koerenza ta' dawk il-politiki bil-għan li tilħaq l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 96, meta l-Komunità jkollha l-ħsieb, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, li tieħu miżura li tolqot l-interessi tal-Istati tal-ACP, safejn jikkonċerna l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, hija għandha tinforma lill-Grupp ACP bl-intenzjonijiet tagħħa fi żmien adegwat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha regolarment tinforma lis-Segretarjat tal-Istati tal-Grupp ACP bil-proposti pjanati u tikkomunika fl-istess waqt il-proposti tagħha għal tali miżuri. Meta jkun neċessarju, tista' ssir talba għal informazzjoni fuq l-inizjattiva tal-Istati tal-ACP.

Fuq talba tagħhom, għandhom fil-pront isiru konsultazzjonijet sabiex jiġi kkonsidrat it-tħassib dwar l-impatt ta' dawk il-miżuri qabel ma' tittieħed kwalunkwe deċiżjoni finali.

Wara li jkunu saru tali konsultazzjonijiet, l-Istati tal-ACP u l-Grupp ACP jistgħu, ukoll, jibagħtu t-tħassib tagħhom bil-miktub lill-Komunità mill-aktar fis possibbli u jagħtu suġġerimenti għall-emendi li jiddeskrivu l-mod kif it-tħassib tagħhom jista' jiġi indirizzat.

Fil-każ li l-Komunità ma' taċċettax is-sottomissjoniet tal-Istati tal-ACP, hija għandha tinfurmahom mill-aktar fis possibbli u tagħti r-raġunijiet.

Il-Grupp ACP għandu wkoll jingħata informazzjoni biżżejjed fuq id-dhul fis-seħħ ta' deċiżjonijiet bħal dawn, bil-quddiem fejn possibbli.

▼B

Artikolu 13

Il-Migrazzjoni

1.  Il-kwistjoni tal-migrazzjoni għandha tkun is-suġġett ta' djalogu fil-fond fil-qafas tas-Sħubija bejn l-ACP-KE.

Il-Partijiet jerġgħu jtennu l-obbligi u r-rabtiet eżistenti tagħhom fil-liġi internazzjonali biex jassiguraw rispet lejn id-drittijiet umani u biex jeliminaw kull sura ta' diskriminazzjoni mibnija l-aktar fuq oriġini, sess, razza, lingwa u reliġjon.

2.  Il-Partijiet jiftehmu li jikkonsidraw li sħubija tfisser, fil-kuntest ta' migrazzjoni, trattatament imparzjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorji tagħhom, politika ta' integrazzjoni bi skop li tagħtihom drittijiet u obbligazzjonijiet li jaqblu ma' dawk taċ-ċittadini tagħhom, titjib bla ebda diskriminazzjoni fil-ħajja ekonomika, soċjali u kulturali u li jsawwru miżuri kontra r-razziżmu u xenophobia.

3.  It-trattament mogħti minn kull Stat Membru lil ħaddiema imħaddma legalment fit-territorji tal-pajjiżi ta' l-ACP, għandhom ikunu liberi minn kull diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, ħlas u tkeċċija għandhom ikunu bħal taċ-ċittadini tagħhom. Iktar rigward dan, kull Stat ta' l-ACP għandu jagħti trattament mhux diskriminatorju lil ħaddiema ta' nazzjonalita ta' l-Istat Membru.

4.  Il-Partijiet jikkunsidraw li strateġiji bil-mira li jnaqqsu l-faqar, itejjbu l-kondizzjonijiet ta' l-għixien u x-xogħol, joħolqu l-impjiegi u jiżviluppaw it-taħriġ, jgħinu biex fit-tul ta' żmien iġibu normali l-istat ta' migrazzjoni.

Il-Partijiet jikkunsidraw, fil-qafas ta' l-iżvilupp strateġiku u programmar nazzjonali u reġjonali, xkiel strutturali assoċjati mal-fluss migratorju bil-għan li jappoġġjaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni minn fejn il-migratorji joriġinaw u biex inaqqsu l-faqar.

Il-Komunità għandha tappoġġja, permezz ta' attivitajiet ta' koperazzjoni nazzjonali u reġjonali, it-tħarriġ ta' ċittadini ta' l-ACP fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, fi stat tal-ACP ieħor jew fi Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea. Dwar tħarriġ fi Stat Membru, il-Partijiet għandhom jiżguraw li kull azzjoni ssir lejn l-integrazzjoni vokazzjonali taċ-ċittadini tal-ACP fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom.

Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw azzjonijiet ta' koperazzjoni biex iħaffu l-aċċess ta' edukazzjoni, u l-aktar permezz ta' l-użu ta' teknoġija ta' kummunikazzjoni, għal studenti ġejjin mill-Istati ta' l-ACP.

5.  

(a) Fil-qafas tad-djalogu politiku, il-Kunsill tal-Ministri għandu jeżamina kwistjonijiet li jinħolqu mill-immigrazzjoni illegali sabiex jitwaqqfu, meta approprjat, mezzi għal politika ta' prevenzjoni.

(b) F'dan ir-rigward, il-Partijiet jaqblu l-aktar biex jassiguraw li d-drittijiet u d-dinjità taċ-ċittandini huma rispettati f'kull proċedura mibdija biex tirritorna immigranti illegali lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom. Dwar dan l-awtoritajiet involuti għandhom jagħtu kull faċilità amministrattiva li jkun hemm bżonn biex imorru lura lejn pajjiżhom.

(ċ) Il-Partijiet jaqblu wkoll li:

(i)

 

kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea għandu jaċċetta lura u dħul mill-ġdid ta' kull ċittadin li huwa illegalment preżenti fuq art ta' xi stat ta' l-ACP, fuq talba ta' dak l-Istat u mingħajr aktar formalitajiet;

kull Stat ta' l-ACP għandu jaċċetta r-ritorn u dħul mill-ġdid ta' kull ċittadin li huwa preżenti illegalment fuq territorju ta' Stati Membru ta' l-Unjoni Ewropea, fuq talba ta' dak l-Istati Membru u mingħajr aktar formalitajiet.

L-Istati Membri u l-Istati ta' l-ACP għandhom jipprovdu ċ-ċittadini tagħhom b'dokumenti ta' identità għal dan l-iskop.

Fil-każ ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, l-obbligi f'dan il-paragrafu jgħoddu biss għal ċittadini li għandhom jiġu kkunsidrati bħala ċittadini għal skop tal-Komunità skond id-Dikjarazzjoni Nru 2 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej. Dwar l-Istati ta' l-ACP, l-obbligi ta' dan il-paragrafu jgħoddu biss għal ċittadini skond is-sistema legali rispettiva tagħhom.

(ii) fuq talba ta' Parti, negozjati għandhom jibdew ma' Stati ta' l-ACP sabiex jintemmu b'rieda tajba u rispett għar-regoli tal-liġi internazzjonali, ftehim bilaterali li jirregola obligazzjonijiet speċifiċi għad-dħul mill-ġdid u r-ritorn ta' ċittadini tagħhom. Dawn il-ftehim għandhom ikopru, jekk il-Partijiet iħossu l-bżonn, l-arranġamenti biex jerġgħu jidħlu ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni bla stat. Dawn il-ftehim jistabbilixxu d-dettalji tal-kategoriji ta' persuni li jaqgħu taħt dawn l-arranġamenti kif ukoll il-metodi biex jerġgħu jiddaħħlu u r-ritorn tagħhom.

Kull għanjuna li hemm bżonn biex jiġu mwettqa dawn il-ftehim għandha tiġi mogħtija mill-Istati ACP.

(iii) għall-iskopijiet tal-punt (ċ), il-kelma “Partijiet” tirreferi għall-Komunità, xi wieħed mill-Istati Membri u xi wieħed mill-Istati ta' l-ACP.



PARTI 2

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONARJI

▼M10

Artikolu 14

L-istituzzjonijiet konġunti

1.  L-istituzzjonijiet ta’ dan il-Ftehim huma l-Kunsill tal-Ministri, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi u l-Assemblea Parlamentari Konġunta.

2.  L-istituzzjonijiet konġunti u l-istituzzjonijiet stabbiliti taħt il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika eżistenti u dawk tal-ġejjieni, għandhom jaħdmu biex jiżguraw kordinazzjoni, koerenza u komplimentarjetà, kif ukoll fluss effettiv u reċiproku ta' informazzjoni.

▼M10

Artikolu 14a

Laqgħat tal-Kapijiet ta' Stat jew Gvern

Il-Partijiet għandhom jiltaqgħu fil-livell tal-Kapijiet tal-Istat jew Gvern, bi qbil konġunt, f'format xieraq.

▼B

Artikolu 15

Il-Kunsill tal-Ministri

1.  Il-Kunsill tal-Ministri jrid ikun jikkonsisti, fuq naħa waħda, il-membri tal-Kunsill ta' Unjoni Ewropea u l-membri tal-Kummissjoni ta' Kommunitajiet Ewropej u, fuq naħa l-oħra, membru tal-gvern ta' kull Stat ta' l-ACP.

L-uffiċċju tal-President tal-Kunsill tal-Ministri għandu jinżamm darba minn membru tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u darba oħra min membru ta' gvern ta' Stat ta' l-ACP.

▼M10

Il-Kunsill tal-Ministri għandu jiltaqa' bħala regola darba fis-sena fuq l-inizjattiva tal-President u kull meta tinħass il-ħtieġa, fil-forma u l-għamla ġeografika xierqa skont il-kwistjonijiet li jkunu ser jiġu diskussi. Tali laqgħat jipprovdu konsultazzjonijiet f'livell għoli dwar materji li huma ta' tħassib speċifiku għall-Partijiet, b'mod li jikkomplimenta x-xogħol li qed isir fil-Kumitat Ministerjali Konġunt tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Artikolu 38, u fil-Kumitat ta' Koperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp ACP-KE, kif stabbilit fl-Artikolu 83, li jgħaddu l-proposti fil-laqgħat annwali regolari tal-Kunsill tal-Ministri.

▼B

2.  L-operazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri għandhom ikunu:

(a) it-tmexxija tad-djalogu politiku;

(b) jitwettqu gwidi politiċi u jittieħdu deċiżjonijiet bżonnjużi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, l-aktar dwar l-istrateġiji ta' żvilupp f'żoni speċifiċi msemmija f'dan il-Ftehim jew kull żona oħra li tipprova li taqa' taħt il-Ftehim, u skond il-proċeduri;

(ċ) biex teżamina u ssolvi xi kwistjonijiet li jistgħu ma' jħallux l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti ta' dan il-Ftehim jew ipoġġu ostaklu biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu;

(d) jassiguraw il-funzjonament bla xkiel tal-mekkaniżmi ta' konsultazzjoni.

3.  Il-Kunsill tal-Ministri għandu jieħu deċiżjoni bi ftehim komuni tal-Partijiet. Il-proċeduri tal-Kunsill tal-Ministri għandhom jibqgħu validi biss jekk nofs il-membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, membru tal-Kummissjoni u żewġ terżi tal-membri li jirrappreżentaw il-gvernijiet ta' l-Istati ta' l-ACP huma preżenti. Kull membru tal-Kunsill tal-Ministri li ma jistax jattendi jista' jkun sostitwit. Is-sostitut għandu jeżerċità d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

▼M10

Jista' jieħu deċiżjonijiet li huma vinkolanti fuq il-Partijiet u jfassal riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonjiet u opinjonijiet, matul il-laqgħa annwali regolari, jew bi proċedura bil-miktub. Għandu jirraporta annwalment lill-Assemblea Parlamentari Konġunta dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għandu jeżamina u jieħu inkonsiderazzjoni r-riżoluzzjoniet u rakkomandazzjonijiet adottati mill-Assemblea Parlamentari Konġunta.

▼B

Il-Kunsill tal-Ministri għandu jżomm djalogu kontinwu mar-rappreżentanti ta' l-imsieħba soċjali u ekonomiċi u msieħba oħra tas-soċjetà ċivili fl-ACP u l-KE. Għal dan il-għan, il-konsultazzjoniet jistgħu jsiru flimkien mal-laqgħat.

4.  Il-Kunsill tal-Ministri jista' jiddelega poteri lill-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi.

5.  Il-Kunsill tal-Ministri għandu jadotta r-regoli ta' proċeduri tiegħu fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 16

Il-Kumitat ta' Ambaxxaturi

1.  Il-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi għandu jkun fih, fuq naħa waħda, ir-rappreżentant permanenti ta' kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea u r-rappreżentant tal-Kummissjoni, u fuq in-naħa l-oħra, il-kap tal-missjoni ta' kull Stat ta' l-ACP għall-Unjoni Ewropea.

L-uffiċċju tal-President tal-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi għandu jinżamm darba mir-Rappreżentat Permanenti ta' Stat Membru nominat mill-Komunità, u darba oħra mill-kap tal-missjoni li jirrapresenta Stat ta' l-ACP, nominat mill-Istati ta' l-ACP.

2.  Il-Kumitat għandu jgħin lill-Kunsill tal-Ministri fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u biex iwettaq il-mandat fdat lilu mill-Kunsill. F'dan il-kuntest, għandu jikkontrolla l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-progress lejn il-kisba ta' l-għanijiet hemm imsemmija.

Il-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi għandu jiltaqa' regolarment, l-aktar biex jipprepara s-sessjonijiet tal-Kunsill u kull meta jkun hemm bżonn.

3.  Il-Kumitat għandu jwettaw ir-regoli ta' proċedura tiegħu fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 17

L-Assemblea Parlamentari Konġunta

1.  L-Assemblea Parlamentari Konġunta għandha tkun magħmula minn numru ugwali ta' membri ta' rappreżentanti tal-KE u l-ACP. Il-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta għandhom ikunu, fuq naħa waħda, membri tal-Parlament Ewropew u, fuq naħa oħra, membri tal-Parlament jew, fin-nuqqas ta' dan, rappreżentanti nominati mill-Parlament ta' kull Stat ta' l-ACP. Fin-nuqqas ta' Parlament, l-attendenza ta' rappreżentant mill-Istat ta' l-ACP involut għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni bil-quddiem tal-Assemblea Parlamentari Konġunta.

2.  Il-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, bħala korp konsultattiv, għandha tkun sabiex:

 tkabbar il-proċessi demokratiċi permezz tad-djalogu u konsultazzjoni;

 tħaffef il-ftehim akbar bejn il-popli tal-Unjoni Ewropea u dawk ta' l-Istati ta' l-ACP u toħloq għarfien pubbliku għal kwistjonijiet ta' żvilupp;

▼M10

 tiddiskuti kwistjonijiet li jappartjenu lill-iżvilupp u lis-Sħubija ACP-UE, inklużi l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, akkordji kummerċjali oħra, il-Fond ta' Żvilupp Ewropew u l-Istudji dwar l-Istrateġija Nazzjonali u Reġjonali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha titrasmetti tali Studji Strateġiċi għall-informazzjoni lill-Assemblea Parlamentari Konġunta;

 tiddiskuti r-rapport annwali tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, u tadotta riżoluzzjonijiet u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill tal-Ministri bil-għan li tikseb l-għanijiet ta' dan il-Ftehim;

▼M10

 tirsisti għall-iżvilupp istituzzjonali u l-ħolqien tal-kapaċità tal-parlamenti nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 33(1) ta' dan il-Ftehim.

▼M10

3.  L-Assemblea Parlamentari Konġunta għandha tiltaqa' darbtejn fis-sena f'sessjoni plenarja, darba fl-Unjoni Ewropea u darba oħra fi Stat tal-ACP. Bil-għan li ssaħħah l-integrazzjoni reġjonali u tħeġġeġ il-koperazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali, l-arranġamenti għal-laqgħat bejn il-membri tal-parlament tal-KE u l-ACP għandhom isiru f'livell reġjonali.

Tali laqgħat fuq livell reġjonali ser jiġu organizzati f'konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(2) ta' dan il-Ftehim.

▼B

4.  L-Assemblea Parlamentari Konħunta għandha taddotta regoli ta' proċedura fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.



PARTI 3

STRATEĠIJI TAL-KOPERAZZJONI

Artikolu 18

L-istrateġiji ta' koperazzjoi għandhom ikunu mwaqqfa fuq strateġiji ta' żvilupp u koperazzjoni ekonomika u kummerċjail li huma marbutin flimkien u kumplimentari. Il-Partijiet għandhom jazziguraw li l-isforżi meħuda fl-oqsma msemmija ssaħħu lil xulxin.



TITOLU I

STRATEĠIJI TA' L-IŻVILUPP



KAPITOLU 1

Il-Qafas Ġenerali

Artikolu 19

Il-Prinċipji u l-għanijiet

1.  L-għanijiet ċentrali tal-koperazzjoni ACP-KE huma t-tnaqqis fil-faqar u li fl-aħħar jinqered il-faqar għal kollox; żvilupp sostenibbli; u l-integrazzjoni progressiva tal-pajjiżi ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija. F'dan il-kuntest, il-qafas ta' koperazzjoni u orjentazzjoni, għandu jitfassal fuq iċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull pajjiż ta' l-ACP, għandu jkabbar il-pussess lokali ta' riformi ekonomiċi u soċjali u l-integrazzjoni tas-settur privat u l-imsieħba tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta' żvilupp.

▼M10

2.  Il-koperazzjoni għandha tirreferi għall-konklużjonijiet tal-Konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti u għall-għanijiet, miri u programmi ta' azzjoni miftiehma fuq livell internazzjonali u għas-segwitu tagħhom bħala bażi għall-prinċipji ta’ żvilupp. Il-koperazzjoni għandha tirreferi wkoll għall-miri internazzjonali tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u tagħti attenzjoni partikolari li tistabbilixxi indikaturi kwalitattivi u kwantitativi tal-progress. Il-Partijiet ser jagħmlu sforzi koordinati biex jgħaġġlu l-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju.

▼B

3.  Il-Gvernijiet u l-imsieħba non-statali f'kull pajjiż ta' l-ACP għandhom jibdew kunsultazzjonijet fuq l-istrateġiji ta' l-iżvilupp tal-pajjiż u l-għajnuna tal-komunità tagħha.

Artikolu 20

L-Approċċ

▼M10

1.  L-għanijiet tal-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-ACP-KE għandhom jitwettqu permezz ta’ strateġiji integrati li jħaddnu fihom elementi ekonomiċi, soċjali, kulturali, ambjentali u istituzzjonali li jridu jkunu mħaddna lokalment. Il-koperazzjoni għandha għaldaqstant tipprovdi qafas koerenti għall-iffaċilitar tas-sostenn għall-istrateġiji għall-iżvilupp proprji tal-ACP, u b'hekk tiżgura komplimentarjetà u interazzjoni bejn l-elementi varji, b'mod partikolari fil-livelli nazzjonali u reġjonali, u bejniethom. F'dan il-kuntest u fi ħdan il-qafas tal-politiki tal-iżvilupp u riformi segwiti mill-Istati tal-ACP, l-istrateġiji ta' koperazzjoni tal-ACP-UE fuq livell nazzjonali u fejn hu xieraq fuq livell reġjonali għandhom jimmiraw biex:

(a) jilħqu tkabbir ekonomiku mgħaġġel u sostenibbli ta’ ħolqien tax-xogħol, l-iżvilupp tas-settur privat, iż-żieda fl-impjiegi, u l-aċċess aħjar għall-attivitajiet u r-riżorsi ekonomiċi ta’ produzzjoni;

▼M10

(aa) it-tħeġġiġ tal-koperazzjoni reġjonali u tal-integrazzjoni;

▼B

(b) l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp uman u soċjali jgħin biex jassigura li r-riżultati tat-tkabbir ikunu mifruxa u mqassma ugwalment u ikabbru l-ugwaljanza tas-sessi;

(ċ) l-inkoraġġiment tal-valuri kulturali tal-komunitajiet u l-ħidma speċifika ta' l-elementi ekonomiċi, politiċi u soċjali li tħalli effett kemm fuq wieħed u kemm l-ieħor;

(d) l-inkoraġġiment tar-riformi u l-iżvilupp isitituzzjonarju, it-tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet li hemm bżonn għat-tisħiħ tad-demokrazija, governanza tajba u għal ekonomiji tas-suq effiċjenti u kompettivi; u t-tkabbir tal-ħila għall-iżvilupp u s-sħubija; u

(e) l-inkoraġġiment ta' l-ambjent sostenibbli, ir-riġenerazzjoni u l-aħjar prattiċi, u l-preservazzjoni tal-bażi tar-riżorsi naturali.

▼M10

2.  Għandha tittieħed f'konsiderazzjoni kontinwa li jiġu aċċettati f'kull qasam ta' koperazzjoni dawn it-temi u temi mifruxa li ġejjin: id-drittijiet tal-bniedem, kwistjonijiet ta' sess, id-demokrazija, il-governanza tajba, is-sostennibbiltà ambjentali, it-tibdil fil-klima, il-mard kontaġjuż u mhux kontaġjuż u l-iżvilupp istituzzjonali u l-ħolqien tal-kapaċità. Dawn l-oqsma għandhom ukoll ikunu eliġibbli għas-sostenn tal-Komunità.

▼B

3.  It-testi dettaljati dwar l-għanijiet u l-istrateġiji tal-koperazzjoni ta' żvilupp, l-aktar il-politki u strateġiji settorjali għandhom ikunu mddaħla f'taqsira li jkollha pjan operazzjonali f'oqsma speċifiċi u oqsma ta' koperazzjoni. Dawn it-testi jistgħu jiġu riveduti, reviżjonati u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri fuq l-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta' l-Iżvilupp Finanzjament tal-ACP-KE.



KAPITOLU 2

L-Oqsma ta' Appoġġ



TAQSIMA 1

L-Iżvilupp Ekonomiku

Artikolu 21

L-Iżvilupp ta' l-Investiment u s-Settur Privat

1.  Il-koperazzjoni għanda tappoġġja r-riformi ekonomiċi u istituzzjonarji neċessarji fuq livell nazzjonali u/jew reġjonali, bl-għan li joħolqu l-ambjent li jgħin ►M10  l-investiment ◄ , u l-iżvilupp ta' settur privat dinamiku, vjabbli u kompetittiv. Il-koperazzjoni għandha tagħti aktar appoġġ:

(a) il-promozzjoni d-djalogu u koperazzjoni tas-settur pubbliku-privat;

(b) l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' l-intrapriżi u kultura tan-negozju;

(ċ) privatizzazzjoni u riforma ta' l-intrapriżi; u

(d) l-iżvilupp u modernizzazzjoni ta' sistemi ta' medjazzjoni u arbitraġġ.

2.  Koperazzjoni għandha tkun ta' appoġġ ukoll biex ittejjeb il-kwalità, disponibbiltà u aċċessibilità ta' servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji għal impriżi privati, sew formali u informali; billi:

(a) ibiddlu r-rata u jikkontrollaw il-kurrent ta' tfaddil privat, sew domestiku kif ukoll barrani, fil-finanzjament ta' intrapriżi privati billi jagħtu appoġġ għal politika biex jiżviluppaw settur finanzjarjament modern li jinkludi suq ta' kapital, istituzzjonijiet finanzjarji u ħidmiet mikrofinanzjarji sostenibbli;

(b) l-iżviluipp u t-tisħiħ ta' istituzzjonijiet tan-negozji u organizzazzjonijiet intermedjarji, assoċjazzjonijiet, kmamar tal-kummerċ u fornituri lokali mis-settur privat li jkun jagħti appoġġ u jipprovdi servizzi mhux finanzjarji lil intrapriżi bħal servizzi professjonali, tekniċi, amministrazzjoni, taħriġ u ta' appoġġ kummerċjali; u

(ċ) jappoġġa istituzzjonijiet, programmi, attivitajiet u inizjattivi li jagħtu kontribut għall-iżvilupp u trasferiment ta' teknoloġiji u tagħrif u l-aħħjar prattiċi fuq l-aspetti kollha ta' maniġġjar ta' negozju.

3.  Koperazzjoni għandha tippromwovi żvilupp kummerċjali billi tipprovdi appoġġ finanzjarju, faċilitajiet ta' garanziji, appoġġ tekniku bil-għan li jinkoraġġixxi u jgħin biex jinħolqu, jiġu stabbiliti, jespandu, jiddiversifikaw, jiġu rijabilitati, jiġu ristrutturati, modernizzati jew privatizzati impriżi dinamiċi, vijabbli u kompetittivi fl-oqmsa ekonomiċi kollha, kif ukoll intermedjarji finanzjarji bħal istituzzjonijiet li jiżviluppaw il-finanzi u jispekulaw fuq il-kapital, u jikru kumpaniji billi:

(a) joħolqu u/jew isaħħu strumenti finanzjarji f'forma ta' kapital ta' investiment;

(b) itejbu l-fakultà li jidħlu f'tagħrif essenzjali bħal informazzjoni kummerċjali u konsultattiva, servizzi ta' konsulenza jew għajnuna teknika;

(ċ) isaħħu l-attivitajiet ta' esportazzjoni, b'mod partikolari billi jiżviluppaw il-kapaċità fl-oqsma relatati mal-kummerċ kollha; u

(d) jinkoraġġixxu rabtiet, assoċjazzjonijiet u koperazzjoni fost id-ditti inklużi dawk li jinvolvu t-trasferiment ta' teknoloġija u tagħrif f'livelli nazzjonali, reġjonali u ACP-UE, u soċjetajiet b'investituri privati barranin li jkunu konsistenti ma' l-għanijiet u l-linji gwida tal-koperazzjoni ta' Żvilupp ta' l-ACP-UE.

4.  Il-koperazzjoni għandha tagħti appoġġ għal żvilupp ta' mikrointrapriżi permezz ta' aċċess aħjar għal servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji; politika xierqa u qafas regolatorju għall-iżvilupp tagħhom; u biex jipprovdu servizzi ta' taħriġ u informazzjoni fuq l-aħjar prattiċi fil-mikrofinanzi.

▼M10

5.  Is-sostenn għall-investiment u l-iżvilupp tas-settur privat għandu jintegra azzjonijiet u inizzjattivi fil-livelli ekonomiċi makro, meso u mikro u jippromwovi t-tiftix għal mekkaniżmi ta' ffinanzjar innovattivi, inkluż it-taħlit u l-istimolu tas-sorsi privati u pubbliċi għall-fondi għall-iżvilupp.

▼M10

6.  Il-koperazzjoni għandha ssostni l-investimenti fl-infrastruttura bażika mis-settur pubbliku mmirat lejn l-iżvilupp tas-settur privat, it-tkabbir ekonomiku u l-eradikazzjoni tal-faqar.

▼B

Artikolu 22

Riformi u politki makroekonomiċi u strutturali

1.  Il-koperazzjoni għandha tagħti appoġġ għall-isforzi ta' l-ACP biex timplimenta:

(a) tkabbir u stabbilità makroekonomiċi permezz ta' politki ta' dixxiplina fiskali u monetarji li jirriżultaw fit-tnaqqis ta' l-inflazzjoni, u jtejbu bilanċi esterni u fiskali, billi jsaħħu d-dixxiplina fiskali, jiżviluppaw it-trasparenza u l-effiċjenza fl-ippjanar ta' l-ispejjeż pubbliċi, itejbu l-kwalità, l-imparzjalità u l-komposizzjoni tal-politka fiskali; u

▼M10

(b) politiki strutturali maħsuba biex isaħħu r-rwol tal-atturi differenti, speċjalment is-settur privat u biex itejbu l-ambjent sabiex ikun hemm tkattir fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u żieda fin-negozju, investiment u impjiegi, kif ukoll li:

(i) jilliberalizzaw il-kummerċ u l-amministrazzjonijiet tal-kambju barrani u konvertibilità ta' kontijiet kurrenti, billi jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi partikolari ta' kull pajjiż;

(ii) isaħħu r-riformi fl-impiegi u s-suq ta' prodotti;

(iii) jinkoraġġixxu riformi ta' sistemi finanzjarji li jgħinu jiżviluppaw sistemi ta' ħidma bankarja u mhux bankarja vijabbli, swieq ta' kapital u servizzi finanzjarji, inkluża mikro-finanza;

(iv) itejbu l-kwalità ta'servizzi privati u pubbliċi; u

(v) jinkoraġġixxu koperazzjoni reġjonali u integrazzjoni progressiva ta' politki makroekonomiċi u monetarji.

2.  It-tfassil ta' politki makroekonomiċi u programmi ta' aġġustament strutturali għandhom jirriflettu l-isfond soċjo-politiku u kapaċità istituzzjonali tal-pajjiżi relatati, jiżguraw impatt pożittiv fuq it-tnaqqis tal-faqar u aċċess għal servizzi soċjali u għandhom ikunu bażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

(a) l-Istat ta' l-ACP għandhom jerfgħu r-responsabbiltà primarja għall-analiżi tal-problemi li għandhom jiġu solvuti, it-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi;

(b) għandhom jiġu adottati programmi ta' appoġġ skond is-sitwazzjoni differenti ta' kull Stat ta' l-ACP u jkunu sensittivi għall-kondizzjonijiet soċjali, kultura u ambjent ta' dawn l-Istati;

(ċ) id-dritt ta' l-Istati ta' l-ACP jistabilixxu d-direzzjoni u s-sekwenza ta' l-istrateġiji tagħhom għall-iżvilupp u prijoritajiet għandhom jiġu rikonoxxuti u rispettati;

(d) il-pass tar-riformi għandu jkun realistiku u kompatibbli mal-kapaċitajiet u riżorsi ta' kull Stat ta' l-ACP; u

(e) isaħħu l-komunikazzjoni u l-informazzjoni ta' popolazzjonijiet dwar riformi u politki ekonomiċi u soċjali.

▼M10

Artikolu 23

Żvilupp fis-settur ekonomiku

Il-koperazzjoni għandha tagħti sostenn lill-politika sostenibbli u r-riformi istituzzjonali u l-investimenti meħtieġa biex ikun hemm aċċess ekwu għall-attivitajiet ekonomiċi u r-riżorsi produttivi, partikolarment:

(a) l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ taħriġ li jgħinu jżidu l-produttività fis-setturi kemm formali kif ukoll informali;

(b) kapital, kreditu, art, speċjalment rigward drittijiet ta’ proprjetà u użu;

(ċ) l-iżvilupp ta’ strateġiji rurali bil-għan li jistabbilixxu qafas għal ippjanar parteċipatorju diċentralizzat, allokazzjoni ta’ riżorsi u amministrazzjoni;

(d) l-iżvilupp ta' strateġiji bil-għan li jitkattru l-produzzjoni u l-produttività agrikola fl-Istati tal-ACP billi jiġi provdut b'mod partikolari l-iffinanzjar neċessarju għar-riċerka agrikola, l-inputs u s-servizzi agrikoli, infrastruttura rurali ta' sostenn, u t-tnaqqis u l-ġestjoni tar-riskju. Is-sostenn għandu jinkludi investimenti pubbliċi u privati fl-agrikoltura, l-inkoraġġiment għall-iżvilupp ta' politiki u strateġiji agrikoli, it-tisħiħ tal-organizzazjonijiet tal-bdiewa u tas-settur privat, il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, u l-iżvilupp u l-funzjonament tas-swieq agrikoli. L-istrateġiji tal-produzzjoni agrikola għandhom jirrinfurzaw il-politiki nazzjonali tas-sigurtà tal-ikel u l-integrazzjoni reġjonali. F'dan il-kuntest, il-koperazzjoni għandha ssostni l-isforzi tal-ACP biex titkattar il-kompetittività tal-esportazzjonijiet tal-prodotti bażiċi u biex tiġi adattati l-istrateġiji tal-esportazzjoni tal-prodotti bażiċi fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ dejjem jevolvu;

(e) l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma, bbażat fuq il-prinċipji tal-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma, li tiżgura d-ditribuzzjoni ekwa u sostenibli tar-riżorsi kondiviżi tal-ilma bejn l-użi differenti tagħhom;

(f) l-iżvilupp sostenibbli tal-akwakultura u s-sajd li jinkludi kemm is-sajd intern kif ukoll ir-riżorsi marittimi fi ħdan iż-żoni ekonomiċi esklussivi tal-Istati tal-ACP;

(g) infrastuttura u servizzi ekonomiċi u teknoloġiċi, inkluż it-trasport, sistemi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi ta’ komunikazzjoni u l-iżvilupp ta’ soċjetà tal-informazzjoni;

(h) l-iżvilupp ta' oqsma industrijali kompetittivi, tal-minjieri u tal-enerġija, waqt li jiġi nkoraġġit involviment u żvilupp fis-settur privat;

(i) l-iżvilupp fil-kummerċ, inkluż il-promozzjoni ta’ kummerċ ġust;

(j) l-iżvilupp tan-negozju, finanzi u ħidma bankarja; u setturi ta’servizz oħra;

(k) l-iżvilupp fit-turiżmu;

(l) l-iżvilupp fl-infrastruttura u servizzi xjentifiċi, teknoloġiċi u tar-riċerka; inkluż it-tisħiħ, it-trasferiment u l-assimilazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda;

(m) it-tisħiħ ta’ kapaċitajiet f’oqsma produttivi, speċjalment fis-setturi pubbliċi u privati;

(n) il-promozzjoni ta' għarfien tradizzjonali; u

(o) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji speċifiċi ta' adattament li jindirizzaw l-impatt tal-erożjoni tal-preferenza, li possibilment ikunu jinkludu attivitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (n) hawn fuq.

▼M10

Artikolu 23a

Is-Sajd

Filwaqt li jiġi rikonoxxut ir-rwol ewlieni li għandhom is-sajd u l-akwakultura fil-pajjiżi tal-ACP permezz tal-kontribut pożittiv tagħhom għall-ħolqien tax-xogħol, il-ġenerazzjoni tad-dħul, is-sigurtà tal-ikel, u l-għajxien tal-komunitajiet rurali u ta' mal-kosta, u għaldaqstant it-tnaqqis tal-faqar, il-koperazzjoni għandha timmira għall-iżvilupp ulterjuri tas-setturi tal-akwakultura u s-sajd tal-pajjiżi tal-ACP sabiex jiżdiedu l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi b'mod sostenibbli.

Il-programmi u l-attivitajiet ta' koperazzjoni għandhom isostnu, fost l-oħrajn, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp u tal-pjanijiet ta' ġestjoni tal-akwakultura u s-sajd sostenibbli fil-pajjiżi u r-raġjuni tal-ACP; l-inklużjoni tal-akwakultura u s-sajd fl-istrateġiji tal-iżvilupp nazzjonali u reġjonali; l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-konoxxenza teknika neċessarja biex tippermetti lill-pajjiżi tal-ACP jieħdu l-ikbar valur sostenibbli mis-sajd u l-akwakultura tagħhom; il-ħolqien ta' kapaċità tal-pajjiżi tal-ACP biex jegħlbu l-isfidi esterni li jtellfuhom milli jieħdu l-vantaġġi kollha tar-riżorsi tas-sajd tagħhom; u l-promozzjoni u l-iżvilupp ta' impriża bi sħab għall-investiment fis-setturi tas-sajd u l-akwakultura tal-pajjiżi tal-ACP. Kwalunkwe ftehim tas-sajd li jista' jiġi negozjat bejn il-Komunità u l-Istati tal-ACP għandu jagħti konsiderazzjoni xierqa li jkun konsistenti mal-istrateġiji ta' żvilupp f'dan il-qasam.

Il-konsultazzjonijiet ta' livell għoli, inkluż fil-livell ministerjali, jistgħu jinżammu bi ftehim konġunt bil-għan li tiġi żviluppata, imtejba u/jew imsaħħa l-koperazzjoni dwar l-iżvilupp fl-akwakultura u s-sajd sostenibbli tal-ACP-UE.

▼B

Artikolu 24

Turiżmu

Il-koperazzjoni għandha tkun immirata lejn żvilupp sostenibbli ta' l-industrija tat-turiżmu f'pajjiżi u sottoreġjuni ta' l-ACP, waqt li tirrikonoxxi l-importanza dejjem tikber għat-tkattir tal-qasam tas-servizzi fil-pajjiżi ta' l-ACP u l-espansjoni tal-kummerċ globali tagħhom, l-abiltà li tistimola setturi oħra fl-attivita ekonomika, u r-rwol li tista' taqdi biex jingħeleb il-faqar.

Programmi u proġetti ta' koperazzjoni jsostnu l-isforzi tal-pajjiżi ta' l-ACP biex jistabbilixxu u jtejbu l-qafas legali u istituzzjonali tal-pajjiżi u r-riżorsi għall-iżvilupp u implimentazzjoni ta' politki u programmi għal turiżmu sostenibbli, kif ukoll fost oħrajn fit-titjib fil-pożizzjoni kompetittiva tas-settur, speċjalment intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), appoġġ għall-investiment u promozzjoni, żvilupp tal-prodott inkluż l-iżvilupp ta' kulturi indiġeni fil-pajjiżi ta' l-ACP, u t-tisħiħ tar-raptiet bejn it-turiżmu u setturi oħra ta' attivita ekonomika.



TAQSIMA 2

L-Iżvilupp Soċjali u Uman

Artikolu 25

Żvilupp fis-settur soċjali

1.  Il-koperazzjoni għandha tappoġġa l-isforzi ta' l-Istati ta' l-ACP biex jiżviluppaw politki u riformi ġenerali u settorjali biex itejbu t-trattament, il-kwalità ta' u l-aċċess għall-infrastuttura u servizzi soċjali bażiċi u biex jagħtu konsiderazzjoni tal-bżonnijiet lokali u talbiet speċifiċi ta' min ikun l-aktar vulnerabbli u żvantaġġat, hekk li jitnaqqsu l-inugwaljanzi biex jintlaħqu dawn is-servizzi. Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġu żgurati livelli adekwati ta' nfiq pubbliku fis-setturi soċjali. F'dan il-kuntest, il-koperazzjoni għandha tkun immirata biex:

▼M10

(a) jitjiebu l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha, isir xogħol fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-edukazzjoni terzjarja, li jiġu stabbiliti sistemi ta' assikurazzjoni ta' kwalità għall-edukazzjoni, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ mogħti onlajn jew permezz ta' mezzi mhux konvenzjonali, u jinħolqu kapaċitajiet u snajja' tekniċi;

(b) jitjiebu s-sistemi tas-saħħa, b'mod partikolari l-aċċess ekwu għal servizzi tas-saħħa komprensivi ta' kwalità, u għan-nutrizzjoni, l-eliminazzjoni tal-ġuħ u l-malnutrizzjoni, l-iżgurar tal-provvista u s-sigurtà adegwati ta' ikel, inkluż permezz ta' sostenn għal skemi tas-sigurtà;

▼B

(ċ) tgħaqqad kwistjonijiet demografiċi ma' strateġiji ta' żviluppi sabiex ittejjeb is-saħħa riproduttiva, kura tas-saħħa primarja, ippjanar tal-familja; u tipprevjeni l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili;

▼M4

(d) tippromwovi l-ġlieda kontra:

 l-HIV/AIDS; billi tiżgura l-ħarsien tas-saħħa riproduttiva u sesswali tan-nisa u tad-drittijiet tagħhom;

 mard ieħor relatat mal-faqar, partikolarment il-malarja u t-tuberkolosi;

▼B

(e) iżżid is-sigurtà ta' l-ilma fid-dar u ttejjeb l-aċċess għal ilma ħieles mill-periklu u sanita‘ adekwata;

(f) ittejjeb id-disponibbilta‘ ta' kenn li jista' jintlaħaq minn kulħadd u adekwat għal kulħadd billi tappoġġa programmi ta' nfiq baxx u ta' introjtu baxx u bit-titjib fl-urbanistika; u

(g) tinkoraġġixxi l-promozzjoni ta' metodi parteċipatorji ta' djalogu soċjali kif ukoll jirrispettaw id-drittijiet soċjali bażiċi.

2.  Il-koperazzjoni għandha tappoġġa wkoll it-tkattir tal-kompetenza f'oqsma soċjali bħal programmi ta' taħriġ fit-tfassil ta' politika soċjali u metodi moderni ta' proġetti u programmi soċjali; politki li jwasslu għal tiġdid u riċerka teknoloġika; tkabbar ħila lokali u tippromwovi sħubijiet; u diskussjonijiet madwar mejda f'livell nazzjonali u/jew reġjonali.

3.  Il-koperazzjoni għandha tippromwovi u tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politki u ta' sistemi ta' parteċipazzjoni soċjali u sigurtà sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali u biex tippromwovi awtoassistenza u solidarjeta komunitarja. Iċ-ċentru ta' l-attenzjoni għandu, fost oħrajn, ikun fuq l-iżvilupp ta' inizjattivi bbażati fuq solidarjetà soċjali, partikolarment billi jitwaqqfu fondi għall-iżvilupp soċjali adattati għal ħtiġiet u persuni tal-lokal.

Artikolu 26

Kwistjonijiet taż-żgħażagħ

Il-koperazzjoni għandha tappoġġa wkoll li tiġi stabbilita politika koerenti u komprensiva biex twettaq il-potenzjal taż-żgħażagħ hekk li jintegraw aħjar fis-soċjetà biex jattwaw il-potenzjal totali tagħhom. F'dan il-kuntest, il-koperazzjoni għandha tappoġġa politki, miżuri u ħidmiet immirati li:

(a) jipproteġu d-drittijiet tat-tfal u żgħażagħ, speċjalment dawk tal-bniet;

(b) tippromwovi l-ħiliet, enerġija, innovazzjoni u potenzjal taż-żgħażagħ sabiex isaħħaħ l-opportunitajiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u tkabbar l-opportunitajiet ta' impieg tagħhom fis-settur produttiv;

▼M4

(ċ) għajnuna lill-istituzzjonijiet stabbiliti fil-komunitajiet sabiex jipprovdu l-opportunità lit-tfal li jiżviluppaw il-potenzjal fiżiku, psikoloġiku, soċjali u ekonomiku tagħhom;

(d) ir-reintegrazzjoni fis-soċjetà ta' tfal li jinsabu f'sitwazzjonijiet post-konflittwali permezz ta’ programmi ta’ riabilitazzjoni; u

▼M4

(e) il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva ta’ ċittadini żgħażagħ fil-ħajja pubblika u t-tkattir ta' skambji ta’ studenti u ta' interazzjoni bejn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ ta’ l-UE u ta’ l-ACP.

▼B

Artikolu 27

▼M10

Il-Kultura u l-iżvilupp

▼B

Koperazzjoni fil-qasam tal-kultura għandha timmira biex:

(a) tintegra d-dimensjoni kulturali fil-livelli kollha ta' koperazzjoni ta' żvilupp;

(b) tirrikonoxxi, tippriserva u tippromwovi l-valuri u identitajiet kulturali biex jippermettu djalogu fost il-kulturi;

▼M10

(c) jiġi rikonoxxut, ippriservat u promoss il-valur tal-wirt kulturali; jiġi sostnut l-iżvilupp tal-kapaċità f’dan is-settur;

▼B

(d) tiżviluppa industriji kulturali u ssaħħaħ l-opportunitajiet għad-dħul fis-suq għal oġġetti u servizzi kulturali;

▼M10

(e) jiġi rikonoxxut u sostnut ir-rwol tal-partijiet kulturali u tan-netwerks kulturali, u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli; u

(f) tiġi promossa d-dimensjoni kulturali fl-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet kulturali.

▼B



TAQSIMA 3

Koperazzjoni u Integrazzjoni Reġjonali

▼M10

Artikolu 28

Approċċ ġenerali

1.  Il-koperazzjoni ACP-UE għandha tipprovdi assistenza effettiva biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet li ffissaw għalihom infushom l-Istati tal-ACP fil-kuntest tal-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali.

2.  F'konformità mal-għanijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 1 u 20, il-koperazzjoni ACP-UE għandha timmira biex:

(a) tippromwovi l-paċi u l-istabilità, kif ukoll il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti;

(b) 1ittejjeb l-iżvilupp ekonomiku u l-koperazzjoni ekonomika permezz tal-ħolqien ta' swieq ikbar, tal-moviment ħieles tal-persuni, tal-oġġetti, servizzi, kapital, xogħol u teknoloġija fost il-pajjiżi tal-ACP, tad-diversifikazzjoni aċċellerata tal-ekonomiji tal-Istati tal-ACP, tal-promozzjoni u l-espansjoni tal-kummerċ fost il-pajjiżi tal-ACP u ma' pajjiżi terzi u tal-integrazzjoni gradwali tal-Istati tal-ACP fl-ekonomija dinjija;

(c) tippromwovi l-ġestjoni tal-isfidi tal-żvilupp sostenibbli b'dimensjoni transnazzjonali permezz, fost l-oħrajn, tal-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-politiki ta' koperazzjoni reġjonali.

3.  Taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 58, il-koperazzjoni għandha wkoll issostni l-koperazzjoni interreġjonali u intra-ACP, bħal dik li tinvolvi:

(a) waħda jew diversi mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ACP, inkluż fil-livell kontinentali;

(b) il-Pajjiżi u Territorji Barranin (OCTs) u reġjuni l-aktar imbiegħda.;

(c) pajjiżi li qed jiżviluppaw li mhumiex fl-ACP.

Artikolu 29

Il-koperazzjoni ACP-UE b'sostenn tal-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali

1.  Fil-qasam tal-istabilità, il-paċi u l-prevenzjoni tal-konflitt, il-koperazzjoni għandha ssostni:

(a) il-promozzjoni u l-iżvilupp tad-djalogu politiku reġjonali fl-oqsma tal-prevenzjoni u riżoluzzjoni tal-konflitti; id-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni; l-iskambju, in-netwerkjar, u l-promozzjoni tal-mobilità bejn il-partijiet involuti differenti fl-iżvilupp, b'mod partikolari fis-soċjetà ċivili;

(b) il-promozzjoni ta' inizjattivi u politiki reġjonali dwar kwistjonjiet relatati mas-sigurtà inkluż il-kontroll tal-armi, l-azzjoni kontra d-droga, il-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus, it-tixħim u l-korruzzjoni.

2.  Il-koperazzjoni għandha, fil-qasam tal-integrazzjoni ekonomika reġjonali, issostni:

(a) il-parteċipazzjoni tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDC) fost l-Istati tal-ACP biex jistabbilixxu swieq reġjonali u jikkondividu l-benefiċċji minnhom;

(b) l-implimentazzjoni ta' politiki ta' riforma ekonomika settorjali f'livell reġjonali;

(c) il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u l-pagamenti;

(d) il-promozzjoni ta' investimenti transkonfinali, kemm barranin kif ukoll domestiċi, u inizjattivi oħra reġjonali u subreġjonali ta' integrazzjoni ekonomika;

(e) il-mitigazzjoni tal-effetti ta' spejjeż tranżitorji ta' integrazzjoni reġjonali fuq id-dħul tan-nefqa pubblika u l-bilanċ tal-pagamenti; u

(f) l-infrastruttura, partikolarment it-trasport u l-komunikazzjonijiet u s-sigurtà tagħhom, u s-servizzi, inklużi l-iżvilupp ta' opportunitajiet reġjonali fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT).

3.  Fil-qasam ta' politiki reġjonali għal żvilupp sostenibbli, il-Koperazzjoni għandha ssostni l-prijoritajiet tar-reġjuni tal-ACP u, b'mod partikolari:

(a) l-ambjent u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, inklużi l-ilma u l-enerġija, u jiġi indirizzat it-tibdil tal-klima;

(b) is-sigurtà tal-ikel u tal-agrikultura;

(c) is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

(d) ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku; u

(e) inizjattivi reġjonali għall-preparazzjoni u l-mitigazzjoni tad-diżastri kif ukoll għar-rikostruzzjoni ta' wara d-diżastri.

Artikolu 30

Il-bini tal-kapaċità b'sostenn tal-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali tal-ACP

Bl-għan li tiġi realizzata l-effettività u l-effiċjenza tal-politiki reġjonali, il-koperazzjoni għandha tiżviluppa u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta':

(a) istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni reġjonali stabbiliti mill-Istati tal-ACP u dawk li fihom jipparteċipaw Stati tal-ACP li jippromwovu l-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali;

(b) gvernijiet u parlamenti nazzjonali fi kwistjonijiet ta' integrazzjoni nazzjonali; u

(c) partijiet involuti mhux governattivi, inkluż is-settur privat.

▼B



TAQSIMA 4

Suġġetti Tematiċi u b'Aspett Transversjali

Artikolu 31

Kwistjonijiet dwar is-sessi

Il-koperazzjoni għandha tgħin biex issaħħaħ politki u progammi li jtejbu, jiżguraw u jwessgħu l-parteċipazzjoni ugwali ta' l-irġiel u n-nisa fl-isferi kollha tal-ħajja politika, ekonomika, soċjali u kulturali. Il-koperazzjoni għandha tgħin biex tippromwovi l-aċċess tan-nisa għar-riżorsi kollha meħtieġa għall-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet fundamentali tagħhom. B'mod aktar speċifiku, il-koperazzjoni għandha toħloq il-qafas xieraq biex:

(a) tintegra mentalità u kunsidrazzjoni sensittivi għal ġeneru ta' sess f'kull livell ta' koperazzjoni ta' żvilupp inklużi politki, strateġiji u ħidmiet makroekonomiċi; u

(b) tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi pożittivi favur in-nisa bħal:

(i) parteċipazzjoni fil-politika nazzjonali u lokali;

(ii) tappoġġa organizzazzjonijiet tan-nisa;

(iii) ikun hemm dħul għas-servizzi soċjali bażiċi, speċjalment għall-edukazzjoni u taħriġ, kura tas-saħħa u ppjanar tal-familja;

(iv) ikun hemm aċċess għar-riżorsi produttivi, speċjalment għall-art u kreditu u għas-suq ta' l-impiegi; u

(v) tieħu kunsiderazzjoni speċifika tan-nisa f'għajnuna ta' emerġenza u ħidmiet ta' rijabilitazzjoni.

▼M10

Artikolu 31a

HIV/AIDS

Il-koperazzjoni għandha ssostni l-isforzi tal-Istati tal-ACP biex jiżviluppaw u jsaħħu fis-setturi kollha l-politiki u l-programmi mmirati biex jindirizzaw il-pandemija tal-HIV/AIDS u biex jipprevjenu milli din ittellef l-iżvilupp. Hija għandha ssostni lill-Istati tal-ACP biex itejbu u jżommu l-aċċess universali għall-prevenzjoni, it-trattament, u l-kura u s-sostenn għall-HIV/AIDS u għandha b'mod partikolari timmira biex:

(a) issostni l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji multisettorjali u pjani komprensivi għall-HIV/AIDS bħala prijorità fil-pjani ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali;

(b) tinvolvi, fir-reazzjonijiet nazzjonali għall-HIV/AIDS, is-setturi tal-iżvilupp kollha xierqa u tiżgura mobilitazzjoni wiesa' tal-partijiet involuti fil-livelli kollha;

(c) issaħħaħ is-sistemi tas-saħħa nazzjonali u tindirizza n-nuqqasijiet fir-riżorsi umani għas-saħħa bħala l-bażi biex jiġi żgurat l-aċċess universali għall-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-HIV/AIDS u servizzi oħra tas-saħħa, u l-integrazzjoni effettiva tagħhom;

(d) tindirizza l-inugwaljanza bejn is-sessi, il-vjolenza u l-abbuż ibbażati fuq liema sess wieħed jappartjenti, bħala promoturi tal-pandemija tal-HIV/AIDS, u tintensifika l-isforzi sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, jiġu żviluppati programmi dwar l-HIV/AIDS b'sensibilità effettiva għas-sess ta' appartenenza u servizzi għan-nisa u l-bniet, inklużi dawk relatati mas-saħħa u mad-drittijiet sesswali u riproduttivi, u jiġi sostnut l-involviment sħiħ tan-nisa fl-ippjanar u fit-teħid tad-deċiżjonijiet rigward l-istrateġiji u l-programmi tal-HIV/AIDS;

(e) tiżviluppa oqfsa legali u ta' politika ta' sostenn u tneħħi l-liġijiet, il-politiki punittivi, il-prattiki, l-istigma u d-diskriminazzjoni li jimminaw id-drittijiet tal-bniedem, iżiedu l-vulnerabiltà għall-HIV/AIDS u jxekklu l-aċċess għal trattament, kura u sostenn effettivi, inklużi mediċini, prodotti u servizzi għan-nies li jgħixu bl-HIV/AIDS u għall-popolazzjonijiet li huma l-aktar fir-riskju;

(f) ittejjeb l-aċċess għall-prevenzjoni tal-HIV/AIDS li hija komprensiva u bbażata fuq l-evidenza, li tindirizza l-fatturi lokali li jmexxu l-epidemija u l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa, taż-żgħażagħ u tal-popolazzjonijiet li qegħdin l-iktar fir-riskju; u

(g) tiżgura aċċess universali u affidabbli għal mediċini sikuri, ta' kwalità għolja u bi prezz aċċessbbli, u għal prodotti tas-saħħa, inklużi prodotti tas-saħħa sesswali u riproduttiva.

▼B

Artikolu 32

Riżorsi ambjentali u naturali

1.  Il-koperazzjoni fil-protezzjoni ambjentali u utilizzazzjoni sostenibbli u amministrazzjoni tar-riżorsi naturali għandhom ikunu mmirati biex:

(a) jidderieġu s-sostenibbilità ambjentali fl-aspetti kollha tal-koperazzjoni ta' żvilupp u programmi ta' appoġġ u proġetti implimentati mid-diversi atturi;

(b) jiżviluppaw u/jew isaħħu l-kapaċità umana u istituzzjonali xjentifika u teknika għall-amministrazzjoni ambjentali għal dawk kollha f'riskji ambjentali;

(ċ) jappoġġaw miżuri u skemi speċifiċi mmirati biex jindirizzaw kwistjonijiet ta' amministrazzjoni sostenibbli ta' kriżijiet kif ukoll li jkollhom x'jaqsmu ma' impenji preżenti u futuri reġjonali u internazzjonali rigward riżorsi minerali u naturali bħal:

(i) foresti tropikali, riżorsi ta' ilma, riżorsi tax-xtut, tal-baħar u tas-sajd, annimali slavaġ, ħamrija, biodiversità;

(ii) protezzjoni ta' ekosistemi delikati (eż. sikka tal-qroll);

(iii) għejjun ta' enerġija li tiġġedded partikolarment l-enerġija mix-xemx u effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija;

(iv) żvilupp rurali u urban sostenibbli;

(v) deżertifikazzjoni, nixfa u deforestazzjoni;

(vi) żvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi għal problemi ambjentali urbani; u

(vii) promozzjoni ta' turiżmu sostenibbli.

(d) Tikkunsidra kwistjonijiet relatati mat-trasport u disponiment ta' skart perikoluż.

2.  Il-koperazzjoni għandha tikkunsidra wkoll:

(a) il-vulnerabilità ta' gżejjer żgħar pajjiżi ta' l-ACP, speċjalment għat-theddida li ġġib magħha bidla fil-klima;

(b) il-problemi li qed jaggravaw ta' nixfa u deżertifikazzjoni speċjalment ta' pajjiżi l-anqas żviluppati u li m'għandhomx sbokk fil-baħar; u

(ċ) żvilupp istituzzjonali u żvilupp ta' kapaċità.

▼M10

Artikolu 32a

It-tibdil fil-klima

Il-Partijiet jirrikonoxxu li t-tibdil fil-klima huwa sfida ambjentali globali u theddida għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju li tiħtieġ sostenn finanzjarju adegwat, prevedibbli u tempestiv. Għal dawn ir-raġunijiet u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32, u b'mod partikolari tal-punt (a) tal-paragrafu 2 tiegħu, il-koperazzjoni għandha:

(a) tirrikonoxxi l-vulnerabbiltà tal-Istati tal-ACP u b'mod partikolari ta' gżejjer żgħar u ta' Stati tal-ACP li qegħdin fil-baxx għall-fenomeni relatati mal-klima bħalma huma l-erożjoni tal-kosta, iċ-ċikluni, l-għargħar u l-ispostamenti indotti mill-ambjent, u b'mod partikolari tal-Istati tal-ACP li huma l-inqas żviluppati u li huma mdawrin bl-art għal għargħar, nixfa, deforestazzjoni u deżertifikazzjoni li qed jiżdiedu;

(b) issaħħaħ u ssostni politiki u programmi biex jimmitigaw u jadattaw għall-konsegwenzi tat-tibdil tal-klima u għat-theddida offruta minnu, inkluż minħabba l-iżvilupp istituzzjonali u l-ħolqien tal-kapaċità;

(c) ittejjeb il-kapaċità tal-istati tal-ACP fl-iżvilupp tas-suq globali tal-faħam, u s-sehem fih; u

(d) tiffoka fuq l-attivitajiet li ġejjin:

(i) l-integrazzjoni tat-tibdil tal-klima fi strateġiji ta' żvilupp u l-isforzi għat-tnaqqis tal-faqar;

(ii) it-tkabbir tal-profil politiku tat-tibdil fil-klima fil-koperazzjoni tal-iżvilupp, inkluż permezz ta' djalogu xieraq dwar il-politiki;

(iii) tassisti lill-istati tal-ACP biex jadattaw ruħhom għat-tibdil fil-klima f'setturi relevanti bħalma huma l-agrikultura, il-ġestjoni tal-ilma u l-infrastruttura inkluż permezz tat-trasferiment u l-adozzjoni ta' teknoloġiji relevanti u li huma ekoloġikament tajbin;

(iv) tippromwovi tnaqqis tar-riskju ta' diżastru, filwaqt li ssir riflessjoni li proporzjon dejjem tiżdied ta' diżastri hija relatat mat-tibdil fil-klima;

(v) tipprovdi sostenn finanzjarju u tekniku għal azzjoni mitiganti tal-istati tal-ACP f'konformità mat-tnaqqis tal-faqar u tal-iżvilupp sostenibbli tagħhom, inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u t-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tal-agrikultura;

(vi) ittejjeb l-informazzjoni u l-previżjoni dwar it-temp u l-klima u s-sistemi ta' twissija bikrija; u

(vii) tippromwovi sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju li jkattru l-iżvilupp sostenibbli.

▼B

Artikolu 33

Żvilupp istituzzjonali u żvilupp ta' kapaċità

1.  Il-koperazzjoni għandha toqgħod attenta b'mod sistematiku għal aspetti istituzzjonali u f'dan il-kuntest, għandha tappoġġa l-isforzi ta' l-Istati ta' l-ACP biex jiżviluppaw u jsaħħu strutturi, istituzzjonijiet u proċeduri li jgħinu biex:

(a) jippromwovu u jsaħħu d-demokrazija, dinjità umana, ġustizzja soċjali u pluraliżmu, b'rispett totali għad-diversità ġewwa u fost is-soċjetajiet;

(b) jippromwovu u jsostnu rispett universali u sħiħ għal u l-osservanza u ħarsien tad-drittijiet libertajiet fundamentali tal-bniedem;

(ċ) jiżviluppaw u jsaħħu s-saltna tad-dritt; u jtejbu l-aċċess għal ġustizzja, waqt li jiggarantixxu l-professjonalità u l-indipendenza tas-sistemi ġuridiċi; u

(d) jiżguraw kontroll u amministrazzjoni trasparenti u responsabbli fl-istituzzjonijiet pubbliċi kollha.

2.  Il-Partijiet għandhom jaħdmu flimkien biex jiġġieldu kontra t-tixħim u l-korruzzjoni fis-soċjetajiet kollha tagħhom.

3.  Il-Koperazzjoni għandha tappoġġa l-isforzi ta' l-Istati ta' l-ACP biex jiżviluppaw l-istituzzjonijiet pubbliċi tagħhom f'forza pożittiva għat-tkabbir u żvilupp u biex jiksbu titjib essenzali fl-effiċjenza tas-servizzi tal-gvern minħabba li dawn jolqtu l-ħajja tan-nies komuni. F'dan il-kuntest, il-koperazzjoni għandha tgħin ir-riforma, ir-razzjonalità u l-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku. Speċifikament, l-appoġġ tal-koperazzjoni għandu jikkonċentra fuq:

(a) ir-riforma u modernizzazzjoni tas-servizz ċivili;

(b) riformi u modernizzazzjoni legali u ġuridiċu tas-sistemi tal-ġustizzja;

▼M10

(c) it-titjib u t-tisħiħ tal-finanzi pubbliċi u ġestjoni fiskali bil-għan li jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fil-pajjiżi tal-ACP u biex jiżdied id-dħul mit-taxxa tagħhom, filwaqt li tiġi rrispettata s-sovranità tal-Istati tal-ACP f'dan il-qasam.

Il-miżuri jistgħu jinkludu:

(i) it-titjib tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-dħul domestiku, inkluż il-ħolqien ta' sistemi effettivi, effiċjenti u sostenibbli tat- taxxi;

(ii) il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fl-istrutturi internazzjonali tal-koperazzjoni dwar it-taxxa u fil-proċessi li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-iżvilupp ulterjuri ta' konformità, effettiva, mal-istandards internazzjonali;

(iii) is-sostenn tal-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki internazzjonali fi kwistjonijiet ta' taxxa, inkluż il-prinċipju tat-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni, f'dawk il-pajjiżi tal-ACP li impenjaw ruħhom għalihom;

▼B

(d) tgħaġġel ir-riformi fis-settur bankarju u dak tal-finanzjament;

(e) ittejjeb l-amministrazzjoni ta' l-assi pubbliċi u r-riforma tal-proċeduri ta' l-akkwist pubbliku; u

(f) diċentralizzazzjoni politika, amministrattiva, ekonomika u finazjarja.

4.  Il-koperazzjoni għandha tgħin ukoll biex tagħti lura u/jew issaħħaħ il-kapaċità kritika tas-settur pubbliku u biex tappoġġa l-istituzzjonijiet meħtieġa biex tissoda l-ekonomija tas-suq, speċjalment appoġġ biex:

(a) tiżviluppa l-kapaċitajiet legali u regolatorji meħtieġa biex ilaħħqu ma' l-operat ta' ekonomija tas-suq, inklużi politika ta' kompetizzjoni u politika tal-konsumatur;

(b) ittejjeb il-kapaċità biex tanalizza, tippjana, tifformula u timplimenta politki, partikolarment fl-oqsma ekonomiċi, soċjali, ambjentali, ta' riċerka, tax-xjenza u teknoloġija u innovattivi;

(ċ) modernizzar, tisħiħ u riforma fl-istituzzjonijiet finanzjarji u monetarji u ttejjeb il-proċeduri;

(d) tibni l-kapaċità fil-livelli lokali u muniċipali li huma meħtieġa biex timplimenta politika ta' deċentralizzazzjoni u biex tkattar il-parteċipazzjoni tal-popolazzjoni fil-proċess ta' żvilupp; u

(e) tiżviluppa l-kapaċità f'oqsma oħra kritiċi bħal ma huma:

(i) negozjati internazzjonali; u

(ii) amministrazzjoni u kordinazzjoni fl-għajnuna barranija.

5.  Il-koperazzjoni għandha tkopri l-oqsma u s-setturi kollha biex tippromwovi li jipparteċipaw atturi li mhumiex ta' l-istat u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom; u biex issaħħaħ l-istrutturi għall-informazzjoni, djalogu u konsultazzjoni bejnhom u l-awtoritajiet nazzjonali, inkluż f'livell reġjonali.



TITOLU II

KOPERAZZJONI EKONOMIKA U KUMMERĊJALI



KAPITOLU 1

L-Għanijiet u l-Prinċipji

Artikolu 34

Għanijiet

1.  Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha timmira biex tippromwovi l-integrazzjoni bla diffikultajiet u gradwali ta' l-Istati ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-għażliet politiċi u prijoritajiet ta' żvilupp tagħhom, li permezz tagħhom jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli tagħhom u jikkontribwixxu biex jintemm il-faqar fil-pajjiżi ta' l-ACP.

▼M10

2.  L-għan aħħari tal-koperazzjoni ekonomika u soċjali huwa li tippermetti lill-Istati tal-ACP jieħdu sehem bis-sħiħ fil-kummerċ internazzjonali. F’dan il-kuntest, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari għall-ħtieġa tal-Istati tal-ACP biex jieħdu sehem b’mod attiv fin-negozjati tal-kummerċ multilaterali. Bil-livell preżenti ta’ żvilupp tal-pajjiżi tal-ACP, il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tkun immirata biex tippermetti lill-Istati tal-ACP biexi jamministraw l-isfidi tal-globalizzazzjoni u biex jadottaw progressivament il-kondizzjonijiet ġodda tal-kummerċ internazzjonali li permezz tagħhom jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tagħhom għall-ekonomija globali liberalizzata. F'dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-vulnerabbiltà ta' ħafna pajjiżi tal-ACP li tirriżulta mid-dependenza tagħhom fuq prodotti jew fuq xi ftit prodotti ewlenin, inkluż prodotti agro-industrijali bil-valur miżjud, u r-riskju ta' erożjoni tal-preferenza.

3.  Għal dan il-għan, il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha timmira, permezz tal-istrateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I, biex issaħħaħ il-produzzjoni, il-provvista u l-kapaċità kummerċjali tal-pajjiżi tal-ACP kif ukoll il-kapaċità tagħhom biex jattiraw l-investiment. B'żieda ma' dan għandha timmira biex toħloq dinamika kummerċjali ġdida bejn il-Partijiet, biex issaħħaħ il-politika tal-pajjiżi tal-ACP dwar il-kummerċ u l-investiment, biex tnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq il-prodotti essenzjali, biex tippromwovi ekonomiji iktar diversifikati, u biex ittejjeb il-kapaċità tal-pajjiżi tal-ACP biex jittrattaw il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kummerċ.

4.  Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tkun implimentata b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), inkluż trattament speċjali u differenzjali, b'konsiderazzjoni għall-interessi reċiproċi tal-Partijiet u l-livelli rispettivi tagħhom ta’ żvilupp. Għandha tindirizza wkoll l-effetti tal-erożjoni tal-preferenza f'konformità sħiħa mal-impenji multilaterali.

▼B

Artikolu 35

Prinċipji

▼M10

1.  Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tkun ibbażata fuq sħubija vera, imsaħħa u strateġika. B’żieda ma’ dan għandha tkun ibbażata wkoll fuq approċċ komprensiv li jibni fuq il-fatturi sodi u l-kisbiet tal-Konvenzjonijiet ACP-KE preċedentiACPACP.

2.  Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tibni fuq inizjattivi ta' integrazzjoni reġjonali tal-Istati ACP. Il-koperazzjoni ta' sostenn għall-koperazzjoni u integrazzjoni reġjonali kif definita fit-Titolu I u l-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandhom ikunu reċiprokament rinforzanti. Fl-isfond tal-għanijiet u l-prinċipji msemmija hawn fuq, il-Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konklużjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika ġodda kompatibbli mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li jneħħu gradwalment il-barrieri għall-kummerċ bejniethom u li jsaħħu l-koperazzjoni fl-oqsma kollha relevanti għall-kummerċ. Għaldaqstant għandha tingħata importanza adegwata għall-miżuri korrispondenti fl-Istati ACP u għall-istrateġiji ta' żvilupp tar-reġjunijiet, li għandhom jiġu sostnuti mill-Komunità, b'mod partikolari permezz tal-għoti ta' għajnuna għall-kummerċ.

▼B

3.  Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tikkunsidra l-ħtiġiet differenti u l-livelli ta' żvilupp tal-pajjiżi u r-reġjuni ta' l-ACP. F'dan il-kuntest, il-Partijiet jikkonfermaw mill-ġdid sehemhom biex jiżguraw trattament speċjali u differenzjali għall-pajjiżi kollha ta' l-ACP u biex jibqgħu jżommu trattament speċjali għal ACP LDCs u li jagħtu konsiderazzjoni xierqa tal-vulnerabilità ta' pajjiżi żgħar, mingħajr żbokk għall-baħar u gżejjer.



KAPITOLU 2

Arranġamenti Ġodda tal-Kummerċ

▼M10

Artikolu 36

Modalitajiet

1.  Fl-isfond tal-għanijiet u prinċipji msemmija hawn fuq, il-Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konklużjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika ġodda kompatibbli mad-WTO, ineħħu gradwalment il-barrieri għall-kummerċ bejniethom u li jsaħħu l-koperazzjoni fl-oqsma kollha relevanti għall-kummerċ.

2.  Il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, bħala strumenti ta' żvilupp, jimmiraw biex inisslu integrazzjoni mingħajr skossi u gradwali tal-Istati tal-ACP fl-ekonomija dinjija, speċjalment billi jiġi użat il-potenzjal sħiħ tal-integrazzjoni reġjonali u l-kummerċ bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar.

3.  Il-Partijiet jaqblu li dawn l-arranġamenti kummerċjali ġodda għandhom jiġu introdotti gradwalment.

Artikolu 37

Proċeduri

1.  Matul in-negozjati tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, il-ħolqien tal-kapaċità għandu jiġi fornit f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu I u tal-Artikolu 35 għas-setturi pubbliċi u privati tal-pajjiżi ACP, inklużi miżuri biex isaħħu l-kompetittività, isaħħu l-organizzazzjonijiet reġjonali u għas-sostenn ta' inizjattivi għall-integrazzjoni tal-kummerċ reġjonali, fejn ikun xieraq mal-għajnuna għall-aġġustament fl-ispiża pubblika u riforma fiskali, kif ukoll għat-titjib tal-infrastruttura u żvilupp, u għall-promozzjoni ta' investiment.

2.  Il-Partijiet ser jirrevedu regolarment il-progress tan-negozzjati kif previst fl-Artikolu 38.

3.  In-negozjati tal-Ftehimiet dwar Sħubija Ekonomika għandhom isiru mal-pajjiżi tal-ACP li jikkunsidraw irwieħhom f'qagħda li jagħmlu dan, fil-livell li jikkunsidraw xieraq u skont il-proċeduri miftiehma mill-Grupp ACP u bil-għan li jsostnu l-proċess ta' integrazzjoni reġjonali ġewwa l-ACP.

4.  In-negozjati tal-Ftehimiet dwar Sħubija Ekonomika għandhom jimmiraw notevolment biex jistabbilixxu skaletta għat-tneħħija gradwali tal-barrieri għall-kummerċ bejn il-Partijiet, skont ir-regoli relevanti tal-WTO. Min-naħa tal-Komunità l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għandha tibni fuq l-acquis u għandha timmira biex ittejjeb l-aċċess preżenti tas-suq għall-pajjiżi tal-ACP permezz, fost l-oħrajn, ta' reviżjoni tar-regoli ta' oriġini. In-negozjati għandhom jikkunsidraw il-livell ta' żvilupp u l-impatt soċjo-ekonomiku tal-miżuri tal-kummerċ fuq il-pajjiżi tal-ACP, u l-kapaċità tagħhom biex jadottaw u jaġġustaw l-ekonomiji tagħhom għall-proċess ta' liberalizzazzjoni. In-negozjati għandhom għalhekk ikunu flessibbli kemm jista' jkun meta jistabbilixxu t-tul ta' żmien ta' perjodu tranżitorju suffiċjenti, u t-trattament finali tal-prodott, waqt li jikkonsidraw setturi sensittivi, u kemm hemm assimetrija skont l-iskaletta għat-tneħħija tat-tariffi, waqt li jibqgħu konformi mar-regoli tal-WTO li jkunu prevalenti f'dak il-waqt.

5.  Il-Partijiet għandhom jikkoperaw mill-qrib u jikkollaboraw mal-WTO bil-għan li jiddefendu l-arranġamenti milħuqa, partikolarment rigward il-grad ta' flessibilità disponibbli.

6.  Il-Partijiet għandhom jiddiskutu ulterjorment kif jistgħu jissemplifikaw u jirrevedu r-regoli tal-oriġini inklużi d-dispożizzjonijiet kumulattivi, biex japplikawhom għall-esportazzjoni tagħhom.

7.  Ladarba l-Istati ACP ikunu kkonkludew Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, dawk l-Istati ACP li ma jkunux Partijiet għal tali Ftehim jistgħu jidħlu fih fi kwalunkwe mument.

8.  Fil-kuntest tal-koperazzjoni ACP-UE b'sostenn għall-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali tal-ACP kif stabbilit fit-Titolu I, u f'konformità mal-Artikolu 35, il-Partijiet għandhom jagħtu każ b'mod partikolari tal-ħtiġijiet li ġejjin mill-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika. Il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 1 tal-Anness IV ta' dan il-Ftehim għanhom japplikaw. Għaldaqstant, il-Partijiet jaqblu dwar l-użu tal-mekkaniżmu l-ġdid tal-iffinanzjar reġjonali li permezz tiegħu r-riżorsi mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' koperazzjoni u riżorsi addizzjonali oħra jistgħu jiġu forniti.

▼M10

Artikolu 37a

Arranġamenti kummerċjali oħra

1.  Fil-kuntest tat-tendenzi tal-politika kummerċjali preżenti li jimmiraw għal liberazzjoni ikbar tal-kummerċ, l-UE u l-Istati ACP jistgħu jieħdu sehem fin-negozjati u fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet li jwasslu għal aktar liberalizzazzjoni multilaterali u bilaterali tal-kummerċ. Tali liberalizzazzjoni tista' twassal għall-erożjoni tal-preferenzi konċessi lill-Istati tal-ACP u taffettwa l-pożizzjoni kompetittivà tagħhom fis-suq tal-UE, kif ukoll lill-isforzi tagħhom għall-iżvilupp, li l-UE hija interessata li ssostni.

2.  F'konformità mal-finijiet tal-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali, l-UE għandha taħdem biex tieħu miżuri sabiex tegħleb l-impatti negattivi possibbli tal-liberalizzazzjoni, bil-għan li żżomm aċċess preferenzjali sinifikattiv fi ħdan is-sistema kummerċjali multilaterali għall-Istati ACP għall-itwal perjodu ta' żmien li hu vijabbli u li jiżgura li kwalunkwe tnaqqis li ma jistax jiġi evitat fi preferenza jiġi introdott gradwalment fuq l-itwal perjodu ta' żmien possibbli.

▼B

Artikolu 38

Kumitat Ministerjali konġunt dwar il-Kummerċ

1.  Għandu jitwaqqaf Kumitat Ministerjali konġunt dwar il-Kummerċ ta' l-ACP-KE.

▼M10

2.  Il-Kumitat Ministerjali dwar il-Kummerċ għandu jiddiskuti kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kummerċ li tinteressa lill-Istati ACP kollhaACP u, b'mod partikolari, jimmonitorja regolarment in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika. Huwa għandu jagħti attenzjoni speċjali lin-negozjati kummerċjali multilaterali li qed isiru bħalissa u għandu jeżamina l-impatt tal-inizzjattivi ta' liberalizzazzjoni iktar wesgħin, fuq il-kummerċ ACP-KE u fuq l-iżvilupp tal-ekonomiji tal-ACP. Huwa għandu jirraporta u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kunsill tal-Ministri, inkluż dwar kwalunkwe miżuri ta' sostenn, bl-għan li jkattar il-benefiċċji tal-ftehimiet kummerċjali ACP-UE.

▼B

3.  Il-Kumitat Ministerjali dwar il-Kummerċ għandu jiltaqa' ta' l-anqas darba fis-sena. Ir-regoli tiegħu ta' proċedura għandhom jiġu stipulati mill-Kunsill tal-Ministri. Għandu jkun kompost mir-rappreżentanti ta' l-Istati ta' l-ACP u l-Komunità.

▼M10

Artikolu 38a

Konsultazzjonijiet

1.  Fejn miżuri ġodda jew miżuri stipulati fil-programmi adottati mill-Komunità dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti sabiex tiffaċilita l-kummerċ x'aktarx li jaffettwaw l-interessi ta' Stat ACP wieħed jew aktar, il-Komunità għandha, qabel l-adozzjoni ta' tali miżuri, tinforma lis-Segretarjat tal-Grupp ACP u lill-Istati ACP ikkonċernati.

2.  Sabiex tippermetti lill-Komunità biex tieħu f'konsiderazzjoni l-interessi tal-Grupp ACP, għandhom isiru konsultazzjonijiet fuq talba ta' dawn tal-aħħar f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim, bl-għan li jilħqu soluzzjoni sodisfaċenti.

3.  Meta r-regoli u r-regolamenti eżistenti tal-Komunità adottati sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ jaffettwaw l-interessi ta' wieħed jew aktar mill-Istati ACP jew meta l-interessi jiġu affetwati mill-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew l-amministrazzjoni ta' tali regoli jew regolamenti, għandhom isiru konsultazzjonijiet fuq talba tal-Istati ACP ikkonċernati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 bl-għan li tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti.

4.  Bil-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti, il-Partijiet jistgħu wkoll isemmu fi ħdan il-Kumitat Ministerjali Konġunt tal-Kummerċ kwalunkwe problemi oħra li jirrelataw mal-kummerċ li jistgħu jirriżultaw mill-miżuri meħuda jew previsti mill-Istati Membri.

5.  Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar tali miżuri sabiex jiżguraw konsultazzjonijiet effettivi.

6.  Il-Partijiet jaqblu li ż-żamma ta' konsultazzjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet ta' Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, u l-għoti ta' informazzjoni permezz tagħhom, dwar kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' tali ftehimiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim, bil-kondizzjoni li l-Istati ACP li x'aktarx jiġu affettwati jkunu kollha kemm huma firmatarji tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika li fi ħdanu jkunu saru l-konsultazzjonijiet jew tkun ingħatat l-informazzjoni.

▼B



KAPITOLU 3

Koperazzjoni fil-Fora Internazzjonali

Artikolu 39

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Il-Partijiet jisħqu fuq l-importanza tas-sehem attiv tagħhom fil-WTO kif ukoll f'organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra billi jsiru membri ta' dawn l-organizzazzjonijiet u jsegwu mill-qrib l-aġenda u l-attivitajiet tagħhom.

2.  Huma jaqblu li jikkoperaw mill-qrib biex jidentifikaw u jwessgħu l-interessi komuni tagħhom fil-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali internazzjonali partikolarment fil-WTO, inkluża parteċipazzjoni fit-twaqqif u tmexxija ta' l-aġenda f'negozjati futuri dwar il-kummerċ multilaterali. F'dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ittejjeb id-dħul fil-Komunità u swieq oħra ta' prodotti u servizzi li joriġinaw fil-pajjiżi ta' l-ACP.

3.  Huma jaqblu wkoll fuq l-importanza ta' flessibilità fir-regoli tal-WTO biex jikkunsidraw il-livell ta' żvilupp ta' l-ACP kif ukoll id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom. Huma jaqblu wkoll fuq il-ħtieġa għal għajnuna teknika biex jippermettu lill-pajjiżi ta' l-ACP biex jimplimentaw l-impenji tagħhom.

4.  Il-Komunità taqbel li tgħin lill-Istati ta' l-ACP fl-isforzi tagħhom, skond id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim, biex isiru membri attivi ta' dawn l-organizzazzjonijiet, billi jiżviluppaw il-kapaċità meħtieġa biex jinnegozjaw, jieħdu sehem b'mod effettiv, jimmonitorjaw u jimplimentaw dawn il-ftehimiet.

Artikolu 40

Merkanzija

1.  Il-Partijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa biex jiżguraw operat aħjar tas-swieq internazzjonali tal-merkanzija u biex iżidu t-trasparenza tas-suq.

2.  Huma jikkonfermaw kemm ikunu jridu jżidu l-konsultazzjonijiet bejniethom fil-laqgħat internazzjonali u fl-organizzazzjonijiet li jittrattaw mal-merkanzija.

3.  Għal dan il-għan, l-iskambju ta' fehmiet għandu jsir fuq talba ta' kull Parti:

 rigward l-operat ta' ftehimiet internazzjonali eżistenti jew partijiet speċjalizzati fuq xogħol intergovernattiv bil-għan li jtejbuhom u jagħmluhom aktar effettivi, konsistenti ma' xejriet tas-suq;

 meta jkun propost li jikkonkludu jew iġeddu ftehim internazzjonali jew jistabbilixxu parti speċjalizzata fuq xogħol intergovernattiv.

L-għan ta' dawn l-iskambji ta' fehmiet għandu jkun li jikkonsidraw l-interess rispettiv ta' kull parti. Dawn jistgħu jsiru, fejn ikun meħtieġ, fil-qafas tal-Kumitat Ministerjali għall-Kummerċ.



KAPITOLU 4

Kummerċ fis-Servizzi

Artikolu 41

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Il-Partijiet jisħqu fuq l-importanza li dejjem tikber ta' servizzi fil-kummerċ internazzjonali u l-kontribut prinċipali tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali.

2.  Huma jikkonfermaw mill-ġdid l-obbligu rispettiv tagħhom skond il-Ftehim Ġenerali fuq il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), u juru l-importanza tal-ħtieġa għal trattament speċjali u differenzjali għal fornituri ta' servizzi ta' l-ACP.

3.  Fil-qafas tan-negozjati tal-liberalizzazzjoni gradwali fil-kummerċ u servizzi, kif previst fl-Artikolu XIX tal-GATS, il-Komunità tidħol biex tagħti konsiderazzjoni favorevoli għall-prijoritajiet ta' l-Istati ta' l-ACP biex itejbu l-iskeda tal-KE, bil-għan li jissodisfaw l-interessi speċifiċi tagħhom.

4.  B'żieda ma' dan il-Partijiet jaqblu ma' l-għan li jestendu skond ftehimiet ekonomiċi ta' sħubija, u wara li jkunu kisbu ftit esperjenza biex japplikaw it-trattament tan-Nazzjon l-Aktar Favorit (MFN) skond il-GATS, is-sħubija tagħhom biex tkopri l-liberalizzazzjoni ta' servizzi skond id-dispożizzjonijiet tal-GAT u partikolarment dawk relatati mal-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw fi ftehimiet għal-liberalizzazzjoni.

▼M10

5.  Il-Komunità għandha tappoġġja, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, l-isforzi tal-Istati ACP biex isaħħu l-kapaċità tagħhom biex jipprovdu servizzi. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-servizzi relatati max-xogħol, in-negozju, id-distribuzzjoni, il-finanzi, it-turiżmu, il-kultura u l-kostruzzjoni u servizzi relatati mal-inġinerija bil-għan li jitjiebu l-kompetittività tagħhom u b’hekk iżidu l-valur tal-kummerċ tagħhom fil-merkanzija u servizzi.

▼B

Artikolu 42

Trasport Marittimu

1.  Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta' servizzi li jħallu l-qligħ u effiċjenti fit-trasport marittimu f'ambjent marittimu bla periklu u nadif bħala l-mod prinċipali ta' trasport li jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali u b'hekk ikunu jikkostitwixxi waħda mill-forzi li jsostnu l-iżvilupp ekonomiku u l-iżvilupp tal-kummerċ.

2.  Huma jinkarigaw irwieħhom li jippromwovu l-liberalizzazzjoni tat-trasport marittimu u għal dan il-għan japplikaw effettivament il-prinċipju ta' dħul bla restrizzjoni għas-suq ta' trasport internazzjonali bil-baħar fuq bażi diskriminatorja u kummerċjali.

3.  Kull Parti għandha tagħti, fost affarijiet oħra, trattament mhux anqas favorevoli minn dak mogħti lill-bastimenti tagħha, lill-bastimenti mħaddma minn ċittadini jew kumpaniji tal-Parti l-oħra, u għal bastimenti rreġistrati fit-territorju ta' kull waħda mill-partijiet, kif ukoll drittijiet u ħlasijiet, faċilitajiet doganali u l-assenjament ta' rmiġġi u faċilitajiet għat-tagħbija u ħatt.

▼M10

4.  Il-Komunità għandha tappoġġa, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, l-isforzi tal-Istati ACP biex jiżviluppaw u jippromwovu servizzi tat-trasport marittimu ta' nfiq effettiv u effiċjenti fl-Istati ACP bil-għan li jkattru s-sehem tal-operaturi ACP f’servizzi ta’ trasport internazzjonali bil-baħar.

▼B

Artikolu 43

Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u Komunikazzjoni, u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni

1.  Il-Partijiet jirrikonoxxu r-rwol importanti tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll il-parteċipazzjoni attiva fis-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, bħala rekwiżit minn qabel għall-integrazzjoni b'suċċess tal-pajjiżi ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija.

2.  Għalhekk huma jikkonfermaw mill-ġdid l-impennji rispettivi tagħhom skond ftehimiet multilaterali eżistenti, partikolarment il-protokoll dwar Telekomunikazzjonijiet Bażiċi marbuta mal-GATS, u jistiednu dawk il-pajjiżi ta' l-ACP, li għadhom mhumiex membri ta' dawk il-ftehimiet, biex jaslu fi qbil magħhom.

3.  B'żieda ma' dan jaqblu li jieħdu sehem bis-sħiħ u b'mod attiv f'kull negozjar internazzjonali fil-ġejjieni, li jista' jitmexxa f'dan il-qasam.

4.  Il-Partijiet għandhom għalhekk jieħdu miżuri li jippermettu lill-abitanti tal-pajjiżi ta' l-ACP li jkollhom aċċess faċli għat-tekonoloġiji ta' l-informazzjoni u komunikazzjoni, permezz, fost oħrajn, il-miżuri li ġejjin:

 l-iżvilupp u l-inkoraġġiment ta' l-użu ta' riżorsi ta' enerġija rinnovabbli li jistgħu jħallsu għalihom;

 l-iżvilupp u l-użu ta' networks mingħajr fili rħas aktar estensivi;

▼M4

 l-iżvilupp u l-inkoraġġiment ta’ l-użu tal-kontenut lokali għat-Tekonoloġiji ta’ l-Informatika u tal-Komunikazzjoni.

▼M10

5.  Il-Partijiet jaqblu wkoll li jżiedu l-koperazzjoni bejniethom fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u tas-Soċjetà tal-Informazzjoni. Din il-koperazzjoni għandha, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, tkun b'mod partikolari diretta lejn komplimentarjetà u armonizzazzjoni ikbar tas-sistemi ta' komunikazzjoni, fuq livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali u lejn l-adattament tagħhom għat-teknoloġiji l-ġodda.

▼B



KAPITOLU 5

Oqsma Relatati mal-Kummerċ

Artikolu 44

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza dejjem tikber ta' oqsma ġodda relatati mal-kummerċ li jħaffu integrazzjoni dejjem akbar ta' l-Istati ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija. Huma għalhekk jaqblu li jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom f'dawn l-oqsma billi jistabbilixxu parteċipazzjoni sħiħa u kordinata fid-diskussjonijiet u ftehimiet internazzjonali relevanti.

▼M10

2.  Il-Komunità għandha tappoġġja l-isforzi tal-Istati ACP, permezz ta strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, biex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw l-oqsma kollha relatati mal-kummerċ, inkluż, fejn neċessarju, it-titjib u l-appoġġ tal-qafas istituzzjonali.

▼B

Artikolu 45

Politika tal-Kompetizzjoni

1.  Il-Partijiet jaqblu li l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta' politki u regoli ta' kompetizzjoni effettivi u sodi huma ta' importanza kruċjali sabiex itejbu u jiżguraw klima ta' investiment bonarju, proċess ta' industrijalizzazzjoni sostenibbli u trasparenza fl-aċċess għas-swieq.

2.  Sabiex jiżguraw l-eliminazzjoni ta' tgħawwiġ tal-kompetizzjoni tajba u b'kunsiderazzjoni xierqa għal-livelli differenti ta' żvilupp u ħtiġiet ekonomiċi ta' kull pajjiż ta' l-ACP, huma jimpenjaw irwieħhom li jimplimentaw regoli u politika nazzjonali u reġjonali inkluż il-kontroll u skond ċerti kondizzjonijiet il-projbizzjoni ta' ftehimiet bejn l-impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prassi miftiehma bejn l-impriżi li jkollhom bħala għan jew riżultat tagħhom il-prevenzjoni, restrizzjoni jew tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. B'żieda ma' dan il-Partijiet jaqblu li jipprojbixxu l-abbuż minn impriża waħda jew aktar ta' pożizzjoni dominanti fis-suq komuni tal-Komunità jew fit-territorju ta' l-Istati ta' l-ACP.

▼M10

3.  Il-Partijiet jaqblu wkoll li jsaħħu l-koperazzjoni f’dan il-qasam bl-iskop li jifformulaw u jappoġġjaw politiki tal-kompetizzjoni effettivi mal-aġenziji tal-kompetizzjoni nazzjonali xierqa li gradwalment jiżguraw l-infurzar effiċjenti tar-regoli tal-kompetizzjoni sew minn intrapriżi privati kif ukoll statali. Il-koperazzjoni f’dan il-qasam għandha, b'mod partikolari, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, tinkludi għajnuna fl-abbozzar ta’ qafas legali xieraq u l-infurzar amministrattiv tiegħu b’referenza partikolari għall-qagħda speċjali tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati.

▼B

Artikolu 46

Protezzjoni ta' Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-posizzjonijiet tal-Partijiet fin-negozjati multilaterjali, il-Partijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa biex jiżguraw livell adekwat u effettiv ta' protezzjoni ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, u drittijiet oħra koperti bit-TRIPS inkluża l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, b'konformità ma' l-istandards internazzjonali bl-iskop li jnaqqsu d-distorzjonijiet u impedimenti għall-kummerċ bilaterali.

2.  Huma jisħqu fuq l-importanza, f'dan il-kuntest, li jaderixxu mal-Ftehim fuq Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali (TRIPS) għall-Ftehim tal-WTO u l-Konvenzjoni fuq il-Bijodiversità Bijoloġika (CBD).

3.  Huma jiftehmu wkoll mal-ħtieġa li jaqblu mal-konvenzjonijiet relevanti kollha fuq proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali kif hemm riferenza għalihhom fil-Parti I tal-Ftehim dwar it-TRIPS, b'konformità mal-livell tagħhom fuq l-iżvilupp.

4.  Il-Komunità, l-Istati Membri tagħha u l-Istati ta' l-ACP jistgħu jikkonsidraw il-konklużjoni tal-ftehimijiet immirati biex jipproteġu trademarks u indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti ta' interess partikolari ta' kull waħda mill-Partijiet.

5.  Għall-fini ta' dan il-Ftehim, proprjetà intellettwali tinkludi partikolarment drittijiet ta' l-awtur, inklużi d-drittijiet fuq programmi tal-kompjuter, u drittijiet simili, inklużi disinni artistiċi, u proprjetà industrijali li tinkludi mudelli ta' utilità, privattivi inklużi privattivi għal invenzjonijiet bijo-teknoloġiċi u varjetajiet ta' pjanti jew sistemi effettivi oħra skond il-ġeneru tagħhom, disinni industrijali, indikazzjonijiet ġeografiċi inklużi ismijiet ta' oriġini, trademarks ta' merkanziji jew servizzi, topografiji ta' ċirkuwiti integrati kif ukoll il-protezzjoni legali ta' data bases u l-protezzjoni kontra kompetizzjoni inġusta kif hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 10a tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni ta' Proprjetà Industrijali u l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzali mhux mistura fuq proċess ta' kif isir ċertu xogħol.

▼M10

6.  Il-Partijiet jaqblu wkoll li jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom f'dan il-qasam. Fuq talba, skont termini u kundizzjonaijiet maqbula reċiprokament, u permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, il-koperazzjoni għandha, fost l-oħrajn, tiġi estiża għal dawn l-oqsma: it-tħejjija ta' liġijiet u regolamenti għall-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, il-prevenzjoni tal-abbuż ta' tali drittijiet mid-detenturi tad-drittijiet u l-ksur ta' tali drittijiet mill-kompetituri, l-istabbiliment u t-tisħiħ tal-uffiċċji domestiċi u reġjonali u aġenziji oħra inklużi organizzazzjonijiet reġjonali għall-appoġġ tad-drittijiet intellettwali involuti fl-infurzar u l-protezzjoni, inkluż it-taħriġ tal-persunal.

▼B

Artikolu 47

Standardizzazzjoni u Ċertifikazzjoni

1.  Il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw aktar mill-qrib fil-qasam ta' standardizzazzjoni, ċertifikazzjoni u assigurazzjoni ta' kwalità biex ineħħu il-barrieri tekniċi mhux meħtieġa u biex inaqqsu d-differenzi bejniethom f'dawk l-oqsma, hekk li jiffaċilitaw il-kummerċ.

F'dan il-kuntest, huma jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom skond il-Ftehim fuq il-Barrieri Tekniċi għall-kummerċ, mehmuż mal-Ftehim tal-WTO (Ftehim ta' TBT).

▼M10

2.  Il-Koperazzjoni fl-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, għandha timmira biex tippromwovi sistemi kompatibbli bejn il-Partijiet u b’mod partikolari tinkludi:

▼B

 miżuri, skond il-Ftehim ta' TBT, biex jippromwovu użu akbar ta' regolamenti, standards u proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità, inklużi miżuri speċifiċi tas-settur, skond il-livell ta' żvilupp ekonomiku fil-pajjiżi ta' l-ACP,

 koperazzjoni fil-qasam ta' l-amminitrazzjoni tal-kwalità u l-assigurazzjoni f'oqsma magħżula ta' importanza għall-Istati ta' l-ACP,

 l-appoġġ ta' inizjattivi li jiżviluppaw il-kapaċità fil-pajjiżi ta' l-ACP fl-oqsma tal-valutazzjoni tal-konformità, metroloġija u standardizzazzjoni,

 l-iżvilupp ta' rabtiet li jiffunzjonaw bejn l-istandardizzazzjoni ta' l-ACP u l-Ewropa, istituzzjonijiet ta' valutazzjoni u ċertifikazzjoni ta' konformità.

3.  Il-Partijiet jieħdu l-inkarigu li jikkunsidraw, meta jkun il-mument propizju, li jinnegozjaw ftehimiet ta' rikonoxximent reċiproku f'setturi ta' interess ekonomiku reċiproku.

Artikolu 48

Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji

1.  Il-Partijiet jirrikonoxxu d-dritt ta' kull Parti li tadotta jew tinforza miżuri sanitarji u fitosanitarji meħtieġa biex jipproteġu l-ħajja u s-saħħa umana, ta' l-annimali jew tal-pjanti, bla ħsara għall-ħtieġa li dawn il-miżuri ma jikkostitwux mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni travestita għall-kummerċ, b'mod ġenerali. Għal dan l-iskop, huma jaffermaw l-impenji tagħhom skond il-Ftehim fuq l-Applikazzjoni ta' Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji, mehmuża mal-Ftehim tal-WTO (Ftehim ta' l-SPS), waqt li jagħtu kunsiderazzjoni tal-livell rispettiv tagħhom għall-iżvilupp.

2.  B'żieda ma' dan huma jieħdu l-inkarigu li jinfurzaw l-kordinazzjoni, konsultazzjoni u informazzjoni rigward in-notifika u l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji proposti, skond il-Ftehim ta' l-SPS kull meta dawn il-miżuri jistgħu jaffettwaw l-interessi ta' kull waħda mill-Partijiet. Huma jaqblu wkoll fuq konsultazzjoni u kordinazzjoni minn qabel fil-Codex Alimentarius, l-Uffiċċju Internazzjonali ta' Epizootiċi u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti, bl-iskop li jkattru l-interessi komuni tagħhom.

▼M10

3.  Il-Partijiet jiftehmu li jsaħħu l-koperazzjoni bejniethom, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, bl-iskop li jsaħħu mill-ġdid il-kapaċità tagħhom fis-settur pubbliku u privat tal-pajjiżi ACP f’dan il-qasam.

▼B

Artikolu 49

Kummerċ u Ambjent

▼M10

1.  Il-Partijiet jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali b’mod li jiżguraw amministrazzjoni sostenibbli u soda tal-ambjent, skont il-konvenzjonijiet u l-impenji internazzjonali f’dan il-qasam u b’kunsiderazzjoni xierqa għal-livell ta’ żvilupp rispettiv tagħhom. Huma jaqblu li l-ħtiġiet u r-rekwiżiti speċjali tal-Istati ACP għandhom jiġu kkunsidrati fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri ambjentali, inkluż fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32a.

▼B

2.  Waqt li jiftakru fil-Prinċipji ta' Rio u bl-iskop li jinfurzaw l-appoġġ reċiproku tal-kummerċ u l-ambjent, il-Partijiet jiftehmu li jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom f'dan il-qasam. Il-koperazzjoni għandha partikolarment timmira biex tistabbilixxi politki koerenti nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, rinfurzar ta' kontrolli ta' kwalità ta' merkanzija u servizzi relatati ma' l-ambjent, it-titjib ta' metodi ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent f'setturi relevanti.

▼M10

3.  Il-Partijiet jaqblu li l-miżuri ambjentali m'għandhomx jiġu użati għal finijiet protezzjonistiċi.

▼B

Artikolu 50

Standards ta' Kummerċ u Xogħol

1.  Il-Partijiet jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għal standards bażiċi ta' xogħol rikonoxxuti internazzjonalment, kif imfissra mill-Konvenzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), partikolarment il-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt ta' negozjar kollettiv, it-tneħħija ta' xogħol forzat, it-tneħħija ta' l-agħar forom ta' xogħol tat-tfal u l-ħelsien minn kull diskrimanzzjoni rigward l-impiegi.

2.  Huma jaqblu li jsaħħu l-koperazzjoni f'dan il-qasam, partikolarment fl-oqsma li ġejjin:

 skambju ta' informazzjoni dwar il-leġislazzjoni rispettiva u regolamenti dwar ix-xogħol;

 il-formulazzjoni ta' leġislazzjoni nazzjonali dwar ix-xogħol u t-tisħiħ ta' leġislazzjoni eżistenti;

 programmi edukattivi u li jqajmu kuxjenza;

 jinfurzaw l-aderenza mal-leġislazzjoni nazzjonali u regolamenti dwar ix-xogħol.

▼M10

3.  Il-Partijiet jaqblu li l-istandards tax-xogħol m’għandhomx jintużaw għal skopijiet protezzjonistiċi.

▼B

Artikolu 51

Politika dwar il-Konsumatur u Protezzjoni tas-Saħħa tal-Konsumatur

1.  Il-Partijiet jaqblu li jgħaġġlu l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-politika tal-konsumatur u protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, waqt li jagħtu konsiderazzjoni xierqa biex jevitaw barrieri għall-kummerċ.

▼M10

2.  Il-koperazzjoni għandha, b’mod partikolari, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, timmira biex ittejjeb il-kapaċità istituzzjonali u teknika f’dan il-qasam, li tistabbilixxi sistemi ta’ allarm rapidu ta’ informazzjoni reċiproka fuq prodotti perikolużi, bl-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi dwar it-twaqqif u l-użu ta’ sorveljanza ta' wara tqegħid fis-suq ta’ prodotti u sikurezza tal-prodotti, li ttejjeb l-informazzjoni offruta lill-konsumaturi dwar prezzijiet, karatteristiċi ta’ prodotti u servizzi offruti, waqt li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ assoċjazzjonijiet indipendenti tal-konsumaturi u kuntatti bejn ir-rappreżentanti tal-interess tal-konsumtur, itejbu l-kompatibilità tal-politki u s-sistemi tal-konsumatur, tgħarraf bl-infurzar tal-leġislazzjoni u tippromwovi l-koperazzjoni fl-investigazzjoni ta’ prassi ta’ negozju ta’ ħsara jew inġusti u jimplimentaw projbizzjonijiet ta’ esportazzjoni fil-kummerċ bejn il-Partijiet ta’ merkanzija u servizzi li l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom tkun ġiet ipprojbita fil-pajjiż ta’ fejn ikunu ġew manifatturati.

▼B

Artikolu 52

Klawsola ta' Tax Carve-out

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 31 ta' l-Anness IV, it-trattament tan-Nazzjon l-Aktar Favorit skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jew kull ftehim adottat skond dan il-Ftehim, ma japplikax għall-vantaġġi ta' taxxa li l-Partijiet qed ifornu jew jistgħu jfornu fil-futur fuq il-bażi tal-ftehimiet biex jevitaw tassazzjoni doppja jew arranġamenti oħra ta' taxxa, jew leġislazzjoni domestika fiskali.

2.  Xejn f'dan il-Ftehim, jew f'kull ftehim adottat skond dan il-Ftehim, ma jista' jiġi interpretat biex jipprevjeni l-adozzjoni jew infurzar ta' kull miżura mmirata biex tipprevjeni l-iskansar jew l-evażjoni tat-taxxi skond id-dispożizzjonijiet tat-taxxi tal-ftehimiet biex jevitaw tassazzjoni doppja jew arranġamenti oħra tat-taxxi, jew leġislazzjoni domestika fiskali.

3.  Xejn f'dan il-Ftehim, jew f'kull ftehim adottat skond dan il-Ftehim, m'għandu jiġi interpretat biex jipprevjeni l-Partijiet milli jiddistingwu, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-leġislazzjoni fiskali tagħhom, bejn min iħallas it-taxxa li ma jkunux fl-istess sitwazzjoni, partikolarment rigward il-post tagħhom ta' residenza, jew rigward il-post fejn il-kapital tagħhom ikun investit.



KAPITOLU 6

Koperazzjoni f'Oqsma Oħra

Artikolu 53

Ftehimiet dwar is-Sajd

1.  Il-Partijiet jiddikjaraw ir-rieda tagħhom li jinnegozjaw ftehimiet dwar is-sajd immirati biex jiggarantixxu kondizzjonijiet sostenibbli u sodisfaċenti b'mod reċiproku għall-attivitajiet tas-sajd fl-Istati ta' l-ACP.

2.  Fil-konklużjoni jew implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet, l-Istati ta' l-ACP m'għandhomx jiddiskriminaw kontra l-Komunità jew fost l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti speċjali bejn l-Istati li qed jiżviluppaw fl-istess area ġeografika, inklużi l-arranġamenti reċiproki dwar is-sajd, l-anqas m'għandha l-Komunità tiddiskrimina kontra Istati ta' l-ACP.

Artikolu 54

Sigurtà fl-ikel

1.  Rigward prodotti agrikoli disponibbli, il-Komunità tinkariga ruħha biex tiżgura li rifużjonijiet ta' l-oġġetti esportati jistgħu jiġu ffissati aktar bil-quddiem għall-Istati ta' l-ACP kollha rigward il-firxa ta' prodotti miġbura fl-isfond tar-rekwiziti ta' l-ikel murija minn dawk l-Istati.

2.  L-iffissar minn quddiem għandu jkun għal sena waħda u għandu jkun applikat kull sena għal kemm itul dan il-Ftehim, waqt li għandhom jifhmu illi l-livell tar-rifużjoni jkun determinat skond il-metodi normalment segwiti mill-Kummissjoni.

3.  Arranġamenti speċifiċi jistgħu jkunu konklużi ma' dawk l-Istati ta' l-ACP li jitolbu dan fil-kuntest tal-politki tagħhom dwar is-sigurtà fl-ikel.

4.  L-arranġamenti speċifiċi msemmija fil-paragrafu 3 m'għandhomx jipperikolaw il-produzzjoni u l-andament tal-kummerċ fir-reġjuni ta' l-ACP.



PARTI 4

ŻVILUPP TA' KOPERAZZJONI FINANZJARJA



TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI



KAPITOLU 1

L-Għanijiet, il-Prinċipji, il-Linji ta' Gwida u l-Eliġibilitá

Artikolu 55

Għanijiet

L-għanijiet ta' l-iżvilupp tal-koperazzjoni finanzjarja għandhom ikunu, permezz tal-provvista ta' riżorsi finanzjarji adekwati u għajnuna teknika finanzjarja, biex jgħinu u jippromwovu l-isforzi ta' l-Istati ta' l-ACP biex jilħqu l-għanijiet stipulati f'dan il-Ftehim fuq il-bażi ta' interess reċiproku u fi spirtu ta' interdipendenza.

Artikolu 56

Prinċipji

▼M10

1.  L-iżvilupp tal-koperazzjoni finanzjarja għandu jkun implimentat fuq il-bażi tal-għanijiet, l-istrateġiji u l-prijoritajiet ta' żvilupp stabbiliti mill-Istati ACP, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dawk reġjonali u intra-ACP, u jkun konsistenti magħhom. Il-karatteristiċi ġeografiċi, soċjali u kulturali rispettivi tagħhom, kif ukoll il-potenzjal speċifiku tagħhom, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni. Il-koperazzjoni għandha tkun immexxija minn aġenda maqbula internazzjonalment dwar l-effettività tal-għajnuna, u tkun ibbażata fuq l-appartenenza, l-allinjament, il-kordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tad-donaturi, il-ġestjoni għar-riżultati tal-iżvilupp u l-affidabbiltà reċiproka. B'mod partikolari, il-koperazzjoni għandha:. B'mod partikolari, il-koperazzjoni għandha:

a) tippromwovi appartenenza lokali fil-livelli kollha tal-proċess tal-iżvilupp;

b) tirrifletti sħubija bbażata fuq drittijiet u obbligi reċiproċi;

c) tenfasizza l-importanza tal-prevedibbiltà u s-sigurtà fil-flussi tar-riżorsi, mogħtija f'termini tassew konċessjonali u fuq bażi kontinwa;

d) tkun flessibbli u tadegwa ruħha għas-sitwazzjoni f'kull Stat tal-ACP kif ukoll tadatta ruħha għan-natura speċifika tal-proġett jew il-programm ikkonċernat; u

e) tiżgura l-effiċjenza, il-kordinazzjoni u l-konsistenza.

▼B

2.  Il-koperazzjoni għandha tiżgura trattament speċjali għall-pajjizi tal-LDC ACP u għandha tikkonsidra b'mod xieraq il-vulnerabbilità ta' pajjiżi ta' l-ACP li ma jkollhomx żbokk għall-baħar u gżejjer. B'żieda ma' dan, għandhom ikunu indirizzati l-ħtiġiet speċifiċi ta' pajjiżi li ħarġu minn konflitt.

Artikolu 57

Linjigwida

1.  Ħidmiet iffinanzjati fil-qafas ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu implimentati mill-Istati ta' l-ACP u l-Komunità b'koperazzjoni mill-qrib, waqt li jirrikonoxxu l-kunċett ta' ugwaljanza bejn l-imsieħba.

2.  L-Istati ta' l-ACP għandhom ikunu responsabbli:

(a) biex jiddefinixxu l-iskopijiet u l-prijoritajiet li fuqhom ikunu bbażati l-programmi indikattivi;

(b) biex jagħżlu l-proġetti u programmi;

(ċ) biex jippreparaw u jippreżentaw rapporti fuq proġetti u programmi;

(d) biex jippreparaw, jinnegozjaw u jikkonkludu kuntratti;

(e) biex jimplimentaw u jamministraw proġetti u programmi; u

(f) ikomplu proġetti u programmi.

3.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet aktar qabel, atturi eliġibbli mhux ta' l-Istat jistgħu wkoll ikunu responsabbli biex jipproponu u jimplimentaw programmi f'oqsma li jikkonċernawhom.

4.  L-Istati ta' l-ACP u l-Komunità għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt sabiex:

(a) jistabbilixxu, ġewwa l-istituzzjonijiet konġunti, il-linjigwida għall-iżvilupp tal-koperazzjoni finanzjarja;

(b) jadottaw il-programmi indikattivi;

(ċ) jevalwaw proġetti u programmi;

(d) jiżguraw l-ugwaljanza fil-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni għal sejħiet għal offerti u kuntratti;

(e) jimmonitorjaw u jevalwaw l-effetti u riżultati ta' proġetti u progammi; u

(f) jiżguraw it-twettiq xieraq, pront u effiċjenti ta' proġetti u programmi.

5.  Il-Komunità għandha tkun responsabbli biex tieħu deċiżjonijiet għall-finanzjament ta' proġetti u programmi.

6.  Kemm-il darba ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, id-deċiżjonijiet kollha li jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni ta' xi waħda mill-Partijiet għandhom ikunu approvati, jew jitqiesu bħala approvati, fi żmiem 60 jum min-notifika mill-Parti l-oħra.

▼M4

Artikolu 58

Eliġibbilità għall-finanzjament

1.  L-entitajiet jew korpi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju provdut taħt dan il-Ftehim:

(a) Stati ta’ l-ACP;

▼M10

(b) korpi reġjonali jew interstatali li għalihom jappartjenu wieħed jew aktar mill-Istati ACP, inklużi l-Unjoni Afrikana jew korpi oħrajn li għandhom membri li mhumiex Stati ACP, li huma awtorizzati minn dawk l-Istati ACP; u

▼M4

(ċ) korpi konġunti stabbiliti mill-Istati ta’ l-ACP u l-Komunità sabiex isegwu ċerti obiettivi speċifiċi.

2.  Suġġett għall-qbil ta’ l-Istat jew l-Istati konċernati ta’ l-ACP, dawn li ġejjin għandhom ukoll ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju:

(a) aġenziji u dipartimenti nazzjonali u/jew reġjonali, pubbliċi jew semi-pubbliċi, ta’ Stati ta’ l-ACP inklużi l-Parlamenti, u, partikolarment, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-banek ta’ l-iżvilupp tagħhom;

(b) kumpanniji, ditti u organizzazzjonijiet privati oħra u operaturi privati ta’ l-Istati ta’ l- ACP;

(ċ) intrapriżi ta’ xi Stat Membru tal-Komunità sabiex ikunu jistgħu, flimkien mal-kontribut tagħhom stess, iwettqu proġetti produttivi fit-territorju ta’ xi Stat ta’ l-ACP;

▼M10

(d) l-intermedjarji finanzjarji tal-ACP jew tal-Komunità li jipprovdu, jippromwovu u jiffinanzjaw investimenti privati fl-Istati ACP;

▼M4

(e) awtoritajiet deċentralizzati lokali ta' Stati ta’ l-ACP u tal-Komunità; u

▼M10

(f) pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li mhumiex parti mill-Grupp ACP fejn jipparteċipaw f’inizjattiva konġunta jew f'organizzazzjoni reġjonali mal-Istati ACP f'konformità mal-Artikolu 6 tal-Anness IV għal dan il-Ftehim.

▼M4

3.  Partijiet mhux Statali mill-Istati ta’ l-ACP u mill-Komunità li huma ta' natura lokali, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju provdut taħt il-Ftehim, skond il-modalitajiet miftiehma fil-programmi indikattivi reġjonali u nazzjonali.

▼B



KAPITOLU 2

L-Iskop u-Natura tal-Finanzjament

Artikolu 59

Fil-qafas tal-prijoritajiet stabbiliti mill-Istat ta' l-ACP jew Stati konċernati f'livelli sew nazzjonali u reġjonali, jista' jingħata appoġġ lil proġetti, programmi u forom oħra ta' ħidmiet li jikkontribwixxu għall-iskopijiet stipulati f'dan il-Ftehim.

Artikolu 60

Skop ta' finanzjament

L-iskop ta' finanzjament jista' jinkludi, fost oħrajn, filwaqt li jiddependi fuq il-ħtiġiet u t-tipi ta' ħidma kkunsidrata l-aktar xierqa, appoġġ għal:

(a) miżuri li jikkontribwixxu biex jiffaċilitaw il-piż tad-dejn u problemi ta' bilanċ ta' pagamenti tal-pajjiżi ta' l-ACP;

(b) riformi u politki makroekonomiċi u strutturali;

▼M10

(c) il-mitigazzjoni tal-effetti negattivi b'terminu qasir ta' xokkijiet eżoġeni, inklużi instabilità fid-dħul mill-esportazzjonijiet fuq ir-riformi u l-politiki soċjo-ekonomiċi;

▼B

(d) politki u riformi settorjali;

(e) żvilupp istituzzjonali u żvilupp ta' kapaċità;

(f) programmi ta' koperazzjoni teknika; u

▼M10

(g) l-assistenza umanitarja u ta' emerġenza inklużi l-assistenza lir-refuġjati u lil persuni spostati, l-interventi li jgħaqqdu l-għajnuna u r-rijabilitazzjoni għal terminu qasir mal-iżvilupp għal terminu twil f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' wara l-kriżi, u l-istat ta' preparazzjoni għad-diżastri.

▼B

Artikolu 61

Natura ta' finanzjament

1.  In-natura ta' finanzjament għandha, fost oħrajn, tinkludi:

(a) proġetti u programmi;

(b) linji ta' kreditu, skemi ta' garanti u parteċipazzjoni ekwa;

(ċ) appoġġ għan-nefqa pubblika, jew direttament, għall-Istati ta' l-ACP li l-munita tagħhom tkun tista' tinqaleb u tiġi trasferita liberament, jew indirettament, minn fondi komplimentari ġenerati mid-diversi strumenti tal-Komunità;

(d) ir-riżorsi umani u materjali meħtieġa għall-amministrazzjoni u superviżjoni effettiva ta' proġetti u programmi;

(e) programmi ta' appoġġ ta' importazzjoni settorjali u ġenerali li jistgħu jieħdu l-forma ta':

(i) programmi ta' importazzjoni settorjali permezz ta' akkwist dirett inkluż il-finanzjament ta' kontribuzzjonijiet fis-sistema produttiva u provvisti biex itejbu s-servizzi soċjali;

(ii) programmi ta' importazzjoni settorjali fil-forma ta' kambju barrani rilaxxat f'pagamenti biex jiffinanzja importazzjoni settorjali; u

(iii) programmi ta' importazzjoni ġenerali fil-forma ta' kambju barrani rilaxxat f'pagamenti biex jiffinanzja importazzjoni ġenerali li tkopri firxa wiesgħa ta' prodotti.

▼M10

2.  Għandha tingħata assistenza baġitarja diretta b'sostenn għal riformi makroekonomiċi u settorjali fil-każijiet fejn:

(a) ikun hemm jew ikunu qed jiġu implimentati strateġiji nazzjonali jew settorjali ta' żvilupp iffukati fuq il-faqar, li jkunu definiti tajjeb;

(b) ikun hemm jew tkun qed tiġi implimentata politika makroekonomika orjentata lejn l-istabilità li tkun definita sew u li tkun stabbilita mill-pajjiż innifsu u li tkun evalwata pożittivament mid-donaturi ewlenin tagħha inklużi, fejn ikun rilevanti, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali; u

(c) ġestjoni finannzjarja pubblika li tkun suffiċjentement trasparenti, responsabbli u effettiva.

Il-Komunità għandha tallinja dwar is-sistemi u l-proċeduri speċifiċi għal kull pajjiż ACP, timmoniterja s-sostenn baġitarju tagħha mal-pajjiż sieħeb u ssostni lill-pajjiżi sħab biex isaħħu r-responsabbiltà domestika, l-iskrutinju parlamentari, il-kapaċitajiet ta' awditjar u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.

▼B

3.  Għajnuna simili diretta għall-budget għandha tingħata lill-politki settorjali minflok proġetti individwali.

4.  L-istrumenti ta' programmi ta' importazzjoni jew appoġġ għall-budget imfissra aktar qabel jistgħu wkoll jintużaw biex jappoġġaw Stati ta' l-ACP eliġibbli biex jimplimentaw riformi mmirati għal-liberalizzazzjoni ekonomika intra-reġjonali biex jiġġeneraw spejjeż transizzjonali netti.

▼M10

5.  Fil-qafas tal-Ftehim, il-fondi allokati taħt il-qafas finanzjarju multiannwali ta' koperazzjoni taħt dan il-Ftehim, ir-riżorsi proprji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Bank) u fejn riżorsi oħra adegwati jkunu meħudin mill-baġit tal-Komunità Ewropea, għandhom ikunu użati biex jiffinanzjaw proġetti, programmi u forom oħrajn ta' operazzjonijiet li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

▼B

6.  Il-fondi previsti skond il-Ftehim jistgħu jintużaw biex ikopru l-ispejjeż totali sew ta' l-ispiża lokali kif ukoll barranija ta' proġetti u programmi, inkluż finanzjament rikorrenti tan-nefqa.



TITOLU II

KOPERAZZJONI FINANZJARJA



KAPITOLU 1

Riżorsi Finanzjarji

Artikolu 62

Ammont ġenerali

1.  Għall-finijiet stipulati f'dan il-Ftehim, l-ammont ġenerali ta' l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità u t-termini dettaljati u kondizzjonijiet tal-finanzjament huma previsti fl-Annessi ta' dan il-Ftehim.

2.  Jekk Stat ta' l-ACP jonqos li jirratifika dan il-Ftehim jew imur kontra tiegħu, il-Partijiet għandhom jaġġustaw l-ammonti tar-riżorsi previsti fil-Protokoll Finanzjarju stipulat fl-Anness I. L-aġġustament tar-riżorsi finanzjarji għandhom japplikaw għal:

(a) adeżjoni tal-Ftehim ta' Stati ġodda ta' l-ACP States li ma jeħdux parti fin-negozjar tiegħu; u

(b) it-tkabbir tal-Komunità.

Artikolu 63

Metodi ta' finanzjament

Il-metodi ta' finanzjament għal kull proġett jew programm għandu jkun stipulat b'mod konġunt mill-Istat jew Stati ta' l-ACP konċernati u l-Komunità b'riferenza għal:

(a) il-livell ta' żvilupp, il-qagħda ġeografika u ċirkustanzi ekonomiċi u finanzjarji ta' dawn l-Istati;

(b) in-natura tal-proġett jew programm, ir-ritorn ekonomiku u finanzjament tagħha kif ukoll l-impatt soċjali u kulturali; u

(ċ) fil-każ ta' self, fatturi li jiggarantixxu s-servizz tagħhom.

Artikolu 64

Ħidmiet On-lending

1.  Għajnuna finanzjarja tista' ssir disponibbli għal jew mill-Istati ta' l-ACP konċernati jew, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim permezz ta' istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli jew direttament għal kull benefiċjarju eliġibbli ieħor. Fejn tingħata għajnuna finanzjarja lil min jeħodha finalment permezz ta' intermedjarju jew direttament lill-benefiċjarju finali fis-settur privat:

(a) it-termini u l-kondizzjonijiet li bihom l-għajnuna tista' ssir disponibbli mill-intermedjarju għal min finalment jirċeviha jew direttament lill-benefiċjarju finali fis-settur privat għandha tiġi stipulata fil-ftehim tal-finanzjament jew kuntratt ta' self; u

(b) kull benefiċċju finanzjarju li jakkumula lill-intermedjarju mit-transazzjoni on-ending jew li jirriżulta minn ħidmiet diretti ta' self għall-benefiċjarju finali fis-settur privat, għandu jintuża għal finijiet ta' żvilupp bil-kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim finanzjarju jew il-kuntratt ta' self, wara li jikkunsidra spejjeż amministrattivi, riskji ta' kambju u finanzjarji u l-ispiża ta' għajnuna teknika mogħtija lil min jirċevieh finalment.

2.  Fejn il-finanzjament jitwettaq permezz ta' korp on-lending ibbażat u/jew li jkun jopera fl-Istati ta' l-ACP, għandha tkun ir-responsabbiltà ta' dak il-korp u li jevalwa proġetti individwali u li jamministra l-fondi mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu skond il-kondizzjonijiet previsti f'dan il-Ftehim u bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet.

Artikolu 65

Ko-finanzjament

1.  Ir-riżorsi ta' finanzjament previsti f'dan il-Ftehim jistgħu jkunu applikati, fuq talba tal-pajjiżi ta' l-ACP, għal ko-finanzjar li jibda partikolarment ma' aġenziji u istituzzjonijiet ta' żvilupp, Stati Membri tal-Komunità, Stati ta' l-ACP, pajjiżi terzi jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew privati, ditti jew aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni.

2.  Konsiderazzjoni speċjali għandha tingħata għall-possibiltà ta' ko-finanzjament fil-każi fejn parteċipazzjoni tal-Komunità tkun tinkoraġġixxi l-parteċipazzjni ta' sorsi oħra u fejn dan il-finanzjament jista' jwassal għal pakkett ta' vantaġġi finanzjarji għall-Istat ta' l-ACP konċernat.

3.  Ko-Finanzjament jista' jkun f'forma ta' finanzjament konġunt jew parallel. Tingħata preferenza f'kull każ għas-soluzzjoni, li hija aktar xierqa mil-lat li jħalli profitt. B'żieda ma' dan, għandhom jittieħdu miżuri biex jikkordinaw u jarmonizzaw operazzjonijiet tal-Komunità u dawk il-korpi oħra ta' ko-finanzjament sabiex inaqqsu l-għadd ta' proċeduri li għandhom jittieħdu mill-Istati ta' l-ACP u biex jagħmlu dawk il-proċeduri aktar flessibbli.

4.  Il-proċess ta' konsultazzjoni u kordinazzjoni ma' donaturi u ko-finanzjaturi oħra għandu jissaħħaħ u jiġi żviluppat, permezz li jistabbilixxu ftehimiet ta' qafas għal ko-finanzjament u politki u proċeduri ta' ko-finanzjament għandhom jiġu evalwati biex jiżguraw effettività u l-aqwa termini u kondizzjonijiet possibbli.



KAPITOLU 2

Appoġġ dwar id-dejn u l-Aġġustament strutturali

Artikolu 66

Appoġġ biex itaffi d-dejn

▼M10

1.  Sabiex jitnaqqsu l-piż tad-dejn tal-Istati ACP u l-problemi tal-bilanċ tal-pagamenti li għandhom, il-Partijiet jaqblu li jużaw ir-riżorsi provduti taħt il-qafas finanzjarju multinannwali ta' koperazzjoni taħt dan il-Ftehim li jikkontribwixxu għal inizjattivi ta' ħelsien mid-dejn approvati f'livell internazzjonali għall-benefiċċju tal-pajjiżi ACP. Barra dan, il-Komunità timpenja ruħha li teżamina kif tista' f'terminu itwal ta' żmien timmobilizza iktar riżorsi tal-Komunità biex isostni l-inizjattivi ta' ħelsien mid-dejn maqbulin internazzjonalment.

▼B

2.  Fuq talba ta' Stat ta' l-ACP, il-Komunità tista' tagħti:

(a) għajnuna biex jistudja u jsib soluzzjonijiet prattiċi għad-dejn inkluż dejn domestiku, diffikultajiet fil-ħlas ta' dejn u problemi fil-bilanċ tal-pagamenti;

(b) tħarriġ fl-amministrazzjoni tad-dejn u negozjati finanzjarji internazzjonali kif ukoll appoġġ għal laqgħat ta' taħriġ; u

(ċ) għajnuna fl-iżvilupp ta' metodi ta' teknika flessibbli u strumenti ta' amministrazzjoni ta' dejn.

3.  Sabiex jikkontribwixxu għas-servizzi tad-dejn li jirriżulta mis-self mir-riżorsi tal-Bank tiegħu, self u riskju ta' kapital speċjali, l-Istati ta' l-ACP jistgħu, skond l-arranġamenti li għandhom isiru fuq bażi ta' kull każ għalih mal-Kummissjoni, jużaw il-munita barranija msemmija f'dan il-Ftehim għal dan is-servizz, kif u meta ħlas lura tad-dejn ikun waqa' lura u sa l-ammont meħtieġ għal pagamenti fil-munita nazzjonali.

4.  Magħrufa l-gravità tal-problema tad-dejn internazzjonali u l-impatt tagħha fuq it-tkabbir ekonomiku, il-Partijiet jiddikjaraw ir-rieda tagħhom li jkomplu jagħmlu skambju ta' opinjonijiet, fil-kuntest ta' diskussjonijiet internazzjnali, fuq il-problema ġenerali tad-dejn, u mingħajr preġudizzju għal diskussjonijiet speċifiċi li jsiru f'laqgħat internazzjonali.

Artikolu 67

Appoġġ għal aġġustament strutturali

▼M10

1.  Il-qafas ta' kooperazzjoni finanzjarju multi-annwali taħt dan il-Ftehim għandu jipprovdi appoġġ għal riformi makroekonomiċi u settorjali implimentati mill-Istati ACP. F’dan il-qasam, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-aġġustament ikun ekonomikament vijabbli u li jkun jista’ jiġi tollerat soċjalment u politikament. Għandu jingħata appoġġ fil-kuntest ta’ valutazzjoni konġunta bejn il-Komunità u l-Istat ACP konċernat dwar il-miżuri ta’ riforma li jkunu se jitwettqu jew kontemplati f’livell jew makroekonomiku jew settorjali, u li jippermetti evalwazzjoni ġenerali fuq l-isforzi ta’ riforma. Sa fejn hu possibbli l-evalwazzjoni konġunta għandha tiġi allineata ma' arranġamenti speċifiċi għall-pajjiż u l-appoġġ jiġi moniterjat fuq il-bażi tar-riżultati miksuba. Ħlas malajr għandu jkun fattur importanti għal programmi ta’ appoġġ.

▼B

2.  L-Istati ta' l-ACP u l-Komunità jirrikonoxxu l-ħtieġa li jinkoraġġixxu programmi ta' riforma fil-livell reġjonali li jiżguraw li, fil-preparazzjoni u eżekuzzjoni ta' programmi nazzjonali, tingħata konsiderazzjoni xierqa għal attivitajiet reġjonali li jinfluwenzaw l-iżvilupp nazzjonali. Għal dan il-għan, appoġġ għal aġġustament strutturali għandu jfittex ukoll li:

(a) jinkorpora, mill-bidu tad-dijanjożi, miżuri biex jinkoraġġixxu integrazzjoni reġjonali u jikkunsidra l-konsegwenzi ta' aġġustament ma' pajjiżi barranin;

(b) jappoġġa l-armonizzazzjoni u kordinament ta' politki makroekonomiċi u settorjali, inklużi oqsma fiskali u doganali, hekk li jissodisfa l-għan doppju ta' integrazzjoni reġjonali u riforma strutturali f'livell nazzjonali;

(ċ) jikkonsidra l-effetti ta' spejjeż transitorji netti ta' integrazzjoni reġjonali fuq introjtu mill-budget u bilanċ tal-pagamenti, jew permezz ta' programmi ġenerali ta' importazzjoni jew appoġġ tal-budget.

3.  L-Istati ta' l-ACP li jidħlu għal jew jikkonsidraw riforma f'livell makroekonomiku jew settorjali għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna għall-aġġustament strutturali, waqt li jikkonsidraw il-kuntest reġjonali, l-effettività tagħhom u l-impatt li jista' jkollhom fuq id-dimensjoni ekonomika, soċjali u politika ta' l-iżvilupp u fuq it-tbatija ekonomika u soċjali li jgħaddu minnha.

4.  L-Istati ta' l-ACP li jidħlu għall-programmi ta' riforma li jkunu rikonoxxuti u appoġġati ta' l-anqas mid-donaturi multilaterali prinċipali, jew li jkunu qablu magħhom dawn id-donaturi iżda ma jkunux neċessarjament appoġġati finanzjarjament minnhom, għandhom jitqiesu awtomatikament bħala ssodisfaw ir-rekwiżiti għal għajnuna ta' l-aġġustament.

5.  Appoġġ għal aġġustament strutturali għandu jintuża b'mod flessibbli u fil-forma ta' programmi ta' importazzjoni settorjali u ġenerali jew appoġġ tal-budget.

6.  Il-preparazzjoni, evalwazzjoni u deċiżjoni finanzjarja għal programmi ta' aġġustament strutturali għandhom jitwettqu skond id-dispożizzjonijiet fuq il-proċeduri ta' implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim b'konsiderazzjoni xierqa għal fattur ta' ħlas malajr ta' programmi ta' aġġustament strutturali. Fuq il-bażi ta' kull każ għalih, jista' jingħata permess għal finanzjament retroattiv ta' parti limitata ta' importazzjoni li toriġina minn ACP-KE.

7.  L-implimentazzjoni ta' kull programm ta' appoġġ għandha tiżgura li l-eliġibilità ta' operaturi ekonomiċi ta' l-ACP li jkollhom aċċess għar-riżorsi tal-programm tkun wiesa' u trasparenti kemm jista' jkun u li l-proċeduri ta' akkwist ikunu konformi mal-prassi amministrattivi u kummerċjali fl-Istat relatat, waqt li jiżguraw l-aqwa proporzjoni possibbli tal-prezz/kwalità fuq oġġetti importati u l-konsistenza meħtieġa mal-progress miksub internazzjonalment biex jarmonizzaw il-proċeduri għall-appoġġ ta' l-aġġustament strutturali.



▼M10

KAPITOLU 3

Sostenn f'każ ta' xokkijiet eżoġeni

Artikolu 68

1.  Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-instabilità makro-ekonomika li tirriżulta mix-xokkijiet eżoġeni tista' taffettwa ħażin l-iżvilupp tal-Istati ACP u tista' tippreġudika l-issodisfar tal-obbligi ta' żvilupp tagħhom. Għaldaqstant qed tiġi stabbilita sistema ta' sostenn addizzjonali sabiex timmitiga l-effetti negattivi ta' terminu qasir, li jirriżultaw mix-xokkijiet eżoġeni, inklużi l-effetti fuq id-dħul mill-esportazzjoni, u dan fil-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multiannwali taħt dan il-Ftehim.

2.  L-għan ta' dan is-sostenn huwa li jissalvagwardja r-riformi u l-politiki soċjoekonomiċi li jistgħu jiġu affettwati negattivament bħala riżultat tat-tnaqqis fid-dħul u biex jiġu rimedjati l-effetti negattivi f'terminu ta' żmien qasir ta' tali xokkijiet.

3.  Id-dipendenza estrema tal-ekonomiji tal-Istati ACP fuq l-esportazzjonijiet, b'mod partikolari mis-setturi agrikoli u tal-minjieri, għandha tiġi kkunsidrata fl-allokazzjoni tar-riżorsi. F'dan il-kuntest, l-Istati ACP li huma l-inqas żviluppati, li m'għandhomx żbokk għall-baħar u li huma gżejjer, li ġarrbu kunflitt jew diżastru naturali, għandhom jirċievu trattament aktar favorevoli.

4.  Ir-riżorsi addizzjonali għandhom jiġu provduti skont il-modalitajiet speċifiċi tal-makkaniżmu ta' sostenn kif stabbilit fl-Anness II dwar Termini u Kondizzjonijiet tal-Finanzjament.

5.  Il-Komunità għandha wkoll tipprovdi sostenn għal skemi ta' assikurazzjoni bbażati fuq is-suq li huma maħluqa għall-Istati ACP li qed jippruvaw jipproteġu ruħhom kontra l-effetti fuq terminu qasir ta' żmien tax-xokkijiet eżoġeni.

▼B



KAPITOLU 4

Appoġġ għal Politki Settorjali

Artikolu 69

1.  Il-koperazzjoni għandha tappoġġa, permezz ta' diversi strumenti u modalitajiet previsti fil-Ftehim:

(a)  politki u riformi settorjali soċjali u ekonomiċi;

(b) miżuri biex isaħħu attività fis-settur produttiv u kompetittività fl-esportazzjoni;

(ċ) miżuri biex iwessgħu s-servizzi fis-settur soċjali; u

(d) kwistjonijiet tematiċi u multidixxiplinarji.

2.  Dan l-appoġġ għandu jkon provdut kif xieraq permezz ta':

(a) programmi settorjali;

(b) appoġġ fil-budget

(ċ) investimenti;

(d) rijabilitazzjoni;

(e) taħriġ;

(f) għajnuna teknika; u

(g) appoġġ istituzzjonali.



KAPITOLU 5

Proġetti Żgħar u l-Koperazzjoni Deċentralizzata

Artikolu 70

Sabiex tissodisfa l-ħtiġiet tal-komunitajiet lokali rigward l-iżvilupp, u sabiex tinkoraġġixxi l-aġenti kollha ta' koperazzjoni diċentralizzata li jkunu f'pożizzjoni biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp awtonomu ta' l-Istati ta' l-ACP biex iressqu u jimplimentaw inizjattivi, il-koperazzjoni għandha tappoġġa, fil-qafas stipulat fir-regoli u l-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istati ta' l-ACP konċernati u d-dispożizzjonijiet tal-programm indikattiv, operazzjonijiet simili ta' żvilupp. F'dan il-kuntest, il-koperazzjoni għandha tappoġġa:

(a) mikro-proġetti f'livell lokali li għandhom impatt ekonomiku u soċjali fuq il-ħajja tal-poplu, jissodisfaw il-ħtieġa li tintwera u li tkun osservata, u għandhom jitwettqu fuq l-inizjattiva u bil-parteċipazzjoni attiva tal-komunità lokali li għandha tibbenefika minnhom;

(b) koperazzjoni diċentralizzata, partikolarment fejn dawn l-operazzjonijiet jgħaqqdu sforzi u riżorsi ta' aġenti diċentralizzati mill-Istati ta' l-ACP u l-ekwivalenti tagħhom mill-Komunità. Din il-forma ta' koperazzjoni għandha tippermetti l-użu ta' kapaċitajiet, metodi ta' operat innovattiv u riżorsi ta' aġenti diċentralizzati għall-iżvilupp ta' l-Istat ta' l-ACP.

Artikolu 71

1.  Mikroproġetti u operazzjonijiet ta' koperazzjoni diċentralizzati jistgħu jkunu appoġġati mir-riżorsi finanzjarji tal-Ftehim. Proġetti jew programmi taħt il-forma ta' koperazzjoni jistgħu jew ma jistgħux ikunu marbuta ma' programmi fis-setturi ta' konċentrazzjoni tal-programmi indikattivi, imma jistgħu jkunu mezz biex jintlaħqu għanijiet speċifiċi tal-programm indikattiv jew ir-riżultati ta' inizjattivi minn komunitajiet lokali jew aġenti diċentralizzati.

2.  Kontribuzzjonijiet għall-finanzjament ta' mikro-proġetti u koperazzjoni diċentralizzata għandhom isiru mill-Fond, f'liema każ il-kontribuzzjoni għandha normalment teċċedi t-tliet-kwarti tal-prezz totali ta' kull proġett u ma tistax teċċedi l-limitu stipulat fil-programm indikattiv. Il-bilanċ li jkun fadal għandu jkun provdut:

(a) il-Komunità lokali konċernata fil-każ ta' mikro-proġetti (jew b'oġġetti jew fil-forma ta' servizzi jew flus u adattat għal kapaċità tiegħu biex jikkontribwixxi);

(b) mill-aġenti tal-koperazzjoni diċentralizzata, kemm-il darba r-riżorsi finanzjarji, tekniċi, materjali u oħrajn miġjuba minn dawn l-aġenti normalment ma jkunux anqas minn 25 % ta' l-estimu ta' l-ispejjeż tal-proġett/programm; u

(ċ) b'mod eċċezzjonali mill-Istat ta' l-ACP konċernat, jew fil-forma ta' kontribuzzjoni finanzjarja jew permezz ta' l-użu ta' tagħmir pubbliku jew tal-provvista ta' servizzi.

3.  Il-proċeduri applikabbli għall-proġetti u programmi finanzjati skond il-qafas ta' mikroproġetti jew koperazzjoni diċentralizzata għandhom ikunu dawk stipulati fil-Ftehim, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-programmi multi-annwali.



▼M10

KAPITOLU 6

Assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza

Artikolu 72

Prinċipju ġenerali

1.  L-assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza għandha tiġi provduta f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. L-assistenza umanitarja u tal-emerġenza għandha timmira biex issalva u tippreserva l-ħajja u biex tipprevjeni t-tbatija u teħles lill-bnedmin minnha kull fejn hemm ħtieġa. L-assistenza ta' wara l-emerġenza għandha l-għan li tirrijabilita u li tikkolega l-għajnuna ta' terminu qasir mal-programmi ta' żvilupp maħsuba għal perjodi itwal.

2.  Is-sitwazzjonijiet ta' kriżi, jinkludu instabilità jew fraġilità strutturali fit-tul bħal sitwazzjonijiet li joħolqu theddida għall-ordni legali jew għas-sigurtà u s-sikurezza tal-individwi, li jistgħu jeskalaw f'kunflitt armat jew f'destabilizzazzjoni tal-pajjiż. Is-sitwazzjonijiet ta' kriżi jistgħu wkoll jirriżultaw minn diżastri naturali, kriżijiet maħluqa mill-bniedem bħalma huma l-gwerer jew kunflitti oħra jew ċirkostanzi straordinarji li għandhom effetti ekwivalenti li jirrigwardaw fost l-oħrajn it-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali, l-aċċess għall-enerġija u għar-riżorsi naturali, jew faqar estrem.

3.  L-assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza għandha tinżamm għat-tul ta' żmien meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jiġu ttrattati l-bżonnijiet tal-vittmi li jirriżultaw minn dawn is-sitwazzjonijiet, biex b'hekk jiġu kollegati l-għajnuna, ir-rijabilitazzjoni u l-iżvilupp.

4.  L-assistenza umanitarja għandha tiġi mogħtija esklussivament skont il-ħtiġijiet u l-interessi tal-vittmi tas-sitwazzjoni ta' kriżi u f'konformità mal-prinċipji tad-dritt umanitarju internazzjonali u fir-rigward tar-rispett għall-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza. B'mod partikolari, ma għandux ikun diskriminazzjoni bejn il-vittmi fuq bażi ta' razza, oriġini etnika, reliġjon, sess, età, nazzjonalità jew affiljazzjoni politika. Għandhom jiġu garantiti l-aċċess liberu għall-protezzjoni tal-vittmi u l-protezzjoni tagħhom kif ukoll is-sigurtà tal-persunal u t-tagħmir umanitarju.

5.  L-assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza għandha tiġi finanzjata mill-qafas finanazjarju ta' koperazzjoni multiannwali taħt dan il-Ftehim, meta tali assistenza ma tkunx tista' tiġi ffinanzjata mill-Baġit tal-Unjoni. L-assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza għandha tiġi implimentata b'kumplimentarjetà u kordinazzjoni mal-isforzi tal-Istati Membri u f'konformità mal-aħjar prassi fl-effettività tal-għajnuna.

▼M10

Artikolu 72a

Għan

1.  L-assistenza umanitarja u tal-emerġenza għandha timmira li:

(a) tissalvagwardja l-ħajjiet ta' bnedmin li qegħdin fi kriżi u li qegħdin f'sitwazzjonijiet ta' wara l-kriżi;

(b) tikkontribwixxi għall-iffinanzjar u l-għoti tal-għajnuna umanitarja u għall-aċċess dirett għaliha minn min għandu jibbenefika minnhapermezz tal-mezzi loġistiċi kollha disponibbli;

(c) twettaq rijabilitazzjoni u rikostruzzjoni fuq terminu ta' żmien qasir sabiex tippermetti lill-vittmi jibbenefikaw minn integrazzjoni soċjo-ekonomika minima u, mill-aktar fis possibbli, toħloq il-kundizzjonijiet sabiex jerġa' jibda l-iżvilupp fuq il-bażi tal-għanijiet ta' terminu ta' żmien fit-tul stabbiliti mill-pajjiżi u r-reġjuni tal-ACP ikkonċernati;

(d) tindirizza l-ħtiġijiet li jinħolqu mill-ispostament tal-persuni (ir-refuġjati, il-persuni spustati u dawk li jerġgħu lura) wara diżastri naturali jew maħluqin mill-bniedem sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet kollha, għat-tul ta' żmien neċessarju, tar-refuġjati u tal-persuni spustati (ikunu fejn ikunu) u jiffaċilitaw l-azzjoni għar-rimpatrijazzjoni volontarja u r-rijintegrazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini; u

(e) tassisti lill-Istat jew r-reġjun ACP biex jistabilixxu mekkaniżmi għall-prevenzjoni tad-diżastri u għall-istat ta' preparazzjoni għalihom għal tul ta' żmien qasir, inkluż għal previżjoni u twissija bikrija, bl-iskop li jitnaqqsu l-konsegwenzi tad-diżastri.

2.  L-assistenza tista' tingħata lill-Istati u lir-reġjunijiet ACP li jieħdu refuġjati jew nies li jiġu lura biex jilqgħu għall–ħtiġijiet akuti li mhumiex koperti bl-assistenza tal-emerġenza.

3.  L-azzjoni ta' wara l-emerġenza għandha timmira għar-rijabilitazzjoni fiżika u soċjali b'riżultat tal-kriżi kkonċernata u tista' tittieħed biex tikkolega l-għajnuna u r-rijabilitazzjoni għal terminu qasir ta' żmien mal-programmi relevanti ta' żvilupp għal żmien itwal li huma ffinanzjati minn programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali jew inkella l-programmi intra-ACP. Tali azzjonijiet għandhom ikunu neċessarji għat-tranżizzjoni mill-fażi tal-emerġenza għall-fażi tal-iżvilupp, b'mod li jippromwovu r-rijintegrazzjoni soċjoekonomika tal-partijiet tal-popolazzjoni affettwata, sa fejn hu possibbli ineħħu l-kawżi tal-kriżi, u jsaħħu l-istituzzjonijiet u l-appartenenza mill-partijiet interessati lokali u nazzjonali għar-rwol tagħhom fil-formulazzjoni ta' politika ta' żvilupp sostenibbli għall-pajjiż ACP ikkonċernat.

4.  Fejn ikun xieraq, ser jiġu kordinati mekkaniżmi ta' prevenzjoni tad-diżastri u għall-istat ta' preparazzjoni għalihom, għal terminu ta' żmien qasir, kif imsemmi fil-paragrafu 1(e) ma' mekkaniżmi oħra ta' dan it-tip li huma diġà stabbiliti.

L-iżvilupp u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi nazzjonali, reġjonali u tal-ACP kollu għat-tnaqqis u l-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri għandu jgħin lill-Istati tal-ACP biex jibnu r-reżistenza tagħhom għall-impatt tad-diżastri. L-attivitajiet kollha relatati jistgħu jsiru f'koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet u l-programmi reġjonali u internazzjonali li għandhom evidenza tal-esperjenza fit-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri.

▼M10

Artikolu 73

Implimentazzjoni

1.  L-operazzjonijiet ta' assistenza għandhom isiru permezz ta' talba mill-pajjiż jew mir-reġjun ACP affettwati mis-sitwazzjoni ta' kriżi, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, jew fuq parir ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew organizzazzjonijiet lokali jew internazzjonali li mhumiex organizzazzjonijiet tal-Istat.

2.  Il-Komunità għandha tieħu passi adegwati biex tiffaċilita azzjoni rapida, li hija meħtieġa biex tissodisfa l-bżonnijiet immedjati li għalihom hija meħtieġa l-għajnuna. L-għajnuna għandha tiġi amministrata u implimentata skont il-proċeduri li jippermetu lill-operazzjonijiet ikunu rapidi, flessibbli u effettivi.

3.  Filwaqt li jiġi sottolinjat li l-għajnuna mogħtija f'konformità ma' dan il-Kapitolu hija għall-iżvilupp, l-assistenza tista' tiġi użata eċċezzjonalment mal-programm indikattiv fuq talba tal-Istat jew reġjun ikkonċernat.

▼B



KAPITOLU 7

Appoġġ għall-Iżvilupp tas-Settur ta' l-Investiment u dak privat

Artikolu 74

Il-koperazzjoni għandha, permezz ta' l-għajnuna finanzjarja u teknika, tappoġġa l-politki u strateġiji għall-investiment u appoġġ ta' żvilupp mis-settur privat kif stipulati f'dan il-Ftehim.

Artikolu 75

Promozzjoni ta' investiment

L-Istati ta' l-ACP, il-Komunità u l-Istati Membri, skond l-iskop tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, waqt li jirrikonoxxu l-importanza ta' l-investiment privat fil-promozzjoni tal-koperazzjoni ta' l-iżvilupp tagħhom u waqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa biex jieħdu passi biex jippromwovu dan l-investiment, għandhom:

(a) jimplimentaw miżuri biex jinkoraġġixxu parteċipazzjoni fl-isforzi tagħhom ta' żvilupp minn investituri privati li jikkonformaw ruħhom ma' l-iskopijiet u prijoritajiet tal-koperazzjoni ta' żvilupp ta' l-ACP-KE u bil-liġijiet u regolamenti xierqa ta' l-Istati risspettivi tagħhom;

(b) jieħdu miżuri u azzjonijiet li jgħinu biex joħolqu u jkompli bi klima ta' investiment mistenni u assigurat kif ukoll jidħlu f'negozjati ta' ftehimiet li jtejbu din il-klima;

(ċ) jinkoraġġixxu s-settur privat ta' l-UE biex jinvesti u biex jipprovdi għajnuna speċifika li dawk ekwivalenti għalihom fil-pajjiżi ta' l-ACP skond il-koperazzjoni u sħubija reċiproki fin-negozju;

(d) jiffaċilitaw sħubija u joint ventures billi jinkoraġġixxu ko-finanzjament;

(e) jisponsorjaw laqgħat għal investiment settorjali biex jippromwovu sħubijiet u investiment estern;

(f) jappoġġaw sforzi ta' l-Istati ta' l-ACP biex jattiraw finanzjament, b'enfasi partikolari fuq finanzjament privat, għall-investimenti f'infrastruttura u dħul li jiġġenera infrastruttura essenzali għas-settur privat;

(g) jappoġġaw l-iżvilupp tal-kapaċità għall-aġenziji u istituzzjonijiet għall-promozzjoni ta' l-investiment involuti biex jippromwovu u jiffaċilitaw investiment barrani;

(h) ixerrdu informazzjoni fuq opportunitajiet ta' investiment u kondizzjonijiet li joperaw in-negozju fl-Istati ta' l-ACP; u

(i) jippromwovu djalogu, koperazzjoni u sħubija nazzjonali, reġjonali u djalogu fis-settur kummerċjali privat ta' l-ACP-UE, partikolarment permezz tal-laqgħa dwar il-kummerċ ACP-UE settur privat. Appoġġ għall-operazzjonijiet ta' laqgħa ta' negozju bejn is-setturi privati ta' l-ACP-UE u għandu jingħata sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet:

(i) biex jiffaċilita d-djalogu fis-settur privat ta' l-ACP/UE u bejn is-settur privat ta' l-ACP/UE u l-korpi stabbiliti skond il-Ftehim;

(ii) biex janalizza u perjodikament iforni lill-korpi relevanti bl-informazzjoni fuq il-firxa kollha tal-kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet bejn is-setturi privati ta' l-ACP u l-UE fil-kuntest tal-Ftehim jew, b'mod aktar ġenerali, tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-Komunità u l-pajjiżi ta' l-ACP; u

(iii) biex janalizzaw u jipprovdu lill-korpi relevanti bl-informazzjoni fuq problemi speċifiċi ta' natura settorjali li tirrelata ma', fost oħrajn, fergħat tal-produzzjoni jew tipi ta' prodotti f'livell reġjonali jew sotto-reġjonali.

Artikolu 76

Finanzi u appoġġ għall-investiment

1.  Il-koperazzjoni għandha tipprovdi riżorsi finanzjarji għal terminu twil ta' żmien, inkluż kapital ta' riskju, biex tgħin biex tippromwovi tkabbir fis-settur privat u tgħin biex tħaddem kapital domestiku u barrani għal dan il-għan. Għal dan l-iskop, il-koperazzjoni għandha tipprovdi, b'mod partikolari:

(a) għotjiet għall-finanzjament u għajnuna teknika biex jappoġġjaw riforma fil-politika, żvilupp tar-riżorsi umani, tkabbir tal-kapaċità istituzzjonali jew forom oħra ta' appoġġ istituzzjonali relatat ma' investiment speċifiku, miżuri biex iżidu l-kompetittività ta' l-impriżi u biex isaħħu l-kapaċitajiet ta' l-intermedjarji privati finanzjarji u mhux finanzjarji, jiffaċilitaw l-investiment u promozzjoni u attivitajiet li jsaħħu l-kompetittività;

(b) servizzi ta' pariri u konsultattivi biex jgħinu fil-ħolqien ta' klima u bażi informattiva miftuħa għall-investiment biex jiggwidaw u jinkoraġġixxu t-tkattir fil-kapital;

(ċ) kapital ta' riskju għal investimenti ekwi jew kważi-ekwi, garanti b'appoġġ għall-investiment privat domestiku u barrani jew self jew linji ta' kreditu b'kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II, II “Termini u Kondizzjonijiet ta' Finanzjament” ta' dan il-Ftehim; u

▼M10

(d) self mir-riżorsi proprji tal-Bank u mill-Faċilità ta' Investiment, li għandhom it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stabbiliti fl-Anness II għal dan il-Ftehim. Tali self jista' wkoll jiġi użat biex jiġi ffinanzjat l-investiment pubbliku f'infrastruttura bażika.

▼B

2.  Self mir-riżorsi proprji tal-Bank għandhom jigħataw skond l-istatut tiegħu u skond it-termini u kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 77

Garanti ta' l-investiment

1.  Garanti ta' l-investiment qed ikunu għodda dejjem aktar importanti għall-finanzjament ta' żvilupp għax jikkontribwixxu biex inaqqsu r-riskji tal-proġett u jinkoraġġixxu tkattir kapitali privat. Il-koperazzjoni għandha għalhekk tiżgura d-disponibbilità dejjem tikber u l-użu ta' assigurazzjoni ta' riskju bħala mekkaniżmu li jtaffi r-riskju sabiex isaħħaħ il-kunfidenza ta' l-investitur fl-Istati ta' l-ACP.

2.  Il-koperazzjoni għandha toffri garanti u tgħin bil-fondi tal-garanti li jkopru r-riskji għall-investiment kwalifikat. Speċifikament, il-koperazzjoni għandha tipprovdi appoġġ għal:

(a) skemi ta' rijassigurazzjoni biex ikopru investiment dirett barrani minn investituri eliġibbli; kontra inċertezzi legali u riskji prinċipali ta' espatrijazzjoni, restrizzjoni ta' trasferiment tal-munita, gwerra u kommozzjoni ċivili, u ksur ta' kuntratt. Investituri jistgħu jassiguraw proġetti għal kull arranġament ta' l-erba' tipi ta' kopertura;

(b) programmi ta' garanti biex ikopru riskju fil-forma ta' garanti parzjali għall-finanzjament ta' dejn. Sew ir-riskju parzjali kif ukoll il-garanti parzjali tal-kreditu għandhom ikunu disponibbli; u

(ċ) ċittadini u fondi ta' garanti reġjonali, li jinvolvu, partikolarment, istituzzjonijiet jew investituri domestiċi finanzjarji biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp tas-settur finanzjarju.

3.  Il-koperazzjoni għandha tipprovdi wkoll appoġġ biex tiżviluppa l-kapaċità, appoġġ istituzzjonali u parteċipazzjoni fl-iffinanzjar ċentrali ta' inizjattivi nazzjonali u/jew reġjonali biex inaqqsu r-riskji kummerċjali għall-investituri (fost oħrajn fondi ta' garanti, korpi regolatorji, mekkaniżmi ta' arbitraġġ u sistemi ġudizzjarji biex isaħħu l-protezzjoni ta' investiment li jtejbu s-sistemi ta' kreditu ta' esportazzjoni).

4.  Il-koperazzjoni għandha tipprovdi dak l-appoġġ fuq il-bażi ta' valur komplimentari u miżjud rigward l-inizjattivi privati u/jew pubbliċi u, fejn hu possibbli, bi sħubija mal-privat u organizzazzjonijiet pubbliċi oħra. L-ACP u l-KE għandhom fil-qafas tal-Kumitat għal Koperazzjoni għal Żvilupp Finanzjarju bejn ACP-KE jesegwixxu studju konġunt fuq il-proposta biex jistabbilixxu Aġenzija ta' Garanti ACP-KE biex jipprovdu u jamministraw programmi ta' garanti ta' investiment.

Artikolu 78

Protezzjoni ta' investiment

1.  L-Istati ta' l-ACP u l-Komunità u l-Istati Membri tagħhom, fil-kapaċità tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkonfermaw il-ħtieġa li jippromwovu u jipproteġu l-investimenti ta' kull Parti fuq it-territorji rispettivi tagħhom, u f'dan il-kuntest jikkonfermaw l-importanza li jikkonkludu, fl-interess reċiproku tagħhom, ftehimiet għall-promozzjoni ta' investiment u protezzjoni li jistgħu wkoll jipprovdu l-bażi għal skemi ta' assigurazzjoni u garanti.

2.  Sabiex jinkoraġġixxu investiment Ewropew biex jiżviluppaw proġetti ta' importanza speċjali biex, u bil-promozzjoni ta' l-Istati ta' l-ACP, il-Komunità u l-Istati Membri, fuq naħa u l-Istati ta' l-ACP fuq l-oħra, jistgħu jikkonkludu wkoll ftehimiet relatati ma' proġetti speċifiċi ta' interess reċiproku fejn il-Komunità u l-impriżi Ewropej jikkontribwixxu lejn il-finanzjament tagħhom.

3.  Il-Partijiet jaqblu wkoll biex idaħħlu, fil-ftehimiet ta' sħubija ekonomika, u waqt li jirrispettaw il-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha, il-prinċipji ġenerali fuq il-protezzjoni u promozzjoni ta' investimenti, li jappoġġaw l-aqwa riżultati miftiehma fil-laqgħat kompetenti internazzjonali jew bilateralment.



TITOLU III

KOPERAZZJONI TEKNIKA

Artikolu 79

1.  Il-koperazzjoni teknika għandha tgħin lill-Istati ta' l-ACP fl-iżvilupp ta' riżorsi umani għax-xogħol nazzjonali u reġjonali, fl-iżvilupp sostnut ta' istituzzjonijiet importanti għas-suċċess ta' l-iżvilupp, inklużi fost oħrajn it-tisħiħ tad-ditti u organizzazzjonijiet konsultattivi ta' l-ACP, kif ukoll arranġamenti ta' skambju li jinvolvu konsulenti sew minn ditta ta' l-ACP kif ukoll mill-UE.

2.  B'żieda ma' dan, koperazzjoni teknika, għandha tkun li tagħti profitt u relevanti għall-ħtieġa li għaliha tkun intiża, u għandha tiffavorixxi t-trasferiment tat-tagħrif tal-proċess u tkattar il-kapaċitajiet nazzjonli u reġjonali. Il-koperazzjoni teknika għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-proġetti u programmi, inklużi l-isforzi biex isaħħu l-kapaċità ta' amministrazzjoni ta' l-Uffiċjali Awtorittattivi Nazzjonli u Reġjonali. L-għajnuna teknika għandha:

(a) titmexxa skond id-domanda u hekk tkun disponibbli biss fuq talba ta' l-Istat jew Stati ta' l-ACP konċernati, u adattata għall-bżonnijiet ta' min jirċeviha;

(b) tibbilanċja u tappoġġa l-isforzi ta' l-ACP biex jidentifikaw il-ħtiġiet tagħhom stess;

(ċ) tkun monitorjata u segwita għall-effettività tal-garanti;

(d) tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta' l-esperti ta' l-ACP, ditti konsultattivi u edukattivi u istituzzjonijiet ta' riċerka f'kuntratti finanzjati mill-Fond u tidentifika modi biex jimpjegaw persunal kwalifikat nazzjonali u reġjonali fuq proġetti tal-Fondi;

(e) tinkoraġġixxi s-sekondament ta' gruppi nazzjonali ta' l-ACP bħala konsulenti għal istituzzjoni f'pajjiżhom, jew pajjiż ġirien, jew għal organizzazzjoni reġjonali;

(f) ikollhom bħala skop li jiżviluppaw tagħrif fuq ir-restrizzjonijiet tan-numru ta' ħaddiema nazzjonali u reġjonali u jistabbilixxu reġistru ta' esperti, konsulenti u ditti ta' konsultenti ta' l-ACP adatti biex jiġu impjegati fuq proġetti u programmi ffinanzjati mill-Fond;

(g) jappoġġaw għajnuna teknika ġewwa l-ACP sabiex jippromwovu l-iskambju ta' għajnuna teknika, amministrazzjoni u kompetenza professjonali bejn l-Istati ta' l-ACP;

(h) jiżviluppaw programmi ta' azzjoni għal żvilupp ta' istituzzjonijiet u żvilupp ta' persunal fit-tul bħala parti integrali ta' l-ippjanar ta' proġetti u programmi, waqt li jikkonsidraw il-ħtiġiet finanzjarji meħtieġa;

(i) jappoġġaw l-arranġamenti biex isaħħu l-kapaċità ta' l-Istati ta' l-ACP biex jiżviluppaw il-kompetenzi tagħhom; u

(j) jagħti attenzjoni speċjali għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' l-Istati ta' l-ACP fl-ippjanar, implimentazzjoni u evalwazzjoni ta' proġetti, kif ukoll amministrazzjoni tal-budget.

3.  Għajnuna teknika tista' tingħata fl-oqsma kollha ta' koperazzjoni u skond il-limiti ta' l-awtorizzazzjoni tal-Ftehim. L-attivitajiet koperti jistgħu jkunu diversi fl-iskop u natura, u jistgħu jkunu mfassla l-aktar biex jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Istati ta' l-ACP.

4.  Koperazzjoni teknika tista' tkun ta' natura speċifika jew ġenerali. Il-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Koperazzjoni Finanzjarja ta' l-ACP-UE għandhom jistabbilixxu l-linji gwida għall-implimentazzjoni ta' koperazzjoni teknika.

Artikolu 80

Bil-għan li treġġa' lura l-esodu ta' nies imħarrġa mill-Istati ta' l-ACP, il-Komunità għandha tgħin lill-Istati ta' l-ACP li jagħmlu din it-talba biex jiffaċilitaw ir-ritorn ta' ċittadini kwalifikati ta' l-ACP residenti fil-pajjiżi żviluppati permezz ta' inċentivi adatti biex jiġbduhom lura.



TITOLU IV

SISTEMI TA' PROĊEDURI U TA' L-AMMINISTRAZZJONI

Artikolu 81

Proċeduri

Proċeduri ta' amministrazzjoni għandhom ikunu trasparenti, faċli biex tapplikahom u għandhom jippermettu d-diċentralizzazzjoni tal-ħidmiet u responsabbiltajiet fil-qasam. L-implimentazzjoni tal-koperazzjoni għal żvilupp bejn ACP-EU għandha tkun miftuħa għal atturi mhux ta' l-Istat f'oqsma li jikkonċernawhom. Id-dispożizzjonijiet proċedurali dettaljati għall-ipprogrammar, preparazzjoni, implimentazzjoni u l-amministrazzjoni ta' koperazzjoni finanzjarja u teknika huma stipulati fl-Anness IV dwar il-Proċeduri ta' Implimentazzjoni u Amministrazzjoni. Il-Kunsill tal-Ministri jista' jevalwa, jirrevedi u jemenda dawn id-dispożizzjonijiet fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat għal Żvilupp tal-Koperazzjoni Finanzjarja bejn l-ACP-UE.

Artikolu 82

Aġenti eżekutanti

Jinħatru aġenti eżekutanti biex jimplimentaw il-koperazzjoni finanzjarja u teknika skond dan il-Ftehim. Dispożizzjonijiet dettaljati għar-risponsabbiltajiet ta' l-aġenti eżekutanti huma stipulati fl-Anness IV dwar il-Proċeduri għall-Implimentazzjoni u Amministrazzjoni.

Artikolu 83

Kumitat għal Żvilupp tal-Koperazzjoni Finanzjarja bejn l-ACP-UE

1.  Il-Kunsill tal-Ministri għandu ta' l-anqas darba fis-sena jeżamina li l-għanijiet ta' koperazzjoni għal żvilupp finanzjarju jkunu qegħdin jintlaħqu u għandu jeżamina l-problemi ġenerali u speċifiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dik il-koperazzjoni. Għal dan l-iskop, għandu jiġi stabbilit fil-Kunsill tal-Ministri Kumitat għal Żvilupp tal-Koperazzjoni Finanzjarja bejn l-ACP-UE, hawnhekk iżjed “il quddiem imsejjaħ” il-Kumitat ACP-KE.

2.  Il-Kumitat ACP-UE għandu, fost l-oħrajn:

(a) jiżgura li jintlaħqu b'mod ġenerali l-għanijiet u prinċipji tal-koperazzjoni finanzjarja u biex jistabbilixxi linjigwida ġenerali għall-implimentazzjoni tagħhom b'mod effettiv u fil-ħin;

(b) jeżamina l-problemi li joħorġu mill-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet għall-koperazzjoni ta' żvilupp u jipproponi miżuri adatti;

(ċ) jevalwa l-annessi tal-Ftehim biex jiżgura r-relevanza kontinwa tagħhom u jirrakkomanda kull emendi xierqa lill-Kunsill tal-Ministri għall-approvazzjoni; u

(d) jeżamina l-ħidmiet li jsiru fil-qafas tal-Ftehim biex jintlaħqu l-għanijiet li jippromwovu żvilupp u investiment fis-settur privat u l-operazzjonijiet tal-Kompetenza ta' Investiment.

3.  Il-Kumitat ACP-UE, li għandu jiltaqa' kull erba' xhur, għandu jkun kompost, fuq bażi ta' parità, minn rappreżentanti ta' l-Istati ta' l-ACP u tal-Komunità, jew mir-rappreżentanti awtorizzati minnhom. Għandu jiltaqa' f'livell ministerjali kull meta waħda mill-partijiet tagħmel din it-talba u ta' l-anqas darba kull sena.

4.  Il-Kunsill tal-Ministri għandu jistabbilixxi r-regoli proċedurali tal-Kumitat ta' l-ACP-UE, partikolarment il-kondizzjonijiet għar-rappreżentanza u l-għadd ta' membri tal-Kumitat, l-arranġamenti dettaljati tad-deliberazzjonijiet u kondizzjonijiet tagħhom biex jippresjedu.

5.  Il-Kumitat ta' l-ACP-UE jista' jsejjaħ laqgħat ta' esperti biex jistudjaw il-kawża ta' xi diffikultajiet u xkiel, li jistgħu jżommu lura l-implimentazzjoni effiċjenti tal-koperazzjoni ta' żvilupp. Dawn l-esperti għandhom jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat fuq metodi possibbli biex ineħħu dawn id-diffikultajiet u xkiel.



PARTI 5

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-ISTATI TA' L-ACP L-ANQAS ŻVILUPPATI, LI M'GĦANDHOMX AĊĊESS GĦALL-BAĦAR U L-GŻEJJER (LDLICS)



KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 84

1.  Biex LDLICs ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-Ftehim hekk li jgħaġġlu r-rati ta' żvilupp tagħhom, il-koperazzjoni għandha tiżgura trattament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati ta' l-ACP u biex tikkunsidra l-vulnerabilità ta' pajjiżi li m'għandhomx żbokk għall-baħar u gżejjer. Għandha tikkunsidra wkoll il-ħtiġiet ta' pajjiżi f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti.

2.  Indipendentement mill-miżuri u dispożizzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, li m'għandhomx żbokk għall-baħar u gżejjer fil-kapitoli differenzi tal-Ftehim, għandha tingħata attenzjoni speċjali rigward dawk il-gruppi kif ukoll dawk il-pajjiżi f'sitwazzjoni ta' wara konflitt għal:

(a) tisħiħ fil-koperazzjoni reġjonali;

(b) infrastruttura tat-trasport u komunikazzjoni;

(ċ) sfruttament effiċjenti tar-riżorsi marittimi u tqegħid fis-suq ta' prodotti manifatturati minnhom u, fil-każ ta' pajjiżi li m'għandhomx żbokk għall-baħar, sajd intern;

(d) aġġustament strutturali fejn għandu jiġi kkonsidrat il-livell ta' żvilupp ta' dawn il-pajjiżi u ugwalment, fl-istadju ta' implimentazzjoni, tad-dimensjoni soċjali ta' aġġustment; u

(e) l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' ikel u programmi magħquda ta' żvilupp.



KAPITOLU 2

L-Istati ta' l-ACP l-Anqas Żviluppati

Artikolu 85

1.  L-istati ta' l-ACP l-anqas żviluppati għandhom jingħataw trattament speċjali sabiex ikunu jistgħu jegħlbu d-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali serji li jfixklu l-iżvilupp tagħhom hekk li jistgħu jgħaġġlu r-rati rispettivi tagħhom ta' żvilupp.

2.  L-elenku tal-pajjiżi l-anqas żviluppati jinsab fl-Anness VI. Jista' jiġi emendat b'deċiżjoni tal-Kunsill tall-Ministri billi:

(a) Stat barrani f'sitwazzjoni simili jiddaħħal f'dan il-Ftehim; u

(b) is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-Istat ta' l-ACP titbiddel konsiderevolment u għal żmien twil sal-punt li tkun teħtieġ li jkun inkluż fil-kategorija l-anqas żviluppati jew li d-dħul tiegħu f'dik il-kategorija ma jkunx aktar ġustifikat.

Artikolu 86

Id-dispożizzjonijiet adottati rigward l-Istati l-anqas żviluppati ta' l-ACP jinsabu fl-Artikoli li ġejjin: 2, 29, 32, 35, 37, 56, 68, 84, 85.



KAPITOLU 3

L-Istati ta' l-ACP li m'għandhomx Aččess għall-baħar

Artikolu 87

1.  Dispożizzjonijiet u miżuri speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti bħala appoġġ għal Stati ta' l-ACP li m'għandhomx żbokk għal baħar biex jegħlbu d-diffikultajiet ġeografiċi u ostakli oħra tagħhom li jfixklu l-iżvilupp tagħhom hekk li jkunu jistgħu jgħaġġlu r-rati rispettivi tagħhom ta' żvilupp.

2.  L-elenku ta' Stati ta' l-ACP imdawrin bl-art jinsab fl-Anness VI. Jista' jiġi emendat b'deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri meta Stat barrani f'sitwazzjoni simili jidħol fil-Ftehim.

Artikolu 88

Id-dispożizzjonijiet adottati rigward l-Istati ta' l-ACP li m'għandhomx żbokk għall-baħar jinsabu fl-Artikoli li ġejjin: 2, 32, 35, 56, 68, 84, 87.



KAPITOLU 4

L-Istati Gżejjer ACP

Artikolu 89

▼M4

1.  Għandhom jiġu segwiti azzjonijiet speċifiċi sabiex l-istati gżejjer ta' l-ACP jingħataw appoġġ fl-isforzi tagħhom sabiex iwaqqfu jew inaqqsu l-vulnerabbiltà li qed tiżdied, tagħhom, kawżata minn sfidi ġodda u qawwija ekonomiċi, soċjali u ekoloġiċi. Dawn l-azzjonijiet għandhom ifittxu li javvanzaw l-implementazzjoni tal-prijoritajiet, għall-iżvilupp sostenibbli, ta' l-istati li huma gżejjer żgħar li qegħdin jiżviluppaw, filwaqt li jippromwovu approċċ armonizzat għat-tkabbir ekonomiku u għall-iżvilupp tar-risors uman tagħhom.

▼B

2.  L-elenku ta' Stati ta' l-ACP Gżejjer jinsab fl-Anness VI. Jista' jiġi emendat b'deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri meta Stat barrani f'sitwazzjoni simili jidħol fil-Ftehim.

Artikolu 90

Id-dispożizzjonijiet adottati rigward l-Istati Gżira ta' l-ACP jinsabu fl-Artikoli li ġejjin: 2, 32, 35, 56, 68, 84, 89.



PARTI 6

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 91

Konflitt bejn dan il-Ftehim u trattati oħra

L-ebda trattat, konvenzjoni, ftehim jew arranġament ta' l-ebda tip bejn Stat Membru jew aktar tal-Komunità u Stat wieħed jew aktar ta' l-ACP ma jista' jfixkel l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 92

Skop ta' applikazzjoni territorjali

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali rigwardanti r-relazzjonijiet bejn l-Istati ta' l-ACP u d-dipartiment Franċiżi ‘l bogħod mill-pajjiż previsti fih, dan il-Ftehim għandu japplika, minn banda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jiġi applikat u skond il-kondizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat u, mill-banda l-oħra, għat-territorji ta' l-Istati ta' l-ACP.

Artikolu 93

Ratifika u dħul fis-seħħ

1.  Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet firmatarji skond ir-regoli u proċeduri konstituzzjonali rispettivi tagħhom.

2.  L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni f'dan il-Ftehim għandhom jiġu depożitati fil-każ ta' l-Istati ta' l-ACP, mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u fil-każ tal-Komunità u l-Istati Membri, mas-Segretarjat Ġenerali ta' l-Istati ta' l-ACP. Is-Segretarjati għandhom minnufih jgħarrfu lill-Istati firmatarji u lill-Komunità.

3.  Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta' meta jiġu depożitati l-istrumenti ta' ratifika ta' l-Istati Membri u ta' l-anqas żewġ-terzi ta' l-Istati ta' l-ACP, u ta' l-istrument ta' approvazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-Komunità.

4.  L-Istati firmatarji ta' l-ACP li ma lestewx il-proċeduri stipulati fil-paragrafi 1 u 2 sad-data li fih dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ kif provdut fil-paragrafu 3 jistgħu jagħmlu hekk biss fi żmien 12-il xahar wara dik id-data, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.

Għal Stati bħal dawn dan il-Ftehim għandu jkun applikabbli fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkunu lesti dawn il-proċeduri. Dawn l-Istati għandhom jirrikonoxxu l-validità ta' kull miżura meħuda biex timplimenta l-Ftehim wara d-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ.

5.  Ir-regoli ta' proċedura ta' l-istituzzjonijiet konġunti stabbiliti skond dan il-Ftehim għandhom jistipulaw il-kondizzjonijiet li bihom ir-rappreżentanti ta' l-Istati Firmatarji msemmija fil-paragrafu 4 jistgħu jattendu f'dawk l-istituzzjonijiet bħala osservaturi.

6.  Il-Kunsill tal-Ministri jista' jiddeċiedi li jagħti appoġġ speċjali għall-parti ta' l-Istati ta' l-ACP lil Konvenzjonijiet ta' l-ACP-KU preċedenti li, fl-assenza ta' istituzzjonijiet stabbiliti normali mill-gvern, ma jkunux jistgħu jiffirmaw jew jirratifikaw dan il-Ftehim. Dan l-appoġġ jista' jikkonċerna l-Iżvilupp ta' istituzzjoni u l-attivitajiet ta' żvilupp ekonomiku u soċjali, waqt li jikkonsidraw b'mod partikolari l-ħtiġiet tas-sezzjonijet l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni. F'dan il-kuntest, dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jieħdu mill-fondi previsti fil-Parti 4 ta' dan il-Ftehim għal koperazzjoni finanzjarja u teknika.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 4, il-pajjiżi konċernati li huma firmatarji tal-Ftehim jistgħu jikkonkludu l-proċeduri ta' ratifika fi żmien tnax-il xahar mit-twaqqif mill-ġdid ta' l-istituzzjonijiet tal-gvern.

Il-pajjiżi konċernati li la ffirmaw u l-anqas irratifikaw il-Ftehim jistgħu jidħlu fih permezz tal-proċedura ta' adeżjoni prevista fl-Artikolu 94.

Artikolu 94

Adeżjoni

1.  Kull talba għall-adeżjoni ma' dan il-Ftehim li ssir minn Stat indipendenti li l-karatteristiċi strutturali u sitwazzjoni ekonomika u soċjali tiegħu huma simili ma' dawk ta' l-Istati ta' l-ACP għandhom jiġu pprezżentati lill-Kunsill tal-Ministri.

Jekk talba tiġi approvata mill-Kunsill tal-Ministri, l-Istat konċernat għandu jidħol f'dan il-Ftehim billi jiddepożita att ta' adeżjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu jibgħat kopja awtentikata lis-Segretarjat ta' l-ACP u jgħarrfu lill-Istati Membri. Il-Kunsill tal-Ministri jistgħu jistipulaw kull miżura li temenda miżuri li jistgħu jkunu meħtieġ.

L-Istat konċernat għandu jgawdi l-istess drittijiet u jkun soġġett għall-istess obbligi ta' l-Istati ta' l-ACP. L-adeżjoni tiegħu ma tistax tikkontravjeni fuq il-benefiċċji li jgawdu l-Istati ta' l-ACP firmatarji ta' dan il-Ftehim skond id-dispożizzjonijiet fuq il-koperazzjoni ta' l-iżvilupp ta' finanzjament. Il-Kunsill tal-Ministri jistgħu jistipola l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti speċifiċi għall-adeżjoni ta' Stat individwali fi protokoll speċjali li għandu jagħmel parti integrali tal-Ftehim.

2.  Il-Kunsill tal-Ministri għandu jingħata parir fuq kull talba li ssir minn Stat barrani biex isir membru ta' grupp ekonomiku ta' l-Istati ta' l-ACP.

3.  Il-Kunsill tal-Ministri għandu jingħata parir fuq kull talba minn Stat barrani biex isir membru ta' l-Unjoni Ewropea. Matul in-negozjati bejn l-Unjoni u l-Istat applikant, il-Komunità għandha tipprovdi lill-Istati ta' l-ACP b'kull informazzjoni relevanti u huma min-naħa tagħhom għandhom jgħaddu l-kwistjonijiet tagħhom lill-Komunità hekk li tkun tista' tikkunsidrahom sew. Is-Segretarjat ta' l-ACP għandu jkun notifikat mill-Komunità b'kull adeżjoni ta' l-Unjoni Ewropea.

Kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea għandu jsir Parti minn dan il-Ftehim mid-data ta' l-adeeżjoni tiegħu permezz ta' klawsola b' dan l-iskop fl-att ta' adeżjoni. Jekk l-att ta' adeżjoni ma' l-Unjoni ma jipprovdix għal din l-adeżjoni awtomatika ta' Stat Membru ma' dan il-Ftehim, l-Istat Membru konċernat għandu jagħti l-kunsens tiegħu billi jiddepożita att ta' adeżjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu jibgħat kopja awtentikata lis-Segretarjat ta' l-ACP u jgħarraf lill-Istati Membri.

Il-Partijiet għandhom jevalwaw l-effetti ta' l-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda fuq il-Ftehim. Il-Kunsill tal-Ministri jista' jiddeċiedi fuq kull miżura transizzjonali jew li temenda li tista' tkun meħtieġa.

Artikolu 95

Dewmien tal-ftehim u klawsola ta' reviżjoni

1.  Dan il-Ftehim huwa hawnhekk konkluż għal perjodu ta' għoxrin sena, li jibda mill-1 ta' Marzu 2000.

2.  Protokolli ta' finanzjament huma definiti għal kull perjodu ta' ħames snin.

▼M10

3.  Il-Komunità u l-Istati Membri, minn naħa waħda, u l-Istati ACP, min-naħa l-oħra, għandhom jgħarrfu lill-Parti l-oħra mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel l-iskadenza ta’ kull perjodu ta’ ħames snin b'kull evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jixtiequ jagħmlu bil-għan ta’ emenda li tista’ ssir għall-Ftehim. Minkejja dan il-limitu ta’ żmien, jekk Parti waħda titlob reviżjoni ta’ xi dispożizzjoni tal-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha perjodu ta’ xahrejn li fihom titlob l-estensjoni tar-reviżjoni għal dispożizzjonijiet oħra relatati ma' dawk li kienu s-suġġett tat-talba tal-bidu.

▼B

Għaxar xhur qabel ma jgħaddi l-perjodu ta' ħames snin, il-Partijiet għandhom jidħlu f'negozjati bil-għan li jeżaminaw kull emenda possibbli għad-dispożizzjonijiet li kienu s-soġġett ta' notifika.

L-Artikolu 93 għandu japplika wkoll għall-emendi li jsiru.

Il-Kunsill tal-Ministri għandu jadotta kull miżura transizzjonali li tista' tkun meħtieġa rigward id-dispożizzjonijiet emendati sakem dawn jidħlu fis-seħħ.

4.  Tmintax-il xahar qabel ma jispiċċa l-perjodu totali tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jibdew negozjati sabiex jeżaminaw liema dispożizzjonijiet għandhom sussegwentement jirregolaw ir-relazzjonijiet tagħhom.

Il-Kunsill tal-Ministri għandu jadotta kull miżura transitorja li tista' tkun meħtieġa sakemm il-Ftehim il-ġdid jidħol fis-seħħ.

Artikolu 96

Elementi essenzali: Proċedura ta' konsultazzjoni u miżuri xierqa rigward id-drittijiet umani, prinċipji demokratiċi u r-regola tad-dritt

1.  Fis-sens ta' dan l-Artikolu, it-terminu “Parti” tirreferi għall-Komunità u l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, minn banda, u kull Stat ta' l-ACP, fuq l-oħra.

▼M4

1a.  Iż-żewġ partijiet jiftiehmu li jeżawrixxu l-possibbiltajiet kollha għad-djalogu taħt l-Artikolu 8, ħlief f'każijiet ta' urġenza speċjali, qabel ma jibdew il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu.

▼B

2.  

►M4

 

(a) Jekk, minkejja d-djalogu politiku dwar l-elementi essenzjali kif previsti fl-Artikolu 8 u l-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, xi Parti tikkunsidra li l-Parti l-oħra tonqos li twettaq obbligu li joħroġ mir-rispett għad-drittijiet umani, għall-prinċipji demokratiċi u għall-istat tad-dritt imsemmija fl-Artikolu 9(2), hija għandha, ħlief f'każijiet ta’ urġenza speċjali, tforni lill-Parti l-oħra u lill-Kunsill tal-Ministri bl-informazzjoni rilevanti li tkun meħtieġa għal eżami komplet tas-sitwazzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet. Għal dan il-għan, għandha tistieden lill-Parti l-oħra għal konsultazzjonijiet li jiffokaw fuq il-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu mill-Parti konċernata sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni skond l-Anness VII.

Il-konsultazzjonijiet għandhom jitmexxew fil-livell u fil-forma meqjusa l-aktar adatta sabiex tinstab soluzzjoni.

Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara l-istedina u għandhom ikomplu għal perjodu stabbilit bi ftehim reċiproku, li jiddependi min-natura u l-gravità tal-vjolazzjoni. Fl-ebd każ, m'għandu d-djalogu taħt il-proċedura ta’ konsultazzjoni jdum aktar minn 120 ġurnata.

Jekk il-konsultazzjonijiet ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet, jew jekk il-konsultazzjoni tiġi rifjutata jew f’każijiet ta’ urġenza speċjali, jistgħu jittieħdu miżuri adatti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu revokati hekk kif ir-raġunijiet għat-teħid tagħhom ma jibqgħux jeżistu.

 ◄

(b) It-terminu “każi ta' urġenza speċjali” għandhom jirreferu għal każi eċċezzjonali ta' vjolazzjoni partikolarment serja u flagranti ta' wieħed mill-elementi essenjali msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 9, li jkunu jeħtieġu reazzjoni immedjata.

Il-Parti li jkollha tagħżel il-proċedura ta' urġenza speċjali għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra u lill-Kunsill tal-Ministri separatament bil-fatt kemm-il darba ma jkollhiex iż-żmien biex tagħmel dan.

(ċ) Il-“miżuri xierqa” li hemm riferenza għalihom f'dan l-Artikolu huma miżuri meħuda skond il-liġi internazzjonali, u proporzjonali għal vjolazzjoni. Fl-għażla ta' dawn il-miżuri, prijorità għandha tingħata lil dawk li l-anqas jiddisturbaw l-applikazzjoni ta' dan l-arranġament. Huwa mifhum li sospensjoni tkun miżura ta' l-aħħar.

Jekk il-miżuri jittieħdu fil-każi ta' urġenza speċjali, huma għandhom jiġu notifikati minnufih lill-Parti l-oħra u lill-Kunsill tal-Ministri. Fuq talba tal-Parti konċernata, konsultazzjonijiet jistgħu jsiru sabiex jeżaminaw is-sitwazzjoni b'mod metikoluż u, jekk huwa possibbli, jinstabu soluzzjonijiet. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jitmexxew skond l-arranġamenti stipulati fit-tieni u t-tielet sottoparagrafi tal-paragrafu (a).

Artikolu 97

Proċedura ta' konsultazzjoni u miżuri xierqa rigward korruzzjoni

1.  Il-Partijiet jikkonsidraw li meta l-Komunità tkun soċju sinjifikanti skond l-appoġġ finanzjarju għall-politki u programmi ekonomiċi u settorjali, każi serji ta' korruzzjoni għandhom jagħti bidu għal konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

▼M4

2.  F’dawn il-każijiet kwalunkwe Parti tista’ tistieden lilloħra għal konsultazzjonijiet. Tali konsultazzjonijiet għandhom jibdew mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara listedina u d-djalogu taħt il-proċedura ta’ konsultazzjoni ma għandux idum aktar minn 120 ġurnata.

▼B

3.  Jekk il-konsultazzjonijiet ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet jew jekk il-konsultazzjoni tkun rifjutata, il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri adatti. Fil-każi kollha, hija r-responsabbilta tal-Parti fejn il-każi serji ta' korruzzjoni ikunu saru li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirrimedja s-sitwazzjoni minnufih. Il-miżuri meħuda minn kull Parti għandhom ikunu proporzjonali għas-serjeta tas-sitwazzjoni. Fl-għażla ta' dawn il-miżuri, għandha tingħata prijorità lil dawk li l-anqas jiddisturbaw l-applikazzjoni ta' dan il-ftehim. Huwa mifhum li sospensjoni għandha tkun miżura ta' l-aħħar.

4.  Fis-sens ta' dan l-Artikolu, it-terminu “Parti” tirreferi għall-Komunità u l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, minn banda, u kull Stat ta' l-ACP, mill-banda l-oħra.

Artikolu 98

Konklużjoni ta' argumenti

1.  Kull argument li jinqala' minn interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan il-Ftehim Stat Membru wieħed jew aktar jew il-Komunità, minn banda, u Stat ta' l-ACP wieħed jew aktar fuq il-banda l-oħra, għandhom jiġu sottomessi għand il-Kunsill tal-Ministri.

Bejn laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri, dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi.

2.  

(a) Jekk il-Kunsill tal-Ministri ma jirnexxilux li jwassal għal konklużjoni tal-kwistjoni, kull Parti tista' titlob konklużjoni ta' l-argument b'arbitraġġ. Għal dan il-għan, kull Parti għandha taħtar arbitru fi żmien tletin jum mit-talba għall-arbitraġġ. Fil-każ li tonqos li tagħmel dan, kull Parti jista' jitlob lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Permanenti ta' l-Arbitraġġ biex taħtar it-tieni arbitru.

(b) Iż-żewġ artbitri għandhom imbagħad jaħtru t-tielet arbitru fi żmien tletin jum. Fil-każ li tonqos li tagħmel dan, kull Parti jista' jitlob lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Permanenti ta' l-Arbitraġġ biex taħtar it-tielet arbitru.

(ċ) Kemm-il darba l-arbitri ma jiddeċidux mod ieħor, il-proċedura applikata għandha tkun dik stipulata fir-regolament dwar arbitraġġ ta' l-għażla tal-Qorti Permanenti ta' l-Arbitraġġ għal Organizzazzjoni Internazzjonali u Stati. Id-deċiżjonijiet ta' l-arbitri għandhom jittieħdu b'vot tal-maġġoranza fi żmien tliet xhur.

(d) Kull Parti fil-kwistjoni għandha tkun marbuta li tieħu l-miżuri meħtieġa biex twettaq id-deċiżjoni ta' l-arbitri.

(e) Biex tiġi applikata din il-proċedura, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jitqiesu li jkunu ħaġa waħda fil-kwistjoni.

Artikolu 99

Klawsola ta' denunzja

Dan il-Ftehim jista' jiġi denunzjat mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha rigward kull Stat ta' l-ACP u minn kull Stat ta' l-ACP rigward il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, wara avviż ta' sitt xhur.

▼M4

Artikolu 100

Status tat-testi

Il-Protokolli u l-Annessi mehmużin ma' dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu, l-Annessi Ia, II, III, IV u VI jistgħu jiġu riveduti u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri fuq bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta' l-ACP-KE għall-Koperazzjoni fil-Finanzjamant ta’ l-Iżvilupp.

▼M10

Dan il-Ftehim, imfassal f’kopja duplikata bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, b'kull test ugwalment awtentiku, għandu jiġi depositat fl-arkiviji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u s-Segretarjat tal-Istati ACP, li għandhom it-tnejn li huma jitrasmettu kopja ċertifikata lill-Gvern ta' kull wieħed mill-Istati Firmatarji.

▼B

Hecho en Cotonú, el veintitrés de junio del año dos mil.

Udfærdiget i Cotonou den treogtyvende juni to tusind.

Geschehen zu Cotonou am dreiundzwanzigsten Juni zweitausend.

Έγινε στην Κοτονού, στις είκοσι τρεις Ιουνίου δύο χιλιάδες.

Done at Cotonou on the twenty-third day of June in the year two thousand.

Fait à Cotonou, le vingt-trois juin deux mille.

Fatto a Cotonou, addì ventitré giugno duemila.

Gedaan te Cotonou, de drieëntwintigste juni tweeduizend.

Feito em Cotonu, em vinte e três de Junho de dois mil.

Tehty Cotonoussa kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhatta.

Som skedde i Cotonou den tjugotredje juni tjugohundra.

Pour Sa Majesté le Roi des Belges

Voor Zijne Majesteit de Koning der Belgen

Für Seine Majestät den König der Belgier

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brusselse Hoofdstedelijke Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

For Hendes Majestæt Danmarks Dronning

Für den Präsidenten der Bundesrepublik Deutschland

Για τον Πρόεδρο της Ελληνικής Δημοκρατίας

Por Su Majestad el Rey de España

Pour le Président de la République française

Thar ceann Uachtarán na hÉireann

For the President of Ireland

Per il Presidente della Repubblica italiana

Pour Son Altesse Royale le Grand-Duc de Luxembourg

Voor Hare Majesteit de Koningin der Nederlanden

Für den Bundespräsidenten der Republik Österreich

Pelo Presidente da República Portuguesa

Suomen Tasavallan Presidentin puolesta

För Republiken Finlands President

På svenska regeringens vägnar

For Her Majesty the Queen of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Por la Comunidad Europea

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Voor de Europese Gemeenschap

Pela Comunidade Europeia

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Pour le Président de la République d'Angola

For Her Majesty the Queen of Antigua and Barbuda

For the Head of State of the Commonwealth of the Bahamas

For the Head of State of Barbados

For the Government of Belize

Pour le Président de la République du Bénin

For the President of the Republic of Botswana

Pour le Président du Burkina Faso

Pour le Président de la République du Burundi

Pour le Président de la République du Cameroun

Pour le Président de la République du Cap-Vert

Pour le Président de la République Centrafricaine

Pour le Président de la République Fédérale Islamique des Comores

Pour le Président de la République démocratique du Congo

Pour le Président de la République du Congo

For the Government of the Cook Islands

Pour le Président de la République de Côte d'Ivoire

Pour le Président de la République de Djibouti

For the Government of the Commonwealth of Dominica

For the President of the Dominican Republic

For the President of the State of Eritrea

For the President of the Federal Republic of Ethiopia

For the President of the Sovereign Democratic Republic of Fiji

Pour le Président de la République gabonaise

For the President and Head of State of the Republic of The Gambia

For the President of the Republic of Ghana

For Her Majesty the Queen of Grenada

Pour le Président de la République de Guinée

Pour le Président de la République de Guinée-Bissau

Pour le Président de la République de Guinée équatoriale

For the President of the Republic of Guyana

Pour le Président de la République d'Haïti

For the Head of State of Jamaica

For the President of the Republic of Kenya

For the President of the Republic of Kiribati

For His Majesty the King of the Kingdom of Lesotho

For the President of the Republic of Liberia

Pour le Président de la République de Madagascar

For the President of the Republic of Malawi

Pour le Président de la République du Mali

For the Government of the Republic of the Marshall Islands

Pour le Président de la République Islamique de Mauritanie

For the President of the Republic of Mauritius

For the Government of the Federated States of Micronesia

Pour le Président de la République du Mozambique

For the President of the Republic of Namibia

For the Government of the Republic of Nauru

Pour le Président de la République du Niger

For the President of the Federal Republic of Nigeria

For the Government of Niue

For the Government of the Republic of Palau

For Her Majesty the Queen of the Independent State of Papua New Guinea

Pour le Président de la République Rwandaise

For Her Majesty the Queen of Saint Kitts and Nevis

For Her Majesty the Queen of Saint Lucia

For Her Majesty the Queen of Saint Vincent and the Grenadines

For the Head of State of the Independent State of Samoa

Pour le Président de la République démocratique de São Tomé et Príncipe

Pour le Président de la République du Sénégal

Pour le Président de la République des Seychelles

For the President of the Republic of Sierra Leone

For Her Majesty the Queen of the Solomon Islands

For the President of the Republic of South Africa

For the President of the Republic of the Sudan

For the President of the Republic of Suriname

For His Majesty the King of the Kingdom of Swaziland

For the President of the United Republic of Tanzania

Pour le Président de la République du Tchad

Pour le Président de la République togolaise

For His Majesty King Taufa'ahau Tupou IV of Tonga

For the President of the Republic of Trinidad and Tobago

For Her Majesty the Queen of Tuvalu

For the President of the Republic of Uganda

For the Government of the Republic of Vanuatu

For the President of the Republic of Zambia

For the Government of the Republic of Zimbabwe

L-ANNESSI GĦALL-FTEHIM

INDIĊI TAL-KONTENUTI

ANNESS I: PROTOKOLL FINANZJARJU

ANNESS IA: QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI TA’ KOPERAZZJONI TAĦT DAN IL-FTEHIM

ANNESS IB: QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI GĦALL-PERIJODU 2008-2013

ANNESS IC: QAFAS FINANZJARJU MULTIANNWALI GĦALL-PERJODU 2014 - 2020

ANNESS II: TERMINI U KONDIZZJONIJIET TAL-FINANZJAMENT

Kapitolu 1: Finanzjament ta' l-investimenti

Kapitolu 2: Operazzjonijiet speċjali

Kapitolu 3: Finanzjament għal ċaqlieq f'perjodu fil-qosor fil-qliegħ mill-esportazzjoni

Kapitolu 4: Dispożizzjonijiet oħrajn

Kapitolu 5: Ftehim dwar il-protezzjoni ta' l-investiment

ANNESS III: APPOĠĠ ISTITUZZJONALI

ANNESS IV: IL-PROĊEDURI TA' L-IMPLIMENTAZZJONI U TA' L-AMMINISTRAZZJONI

Kapitolu 1: Programmar (nazzjonali)

Kapitolu 2: Programmar u preparazzjoni (reġjonali)

Kapitolu 3: Valutazzjoni u finanzjament

Kapitolu 4: Implementazzjoni;

Kapitolu 5: Monitoraġġ u evalwazzjoni

Kapitolu 6: L-amministrazzjoni tar-riżorsi tal-fond u l-aġenti eżekuttivi

ANNESS VI: LISTA TA' LDLICS

ANNESS VII: DJALOGU POLITIKU FIR-RIGWARD TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM, PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI U L-ISTAT TA’ DRITT

PROTOKOLLI

PROTOKOLL 1 DWAR IN-NEFQA OPERATTIVA TA' L-ISTITUZZJONIJIET KONĠUNTI

PROTOKOLLI 2 DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET

Kapitolu 1: Persuni li jieħdu sehem fix-xogħol tal-Ftehim

Kapitolu 2: Propjetà, fondi u assi tal-Kunsill tal-Ministri ACP

Kapitolu 3: Komunikazzjonijiet uffiċjali

Kapitolu 4: Il-persunal tas-Segretarjat ta' l-istati ACP

Kapitolu 5: Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' l-istati ACP

Kapitolu 6: Dispożizzjonijiet ġenerali

PROTOKOLL 3 DWAR L-AFRIKA T'ISFEL

ANNESS I

PROTOKOLL FINANZJARJU

1. Għall-iskopijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim u għal perjodu ta' ħames snin li jibdew mill-1 ta' Marzu 2000, l-ammont globali ta' l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità lejn l-Istati ACP għandha tkun 15 200 miljun EUR.

2. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għanda tinkludi 13 500 miljun EUR mid-Disa' Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp (EDF).

3. Id-disa' EDF għandu jkun allokat bejn l-istrumenti tal-koperazzjoni kif ġej:

(a) 10 000 miljun EUR fil-għamla ta' għotjiet għandhom ikunu riżervati b'borża bħala appoġġ għall-iżvilupp f'perjodu fit-tul. Din il-borża għandha tkun użata sabiex tiffinanzja il-programmi nazzjonali indikattivi bi qbil ma' l-Artikoli 1 sa 5 ta' l-Anness IV “Proċeduri ta' l-implimentazzjoni u ta' l-amministrazzjoni” ta' dan il-Ftehim. Mill-borża għall-appoġġ għal żvilupp f'perjodu fit-tul:

(i) 90 miljun EUR għandhom ikunu riservati għall-finanzjament tal-budget tas-Ċentru għall-Iżvilupp ta' l-Impriża (CDE);

(ii) 70 miljun EUR għandhom ikunu riservati għall-finanzjament tal-budget tas-Ċentru għall-Iżvilupp ta' l-Agrikoltura (CTA); u

(iii) ammont li ma jeċċedix 4 miljun EUR għandu jkun riservat għall-iskopijiet referuti fl-Artikolu 17 ta' dan il-Ftehim (Assempblea Parlamentari Konġunta).

(b) 1 300 miljun EUR fil-għamla ta' għotjiet għandhom ikunu riservati għall-finanzjament ta' l-appoġġ għal koperazzjoni u integrazzjoni reġjonali ta' l-istati ACP bi qbil ma' l-Artikoli 6 sa 14 ta' l-Anness IV “proċeduri ta' l-implimentazzjoni u ta' l-amministrazzjoni” ta' dan il-Ftehim.

(ċ) 2 200 miljun EUR għandhom ikunu allokati għall-finanzjament tal-Faċilità ta' l-investiment bi qbil mat-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II “Termini u kondizzjonijiet tal-finanzjament” ta' dan il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għall-finanzjament tas-sussiji tar-rata ta' l-imgħax li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 2 u 4 ta' l-Anness II tal-Ftehim li jakkwistaw il-fondi mir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 3(a) ta' dan l-Anness.

4. Ammont sa 1 700 miljun EUR għandu jkun ipprovdut mill-Bank Ewopew ta' l-investiment fil-għamla ta' self magħmul mir-riżorsi tiegħu. Dawn ir-riżorsi għandhom ikunu mogħtija għall-iskopijiet stabbiliti fl-Anness II “Termini u Kondizzjonijiet tal-finanzjament” ta' dan il-Ftehim bi qbil mal-kondizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-istatuti tiegħu u tad-dispożizzjonijiet relevanti tat-termini u l-kondizzjonijiet għall-finanzjament ta' l-investiment stabbiliti fl-Anness imsemmi qabel. Il-Bank jista, mir-riżorsi li huwa jamministra, jikkontribwixxi lejn il-finanzjament ta' proġetti u programmi reġjonali.

5. Xi bilanċi li jibqa' mill-EDF preċedenti fid-data tad-dħul fi-seħħ ta' dan il-Protokoll Finanazjarju, kif ukoll ta' xi ammonti li jkunu tneħħew mill-impenn f'data aktar tard mill-proġetti kurrenti permezz ta' dawn il-fondi, għandhom ikunu trasferiti għad-9 EDF u għandhom ikunu wżati bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim. Xi riżorsi hekk trasferiti lejn id-9 EDF li preċedentament kienu ġew allokati għall-programm indikattiv ta' Stat ACP, ta' reġjun ACP għandhom jibqgħu allokati għal dak l-Istat jew reġjun. L-ammont globali ta' dan il-Protokoll Finanzjarju, issupelemntat bit-trasferiment tal-bilanċi mill-EDF preċedenti, għandu jkopri l-perjodu ta' 2000-2007.

6. Il-Bank għandu jamministra is-self magħmul mir-riżorsi tiegħu, kif ukoll l-operazzjonijiet finanzjati permezz tal-Faċilità ta' l-Investiment. Ir-riżorsi finanzjarji l-oħrajn kollha ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni.

7. Qabel l-iskadenza ta' dan il-Protokoll Finanzjarju, il-Partijiet għandhom jistudjaw il-grad ta' realizzazzjoni ta' l-impenji u tal-pagamenti. Dan l-istudju għandu jikkostitwixxi l-bażi għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta' l-ammont globali tar-riżorsi kif ukoll għal evalwazzjoni tal-ħtieġa ta' riżorsi ġodda bħala appoġġ tal-koperazzjoni finanzjarja permezz ta' dan il-Ftehim.

8. Fil-każ tal-fondi li hemm provvediment dwarhom fi kwalunkwe mill-istrumenti tal-Ftehim li jkunu eżawriti qabel ma jkun skada dan il-Protokoll Finanzjarju, l-Kunsill konġunt tal-Ministri ACP-KE għandu jieħu il-miżuri xierqa.

▼M4

9. B’deroga mill-Artikolu 58 ta’ dan il-Ftehim, ammont ta' EUR 90 miljun għandu jiġi trasferit għall-pakkett intra-ACP taħt id-disa' EDF. Dan l-ammont jista’ jiġi allokat għall-finanzjament tad-devoluzzjoni għall-perjodu 2006-2007, u għandu jkun amministrat direttament mill-Kummissjoni.

ANNESS Ia

Qafas finanzjarju pluriennali ta’ koperazzjoni taħt dan il-Ftehim

1. Għall-għanijiet stipulati f’dan il-Ftehim u għal perjodu li jibda mill-1 ta' Marzu 2005, qafas finanzjarju pluriennali ġdid ta' koperazzjoni għandu jkopri impenji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2008 għal perjodu ta' ħames jew sitt snin.

2. Għal dan il-perjodu ġdid, l-Unjoni Ewropea għandha żżomm l-isforz ta’ l-għajnuna tagħha lill-Pajjiżi ta' l-ACP għall-anqas fuq l-istess livell bħal dak tad-disa’ EDF, mhux inklużi l-bilanċi; ma’ dan għandhom jiġu miżjuda, skond l-estimi Komunitarji, l-effetti ta’ l-inflazzjoni, it-tkabbir ta' l-ekonomiji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u t-tkabbir b'għaxar Stati Membri ġodda fl-2004.

3. Kull emendi meħtieġa għall-qafas finanzjarju pluriennali jew għall-partijiet rilevanti tal-Ftehim għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill tal-Ministri b'deroga mill-Artikolu 95 ta' dan il-Ftehim.

▼M5

ANNESS Ib

Qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu 2008-2013

1. Għall-finijiet imniżżla f'dan il-Ftehim u għal perijodu li jibda fl-1 ta' Jannar 2008, l-ammont totali ta' l-assistenza finanzjarja Komunitarja għall-Grupp ta' Stati ta' l-AKP fi ħdan dan il-qafas finanzjarju pluriennali għandu jkun ta' EUR 23 966 miljun, kif speċifikat fil-punti 2 u 3.

2. Is-somma ta' EUR 21 966 miljun taħt l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), għandha tkun magħmula disponibbli mad-dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju pluriennali. Hi għandha tiġi allokata bejn l-istrumenti ta' kooperazzjoni kif ġej:

(a) EUR 17 766 milljun biex jiffinanzja programmi nazzjonali u reġjonali indikattivi. Din l-allokazzjoni għandha sservi għall-finanzjament ta':

(i) il-programmi indikattivi nazzjonali tal-Grupp ta' Stati ta' l-AKP b'konformità ma' l-Artikoli 1-5 ta' l-Anness IV għal dan il-Ftehim rigward il-proċeduri ta' implimentazzjoni u ta' ġestjoni;

(ii) il-programmi indikattivi reġjonali ta' appoġġ għall-kooperazzjoni u għall-integrazzjoni reġjonali u interreġjonali tal-Grupp ta' Stati ta' l-AKP b'konformità ma' l-Artikoli 6-11, 13(1), u 14 ta' l-Anness IV għal dan il-Ftehim rigward il-proċeduri ta' implimentazzjoni u ta' ġestjoni;

(b) EUR 2 700 miljun għall-finanzjament ta' kooperazzjoni intra-AKP u inter-reġjonali ma' bosta minn jew mal-Grupp Stati ta' l-AKP kollha, b'konformità ma' l-Artikoli 12, 13(2), u 14 ta' l-Anness IV għal dan il-Ftehim rigward il-proċeduri ta' implimentazzjoni u ta' ġestjoni. Dan il-pakkett għandu jkopri appoġġ strutturali għall-istituzzjonijiet konġunti: is-CDE u s-CTA msemmija u sorveljata skond ir-regoli u l-proċeduri mniżżla fl-Anness III għal dan il-Ftehim, u l-Assemblea Parlamentari Konġunta msemmija fl-Artikolu 17 ta' dan il-Ftehim. Dan il-pakkett għandu jkopri wkoll assistenza għall-infiq operattiv tas-Segretarjat ta' l-AKP msemmija fil-punti 1 u 2 tal-Protokoll 1 mehmuż ma' dan il-Ftehim;

(ċ) EUR 1 500 miljun biex tiġi ffinanzjata l-Faċilità ta' Investiment skond it-termini u l-kondizzjonijiet mniżżla fl-Anness II (“Termini u kondizzjonijiet ta' finanzjament”) għal dan il-Ftehim, li jinkludi kontribuzzjoni addizzjonali ta' EUR 1 100 miljun għar-riżorsi tal-Faċilità ta' Investiment, immexxija bħala fond rotanti, u EUR 400 miljun taħt il-forma ta' għotjiet għall-iffinanzjar ta' sussidji għar-rati ta' l-imgħax previsti fl-Artikoli 2 u 4 ta' dak l-Anness tul il-perijodu ta' l-għaxar FEŻ.

3. L-operazzjonijiet finanzjati taħt il-Faċilità ta’ Investiment, inklużi s-sussidji għar-rati ta' l-imgħax li jikkorrispondu għalihom, għandhom jiġu ġestiti mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI). Ammont ta' mhux aktar minn EUR 2 000 miljun flimkien ma' l-għaxar FEŻ għandu jiġi magħmul disponibbli mill-BEI fil-forma ta' self mir-riżorsi proprji tiegħu. Dawn ir-riżorsi għandhom jingħataw għall-finijiet imniżżla fl-Anness II għal dan il-Ftehim, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Istatuti tal-BEI u d-dispożizzjonijiet rilevanti tat-termini u l-kondizzjonijiet għall-finanzjament ta' l-investimenti f'dak l-Anness. Ir-riżorsi finanzjarji kollha l-oħra taħt dan il-qafas finanzjarju pluriennali għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni.

4. Wara l-31 ta' Diċembru 2007 jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-qafas finanzjarju pluriennali, skond liema jiġi l-aħħar, il-bilanċi mid-disa’ FEŻ jew minn FEŻ preċedenti u fondi diżimpenjati minn proġetti taħt dawn il-FEŻ m' għandhomx jibqgħu impenjati, sakemm il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ma jiddeċidiex mod ieħor b'mod unanimu, ħlief għal bilanċi u fondi diżimpenjati wara d-data tad-dħul fis-seħħ li jirriżultaw mis-sistema li tiggarantixxi l-istabbiltà tad-dħul mill-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt il-FEŻ li ġew qabel id-disa’ FEŻ, u l-bilanċi u r-rimborżi ta' l-ammonti allokati għall-finanzjament tal-Faċilità ta' Investiment, minbarra s-sussidji relatati mar-rati ta' l-interessi. Il-fondi possibbilment impenjati wara l-31 ta' Diċembru 2007 sad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kif imsemmi hawn fuq, se jintużaw esklussivament biex tiġi żgurata l-kapaċità ta' ħidma ta' l-amministrazzjoni ta' l-UE u biex ikopru l-ispejjeż li qed isiru għas-sostenn ta' proġetti li għaddejjin sakemm l-għaxar FEŻ jidħol fis-seħħ.

5. L-ammont globali ta' dan il-qafas finanzjarju pluriennali għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2013. Il-fondi ta' l-għaxar FEŻ, minbarra l-ammonti allokati lill-Faċiltà ta' Investiment, esklużi s-sussidji għar-rati ta' l-imgħax relatati, ma jistgħux ikunu impenjati aktar lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2013, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor b'mod unanimu, fuq proposta mill-Kummissjoni.

6. Il-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi ta' l-AKP-KE, filwaqt li jaġixxi f'isem il-Kunsill tal-Ministri ta' l-AKP-KE, jista' jieħu l-miżuri adatti, fil-limiti ta' l-ammont globali tal-qafas finanzjarju pluriennali, sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet tal-programmazzjoni taħt waħda mill-allokazzjonijiet previsti fil-punt 2, inkluż it-tqassim mill-ġdid ta' fondi bejn dawn l-allokazzjonijiet.

7. Il-Partijiet se jwettqu reviżjoni ta' prestazzjoni, waqt li jivvalutaw il-livell ta' twettiq ta' impenji u ħlasijiet, kif ukoll ir-riżultati u l-impatt ta' l-għajnuna mogħtija. Ir-reviżjoni ser issir abbażi ta' proposta mħejjija mill-Kummissjoni fl-2010. Din ir-reviżjoni tal-prestazzjoni għandha tikkontribwixxi għal deċiżjoni dwar l-ammont tal-kooperazzjoni finanzjarja wara l-2013.

8. Kwalunkwe Stat Membru jista' jipprovdi lill-Kummissjoni jew lill-BEI b'kontributi volontarji b' appoġġ għall-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE. L-Istati Membri jistgħu ukoll jikkofinanzjaw proġetti u programmi, per eżempju fil-qafas ta' inizjattivi speċifiċi li jiġi mmexxija mill-Kummissjoni jew mill-BEI. Għandha tiġi garantita l-appartenenza AKP fuq il-livell nazzjonali ta' tali inizjattivi.

▼M12

ANNESS Ic

Qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014 - 2020

1. Għall-finijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim u għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014, l-ammont globali ta’ assistenza finanzjarja disponibbli għall-Istati tal-AKP fi ħdan dan il-qafas finanzjarju multiannwali għandu jkun ta’ EUR 31 589 miljun, kif speċifikat fil-punti 2 u 3.

2. L-ammont ta’ EUR 29 089 miljun taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni mad-dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju multiannwali. Dan l-ammont għandu jiġi allokat bejn l-istrumenti ta’ kooperazzjoni kif ġej:

▼M15

(a) EUR 23 940 miljun għall-finanzjament ta' programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali. Din l-allokazzjoni tintuża biex tiffinanzja:

(i) il-programmi indikattivi nazzjonali ta' Stati individwali tal-AKP f'konformità mal-Artikoli minn 1 sa 5 tal-Anness IV għal dan il-Ftehim rigward il-proċeduri ta' implimentazzjoni u ta' amministrazzjoni;

(ii) il-programmi indikattivi reġjonali ta' appoġġ għall-kooperazzjoni reġjonali u interreġjonali u l-integrazzjoni reġjonali ta' Stati tal-AKP f'konformità mal-Artikoli 6 sa 11 tal-Anness IV għal dan il-Ftehim rigward il-proċeduri ta' implimentazzjoni u ta' amministrazzjoni;

(b) EUR 4 015 -il miljun għall-finanzjament tal-kooperazzjoni intra-AKP u dik interreġjonali ma' ħafna mill-Istati tal-AKP jew magħhom kollha f'konformità mal-Artikoli minn 12 sa 14 tal-Anness IV għal dan il-Ftehim rigward il-proċeduri ta' implimentazzjoni u ta' amministrazzjoni. Dan il-pakkett għandu jinkludi appoġġ għall-istituzzjonijiet u l-korpi konġunti maħluqa skont dan il-Ftehim. Għandu jkopri wkoll l-assistenza għall-infiq operattiv tas-Segretarjat tal-AKP imsemmi fil-punti 1 u 2 tal-Protokoll Nru 1 dwar in-nefqa operattiva tal-istituzzjonijiet konġunti;

▼M12

(c) EUR 1 134 miljun għall-finanzjament tal-Faċilità ta’ Investiment skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II (Termini u kundizzjonijiet ta’ finanzjament) għal dan il-Ftehim, li jinkludu kontribut addizzjonali ta' EUR 500 miljun għar-riżorsi tal-Faċilità ta’ Investiment, ġestita bħala fond li jiġġedded, u EUR 634 miljun fil-forma ta’ għotjiet għall-finanzjament tas-sussidji fuq ir-rata ta’ imgħax u tal-assistenza teknika relatata ma’ proġetti, imsemmija fl-Artikoli 1, 2 u 4 ta’ dan l-Anness fuq il-perjodu tal-11-il FEŻ.

3. L-operazzjonijiet iffinanzjati permezz tal-Faċilità ta’ Investiment, inklużi s-sussidji għar-rata ta’ imgħax korrispondenti, għandhom jiġu amministrati mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI). Ammont sa EUR 2 500 miljun flimkien mal-fondi disponibbli mill-11-il FEŻ għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-BEI fil-forma ta’ self mir-riżorsi proprji. Dawn ir-riżorsi għandhom jingħataw għall-finijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim, b’konformità mal-kundizzjonijiet previsti fl-istatuti tal-BEI u mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-termini u l-kundizzjonijiet għall-finanzjament tal-investimenti ta’ dak l-Anness. Ir-riżorsi finanzjarji l-oħrajn kollha ta’ dan il-qafas finanzjarju multiannwali għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni.

4. Wara l-31 ta’ Diċembru 2013 jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-qafas finanzjarju multiannwali, liema waħda minn dawn id-dati tkun l-aktar tard, il-bilanċi mill-għaxar (10) FEŻ jew minn FEŻ preċedenti u fondi diżimpenjati minn proġetti taħt dawn l-FEŻ, m’għandhomx ikunu impenjati aktar, sakemm il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma jiddeċidix mod ieħor b’unanimità, bl-eċċezzjoni tal-bilanċi li jifdal u r-rimborżi tal-ammonti allokati għall-finanzjament tal-Faċilità ta’ Investiment, esklużi s-sussidji tar-rata ta’ imgħax relatati, u l-bilanċi li jifdal mis-sistema mmirata biex tiggarantixxi l-istabbiltà tad-dħul mill-esportazzjoni ta’ prodotti bażiċi agrikoli (STABEX - Système de Stabilisation des Recettes d'Exportation) skont il-FEŻ qabel id-disa’ (9) FEŻ.

5. L-ammont globali ta’ dan il-qafas finanzjarju multiannwali għandu jkopri l-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Il-fondi tal-11-il FEŻ, u fil-każ tal-Faċilità ta’ Investiment, il-fondi li ġejjin minn fluss mill-ġdid, m’għandhomx jiġu impenjati aktar wara l-31 ta’ Diċembru 2020, sakemm il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma jiddeċidix mod ieħor b’unanimità, fuq proposta mill-Kummissjoni. Madanakollu, il-fondi sottoskritti mill-Istati Membri taħt id-9, l-10 u l-11 FEŻ għall-finanzjament tal-Faċilitajiet tal-Investiment għandhom ikunu disponibbli wara l-31 ta’ Diċembru 2020 għall-iżburżament.

6. Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi, f’isem il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE, jista’ jieħu l-miżuri xierqa, fil-limiti tal-ammont globali tal-qafas finanzjarju multiannwali, sabiex jilħaq ir-rekwiżiti ta’ programmazzjoni taħt waħda mill-allokazzjonijiet previsti fil-punt 2, inkluż it-tqassim mill-ġdid ta’ fondi bejn dawn l-allokazzjonijiet.

7. Fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet, huma jistgħu jiddeċiedu li jwettqu evalwazzjoni tal-prestazzjoni, f'mument miftiehem b'mod reċiproku, li tivvaluta l-grad ta’ twettiq tal-impenji u l-iżborżamenti, kif ukoll ir-riżultati u l-impatt tal-għajnuna mogħtija. Din ir-reviżjoni titwettaq fuq il-bażi ta’ proposta mħejjija mill-Kummissjoni. Din tista' tikkontribwixxi għan-negozjati previsti fl-Artikolu 95(4) ta' dan il-Ftehim.

8. Kull Stat Membru jista’ jipprovdi lill-Kummissjoni jew lill-BEI b’kontribuzzjonijiet volontarji biex jappoġġja l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE. L-Istati Membri jistgħu wkoll jikkofinanzjaw proġetti jew programmi, pereżempju fil-qafas ta’ inizjattivi speċifiċi li għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni jew l-BEI. Għandha tiġi garantita l-appartenenza AKP fuq il-livell nazzjonali ta' tali inizjattivi.

▼B

ANNESS II

TERMINI U KONDIZZJONIJIET TAL-FINANZJAMENT

KAPITOLU 1

FINAZJAMENT TA' L-INVESTIMENT

▼M10

Artikolu 1

1.  It-termini u l-kondizzjonijiet tal-finanzjament b’relazzjoni mal-operazzjonijiet tal-Faċilità tal-Investiment (il-Faċilità), is-self mir-riżorsi tiegħu tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (il-Bank) u operazzjonijiet speċjali għandhom ikunu kif stabbiliti f’dan il-Kapitolu. Dawn ir-riżorsi jistgħu jkunu mgħoddija lejn impriżi eliġibbli, jew direttament jew inderettament, permezz tal-fondi għall-investiment eliġibbli u/jew l-intermedjarji finanzjari.

2.  Il-fondi għas-sussidji tar-rati tal-imgħax, kif stabbilit f'dan l-Anness, ser ikunu disponibbli mill-allokazzjoni tas-sussidju tal-imgħax speċifikat fl-Anness Ib, paragrafu 2(c), għal dan il-Ftehim.

▼M11

3.  Is-sussidji tal-imgħax jistgħu jiġu kapitalizzati jew użati fil-forma ta’ għotjiet. L-ammont tas-sussidju tar-rata tal-imgħax, ikkalkulat f’termini tal-valur tiegħu fil-mument tat-teħid tas-self, jiġi impost fil-konfront tal-allokazzjoni tas-sussidju fuq l-imgħax speċifikat fl-Anness Ib, il-paragrafu 2(c), u jitħallas direttament lill-Bank. Sa 15 % ta’ din l-allokazzjoni għas-sussidji għar-rati tal-imgħax tista’ wkoll tintuża biex issostni assistenza teknika relatata ma’ proġetti fil-pajjiżi tal-AKP.

▼M10

4.  Dawn it-termini u l-kondizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għat-termini u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu imposti fuq pajjiżi ACP li huma suġġetti għal kondizzjonijiet ta' self restrittivi taħt il-Pajjiżi Foqra bi Djun Kbar (“HIPC”) jew oqfsa ta' sostenibbiltà tad-dejn aċċettati internazzjonalment. Għalhekk, meta tali oqfsa jkunu jeħtieġu tnaqqis fir-rata tal-interessi tas-self b'iktar minn 3 %, kif inhu permess skont l-Artikoli 2 u 4 ta' dan il-Kapitolu, il-Bank għandu jipprova jnaqqas in-nefqa medja tal-fondi permezz ta' kofinanzjar b'donaturi oħra. Jekk dan ma jkunx ikkunsidrat li huwa possibbli, ir-rata ta' imgħax tas-self tista' titnaqqas b'tali ammont kif meħtieġ biex tkun konformi mal-livell li joħroġ mill-inizjattiva HIPC jew minn qafas ieħor ta' sostenibbiltà tad-dejn maqbul fuq livell internazzjonali.

▼B

Artikolu 2

Riżorsi tal-faċilità ta' l-investiment

1.  Ir-riżorsi tal-Faċilità jistgħu jkunu wżati, inter alia, għal:

(a) sabiex jipprovdu kapital b'riskju fil-għamla ta':

(i) parteċipazzjoni b'titoli f'impriżi ACP, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji;

(ii) għajnuna kważi-kapitali lejn impriżi ACP, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji; u

(iii) garanziji u tisħieħ ta' kreditu ieħor li jistgħu jkunu wżati sabiex ikopru ir-riskji kemm politiċi u oħrajn relatati mal-investiment, kemm għall-investituri barranin u lokali jew inkella għan dawk li jwettqu s-self.

(b) sabiex jipprovdu self.

2.  Il-parteċipazzjoni f'titoli għandha normalment tkun ta' detenzjoni b'minoranza mhux-ta' kontroll u għandha tkun remunerata fuq il-bażi ta' l-imġieba tal-proġett ikkonċernat.

3.  Għajnuna kważi-kapitali tista' tikkonsisti minn avvanzi jew id-detenturi ta' l-ishma, kambjali konvertibbli, self kondizzjonali, subordinat u parteċipanti jew inkella għamla simili oħra ta' għajnuna. Tali għajnuna tista, partikolarment, tikkonsisti fi:

(a) is-self kondizzjonali, li i-servizz u/jew it-tul tiegħu għandu jkun marbut mat-twettieq ta' ċerti kondizzjonijiet f'dak li jirigwardja l-imġieba tal-proġett; fil-każ speċifiku ta' self kondizzjonali għal studji ta' qabel l-investiment jew għajnuna teknika oħra relatata mal-proġett, is-servizzi jistgħu ikunu mwarrba jekk l-investiment ma jkun imwettaq.

(b) self parteċipanti, li s-servizz u/jew it-tul tiegħu għandhom ikunu marbuta mar-riżultat finanzjarju tal-proġett; u

(ċ) self subordinat, li għandu jkun imħallas lura biss wara li t-talbiet l-oħrajn ikunu ġew imwettqa.

4.  Ir-remunerazzjoni għal kul operazzjoni għandha tkun speċifikata meta jsir is-self. B'danakollu:

(a) fil-każ ta' self kondizzjonali jew parteċipanti, ir-remunirazzjoni għandha normalment tinkludi rata fissa ta' imgħax ta' mhux aktar minn 3 % u komponent varjabbli relatat ma' l-imġieba tal-proġett; u

(b) fil-każ ta' self subordinat, ir-rata ta' l-imgħax għandha tkun relatata mas-suq.

5.  Il-garanziji għanhom ikollhom miżati hekk li jirriflettu r-riskju assigurat u l-karatteristiċi partikolari ta' l-operazzjoni.

6.  Ir-rata ta' l-imgħax tas-self ordinarju għandha tinkludi rata ta' referenza applikata mill-Bank għal self komparabbli bl-istess termini u kondizzjonijiet riward il-marġini u l-perjodi tar-rifużjoni u żieda determinata mill-Bank.

▼M10

7.  Self ordinarju f'pajjiżi li mhumiex suġġetti għal kondizzjonjiet ta' self ristrettivi taħt il-HIPC jew minn xi oqfsa oħrajn ta' sostenibbilta tad-dejn maqbula fuq livell internazzjonali jista' jiġi estiż fuq termini u kundizzjonjiet konċessjonali fil-każijiet li ġejjin:

(a) għal proġetti ta' infrastruttura, li huma prerekwiżit għall-iżvilupp tas-settur privat fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati, f'pajjiżi li għadhom kemm ħarġu minn kunflitt u f'pajjiżi li għadhom kemm ġarrbu diżastru naturali. F'każijiet bħal dawn, ir-rata ta' imgħax tas-self se titnaqqas b'sa 3 %;

(b) għal proġetti li jinvolvu operazzjonijiet ta' ristrutturazzjoni mill-ġdid fil-qafas tal-privatizzazzjoni jew għal proġetti b'benefiċċji soċjali jew ambjentali li huma sostanzjali u deċiżament dimostrabbli. F'dawn il-każijiet, is-self jista' jiġi estiż b'sussidju tar-rata ta' imgħax li l-ammont u l-għamla tiegħu se jiġi deċiż skont il-karatteristiċi partikolari tal-proġett. B'danakollu, is-sussidju tar-rata tal-interess ma għandux ikunu aktar minn 3 %.

Ir-rata finali ta' self li jaqa' taħt il-punt (a) jew (b) m'għandha qatt, fi kwalunkwe każ, tkun inqas minn 50 % tar-rata ta' referenza.

8.  Il-fondi li għandhom jiġu provduti għal dawn il-finijiet konċessjonali ser ikunu disponibbli mill-allokazzjoni tas-sussidju tal-imgħax imsemmija fil-paragrafu 2(c) tal-Anness Ib għal dan il-Ftehim.

▼M11

9.  Is-sussidji tal-imgħax jistgħu jiġu kapitalizzati jew użati fil-forma ta’ għotjiet. Sa 15 % tal-baġit għas-sussidji tar-rati tal-imgħax jistgħu jintużaw sabiex isostnu għajnuna teknika relatata ma’ proġetti f’pajjiżi tal-AKP.

▼B

Artikolu 3

Operazzjonijiet tal-faċilità ta' l-investiment

▼M4

1.  Il-Faċilità ta' l-Investiment għandha topera fis-setturi ekonomiċi kollha u tappoġġa l-investimenti ta' entitajiet privati u entitajiet tas-settur pubbliku mmexxija kummerċjalment, inkluża linfrastruttura ekonomika u teknoloġika li tiġġenera d-dħul li hija kritika għas-settur privat. Il- Faċilità għandha:

(a) tkun amministrata bħala revolving fund u tkun immirata sabiex tkun finanzjarjament sostenibbli. L-operazzjonijiet tagħha għandhom isiru skond termini u kondizzjonijiet relatati mas-suq u għandhom jevitaw il-ħolqien ta' distorzjoni fis-swieq lokali u l-ispostamenti ta' sorsi privati ta' finanzi;

(b) tappoġġa s-settur finanzjarju ta’ l-ACP u jkollha effett katalitiku billi tinkoraġġixxi lmobilizzazzjoni, fuq perjodu twil, ta' riżorsi lokali u tattira investimenti u self privati barranin lejn proġetti fl-Istati ta’ l-ACP;

(c) terfa’ parti mir-riskju tal-proġetti li għalihom tagħti l-fondi, bis-sostenibbiltà finanzjarja tagħha żgurata permezz tal-portafoll bħala entità sħiħa u mhux permezz ta' interventi individwali; u

(d) tfittex li tgħaddi l-fondi permezz ta' istituzzjonijiet u programmi nazzjonali u reġjonali ta' l-ACP u li jippromwovu l-iżvilupp ta' lintrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs).

▼M4

1a.  Il-Bank għandu jiġi rikompensat ta’ l-ispiża li jġarrab fl-amministrazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment. Għall-ewwel sentejn wara d-dħul fis-seħħ tat-tieni protokoll finanzjarju din ir-rikompensa għandha tkun sa ammont ta’ 2% fis-sena ta’ l-għotja inizjali totali tal-Faċilità ta’ l-Investiment. Minn hemm 'il quddiem, ir-rikompensa tal-Bank għandha tinkludi komponent fiss ta’ 0.5% fis-sena ta’ l-għotja inizjali u komponent varjabbli ta' ammont sa 1.5% fis-sena tal-portafoll tal-Faċilità ta' l-Investiment li jkun investit fi proġetti fil-pajjiżi ta' l-ACP. Ir-rikompensa għandha tkun finanzjata mill-Faċilità ta’ l-Investiment.

▼B

2.  Ma' l-iskdenza tal-Protokoll Finanzjarju, u fin-nuqas ta' deċiżjoni speċifika mill-Kunsill tal-Ministri, it-tnixxijiet mill-ġdid kumulattivi netti lejn il-Faċilità ta' l-Investiment għandhom jittieħdu ‘l quddiem lejn il-Protokoll segwenti.

Artikolu 4

Self mir-riżorsi tal-Bank innifsu

1.  Il-Bank għandu:

(a) jikkontribwixxi, permezz tar-riżorsi li huwa jamministra, għall-iżvilupp ekonomiku u industrijali ta' l-istati ACP fuq il-bażi nazzjonali u reġjonali; u għal dan il-għan, jipprovdi finanzi bħala priorità tal-proġetti u programmi produttivi jew investimenti oħrajn immirati sabiex iħeġġu s-settur privat fis-setturi ekonomiċi kollha;

(b) jistabbilixxi rabtiet ta' koperazzjoni mill-qrib mal-banek nazzjonali u reġjonali ta' l-iżvilupp u ma' l-istituzzjonijiet bankarji u finanzjarji ta' l-istati ACP u tal-UE; u

(ċ) b'konsultazzjoni ma' l-Istat ACP ikkonċernat, jadatta l-arranġamenti u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-koperazzjoni finanzjarja ta' l-iżvilupp, kif stabbilit f'dan il-Ftehim, jekk meħtieġ, billi titqies in-natura tal-proġetti u l-programmi u sabiex jaġixxi b'konformità ma' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, fi ħdan il-qafas tal-proċeduri stabbiliti bl-istatut tiegħu.

▼M10

2.  Self mir-riżorsi proprji tal-Bank għandu jingħata skont it-termini u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ir-rata tal-imgħax ta' referenza għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank għal self bl-istess kondizzjonijiet rigward il-munita, u l-perjodu tal-pagament lura fid-data tal-firma tal-kuntratt jew fid-data tal-forniment tal-finanzi;

(b) madanakollu, għal pajjiżi li mhumiex suġġetti għall-koundizzjonjiet ta' self ristrettivi taħt il-HIPC jew minn xi oqfsa oħrajn ta' dejn sostenibbli maqbula fuq livell internazzjonali:

(i) fil-prinċipju, il-proġetti tas-settur pubbliku għandhom ikunu eliġibbli għal sussidju ta' rata ta' imgħax ta' 3 %;

(ii) il-proġetti tas-settur privat li jidħlu fil-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 2(7)(b) għandhom ikunu eliġibbli għal sussidji ta' rati tal-imgħax bl-istess termini bħal dawk speċifikati f'dik id-dispożizzjoni.

Ir-rata ta' imgħax finali m'għandhiex, fi kwalunkwe każ bħal dan, tkun anqas minn 50 % tar-rata ta' referenza;

(c) il-perjodu tal-ħlas lura tas-self mogħti mill-Bank mir-riżorsi proprji tiegħu għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-karatteristiċi ekonomiċi u finanzjarji tal-proġett. Dan is-self għandu normalment jikkomprendi perjodu ta' grazzja stabbilit permezz ta' referenza għall-perjodu ta' kostruzzjoni tal-proġett.

▼B

3.  Għal investimenti finanjati mill-Bank mir-riżorsi tiegħu stess ġewwa kumpaniji tas-settur privat, il-garanziji jew l-impenji li huma speċifikament relatati mal-proġett jistgħu ikunu meħtieħa mill-Istat ACP ikkonċernat.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet dwar ir-riskju tar-rata tal-kambju esteru

Sabiex ikunu minimizzati l-effetti taċ-ċaqlieq tar-rata tal-kambju, il-problema tar-riskji tar-rata tal-kambju għandha tkun ittrattata b'dan il-metodu kif ġej:

(a) fil-każ ta' parteċipazzjoni f'titoli iddisinjata sabiex issaħħaħ il-fondi ta' l-impriża innifisha, ir-riskju tar-rata tal-kambju għandu, bħala regola ġenerali, ikunu a skapitu tal-Faċilità ta' l-Investiment;

▼M4

(b) fil-każ tal-finanzjament ta' self ordinarju u tal-finanzjament ta’ kapital ta' riskju għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SME), ir-riskju tar-rata tal-kambju għandu, bħala regola ġenerali, jinqasam bejn il-Komunità, fuq naħa waħda, u l-Partijiet l-oħra involuti, fuq in-naħa l-oħra. Bħala medja, ir-riskju tar-rata tal-kambju għandu jinqasam b'mod ugwali; u

▼B

(ċ) meta prattiku u xieraq, partikolarment fil-pajjiżi karatterizzati b'makro-ekonomija u stabbilità finanzjarja, il-Faċilità għandha tagħmel sforz sabiex testendi s-self f'muniti lokali tal-ACP, b'hekk, de facto, tkun tieħu r-riskju tal-kambju esteru.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet dwar it-trasferiment tal-kambju esteru

L-Istati ACP ikkonċernati għandhom, fir-rigward ta' l-operazzjonijiet permezz tal-Ftehim, u li fir-rigward tagħhom ikunu taw l-approvazzjoni tagħhom bil-kitba fil-qafas ta' dan il-Ftehim:

(a) jagħtu eżenzjoni mid-dazji nazzjonali u lokali kollha, mill-imposti fiskali fuq l-imgħax, mis-senserija u l-ammortizzazzjoni tas-self kif dovuti permezz tal-liġi jew tal-liġijiet ta' l-istat jew l-Istati ACP ikkonċernati;

(b) ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji il-munita meħtieġa għall-pagament ta' l-imgħax, tas-senserija u ta' l-amortizzazzjoni tas-self kif doviti fit-termini tal-kuntratti tal-finanzjament mogħti għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi fit-territorji tagħhom; u

(ċ) jagħmlu disponibbli għall-Bank il-munita barranija meħtieġa għat-trasferiment tas-somom kollha li tkun irċievit fil-munita nazzjonali bir-rata tal-kambju applikabbli bejn il-Euro u muniti oħrajn tat-trasferiment u l-munita nazzjonali fid-data tat-trasferiment. Dawn jinkludu l-għamliet kollha ta' remunerazzjoni, bħal ma huma, inter alia, imgħaxijiet, ishma mill-profitti, senseriji u miżati, kif ukoll l-amortizzazzjoni tas-self u l-proċeddimenti mill-bejgħ ta' l-ishma dovuti f'termini ta' kuntratti finanzjarji mogħtija għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi fit-territorji tagħhom.

▼M4

Artikolu 6a

Rapportaġġ annwali dwar il-Faċilità ta’ l-Investiment

Ir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri ta' l-UE responsabbli għall-Faċilità ta’ l-Investiment, ir-rappreżentanti ta’ l-Istati ta' l-ACP, kif ukoll il-Bank Ewropew għall-Investiment, il-Kummissjoni Ewropea, is-Segretarjat tal-Kunsill ta’ l-UE u s-Segretarjat ta’ l-ACP għandhom jiltaqgħu kull sena sabiex jiddiskutu l-operazzjonijiet u l-prestazzjoni tal-Faċilità ta' l-Investiment u l-kwistjonijiet ta' politika li jikkonċernawha.

Artikolu 6b

Reviżjoni tal-prestazzjoni tal-Faċilità ta’ l-Investiment

Il-prestazzjoni globali tal-Faċilità ta’ l-Investiment għandha tkun suġġetta għal reviżjoni konġunta fin-nofs u fl-aħħar tat-terminu ta’ protokoll finanzjarju. Tali eżerċizzju jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib fl-implementazzjoni tal-Faċilità.

▼B



KAPITOLU 2

OPERAZZJONIJIET SPEĊJALI

Artikolu 7

1.  Il-koperazzjoni għandha tagħti appoġġ mill-allokazzjoni ta' l-għotja:

(a) għal djar lil dawk bi dħul baxx sabiex tħeġġeġ l-iżvilupp f'perjodu fit-tul tas-settur tad-djar, inklużi faċilitajiet tat-tieni ipoteka;

(b) għal mikro-finanzjament sabiex tħeġġeġ lill-SMEs u lill-mikro-impriżi; u

(ċ) il-kapaċità tal-bini u tat-tisħieħ u l-faċilità ta' parteċipazzjoni effettiva tas-settur privat fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku.

2.  Il-Kunsill tal-Ministri ACP-KE għandu, wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim u fuq proposta mill-Kumitat tal-Koperazzjoni ta' Żvilupp Finanzjarju ACP-KE, jiddeċiedi dwar il-modalitajiet u l-ammont ta' riżorsi allokati mill-borża ta' l-iżvilupp f'perjodu fit-tul, sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.



KAPITOLU 3

FINANZJAMENT GĦAL ĊAQLIEQ F'PERJODU FIL-QOSOR FIL-QLIEGĦ MILL-ESPORTAZZJONI

Artikolu 8

1.  Il-Partijiet jirrikonoxxu li telf mill-qliegħ mill-esportazzjoni bħala riżultat minn ċaqlieq f'perjodu fil-qosor jista' jfixkel il-ħtiġiet ta' l-iżvilupp finanzjarju u ta' l-implimentazzjoni ta' l-istrateġiji makro-ekonomiċi u settorjali. Il-grad tad-dipendenza ta' l-ekonomija ta' l-istat ACP fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti, u partikolarment mill-agrikoltura u l-prodotti tal-minieri għandha, għalhek, tkun il-kriterja għad-determinazzjoni ta' l-allokazzjoni ta' l-iżvilupp f'perjodu fit-tul.

2.  Sabiex ikunu mitigati l-effetti ħżiena ta' l-instabbilità tal-qliegħ mill-esportazzjoni u tas-salvagward tal-programm ta' l-iżvilupp kif imfixkel bil-waqa' mill-introjtu, appoġġ finanzjarju addizzjonali jista' jkun mobilizzat mir-riżorsi programabbli għall-iżvilupp f'perjodu fit-tul tal-pajjiż fuq il-bażi ta' l-Artikoli 9 u 10.

Artikolu 9

▼M7

Kriterja ta' l-eliġibbiltà

1.  L-eliġibbiltà għal risorsi addizzjonali għandha tiġi stabbilita minn:

 telf ta’ 10 % (2 % fil-każ ta’ Stati inqas żviluppati, mingħajr kosta, gżejjer u f’sitwazzjoni ta’ wara kunflitt jew ta’ wara diżastru naturali) tad-dħul mill-esportazzjoni ta’ merkanzija meta mqabbel mal-medja aritmetika tad-dħul ta’ l-erba’ snin ta’ qabel is-sena ta’ l-applikazzjoni fejn jiġi eskluż il-valur l-aktar estrem; jew

 telf ta’ 10 % (2 % fil-każ ta’ Stati inqas żviluppati, mingħajr kosta, gżejjer u f’sitwazzjoni ta’ wara kunflitt jew ta’ wara diżastru naturali) tad-dħul mill-esportazzjoni tat-total tal-prodotti agrikoli jew tal-minjieri meta mqabbel mal-medja aritmetika tad-dħul fl-ewwel erba’ snin ta’ qabel is-sena ta’ l-applikazzjoni, eskluż il-valur l-aktar estrem għal pajjiżi fejn id-dħul mill-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli jew tal-minjieri jirrappreżenta aktar minn 40 % tad-dħul kollu mill-esportazzjoni ta’ merkanzija; jew

 telf ta’ 10 % (2 % fil-każ ta’ Stati inqas żviluppati, mingħajr kosta, gżejjer u f’sitwazzjoni ta’ wara kunflitt jew ta’ wara diżastru naturali) tad-dħul mill-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli jew tal-minjieri kollha meta mqabbel mal-medja aritmetika tad-dħul ta’ l-erba’ snin ta’ qabel is-sena ta’ l-applikazzjoni fejn jiġi eskluż il-valur l-aktar estrem għall-pajjiżi li d-dħul tagħhom mill-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli jew tal-minjieri jirrappreżenta bejn 20 % u 40 % tad-dħul totali mill-esportazzjoni ta’ merkanzija, dment li dan id-dħul totali ma jżidx b’mod aktar minn proporzjonali ma’ l-impatt tat-telf tad-dħul mill-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli jew tal-minjieri fl-ammont totali ta’ l-esportazzjonijiet.

2.  It-telf tad-dħul mill-esportazzjoni ddefinit fil-paragrafu 1 għandu jkun aktar minn jew daqs 0,5 % tal-PGD sabiex japplika d-dritt għal sostenn addizzjonali. Id-dritt għal sostenn addizzjonali huwa limitat għal tliet snin suċċessivi.

3.  Ir-riżorsi addizzjonali għandhom jidhru fil-kontijiet pubbliċi tal-pajjiż ikkonċernat. Dawn jintużaw konformement mar-regoli u l-metodi ta’ programmazzjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ l-Anness IV dwar il-proċeduri ta’ implimentazzjoni u ta’ ġestjoni, abbażi ta’ ftehim stabbiliti minn qabel mill-Komunità u l-Istat AKP ikkonċernat matul is-sena ta’ wara s-sena ta’ applikazzjoni. Bi ftehim komuni bejn iż-żewġ partijiet, ir-riżorsi jistgħu jintużaw sabiex jiffinanzjaw programmi li jidhru fil-baġit nazzjonali. Parti mir-riżorsi addizzjonali sadanittant tista’ tiġi rriservata għal setturi speċifiċi, partikolarment sabiex jiġu żviluppati sistemi ta’ assigurazzjoni kummerċjali maħsuba sabiex iħarsu kontra l-varjazzjonijiet tad-dħul mill-esportazzjoni.

▼M7

Artikolu 9a

1.  L-ammont ta’ sostenn finanzjarju addizzjonali huwa daqs it-telf tad-dħul mill-esportazzjoni mmultiplikat bil-medja aritmetika tal-proporzjon “dħul tal-gvern/prodott gross domestiku” ta’ l-erba’ snin ta’ qabel is-sena ta’ applikazzjoni fejn jiġi eskluż il-valur l-aktar estrem u l-limitu massimu ta’ dan il-proporzjoni kun 25 %.

2.  L-analiżi tad-data pprovduta mill-Istati AKP sabiex tkun iddeterminata l-eliġibbiltà u s-sostenn finanzjarju addizzjonali ddefinit fl-Artikolu 9 ssir mill-Kummissjoni fil-munita lokali korretta skond ir-rata ta’ inflazzjoni. Il-Kummissjoni ser tikkonverti mbagħad l-ammont potenzjali tas-sostenn finanzjarju addizzjonali f’Euro, konformement mal-proċeduri tagħha.

3.  Fil-qafas tal-pakkett finanzjarju allokat għall-finanzjament tal-programmi indikattivi nazzjonali, il-Kummissjoni kull sena ser tiddetermina pakkett għas-sostenn f’każ ta’ varjazzjonijiet ta’ żmien qasir tad-dħul mill-esportazzjoni li jkopri l-pajjiżi AKP kollha. F’każ fejn is-somma tas-sostenn finanzjarju kkalkulata abbażi tal-kriterji ddefiniti fl-Artikolu 9 taqbeż l-ammont ta’ dan il-pakkett, it-tqassim ta’ l-allokazzjonijiet nazzjonali jsir proporzjonalment ma’ l-ammont potenzjali tas-sostenn finanzjarju addizzjonali ta’ kull Stat AKP mfissra f’Euro.

▼B

Artikolu 10

Avvanzi

▼M7

Is-sistema ta’ allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali tipprevedi xi ħlasijiet antiċipati maħsuba sabiex inaqqsu l-problemi li jirriżultaw minn dewmien fil-kisba ta’ l-istatistiki kummerċjali kkonsolidati u sabiex jiżguraw li r-riżorsi in kwistjoni jkunu jistgħu jiġu inklużi aktar tard fil-baġit tat-tieni sena ta’ wara s-sena ta’ applikazzjoni. L-għotja ta’ ħlas antiċipat hija rriservata għall-Istati fejn is-sostenn finanzjarju taħt il-FLEX jista’ jiġi implimentat permezz ta’ sostenn baġitarju ġenerali. Il-ħlasijiet antiċipati għandhom jingħataw abbażi ta’ statistiki proviżorji dwar l-esportazzjoni mfassla mill-gvern u ppreżentati lill-Kummissjoni. Il-ħlas antiċipat massimu huwa ta’ 100 % ta’ l-ammont tas-sostenn finanzjarju previst għas-sena ta’ applikazzjoni. L-ammonti mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu aġġustati skond l-istatistiki kkonsolidati definittivi dwar l-esportazzjoni. Dawn l-istatistiki għandhom ikunu ppreżentati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena ta’ wara s-sena ta’ applikazzjoni.

▼B

Artikolu 11

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni mill-anqas wara sentejn ta' operazzjoni u sussegwentament mat-talba ta' waħda mill-Partijiet.



KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 12

Pagamenti kurrenti u movimenti tal-kapital

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' hawn taħt, il-Partijiet jintrabtu li ma jimponu l-ebda restrizzjonijiet fuq xi pagamenti, f'munita liberalment konvertibbli, fuq il-pagamenti tal-bilanċ tal-kont kurrenti bejn ir-residenti tal-Komunità u l-Istati ACP.

2.  F'dak li jirrigwardja t-transazzjonijiet tal-kont kapitali tal-bilanċ tal-pagamenti, il-Partijiet jintrabtu li ma jimponu l-ebda restrizzjonijiet fil-moviment liberu tal-kapital li jirrigwardja l-investimenti diretti magħmula fil-kumpaniji iffurmati bi qbil mal-liġijiet tal-pajjiż ospitanti u l-investimenti magħmula b'konformità ma' dan il-Ftehim, u l-likwidazzjoni jew ir-repatriazzjoni ta' dawn l-investimenti u ta' xi profitt li jirriżulta minnhom.

3.  Meta wieħed jew aktar Stati ACP, jew wieħed jew aktar Stati Membri, jkunu f'diffikultajiet serji tal-bilanċ tal-pagamenti, jew li jkunu mhedda b'tali diffikultajiet, l-Istat ACP, l-Istat Membru jew il-Komunità jistgħu, bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti permezz tal-GATT, GATS u l-Artikoli VIII u XIV ta' l-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali, jadottaw restrizzjonijiet fuq it-tranżazzjonijiet kurrenti li għandhom ikunu limitati fit-tul u li ma jistgħux imorru lil hinn minn dak li huwa strettament maħtieġ sabiex tkun rimedjata is-sitwazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti. Il-Parti li tieħu il-miżuri għandha tinforma lill-Partijiet l-oħrajn minnufih u għandha tippreżentalhom malajr kemm jista' jkun possibbli tabella taż-żmien għall-eliminazzjoni tal-miżuri ikkonċernati.

Artikolu 13

Kwalifiki u trattament ta' l-entitajiet tan-negozju

F'dak li jirrigwardja l-arranġamenti li jistgħu ikunu applikati fil-materji ta' l-istabbiliment u tal-provvedimenti tas-servizzi, l-Istati ACP, minn naħa l-waħda, u l-Istati Membri, minn naħa l-oħra, għandhom jittrattaw ċittadini u kumpaniji jew ditti ta' l-istati ACP u ċittadini u kumpaniji jew ditti ta' l-istati Membri rispettivament fuq il-bażi ta' mingħajr ebda diskriminazzjoni. B'danakollu, jekk, għal attività partikolari, Stat ACP jew Stat Membru ma jkunx jista' jipprovdi tali trattament, l-Istat ACP jew l-Istat Membru, skond ma jkun il-każ, m'għandux ikun marbut li jwettaq tali ftehim għal dik l-attività għaċ-ċittadini u kumpaniji jew ditti ta' l-istat ikkonċernat.

Artikolu 14

Definizzjoni ta' “kumpaniji u ditti”

1.  Għall-iskop ta' dam il-Ftehim, “kumpaniji jew ditti ta' Stat Membru jew ta' Stat ACP” tfisser kumpaniji jew ditti kostitwiti permezz tal-liġi ċivili jew kummerċjali, inklużi l-korporazzjonijiet, sew jekk pubbliċi jew mod ieħor, soċjetajiet, koperattivi u persuni legali oħrajn bi sħubija irregolata bil-liġi pubblika jew privata, apparti milli għal dawk li jagħmlux profitti, iffurmati skond il-liġi ta' Stat Membru jew ta' Stat ACP u li l-uffiċċju statutorju tagħhom, jew l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post ewlieni tan-negożju ikun Stat Membru jew Stat ACP.

2.  B'danakollu, kumpanija jew ditta li jkollha biss l-uffiċċju statutorju tagħha fi Stat Membru jew Stat ACP għandha tkun involuta f'attività li jkolha rabta effettiva u kontinwa ma' l-ekonomija ta' dak l-Istat Membru jew ta' l-istat ACP.



KAPITOLU 5

FTEHIM DWAR IL-PROTEZZJONI TA' L-INVESTIMENTI

Artikolu 15

1.  Meta jkunu jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 78 ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom iqisu il-prinċipji li ġejjin:

(a) Stat Kontraenti jista' jitlob, meta xieraq, għan-negozjati ta' promozzjoni ta' l-investiment u ta' ftehim ta' protezzjoni ma' Stat Kontraenti ieħor;

(b) l-Istati partijiet għal tali ftehim m'għandhom jipprattikaw l-ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Kontraenti li huma parti ta' dan il-Ftehim jew kontra xulxin f'dak li jirrigwardja pajjiżi terzi meta jibdew negozjati sabiex jikkonkludu, japplikaw jew jinterpretaw ftehim bilaterali jew multilaterali tal-promozzjoni u tal-protezzjoni ta' l-investimenti;

(ċ) l-Istati Kontraenti għandhom ikollhom id-dritt li jitolbu għal modifika jew adattazzjoni tat-trattament mingħajr diskriminazzjoni referut hawn fuq, meta l-obbligi internazzjonali jew tibdil fiċ-ċirkostanzi hekk ikunu jeħtieġu;

(d) l-applikazzjoni tal-prinċipji referuti hawn fuq ma tkunx tifthiem għal, u ma tistgħax fil-prattika tikser is-sovranità ta' xi Parti Kontaenti tal-Ftehim; u

(e) ir-relazzjoni bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' xi ftehim negozjat, dispożizzjonijiet għal twettieq ta' kwistjonijiet u d-data ta' l-investimenti ikkonċernati għandha tkun stabbilita fl-imsemmi ftehim, billi jkunu meqjusa d-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn fuq. Il-Partijiet Kontraenti jikkonfermar li retro-attività m'għandhiex tkun applikabbli bħala prinċipju ġenerali sakemm l-Istati Kontraenti ma jkunux stipulaw mod ieħor.

2.  Bil-għan li jkunu faċilitati n-negozjati ta' ftehim bilaterali jew ta' promozzjoni u protezzjoni ta' l-investimenti, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jistudjaw il-klawsoli ewlenija ta' mudell ta' ftehim ta' protezzjoni. L-istudju, li jistrieħ fuq id-dispożizzjonijiet ta' ftehim bilaterali eżistenti bejn l-Istati Partijiet, għandu jagħti attenzjoni partikolari għal dawn is-suġġetti li ġejjin:

(a) garanziji legali sabiex jassiguraw trattament ġust u ekwitabbli u l-protezzjoni ta' investituri barranin;

(b) il-klawsola ta' l-investitur l-aktar favorit;

(ċ) protezzjoni fil-każ ta' esproprazzjoni u nazzjonalizzazzjoni;

(d) it-trasferiment ta' kapital u profitti, u

(e) arbitraġġ internazzjonali fil-każ ta' tilwim bejn l-investitur u l-Istat ospitanti.

3.  Il-Partijiet jaqblu li jistudjaw il-kapaċità tas-sistemi tal-garanzija u jagħtu tweġiba pożittiva għall-ħtiġiet speċifiċi ta' l-impriżi ta' daqs żgħir u medju sabiex jassiguraw l-investiment tagħhom fl-Istati ACP. L-istudji referuti hawn fuq għandhom jibdew malajr kemm jista' jkun possibbli wara l-iffirmar tal-Ftehim. Ir-riżultat ta' dawn l-istudji għandu jkun ippreżentant, meta jkun lest, lill-Kumitat tal-Koperazzjoni għal Żvilupp Finanzjarju ACP-KE għall-konsiderazzjoni u l-azzjoni xierqa.

ANNESS III

▼M14

APPOĠĠ ISTITUZZJONALI

▼B

Artikolu 1

▼M14

Il-kooperazzjoni għandha tappoġġa l-mekkaniżmu istituzzjonali għall-promozzjoni tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali. F'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni għandha tgħin fit-tisħiħ u t-tkabbir tar-rwol taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) fl-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-AKP, partikolarment l-amministrazzjoni tal-informazzjoni, sabiex ittejjeb l-aċċess għal teknoloġiji għaż-żieda fil-produttività agrikola, il-kummerċjalizzazzjoni, is-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp rurali.

▼M14 —————

▼M10

Artikolu ►M14  2 ◄

CTA

1.  Il-missjoni tas-CTA għandha tkun li ssaħħaħ l-istrateġija u l-kapaċità għall-iżvilupp istituzzjonali u tal-politika u l-kapaċitajiet ta’ amministrazzjoni tal-komunikazzjoni tal-organizzazzjonijiet għall-iżvilupp agrikolu u rurali tal-ACP. Għandha tassisti lil tali organizzazzjonijiet fil-formolazzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-programmi sabiex inaqqsu l-faqar, isaħħu s-sigurtà sostenibbli tal-ikel, jippreservaw il-bażi tar-riżorsi naturali, u b’hekk jikkontribwixxu għall-bini tal-fiduċja minnhom infushom fl-iżvilupp rurali u agrikoli tal-ACP.

2.  Is-CTA għandu:

(a) jiżviluppa u jipprovdi servizzi tal-informazzjoni u jassigura aċċess aħjar għal riċerka, taħriġ u innovazzjonijiet fl-isferi tal-iżvilupp u l-estenzjoni agrikoli u rurali, sabiex iħeġġeġ l-iżvilupp agrikolu u rurali; u

(b) jiżviluppa u jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-ACP sabiex:

(i) titjieb l-formulazzjoni u l-amministrazzjoni tal-politika u l-istrateġiji agrikoli u rurali fil-livelli nazzjonali u reġjonali inkluża l-kapaċità imtejba għall-ġbir ta’ data, l-istrateġija tar-riċerka, l-analiżi u l-formulazzjoni;

(ii) titjieb l-amministrazzjoni tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, partikolarment fi ħdan l-Istrateġija Agrikola Nazzjonali;

(iii) tiġi promossa Amministrazzjoni tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICM) intra-istituzzjonali għall-monitoraġġ tal-imġieba, kif ukoll consortia ma’ msieħba reġjonali u internazzjonali;

(iv) tiġi promossa ICM deċentralizzata fil-livelli lokali u nazzjonali;

(v) jiġu msaħħa inizjattivi permezz tal-koperazzjoni reġjonali; u

(vi) jiġu żviluppati approċċi għall-valutazzjoni tal-impatt tal-politika dwar l-iżvilupp agrikolu u rurali.

3.  Iċ-Ċentru għandu jkun ta’ appoġġ għall-inizjattivi u oqfsa reġjonali u għandu progressivament jaqsam il-programmi tal-kapaċità tal-iżvilupp mal-organizzazzjonijiet tal-ACP xierqa. Għal dan il-għan, iċ-Ċentru għandu joffri appoġġ għan-netwerks reġjonali deċentralizzati tal-informazzjoni. Tali netwerks għandhom ikunu mibnija gradwalment u b’effiċċjenza.

4.  Għandhom isiru evalwazzjonijiet perjodiċi tal-attivitajiet magħmula mis-CTA.

5.  Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi għandu jkun l-awtorità superviżorja taċ-Ċentru. Huwa għandu, wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim:

(a) jistabbilixxi l-istatuti taċ-Ċentru;

(b) jaħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv;

(c) jaħtar l-amministrazzjoni taċ-Ċentru fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv; u

(d) jimmonitorja l-istrateġija kumplessiva taċ-Ċentru u jissorvelja x-xogħol tal-Bord Eżekuttiv.

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu, skont l-istatuti taċ-Ċentru:

(a) jistabbilixxi r-regolamenti finanzjarji u tal-persunal u r-regoli tal-ħidma;

(b) jissorvelja x-xogħol tiegħu;

(c) jadotta l-programm u l-baġit taċ-Ċentru;

(d) jippreżenta rapporti u evalwazzjonijiet perjodiċi lill-Awtorità ta' Superviżjoni; u

(e) iwettaq kwalunkwe inkarigu ieħor allokat lilu mill-istatuti taċ-Ċentru.

7.  Il-baġit taċ-Ċentru għandu jkun iffinanzjat skont ir-regoli stabbiliti f’dan il-Ftehim fir-rigward tal-koperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp.

▼B

ANNESS IV

IL-PROĊEDURI TA' L-IMPLIMENTAZZJONI U TA' L-AMMINISTRAZZJONI

KAPITOLU 1

PROGRAMMAR (NAZZJONALI)

▼M10

Artikolu 1

L-operazzjonijiet finanzjati minn għotjiet fil-qafas ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu programmati fil-bidu tal-perijodu kopert mill-qafas ta' koperazzjoni finanzjarja multiannwali.

Il-programmazzjoni ser tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' appartenenza, allinjament, kordinazzjoni u armonizzazzjoni tad-donaturi, ġestjoni għar-riżultati tal-iżvilupp u responsabbiltà reċiproka.

Il-programazzjoni għal dan l-iskop għandha tfisser:

(a) il-preparazzjoni u l-iżvilupp ta' studju strateġiċi (SP) rigward pajjiż, reġjun jew intra-ACP ibbażati fuq l-għanijiet u l-istrateġiji tagħhom ta' żvilupp għal terminu medju, u meta jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-prinċipji ta' programmazzjoni u tqassim tax-xogħol konġunt fost id-donaturi, li għandu, sa fejn hu possibbli, ikun proċess immexxi minn pajjiż jew reġjun imsieħeb;

(b) indikazzjoni ċara mill-Komunità tal-allokazzjoni finanzjarja programmabbli indikattiva li minnha l-koperazzjoni tal-pajjiż, reġjun jew intra-ACP tista' tibbenefika matul il-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multiannwali taħt dan il-Ftehim, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra, inkluż possibilment riżerva għal ħtiġijiet imprevisti;

(c) il-preparazzjoni u l-adozzjoni ta' programm indikattiv għall-implimentazzjoni tal-SP, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-impenji ta' donaturi oħrajn, u b'mod partikolari tal-Istati membri tal-UE; u

(d) proċess ta' reviżjoni li jkopri l-SP, il-programm indikattiv u l-volum tar-riżorsi allokati għalih.

Artikolu 2

Studju strateġiku tal-pajjiż

L-istudju strateġiku tal-pajjiż (CSP) għandu jiġi preparat mill-Istat ACP ikkonċernat u l-UE. Għandu jissawwar mill-konsultazzjonijiet preċedenti b'parteċipazzjoni wiesgħa ta' partijiet involuti inklużi partijiet involuti li mhumiex tal-Stat, awtoritajiet lokali u, fejn ikun relevanti, il-Parlamenti tal-ACP, u għandu jinħadem fuq it-tagħlimiet tal-imgħoddi u l-aħjar prattiki. Kull Is-CSP għandha tkun adattata għall-ħtiġijiet u twieġeb għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull Stat ACP. Is-CSP għandha tkun strument sabiex tagħti priorità għall-attivitajiet u tibni fuq l-appartenenza lokali talprogrammi ta’ koperazzjoni. Kwalunkwe diverġenza bejn l-analiżi tal-pajjiż innifsu u dik tal-Komunità għandhom ikunu innotati. Is-CSP għandha tinkludi dawn l-elementi standard li ġejjin:

(a) analiżi tal-kuntest, tal-limitazzjonijiet, tal-kapaċitajiet u tal-prospetti politiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-pajjiż, inkluża valutazzjoni tal-ħtiġijiet bażiċi, bħal ma huwa d-dħul per capita, id-daqs tal-popolazzjoni u l-indikaturi soċjali, u l-vulnerabbilità;

(b) abbozz dettaljat tal-istrateġija tal-iżvilupp fuq termini medji tal-pajjiż, prijoritajiet definiti b'mod ċar u rekwiżiti ta' finanzjament mistenni;

(c) abbozz tal-pjanijiet u l-azzjonijiet rilevanti ta' donaturi oħrajn preżenti fil-pajjiż, partikolarment dawk tal-Istati Membri tal-UE fil-kapaċità tagħhom bħala donaturi bilaterali;

(d) strateġiji ta’ reazzjoni, li jagħtu dettalji tal-kontribuzzjoni speċifika li il-UE tista’ tipprovdi. Dawn għandhom, sal-limitu possibbli, jiffaċċilitaw il-kumplimentarjetà mal-operazzjonijiet finanzjati mill-Istat ACP innifsu u minn donaturi oħrajn preżenti fil-pajjiż; u

(e) indikazzjoni tal-mekkaniżmi l-aktar adegwati ta' sostenn u ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu applikati fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji hawn fuq imsemmija.

Artikolu 3

Allokazzjoni tar-riżorsi

1.  L-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi fost il-pajjiżi ACP għandha tiġi msejsa fuq kriterji standard, oġġettivi u trasparenti rigward il-ħtiġijiet u l-prestazzjoni. F’dan il-kuntest:

(a) il-ħtiġijiet għandhom jiġu evalwati fuq il-bażi tal-kriterji li għandhom x'jaqsmu mad-dħul ras imb ras, id-daqs tal-popolazzjoni, l-indikaturi soċjali u l-livell ta' kemm ikunu mdejnin u l-vulnerabbiltà għax-xokkijiet eżoġeni. Għandhom jingħataw trattament speċjali l-Istati ACP l-anqas żviluppati u għandhom jiġu debitament meqjusal-vulnerabbiltà tal-istati li huma gżejjer u li m'għandhomx żbokk għall-baħar. Barra minn hekk, għandu jingħata kas tad-diffikultajiet partikolari ta’ pajjiżi li jkunu ħerġin minn konflitti jew diżastri naturali; u

(b) il-prestazzjoni għandha tkun evalwata fuq il-bażi ta' kriterji li għandhom x'jaqsmu mal-governanza, mal-progress fl-implementazzjoni tar-riformi istituzzjonali, mal-prestazzjoni tal-pajjiż fl-użu tar-riżorsi, mal-implementazzjoni effettiva tal-operazzjonijiet kurrenti, mal-ħelsien jew it-tnaqqis tal-faqar, mal-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, mal-miżuri ta' żvilupp sostenibbli u mal-prestazzjoni makroekonomika u tal-politika settorjali.

2.  Ir-riżorsi allokati għandhom jinkludu:

(a) allokazzjoni programmabbli li tkopri l-appoġġ makroekonomiku, il-politiki settorjali, il-programmi u l-proġetti b'sostenn tal-oqsma fokali u mhux fokali tal-għajnuna tal-Komunità. L-allokazzjoni programmabbli għandha tiffaċilita l-programmazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità lejn il-pajjiż ikkonċernat għal perjodu fit-tul. Flimkien ma' riżorsi possibbli oħra tal-Komunità, dawn l-allokazzjonijiet għandhom ikunu il-bażi għall-preparazzjoni tal-programm indikattiv għall-pajjiż konċernat; u

(b) allokazzjoni biex tkopri ħtiġijiet mhux previsti bħal ma huma dawk definiti fl-Artikoli 66 u 68 u l-Artikoli 72, 72a u 73 ta' dan il-Ftehim, aċċessibbli taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-Artikoli, meta tali sostenn ma jistax jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni.

3.  Għandu jsir provvediment fuq il-bażi tar-riżerva tal-ħtiġijiet mhux previsti għal dawk il-pajjiżi li, minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tagħhom, ma jistgħux ikollhom aċċess għal riżorsi normali programmabbli.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(7) ta' dan l-Anness fir-rigward tar-reviżjonijiet, il-Komunità tista’, sabiex tieħu kont ta' ħtiġijiet ġodda jew ta' prestazzjonijiet eċċezzjonali, iżżid l-allokazzjoni programmabbli ta' pajjiż jew l-allokazzjoni tagħha għal ħtiġijiet imprevisti:

(a) jistgħu jirriżultaw ħtiġijiet ġodda minn ċirkostanzi eċċezzjonali bħalma huma sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara kriżi jew minn ħtiġijiet mhux previsti kif imsemmi fil-paragrafu 2(b);

(b) prestazzjoni eċċezzjonali hija sitwazzjoni li fiha, barra r-reviżjonijiet ta' nofs it-terminu u l-aħħar tat-terminu, l-allokazzjoni programmabbli ta' pajjiż jiġi kompletament impenjat u finanzjament addizzjonali mill-programm indikattiv nazzjonali li jista' jiġi assorbit fi sfond ta' politiki effettivi ta' tnaqqis tal-faqar u ta' ammonistrazzjoni finanzjarja tajba.

▼B

Artikolu 4

Il-preparazzjoni u l-adozzjoni tal-programm indikattiv

▼M10

1.  Hekk kif jirċievi t-tagħrif imsemmi hawn fuq, kull Stat ACP għandu jfassal u jippreżenta lill-Komunità abbozz ta’ programm indikattiv li jkun ibbażat u konsistenti mal-għanijiet u l-prijoritajiet tiegħu ta’ żvilupp kif espressi fis-CSP. L-abbozz ta’ programm indikattiv għandu jkollu fih:

(a) sostenn baġitarju ġenerali u/jew numru limitat ta' setturi fokali jew oqsma li fuqhom għandu jkun ikkonċentrat is-sostenn;

(b) il-miżuri u l-operazzjonijiet l-aktar xierqa biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri fis-settur(i) jew qasam/oqsma fokali;

(c) ir-riżorsi possibbilment riżervati għal numru limitat ta' programmi u proġetti 'l barra mis-settur(i) jew qasam/oqsma fokali u/jew il-parametri ġenerali ta' tali attivitajiet, kif ukoll indikazzjoni tar-riżorsi li għandhom ikunu utilizzati għal kull wieħed minn dawn l-elementi;

(d) it-tipi ta' partijiet involuti mhux Statali eliġibbli għal finanzjament, skont il-kriterji stabbiliti mill-Kunsill tal-Ministri, ir-riżorsi allokati lill-partijiet involuti mhux Statali u t-tipi ta’ attivitajiet li għandhom ikunu sostnuti, li m'għandhomx ikunu għall-profitt;

(e) proposti għal parteċipazzjoni possibbli f'programmi u proġetti reġjonali; u

(f) riserva possibbli għal assigurazzjoni kontra talbiet possibbli u biex jiġu koperti ż-żidiet fl-ispejjeż u għal kontinġenzi.

2.  L-abbozz tal-programm indikattiv għandu, skont kif xieraq, ikun fih ir-riżorsi riservati għat-tisħiħ tal-kapaċità umana, materjali u istituzzjonali tal-ACP għat-tħejjija u l-implementazzjoni tal-programmi indikattivi nazzjonali u parteċipazzjonijiet possibbli fi programmi u proġetti finanzjati mill-programmi indikattivi reġjonali u għat-titjib tal-ġestjoni taċ-ċiklu tal-proġetti tal-investiment pubbliku tal-Istati ACP.

3.  L-abbozz ta’ programm indikattiv għandu jiġi diskuss bejn l-Istat ACP konċernat u l-Komunità. Il-programm indikattiv għandu jiġi adottat bi ftehim komuni bejn il-Kummissjoni f'isem il-Komunità u lil dak l-Istat ACP. Meta jiġi adottat, għandu jorbot kemm lill-Komunità kif ukoll dak l-Istat. Dan il-programm indikattiv għandu jkun anness mas-CSP u għandu addizzjonaliment jinkludi:

(a) indikazzjoni ta' operazzjonijiet speċifiċi u kjarament identifikabbli, speċjalment dawk li jistgħu jiġu impenjati qabel ir-reviżjoni li tkun tmiss;

(b) skeda indikattiva għall-implementazzjoni u r-reviżjoni tal-programm indikattiv, inklużi l-impenji u l-pagamenti tar-riżorsi; u

(c) kriterji orjentati lejn ir-riżultati għar-reviżjonijiet.

4.  Il-Komunità u l-Istat ACP ikkonċernat għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-proċess tal-programmazzjoni jkun komplut fl-iqsar żmien possibbli u, apparti f'ċirkostanzi eċċezzjonali, fi żmien tnax-il xahar mill-adozzjoni tal-qafas ta' koperazzjoni finanzjarju multiannwali. F'dan il-kuntest, il-preparazzjoni tas-CSP u tal-programm indikattiv għandha tkun parti minn proċess kontinwu li jwassal għall-adozzjoni ta' dokument uniku.

▼M4

5.  Meta xi Stat ta' l-ACP jiffaċċja sitwazzjoni ta’ kriżi li tirriżulta minn gwerra jew xi konflitt ieħor, jew ċirkostanzi straordinarji li jkollhom effetti simili, li jimpedixxu l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali milli jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tamministra hija stess ir-riżorsi allokati lill-Istat konċernat skond l-Artikolu 3 u tużahom għall-iskop ta' appoġġ speċjali. L-appoġġ speċjali jista’ jinvolvi politika għat-tisħiħ tal-paċi, l-immaniġġar u r-riżoluzzjoni tal-konflitt, appoġġ post-konflittwali li jinkludi t-tisħiħ ta’ l-istituzzjonijiet nazzjonali, attivitajiet ekonomiċi u ta’ żvilupp soċjali, waqt li jittieħed kont, b’mod partikolari, tal-ħtiġijiet ta' l-oqsma l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni. Il-Kummissjoni u l-Istat ta' l-ACP konċernat għandhom jirritornaw għall-implementazzjoni normali u għall-proċeduri ta' amministrazzjoni normali hekk kif l-awtoritajiet responsabbli mit-tmexxija tal-koperazzjoni ikunu jistgħu ikomplu b'dan.

▼B

Artikolu 5

Proċess tar-reviżjoni

1.  Il-koperazzjoni finanzjarja bejn l-Istat ACP u l-Komunità għandha tkun flessibli biż-żejjed sabiex tassigura li l-operazzjonijiet jinżammu kontinwament ma' l-obbjettivi ta' dan il-Ftehim u li jagħtu kont tat-tibdiliet li jseħħu fis-sitwazzjoni ekonomika, tal-prijoritajiet u l-miri ta' l-Istat ACP ikkonċernat. F'dan il-kuntest, l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali u ►M4  l-Kummissjoni ◄ għandhom:

(a) ta' kull sena jwettqu reviżjoni operazzjonali tal-programm indikattiv; u

(b) iwettqu reviżjoni ta' nofs-il-perjodu u tat-tmiem-tat-perjodu tal-CSS u tal-programm indikattiv fid-dawl tal-ħtiġiet u t-twettieq kurrenti.

▼M10

2.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 3(4), u sabiex jittieħdu f'kunsiderazzzjoni ħtiġijiet ġodda jew prestazzjoni eċċezzjonali, għandha ssir reviżjoni ad hoc fuq talba ta' Parti jew oħra.

▼B

3.  L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali u ►M4  l-Kummissjoni ◄ għandhom:

(a) jieħdu l-miżuri kolha sabiex jassiguraw konformità mad-dispożizzjonijiet tal-programm indikattiv, inkluż li jassiguraw li t-tabella taż-żmien ta' l-impenji u tal-pagamenti mifthiema fil-waqt tal-programmar ikun hemm konformità magħha; u

(b) jiddetterminaw ir-raġunijiet tad-dewmien fl-implimentazzjoni u jipproponu miżuri xierqa għar-rimedju tas-sitwazzjoni.

▼M10

4.  Ir-reviżjonijiet operazzjonali annwali ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perjodu tal-programm indikattiv għandha tikkonsisti minn valutazzjoni konġunta tal-implimentazzjoni tal-programm u tqis ir-riżultati tal-attivitajiet rilevanti tal-monotoraġġ u l-evalwazzjoni. Dawn ir-reviżjonijiet għandhom isiru lokalment u għandhom ikunu finalizzati bejn l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali u l-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati xierqa, inklużi partijiet involuti li mhumiex Stati, awtoritajiet lokali u fejn hu rilevanti, il-parlamenti tal-ACP. Huma għandhom partikolarment ikopru studju ta':

▼B

(a) ir-riżultati akkwistati fis-settur(i) fokali imkejjla kontra miri identifikati u indikaturi ta' l-impatt u l-impenji ta' l-istrateġija settorjali;

▼M4

(b) programmi u proġetti barra mis-settur(i) fokali;

▼B

(ċ) l-użu ta' riżorsi kif imħollija għall-atturi mhux-Statali;

(d) l-effettività fl-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet kurrenti u l-medda dwar l-impenji fit-tabella tż-żmien u tal-pagamenti ikunu ġew rispettati; u

(e) estenzjoni tal-perspettiva tal-programm għas-snin segwenti.

▼M10

5.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' sintesi darba fis-sena dwar il-konklużjoni tar-reviżjoni operazzjonali annwali lill-Kumitat tal-Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp. Il-Kumitat għandu jeżamina r-rapport b’konformità mar-responsabbilitajiet u tal-poteri tiegħu taħt dan il-Ftehim.

6.  Fid-dawl tar-reviżjonijiet operazzjonali annwali, l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali u l-Kummissjoni jistgħu fir-reviżjonijiet ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perjodu, jagħmlu r-reviżjoni u jadottaw is-CSP:

(a) fejn r-reviżjonijiet operazzjonali jindikaw problemi speċifiċi; u/jew

(b) fid-dawl ta' ċirkostanzi li jkunu inbidlu fi Stat ACP.

Bidla fis-CSP tista' wkoll tiġi deċiża bħala riżultat ta' proċess ta' reviżjoni ad hoc prevista taħt il-paragrafu 2.

Ir-reviżjoni tat-tmiem tal-perjodu tista' tinkludi wkoll adattament għall-qafas ta' koperazzjoni finanzjarju multiannwali l-ġdid fit-termini kemm tal-allokazzjoni tar-riżorsi kif ukoll fil-preparazzjoni tal-programm li jkun imiss.

7.  Wara t-tlestija tar-reviżjonijiet ta' nofs il-perojdu u tat-tmiem tal-perjodu, il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, tista’ żżid jew tnaqqas l-allokazzjoni ta' riżorsi tal-pajjiż fid-dawl tal-ħtiġijiet attwali u ta' prestazzjoni tal-Istat ACP konċernat.

Wara reviżjoni ad hoc kif previst fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', f'isem il-Komunità, iżżid l-allokazzjoni tar-riżorsi fid-dawl ta' ħtiġijiet ġodda jew prestazzjoni eċċezzjonali tal-Istat ACP ikkonċernat, kif definit fl-Artikolu 3(4).

▼B



KAPITOLU 2

PROGRAMMAR U PREPARAZZJONI (REĠJONALI)

Artikolu 6

▼M10

Kamp ta' applikazzjoni

▼M4

1.  Il-koperazzjoni reġjonali għandha tkopri operazzjonijiet li jibbenefikaw u jinvolvu:

(a) żewġ Stati ta' l-ACP jew aktar jew dawn l-Istati kollha, kif ukoll il-pajjiżi mhux ta' l-ACP li qegħdin jiżviluppaw u li jipparteċipaw f'dawn l-operazzjonijiet, u/jew

(b) organizzazzjoni reġjonali li tagħha huma membri mill-anqas żewġ Stati ta' l-ACP, anke minn fost dawk li għandhom membri pajjiżi mhux ta' l-ACP.

▼B

2.  Il-koperazzjoni reġjonali tista' wkoll tinvolvi lill-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej u r-reġjuni l-aktar imbiegħda. Il-fondi sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' dawn it-territorji għandhom ikunu addizzjonali mal-fondi allokati għall-Istati ACP permezz tal-Ftehim.

▼M10

3.  Talbiet għall-finanzjament tal-programmi reġjonali għandhom ikunu ippreżentanti minn:

(a) korp jew organizzazzjoni reġjonali debitament awtorizzati; jew

(b) korp subreġjonali debitament awtorizzat, organizzazzjoni jew Stat ACP fir-reġjun ikkonċernat waqt l-istadju tal-programmazzjoni, bil-kondizzjoni li l-operazzjoni tkun ġiet identifikata fil-programm indikattiv reġjonali (RIP).

4.  Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u li mhumiex ACP fi programmi reġjonali ser tiġi kkunsidrata biss sal-punt li:

(a) l-attività ewlenija tal-proġetti u tal-programmi finanzjati taħt il-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multiannwali tibqa' f'pajjiż ACP;

(b) ikunu jeżistu dispożizzjonijiet ekwivalenti fil-qafas tal-istrumenti finanzjarji tal-Komunità; u

(c) jiġi rispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità.

▼M10

Artikolu 7

Programmi reġjonali

L-Istati ACP ikkonċernati għandhom jiddeċiedu dwar id-definizzjoni tar-reġjuni ġeografiċi. Sal-medda massima possibbli, il-programmi ta’ integrazzjoni reġjonali għandhom ikunu korrespondenti mal-programmi tal-organizzazzjonijiet reġjonali eżistenti. Bħala prinċipju, fil-każ ta’ tirkib fis-sħubija f’diversi organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti, il-programm ta’ integrazzjoni reġjonali għandu jkun korrespondenti għas-sħubija kollha flimkien ta’ dawn l-ogranizzazzjonijiet.

Artikolu 8

Programmazzjoni reġjonali

1.  Il-programmazzjoni għandha sseħħ fil-livell ta’ kull reġjun. Il-programmazzjoni għandha tkun ir-riżultat ta' skambju ta’ fehmiet bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjoni(jiet) reġjonali debitament awtorizzati, u fin-nuqqas ta’ tali awtorizzazzjoni, mill-Uffiċjali Awtorizzanti Nazzjonali tal-pajjiżi f’dak ir-reġjun. Fejn ikun xieraq, il-programmazzjoni tista' tinkludi konsultazzjoni ma' aturi li mhumiex Stati rrapreżentati fuq livell reġjonali u, meta jkun rilevanti, il-parlamenti reġjonali.

2.  L-istudju strateġiku reġjonali (RSP) għandu jiġi preparat mill-Kummissjoni u mill-organizzazzjoni(jiet) debitament awtorizzata/i f'kollaborazzjoni mal-Istati ACP fir-reġjun ikkonċernat, abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-kumplimentarjetà, b'kont meħud tal-programmazzjoni tas-CSP.

3.  L-RSP għandu jkun strument sabiex jagħti priorità għall-attivitajiet u jibni fuq l-appartenenza lokali tal-programmi ta’ koperazzjoni. L-RSP għandu jinkludi dawn l-elementi standard li ġejjin:

(a) analiżi tal-kuntest politiku, ekonomiku, soċjali u ambjentali tar-reġjun;

(b) valutazzjoni tal-proċess u l-prospetti ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali u l-integrazzjoni fl-ekonomija dinjija;

(c) abbozz tal-istrateġiji reġjonali u l-prijoritajiet segwiti u r-rekwiżiti ta' finanzjament mistennija;

(d) abozz tal-attivitajiet rilevanti ta' msieħba esterni oħrajn fil-koperazzjoni reġjonali;

(e) abbozz tal-kontribuzzjoni speċifika tal-UE lejn l-ilħuq tal-miri għall-integrazzjoni reġjonali, komplimentarja sakemm ikun possibbli għall-operazzjonijiet finanzjati mill-Istati ACP innfushom u minn msieħba esterni oħrajn, partikolarment l-Istati Membri tal-UE; u

(f) indikazzjoni tal-aktar mekkaniżmi adegwati ta' sostenn u implimentazzjoni li għandhom jiġu applikati fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji hawn fuq imsemmija.

Artikolu 9

Allokazzjoni tar-riżorsi

1.  L-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi fost ir-reġjuni ACP għandha tkun ibbażata fuq stimi standard, oġġettivi u trasparenti tal-ħtiġijiet u fuq il-progress u l-prospettivi fil-proċess ta' koperazzjoni u integrazzjoni reġjonali.

2.  Ir-riżorsi allokati għandhom jinkludu:

(a) allokazzjoni programmabbli li tkopri l-appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali, il-politiki settorjali, il-programmi u l-proġetti b'sostenn tal-oqsma fokali u mhux fokali tal-għajnuna tal-Komunità; u

(b) allokazzjoni għal kull reġjun ACP biex tkopri ħtiġijiet mhux previsti bħal dawk definiti fl-Artikoli 72, 72a u 73 ta' dan il-Ftehim, li minħabba n-natura transkonfinali u/jew il-portata tal-ħtieġa mhux prevista, tali sostenn jista' iktar jingħata effettivament f'livell reġjonali. Dawn il-fondi għandhom ikunu aċċessibbli taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 72, 72a u 73 ta' dan il-Ftehim, meta tali sostenn ma jkunx jista' jiġi finanzjat mill-baġit tal-Unjoni. Għandha tiġi garantita l-kumplimentarjetà bejn l-intervenzjonijiet provduta taħt din l-allokazzjoni u intervenzzjonijiet possibbli fuq livell ta' pajjiż.

3.  L-allokazzjoni programmabbli għandha tiffaċilita l-programmazzjoni għal perjodu fit-tul tal-għajnuna tal-Komunità għar-reġjun ikkonċernat. Sabiex tinkiseb skala adegwata u titkabbar l-effiċjenza, il-fondi reġjonali u nazzjonali jistgħu jiġu kombinati għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet reġjonali li jkollhom komponent nazzjonali distint.

L-allokazzjoni reġjonali ta' ħtiġijiet mhux previsti tista' tiġi mobilizzata għall-benefiċċju tar-reġjun ikkonċernata u tal-pajjiżi ACP barra mir-reġjun meta n-natura tal-ħtieġa mhux prevista titlob l-involviment tagħhom u l-attività ewlenija tal-proġetti u l-programmi previsti tibqa' fir-reġjun.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11 fir-rigward ta' reviżjonijiet, il-Komunità tista’, sabiex tieħu kont ta' ħtiġijiet ġodda jew ta' prestazzjonijiet eċċezzjonali, iżżid l-allokazzjoni programmabbli ta' pajjiż jew l-allokazzjoni tagħha għal ħtiġijiet imprevisti:

(a) ħtiġijiet ġodda huma ħtiġijiet li jirriżultaw minn ċirkostanzi eċċezzjonali bħalma huma sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara kriżi jew minn ħtiġijiet mhux previsti kif imsemmi fil-paragrafu 2(b);

(b) prestazzjoni eċċezzjonali hija sitwazzjoni li fiha, barra r-reviżjonijiet ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perjodu, l-allokazzjoni ta' reġjun tiġi kompletament impenjata u finanzjament addizzjonali mill-programm indikattiv nazzjonali jkun jista' jiġi assorbit fi sfond ta' politiki effettivi ta' tnaqqis tal-faqar u ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba.

▼B

Artikolu 10

Programm reġjonali indikattiv

1.  Fuq il-bażi ta' l-allokazzjoni tar-riżorsi indikati hawn fuq, l-organizzazzjoni(jiet) reġjonali awrorizzati kif meħtieġ, u fin-nuqqas ta' tali awtorizzazzjoni, l-Uffiċjali Nazzjonali li Jawtorizza tal-pajjiżi fir-reġjun, għandhom iħejju abbozz tal-Programm Reġjonali Indikattiv. Partikolarment, l-abbozz tal-programm għandu jispeċifika:

(a) is-setturi fokali u t-temi ta' l-għajnuna tal-Komunità;

(b) il-miżuri u l-operazzjonijiet l-aktar xierqa sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti għal dawk is-setturi u temi; u

▼M4

(ċ) il-programmi u proġetti li jippermettu li dawk l-għanijiet jintlaħqu, sa fejn dawn ikunu ġew identifikati b’mod ċar, kif ukoll indikazzjoni tar-riżorsi li għandhom jiġu dedikati għal kull wieħed minn dawn l-elementi u skeda kronoloġika għall-implementazzjoni tagħhom.

▼M10

2.  Il-Programmi Indikattivi Reġjonali għandhom jiġu adottati bi qbil komuni bejn il-Komunità u l-organizzazzjoni(jiet) reġjonali debitament awtorizzati jew, fin-nuqqas ta' tali awtorizzazzjoni, mill-Istati ACP ikkonċernati.

▼B

Artikolu 11

Proċess tar-reviżjoni

►M10  1. ◄   Il-koperazzjoni finanzjarja bejn kull wieħed mir-reġjuni ACP u l-Komunità għandha tkun flessibli biżżejjed sabiex tassigura li l-operazzjonijiet jinżammu kontinwament ma' l-obbjettivi ta' dan il-Ftehim u li jagħtu kont tat-tibdiliet li jseħħu fis-sitwazzjoni ekonomika, tal-prijoritajiet u l-miri tar-reġjun ikkonċernat. Reviżjoni ta' nofs-il-perjodu u tat-tmiem-tal-perjodu tal-programmi reġjonali indikattivi għandha tittieħed sabiex tadatta il-programm indikattiv għaċ-ċirkostanzi kif jevolvu u sabiex tassigura li dawn ikunu implimentati sew. B'segwiment tal-finalizzazzjoni tar-reviżjonijiet ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perjodu, il-Komunità tista' tirrevedi l-allokazzjoni tar-riżorsi fid-dawl tal-ħtiġiet kurrenti u ta' l-imġieba.

▼M10

2.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 9(4), sabiex jittieħdu f'kunsiderazzzjoni ħtiġijiet ġodda jew prestazzjoni eċċezzjonali, ir-reviżjoni tista' ssir fuq talba ta' Parti jew oħra. Bħala riżultat ta' reviżjoni ad hoc, jista' jiġi deċiż tibdil fl-RSP miż-żewġ Partijiet u/jew tista' tiġi miżjuda l-allokazzjoni tar-riżorsi mill-Kummissjoni f'isem il-Komunità.

Ir-reviżjoni tat-tmiem tal-perjodu għandha wkoll tinkludi adattament għall-qafas ta' koperazzjoni finanzjarju multiannwali l-ġdid fit-termini kemm tal-allokazzjoni tar-riżorsi kif ukoll tal-preparazzjoni tal-programm indikattiv reġjonali li jkun imiss.

▼M10

Artikolu 12

Koperazzjoni intra-ACP

1.  Il-koperazzjoni intra-ACP għandha, bħala strument tal-iżvilupp, tikkontribwixxi għall-għan tas-Sħubija ACP-KE. Il-koperazzjoni intra-ACP hija koperazzjoni supra-reġjonali. Hija għandha l-għan li tindirizza l-isfidi kondiviżi li jiffaċċjaw l-Istati ACP permezz ta' operazzjonijiet li jitraxxendu l-kunċett ta' post ġeografiku u jkunu ta' benefiċċju għal ħafna jekk mhux għal kull wieħed mill-Istati ACP.

2.  Biex jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-kumplimentarjetà, qed jiġi previst intervent intra-ACP meta azzjoni nazzjonali u/jew reġjonali tkun impossibbli jew inqas effettiva, sabiex jiġi pprovdut valur miżjud b'paragun mal-operazzjonijiet li jsiru bi strumenti oħra ta' koperazzjoni.

3.  Meta l-Grupp ACP jiddeċiedi li jikkontribwixxi għal inizjattiva internazzjonali jew inter-reġjonali mill-fond intra-ACP, għandha tiġi garantita viżibbiltà xierqa.

▼M10

Artikolu 12a

Studju dwar l-istrateġija intra-ACP

1.  Il-programmazzjoni tal-koperazzjoni intra-ACP għandha tkun ir-riżultat ta' skambju ta' opinjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP, u għandha tiġi preparata konġuntament mis-servizzi tal-Kummissjoni u s-Segretarjat tal-ACP, wara konsultazzjonijiet mal-atturi u mal-partijiet interessati rilevanti.

2.  L-istudju strateġiku intra-ACP jiddefinixxi l-azzjonijiet ta' prijorità tal-koperazzjoni fi ħdan l-ACP u l-azzjonijiet neċessarji biex tinħoloq l-appartenenza tal-programmi sostnuti. Għandu jinkludi dawn l-elementi standard li ġejjin:

(a) analiżi tal-kuntest politiku, ekonomiku u soċjali u ambjentali tal-Grupp ta' Stati ACP;

(b) valutazzjoni tal-koperazzjoni intra-ACP u tal-kontribut tagħha għall-kisba tal-għanijiet ta' dan il-Ftehim u t-tagħlimiet li ttieħdu;

(c) preżentazzjoni ġenerali tal-istrateġija u tal-għanijiet Intra-ACP segwiti u tar-rekwiżiti finanzjarji mistennijaACP;

(d) preżentazzjoni ġenerali tal-attivitajiet rilevanti ta' msieħba esterni oħrajn fil-koperazzjoni;

(e) indikazzjoni tal-kontribut tal-UE lejn il-kisba tal-għanijiet ta' koperazzjoni intra-ACP u l-komplimentarjetà tagħha għall-operazzjonijiet finanzjati fuq il-livelli nazzjonali u reġjonali u minn msieħba esterni, partikolarment l-Istati Membri tal-UE.

Artikolu 12b

Talbiet għall-finanzjament

It-talbiet għall-finanzjament ta' programmi intra-ACP għandhom jiġu preżentati:

(a) direttament mill-Kunsill tal-Ministri tal-ACP, jew mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP; jew

(b) indirettament:

(i) minn mill-anqas tliet korpi jew organizzazzjonijiet reġjonali debitament awtorizzati minn reġjuni ġeografiċi differenti, jew minn mill-anqas żewġ Stati ACP minn kull wieħed mit-tliet reġjuni;

(ii) minn organizzazzjonijiet internazzjonali, bħalma hi l-Unjoni Afrikana, li jwettqu operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, suġġetti għal approvazzjoni bil-quddiem mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP; jew

(iii) mir-reġjuni tal-Karibew jew tal-Paċifiku, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika partikolari tagħhom, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Kunsill tal-Ministri tal-ACP jew mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP.

Artikolu 12c

Allokazzjoni tar-riżorsi

L-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi għandha tkun ibbażata fuq stima tal-ħtiġijiet u fuq il-progress u l-prospettivi tul il-proċess ta' koperazzjoni Intra-ACP. Għandha tinkludi riserva ta' fondi mhux programmati.

▼M10

Artikolu 13

Programm indikattiv intra-ACP

1.  Il-programm indikattiv Intra-ACP jinkludi l-elementi standard ewlenin li ġejjin:

(a) is-setturi fokali u t-temi tal-għajnuna mill-Komunità;

(b) il-miżuri u l-azzjonijiet l-aktar adegwati sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti għal dawk is-setturi u t-temi; u

(c) il-programmi u l-proġetti neċessarji biex jinkisbu l-għanijiet identifikati, sakemm ikunu ġew identifikati ċarament, kif ukoll indikazzjoni tar-riżorsi li għandhom jiġu allokati lil kull wieħed minnhom u skeda ta' implimentazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni u s-Segretarjat tal-ACP għandhom jidentifikaw u jevalwaw l-azzjonijiet korrispondenti. Fuq din il-bażi, il-programm indikattiv intra-ACP għandu jiġi preparat konġuntament mis-servizzi tal-Kummissjoni u mis-Segretarjat tal-ACP u jiġi ppreżentat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP-KE. Għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-punt (iii) tal-Artikolu 12b(b), il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP għandu jippreżenta kull sena lista konsolidata ta' talbiet għall-finanzjament tal-azzjonijiet ta' prijorità previsti fil-programm indikattiv Intra-ACP. Il-Kummissjoni għandha tidentifika u tipprepara l-azzjonijiet korrispondenti mas-Segretarjat tal-ACP kif ukoll programm ta' azzjoni annwali. Sa fejn hu possibbli u b'kunsiderazzjoni tar-riżorsi allokati, it-talbiet għall-finanzjament ta' azzjonijiet li mhumiex previsti fil-programm indikattiv Intra-ACP għandhom jiġu inklużi fil-programm ta' azzjoni annwali. F'każijiet eċċezzjonali, dawn it-talbiet għandhom jiġu adottati permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar finanzjament speċjali.

Artikolu 14

Proċess ta' reviżjoni

1.  Il-koperazzjoni Intra-ACP għandha tkun suffiċjentement flessibbli u reattiva biex tiżgura li l-azzjonijiet jibqgħu konsistenti mal-għanijiet ta' dan il-FtehimACP u li tikkonsidra kwalunkwe tibdil fil-prijoritajiet u l-għanijiet tal-Grupp ta' Stati ACP.

2.  Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu reviżjoni ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perojdu tal-istrateġija ta' koperazzjoni intra-ACP u tal-programm indikattiv biex jadattawha għaċ-ċirkostanzi preżenti u biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tagħha. Jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu dan, jistgħu jsiru reviżjonijiet ad hoc li jikkonsidraw il-ħtiġijiet ġodda li jistgħu jinqalgħu minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew imprevisti, bħalma huma dawk li jiġu minn sfidi ġodda li huma komuni fil-pajjiżi ACP.

3.  Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP u l-Kummissjoni jistgħu, fir-reviżjoni ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perojdu, jew wara reviżjoni ad hoc, jirrevedu u jadattaw l-istudju strateġiku dwar il-koperazzjoni Intra-ACP.

4.  Wara l-eżerċizzji ta' reviżjoni ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perjodu, jew reviżjonijiet ad hoc, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP u l-Kummissjoni jistgħu jaġġustaw l-allokazzjonijiet fi ħdan il-programm indikattiv intra-ACP u jimmobilizzaw ir-riserva mhux programmata Intra-ACP.

▼B



KAPITOLU 3

▼M4

VALUTAZZJONI U FINANZJAMENT

Artikolu 15

Identifikazzjoni, preparazzjoni u valutazzjoni ta' programmi u proġetti

▼M10

1.  Il-programmi u l-proġetti li jkunu ġew preżentati mill-Istat ACP konċernat jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fuq livell reġjonali jew livell intra-ACP għandhom jiġu soġġetti għall-valutazzjoni konġunta. Il-Kumitat għall-Koperazzjoni fil-Finanzjamant tal-Iżvilupp ACP-KE għandu jfassal il-linji gwida ġenerali u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-programmi u l-proġetti. Dawn il-programmi u l-proġetti huma ġeneralment multi-annwali u jistgħu jinkorporaw firxa sħiħa ta’ azzjonijiet ta’ ambitu limitat f’xi qasam partikolari.

▼M4

2.  Id-dossiers, tal-programmi jew proġetti, preparati u preżentati għall-finanzjament għandhom jikkontjenu t-tagħrif kollu meħtieġ għall-valutazzjoni tal-programmi u proġetti jew, fejn il- programmi u proġetti ma jkunux kompletament definiti, jipprovdu l-linji ġenerali meħtieġa għall--valutazzjoni tagħhom.

▼M10

3.  Il-valutazzjoni tal-programmi u l-proġetti għandha tieħu kont, kif dovut, tal-limitazzjonijiet nazzjonali fir-rigward tar-riżorsi umani u għandha tiżgura strateġija favorevoli għall-promozzjoni ta’ dawn ir-riżorsi. Għandha tieħu kont ukoll tal-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet speċifiċi ta’ kull Stat jew reġjun ACP.

▼M4

4.  Il-programmi u l-proġetti li għandhom jiġu implimentati minn partijiet mhux Statali li jkunu eliġibbli skont dan il-Ftehim jistgħu jiġu valutati mill-Kummissjoni waħidha u jwasslu, bejn il-Kummissjoni u l-partijiet mhux Statali, għal kuntratti ta’ għotjiet skont l-Artikolu 19a. Din il-valutazzjoni għandha tkun konformi ma’ l-Artikolu4(1)(d) fir-rigward tat-tipi ta' partijiet, ta' l-eliġibbiltà tagħhom u tat-tip ta’ attività li għandha tiġi appoġġata. Il-Kummissjoni, permezz tal-Kap tad-Delegazzjoni, għandha tinforma ►M10  l-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti ◄ dwar tali għotjiet allokati.

Artikolu 16

Il-proposta u d-deċiżjoni tal-finanzjament

1.  Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni għandhom jiġu riassunti fi proposta ta’ finanzjament, li l-verżjoni finali tagħha tiġi mfassla mill-Kummissjoni b’kollaborazzjoni mill-qrib ►M10  mal-Istat ACP ikkonċernat jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP ◄ .

2.  [imħassar]

3.  [imħassar]

4.  Il-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità, għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha ta' finanzjament ►M10  lill-Istat ACP ikkonċernat jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP ◄ fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-verżjoni finali tal-proposta ta’ finanzjament hija mfassla.

5.  Fejn il-proposta ta’ finanzjament ma tiġix adottata mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità, ►M10  l-Istat ACP ikkonċernat jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP ◄ għandu jiġi informat immedjatament dwar ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. F’tali każ, ir-rappreżentant ►M10  tal-Istat ACP ikkonċernat jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP ◄ jista', fi żmien 60 jum min-notifika, jitlob:

(a) li l-kwistjoni tiġi riferita lill-Kumitat ta' l-ACP-KE għall-Koperazzjoni fil-Finanzjament ta’ l-Iżvilupp stabbilit taħt dan il-Ftehim; jew

(b) li jingħatalhom smigħ mir-rappreżentanti tal-Komunità.

6.  Wara tali smigħ, il-Kummissjoni f’isem il-Komunità għandha tieħu deċiżjoni finali ta' l-adozzjoni jew taċ-ċaħda tal-proposta ta’ finanzjament. Qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni, ►M10  l-Istat ACP ikkonċernat jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP ◄ jista' jippreżenta lill-Kummissjoni kull fatt li jista' jitqies meħtieġ sabiex jissupplimenta t-tagħrif li għaliha jkun aċċessibbli.

▼M10

Artikolu 17

Ftehim tal-Finanzjament

1.  Bħala regola, il-programmi u l-proġetti finanzjati mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multiannwali huma suġġetti għal ftehim ta' finanzjament imfassal mill-Kummissjoni u l-Istat ACP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP.

2.  Il-ftehim ta' finanzjament għandu jitfassal sa 60 jum wara l-kommunikazzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar il-finanzjament. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu:

(a) jispeċifika, b’mod partikolari, id-dettalji tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, l-arranġamenti u t-termini tal-finanzjament kif ukoll id-dispożizzjonijiet ġenerali u speċifiċi relatati mal-programm jew proġett konċernat inklużi l-eżiti u r-riżultati mistennija; u

(b) jagħmel provvediment adekwat għall-approprjazzjonijiet sabiex ikopru ż-żidiet fl-ispiża, il-kontinġenzi, l-awditjar u l-evalwazzjonijiet.

3.  Kwalunkwe bilanċ mhux minfuq li jkun tħalla mal-għeluq tal-kontabilità tal-programmi u proġetti fil-limiti tat-termini ta' żmien għall-impenji tal-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali li minnu jkunu ġew finanzjati l-programmi u l-proġetti għandhom ikunu dovuti lill-Istat jew organizzazzjoni jew korp rilevanti tal-ACP fil-livell reġjonali jew intra-ACP.

▼M4

Artikolu 18

Infiq aktar milli ppjanat

1.  Hekk kif jidher li jkun hemm riskju ta’ spejjeż aktar mill-finanzi disponibbli taħt il-ftehim ta’ finanzjament, ►M10  l-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti ◄ għandu jinforma b’dan lill-Kummissjoni u jitlob l-approvazzjoni tagħha minn qabel dwar il-miżuri li ►M10  l-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti ◄ jaħseb sabiex jieħu sabiex ikopri tali spejjeż eċċessivi, jew billi jitnaqqas l-ambitu tal-programm jew proġett, jew billi jintużaw riżorsi nazzjonali jew riżorsi oħra mhux Komunitarji.

2.  Jekk ma jkunx possibbli li jitnaqqas l-ambitu tal-programm jew proġett jew li l-ispejjeż eċċessivi jiġu koperti minn riżorsi oħra, il-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità, tista’, fuq talba motivata ►M10  mill-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti ◄ , tiddeċiedi dwar finanzjament supplimentari dwar riżorsi mill-programm indikattiv.

Artikolu 19

Finanzjament retroattiv

1.  Sabiex jiġi żgurat bidu bikri tal-proġetti, tiġi żgurata l-kontinwità bejn proġetti sekwenzjali u jiġi prevenut id-dewmien, ►M10  l-Istati ACP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP ◄ jistgħu, mat-tlestija tal-valutazzjoni tal-proġett u qabel it-teħid tad-deċiżjoni ta’ finanzjament, jiffinanzjaw minn qabel l-attivitajiet konnessi mal-varar tal-programmi, ix-xogħol preliminari u staġjonali, l-ordnijiet għal tagħmir li jkun jinvolvi stennija twila għall-konsenja kif ukoll ċerti operazzjonijiet kurrenti. Tali nfiq għandu jissodisfa l-proċeduri previsti f'dan il-Ftehim.

2.  Kull nfiq imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi menzjonat fil-proposta ta’ finanzjament u ma għandux jippreġudika d-deċiżjoni ta' finanzjament meħuda mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità.

3.  L-infiq li jsir ►M10  mill-Istat ACP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP ◄ taħt dan l-Artikolu għandu jkun finanzjat retroattivament taħt il-programm jew proġett, ladarba jiġi ffirmat il-ftehim ta’ finanzjament.

▼B



KAPITOLU 4

▼M4

IMPLEMENTAZZJONI

▼M4

Artikolu 19a

Miżuri ta' implementazzjoni

▼M10

1.  L-implementazzjoni ta' programmi u proġetti finanzjati mill-qafas ta' kooperazzjoni finanzjarju multi-annwali taħt dan il-Ftehim għandha tikkonsisti prinċipalment f'dan li ġej:

▼M4

(a) l-għoti ta' kuntratti bl-appalt;

(b) l-għoti ta' fondi;

(ċ) il-prestazzjoni permezz ta' ħidma diretta;

▼M10

(d) ħlasijiet diretti bħala sostenn baġitarju, sostenn għall-programmi settorjali, ħelsien tad-dejn u sostenn sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi minn xokkijiet eżoġeni ta' terminu qasir inklużi l-flutwazzjonijiet tad-dħul mill-esportazzjonijiet.

▼M4

2.  Fil-kuntest ta' dan l-Anness, l-appalti pubbliċi għandhom ikunu kuntratti bi skop pekuniarju magħmula bil-miktub sabiex jiġu ottenuti, bil-ħlas, il-forniment ta' beni mobbli, l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizzi.

3.  Fil-kuntest ta' dan l-Anness, l-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti mogħtija bħala donazzjoni sabiex jiffinanzjaw:

(a) xi azzjoni maħsuba sabiex tassisti fit-twettiq ta’ xi għan ta' dan il-Ftehim jew ta' xi programm jew proġett adottat skond dan il-Ftehim, jew

(b) il-funzjonament ta' xi korp li jsegwi dan il-għan.

L-għotjiet għandhom ikunu koperti minn ftehim bil-miktub.

Artikolu 19b

Sejħa għall-offerti bi klawsola sospensiva

Sabiex jiġi żgurat bidu bikri tal-proġetti, ►M10  l-Istati ACP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP ◄ jistgħu, fil-każijiet kollha debitament sustanzjati u bi ftehim mal-Kummissjoni, hekk kif il-valutazzjoni tal-proġett tkun finalizzata iżda qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta’ finanzjament, joħorġu s-sejħiet għall-offerti għal kull tip ta’ appalt bl-inklużjoni ta’ klawsola sospensiva. Tali dispożizzjoni għandha tkun menzjonata fil-proposta ta’ finanzjament.

▼M10

Artikolu 19c

It-tqassim ta' kuntratti, il-konċessjoni ta' għotjiet u l-kuntratti ta' prestazzjoni

1.  Ħlief kif inhu previst fl-Artikolu 26, kuntratti u għotjiet għandhom jiġu attribwiti u jkunu implimentati skont ir-regoli tal-Komunità u, ħlief fil-każijiet speċifiċi previsti f'dawn ir-regoli, skont il-proċeduri standard u d-dokumentazzjoni stipulata u ppubblikata mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta l-proċedura msemmija tnediet.

2.  F'ġestjoni deċentralizzata, fejn evalwazzjoni konġunta turi li l-proċeduri użati għat-tqassim tal-kuntratti u għotjiet fl-Istat ACP jew fir-reġjun li jirċievi jew il-proċeduri approvati mill-fornituri tal-fondi huma skont il-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u ta' kontra d-diskriminazzjoni u li jipprekludu kwalunkwe tip ta' konflitt ta' interess, il-Kummissjoni għandha tuża dawn il-proċeduri, b'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi u bla ħsara għall-Artikolu 26, b'rispett sħiħ lejn ir-regoli li jirregolaw l-awtorità tagħha f'dan il-qasam.

3.  L-Istat ACP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti ACPfil-livell reġjonali jew intra-ACP għandhom jobbligaw ruħhom li jivverifikaw regolarment li l-operazzjonijiet finanzjati mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim ġew implimentati kif suppost, li jieħdu l-miżuri adegwati biex jipprevjenu irregolaritajiet u frodi, u, jekk neċessarju, li tittieħed azzjoni legali biex jinġabru fondi li sar ħlas mhux dovut tagħhom.

4.  F'ġestjoni deċentralizzata, il-kuntratti jiġu negozjati, stabbiliti, iffirmati u mwettqa mill-Istati ACP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP. Dawn l-Istati jew l-organizzazzjonijiet jew il-korpi rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP jistgħu, madanakollu, jitolbu lill-Kummissjoni biex tinneggozzja, tistabbilixxi, tiffirma u twettaq kuntratti f'isimhom.

▼M13

5.  Skont l-impenn imsemmi fl-Artikoli 32(1)(a) u l-Artikolu 50 ta' dan il-Ftehim, il-kuntratti u l-għotjiet iffinanzjati minn riżorsi mill-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni mal-AKP għandhom isiru skont il-leġislazzjoni applikabbli dwar l-ambjent u l-istandards bażiċi rikonoxxuti internazzjonalment fil-qasam tal-liġi dwar ix-xogħol.

▼M10

6.  Grupp ta' esperti ta' rappreżentanti tas-Segretarjat tal-Grupp tal-Istati ACP u l-Kummissjoni għandu jiġi stabbilit biex jidentifika, fuq it-talba ta' wieħed jew aktar mill-partijiet, kwalunkwe tibdil li huwa adatt u biex jissuġġerixxi emendi u titjib fir-regoli u l-proċeduri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

Dan il-grupp ta' esperti għandu wkoll iressaq rapport perjodiku lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp Finanzjaru ACP-KE biex jassistih fil-kompitu teigħu li jeżamina l-problemi marbutin mal-implimentazzjoni tal-iżvilupp ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni u jipproponi miżuri xierqa.

Artikolu 20

Eliġibilità

Ħlief f’każ li tingħata deroga skont l-Artikolu 22, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26:

▼M13

1. Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet iffinanzjati mill-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi kollha li huma ċittadini ta', jew persuni ġuridiċi li huma stabbiliti b'mod effettiv fi:

a. Stat tal-AKP, Stat Membru tal-Komunità Ewropea, benefiċjarji tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni tal-Komunità Ewropea, Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, u pajjiżi u territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ( 1 );

b. pajjiżi u territorji fi stat ta' żvilupp, kif inklużi fil-lista ta' Riċevituri tal-ODA tad-DAC tal-OECD, li mhumiex membri tal-grupp G-20, mingħajr ħsara għall-istatus tar-Repubblika tal-Afrika ta' Isfel, kif regolat mill-Protokoll 3;

c. pajjiżi li għalihom l-aċċess reċiproku għall-assistenza esterna ġie stabbilit mill-Kummissjoni bi ftehim mal-pajjiżi AKP;

L-aċċess reċiproku jista' jingħata, għal perjodu limitat ta' mill-inqas sena, kull meta pajjiż jikkonċedi eliġibbiltà fuq termini ugwali lil entitajiet mill-Komunità u minn pajjiżi eliġibbli taħt dan l-Artikolu;

d. Stat membru tal-OECD, fil-każ ta' kuntratti implimentati f'Pajjiż l-Anqas Żviluppat (LDC) jew f'Pajjiż Fqir b'Ħafna Dejn (HIPC), kif inkluż fil-lista ta' Riċevituri tal-ODA tad-DAC tal-OECD ippubblikata mid-DAC-tal-OECD.

▼M13 —————

▼M10

2. Is-servizzi taħt kuntratt iffinanzjat mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim jista' jiġi provdut minn esperti ta' kwalunkwe nazzjonalità, mingħajr preġudizzju għall-kwalità u l-obbligi finanzjarji stabbiliti fir-regoli ta' akkwist pubbliku tal-Komunità.

▼M13

3. Il-provvisti u l-materjali kollha mixtrija taħt kuntratt ta' akkwist, jew b'konformità mal-ftehim ta' għoti, iffinanzjat mill-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandhom joriġinaw minn pajjiż eliġibbli, kif definit f'dan l-Artikolu.

Madankollu, huma jistgħu joriġinaw minn kwalunkwe Stat meta l-ammont ta' valur tal-provvisti u materjali li se jinxtraw ikun taħt il-limitu għall-użu tal-proċedura kompetittiva nnegozjata, stabbilita f'konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 19C.

F'dan il-kuntest, id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti li joriġinaw” għandha titqies fid-dawl tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, u l-provvisti li joriġinaw mill-Komunità għandhom jinkludu provvisti li joriġinaw mill-Pajjiżi u mit-Territorji Extra-Ewropej.

▼M10

4. Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew tal-għoti ta' għotjiet finanzjati mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim għandha tkun miftuħa għall-organizzazzjonijiet internazzjonali.

▼M13

5. Kull meta l-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni implimentata permezz ta' organizzazzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni fi proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-paragrafu 1, kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt ir-regoli tal-organizzazzjoni, waqt li jiġi żgurat trattament ugwali għad-donaturi kollha. L-istess regoli japplikaw għall-provvisti u l-materjali.

6. Kull meta l-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni implementata bħala parti minn inizjattiva reġjonali, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-paragrafu 1, kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha minn pajjiż parteċipanti fl-inizjattiva rilevanti. L-istess regoli japplikaw għall-provvisti u l-materjali.

7. Kull meta l-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni kofinanzjata b'mod konġunt ma' sieħeb/sieħba jew ma' donatur ieħor jew implimentata permezz ta' kwalunkwe Fond Fiduċjarju stabbilit mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha li huma eliġibbli taħt il-paragrafu 1 u għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt ir-regoli ta' dak is-sieħeb, donatur ieħor jew taħt ir-regoli determinati fl-att kostituttiv tal-Fond Fiduċjarju.

Fil-każ ta' azzjonijiet implimentati permezz ta' entitajiet fdati, li jkunu Stati Membri jew l-aġenziji tagħhom, permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment jew permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-aġenziji tagħhom, il-persuni naturali jew ġuridiċi li huma eliġibbli taħt ir-regoli ta' dik l-entità fdata, kif identifikati fil-ftehimiet konklużi mal-entità ta' kofinanzjament jew ta' implimentazzjoni għandhom ikunu eliġibbli wkoll. L-istess regoli japplikaw għall-provvisti u l-materjali.

▼M13

8. Kull meta l-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni kofinanzjata taħt Strument finanzjarju tal-UE ieħor, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-paragrafu 1, kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli skont kwalunkwe wieħed minn dawn l-Istrumenti. L-istess regoli japplikaw għall-provvisti u l-materjali.

9. L-eliġibbiltà kif definita f'dan l-Artikolu tista' tiġi ristretta fir-rigward tan-nazzjonalità, tal-lokalizzazzjoni jew tan-natura tal-applikanti fejn ikun meħtieġ min-natura u mill-għanijiet tal-azzjoni u kif meħtieġ għall-implimentazzjoni effikaċi tagħha.

▼M10 —————

▼M4

Artikolu 22

Derogi

▼M13

1.  L-offerenti, l-applikanti u l-kandidati minn pajjiżi terzi li mhumiex eliġibbli taħt l-Artikolu 20 jistgħu jkunu awtorizzati jipparteċipaw fi proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew għotjiet iffinanzjati mill-Komunità mill-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jew provvisti u materjali ta' oriġini mhux eliġibbli jistgħu jiġu aċċettati bħala eliġibbli fuq it-talba ġustifikata tal-Istati tal-AKP jew tal-organizzazzjoni jew korp rilevanti f'livell reġjonali jew intra-AKP fil-każ ta':

(a) pajjiżi li tradizzjonalment għandhom rabtiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġeografiċi ma' pajjiżi benefiċjarji ġirien, jew

(b) urġenza jew nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti u servizzi fis-swieq tal-pajjiżi kkonċernati, jew każijiet oħrajn debitament sostanzjati fejn ir-regoli tal-eliġibbiltà jagħmlu t-twettiq ta' proġett, programm jew azzjoni impossibbli jew eċċessivament diffiċli.

L-Istat tal-AKP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti f'livell reġjonali jew intra-AKP għandhom, f'kull okkażjoni, jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tiddeċiedi dwar tali deroga.

▼M4

2.  Fir-rigward ta' proġetti finanzjati mill-Faċilità ta’ Investiment għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-għoti ta’ l-appalti tal-Bank.

▼M10 —————

▼M4

Artikolu 24

Implementazzjoni permezz ta' ħidma diretta

1.  Fil-każ ta’ operazzjonijiet b'ħidma diretta, il-programmi u proġetti għandhom jiġu implementati permezz ta' aġenziji jew dipartimenti pubbliċi jew semi-pubbliċi ta’ l-Istat jew Stati ta' l-ACP konċernati jew mill-persuna ġuridika responsabbli mill-eżekuzzjoni ta' l-operazzjoni.

2.  Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ispejjeż tad-dipartiment konċernat billi tipprovdi t-tagħmir u/jew il-materjal li jonqoslu u/jew ir-riżorsi li jippermettulu li jirrekluta il-persunal supplimentari meħtieġ bħala esperti mill-Istat ta' l-ACP koċernat jew minn Stati ta' l-ACP oħra. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkopri biss l-ispejjeż magħmula bil-miżuri supplimentari u l-infiq temporanju relatat ma’ l-eżekuzzjoni, li jkunu strettament limitati għall-ħtiġijiet tal-programmi u tal-proġetti konċernati.

3.  L-istimi tal-programmi li jimplementaw l-operazzjonijiet ta' ħidma diretta għandhom jikkonformaw mar-regoli Komunitarji, mal-proċeduri u d-dokumenti standard stabbiliti mill-Kummissjoni, applikabbli fiż-żmien li fih ikunu approvati l-istimi tal-programmi.

▼M10 —————

▼M4

Artikolu 26

Preferenzi

▼M10

1.  Għandhom jittieħdu miżuri li jiffavorixxu l-parteċipazzjoni l-aktar wiesgħa possibbli ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi tal-Istati ACP fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti finanzjati mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi fiżiċi u umani ta’ dawk l-Istati. Għal dan il-għan:

▼M13

(a) għal kuntratti ta' xogħlijiet ta' valur ta' inqas minn EUR 5 000 000 , l-offerenti tal-Istati tal-AKP, sakemm mill-inqas kwart tal-ħażniet tal-kapital u tal-persunal maniġerjali joriġinaw minn Stat wieħed jew aktar tal-AKP, għandhom jingħataw preferenza tal-prezz ta' 10 % matul il-valutazzjoni finanzjarja;

(b) għal kuntratti ta' forniment b'valur ta' inqas minn EUR 300 000 , l-offerenti tal-Istati tal-AKP, individwalment jew f'konsorzju ma' sħab Ewropej, għandhom jingħataw preferenza tal-prezz ta' 15 % matul il-valutazzjoni finanzjarja;

(c) fir-rigward ta' kuntratti ta' servizz minbarra Kuntratti ta' qafas tal-Kummissjoni Ewropea, meta jiġu evalwati l-offerti tekniċi, għandha tingħata preferenza lil dawk l-offerti ppreżentati minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi tal-Istati tal-AKP, sew individwalment jew f'konsorzju bejniethom;

▼M4

(d) fejn ikun hemm rikors għal subkuntratturi, l-appaltatur magħżul għandu jippreferi l-persuni fiżiċi, kumpanniji u intrapriżi ta’ l-Istati ta' l-ACP li jkunu kapaċi jwettqu l-kuntratt meħtieġ taħt l-istess kondizzjonijiet, u

(e) l-Istat ta' l-ACP jista’, fis-sejħa għall-offerti, joffri lill-appaltaturi prospettivi l-assistenza ta’ kumpanniji jew ditti jew esperti jew konsulenti mill-Istati ta' l-ACP li jkunu magħżula bi ftehim reċiproku. Din il-koperazzjoni tista’ tkun taħt forma ta’ joint venture, jew ta’ subkuntratt jew ta’ taħriġ tal-persunal waqt l-impjieg.

▼M13

2.  Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1, fejn żewġ offerti għax-xogħlijiet, provvisti jew kuntratti ta' servizz ikunu rikonoxxuti bħala ekwivalenti, għandha tingħata preferenza:

(a) lill-offerent minn Stat tal-AKP; jew

(b) jekk ma ssir ebda tali offerta, lill-offerent li:

(i) jipprovdi għall-aħjar użu possibbli tar-riżorsi fiżiċi u umani tal-Istati tal-AKP;

(ii) li joffri l-aqwa possibiltajiet subkontrattwali lill-kumpanniji, intrapriżi jew persuni fiżiċi tal-AKP; jew

(iii) jkun konsorzju ta' persuni fiżiċi, ta' kumpanniji jew ta' ditti mill-Istati tal-AKP u mill-Komunità.

▼M10 —————

▼B

Artikolu 30

Twettieq ta' kwistjonijiet

▼M10

Kwalunkwe tilwima li tqum bejn l-awtoritajiet ta' Stat ACP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti ACPfil-livell reġjonali jew intra-ACP u kuntrattur, fornitur jew fornitur ta' servizzi matul it-twettiq ta' kuntratt iffinanzjat mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim għandu:

▼B

(a) fil-każ ta' kuntratt nazzjonali, tkun imwettqa bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-istat ACP ikkonċernat; u

(b) fil-każ ta' kuntratt trans-nazzjonali għandha tkun imwettqa, jew:

(i) jekk il-Partijiet f'kuntratt hekk jaqblu, bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-istat ACP ikkonċernat jew skond il-prattiċi internazzjoni stabbiliti tiegħu; jew

(ii) b'arbitraġġ skond ir-regoli proċedurali li għandhom ikunu adotti b'deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri fl-ewwel laqgħa li ssegwi l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, mar-rakkammandazzjoni tal-Kumitat ta' Koperazzjoni ta' l-Iżvilupp Finanzjarju ACP-KE.

Artikolu 31

Arranġamenti tat-taxxa u doganali

1.  L-Istati ACP għandhom japplikaw għall-kuntratti finanzjati mill-Komunità, arranġamenti tat-taxxa u doganali mhux anqas foverovoli minn dawk applikati minnhom ma' l-Istati l-aktar favoriti jew ma' l-organizzazzjonijiet internezzjonali ta' l-iżvilupp li magħhom ikollhom relezzjonijiet. Għall-iskop tad-determinazzjoni ta' trattament tan-nazzjon-l-aktar-favoriti (MFN) l-ebda akkont m'għandu jkun meħud ta' l-arranġementi applikati mill-Istat ACP ikonċernat lejn l-Istati ACP l-oħrajn, jew lejn pajjiżi oħra li għadhom ikunu jiżviluppaw.

2.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq, dan li ġej għandu jkun applikabli għal kuntratti finanzjati mill-Komunità:

(a) il-kuntratt m'għandux ikun suġġett fl-Istat ACP benefiċjarju għal dazji tal-bolol jew tar-reġistrazzjoni jew għal imposti fiskali li jkollhom effett ekwivamenti, sew jekk tali imposti jkunu diġa eżistenti jew inkella għandhom ikunu istitwiti fil-ġejjini; b'danakollu, tali kuntratti għandhom ikunu reġistrati b'konfomità mal-liġijiet fis-seħħ fl-Istat ACP u miżata korrispondenti għas-servizz mogħti tista' tkun imposta dwaru;

(b) profitti u/jew introjtu li jirriżulta mit-twettieq ta' kuntratti għandhom ikunu ntaxxati skond l-arranġamenti fiskali nterni ta' l-istat ACP ikkonċernat, basta li l-persuni naturali jew legali li jakkwistaw tali profitt u/jew introjtu jkollhom post permanenti tan-negozju f'dak l-Istat, jew li t-twettieq tal-kuntratt ikun sejjer jieħu aktar minn sitt xhur;

(ċ) l-impriżi li għandhom jimportaw apparat professjonali sabiex iwettqu l-kuntratt tax-xogħolijiet għandhom, jekk hekk ikunu mitluba, jibbenefikaw mis-sisetma tad-dħul temporanju kif stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-istat ACP benefiċjarju fir-rigward ta' l-imsemmi apparat;

(d) apparat professjonali meħtieġ għat-twettieq tad-doveri definiti fil-kuntratt tas-servizz għandu jkun temporanjament ammess fl-Istat jew fl-Istati ACP benifiċċjari skond il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, ħieles minn daziji fiskali, ta' l-importazzjoni jew doganali u xi imposti oħrajn li jkollhom effett ekwivalenti meta dawk id-dazji u l-imposti ma jkunux jikkostitwixxu remunerazzjoni għas-servizzi mogħtija;

(e) importazzjoni permezz ta' kuntratti tal-forniment għandha tikun imdaħħla fl-Istat ACP beneifiċjarju mingħajr dazji doganali, dazji ta' l-importazzjoni, taxxi jew imposti fiskali li jkollhom effett ekwivalenti. Il-kuntratt għal fornimemnt li joriġinaw fl-Istat ACP ikkonċernat għandu jkun konkluż fuq il-bażi tal-prezz ex-fabbrika tal-fornimenti li miegħu jistgħu jkunu miżjuda ta' imposti fiskali interni skond ma jkun applikabbli għal dawk il-fornimenti fl-Istat ACP;

(f) karburanti, lubrifikanti u rbit ta' l-idrobarkuri, u, ġeneralment, il-materjali kollha wżati fit-twettieq tal-kuntratti tax-xogħolijiet għandhom ikunu meqjusa bħala li kienu ġew mixtrija fis-suq lokali u għandhom ikunu suġġetti għar-regoli fiskali applikabbli skond il-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat ACP benefiċjarju; u

(g) oġġetti personali u tad-djar importati għall-użu minn persuni naturali, apparti milli minn dawk ingaġġati lokalment, involuti fit-twettieq tad-doveri definiti fil-kuntratt tas-servizz u l-membri tal-familja tagħhom, għandhom ikunu eżentati mid-dazji doganali jew ta' l-importazzjoni, minn taxxi jew minn imposti fiskali oħrajn li jkollhom effett ekwivalenti, fil-limiti tal-leġislazzjoni nazzjonali li tkun fis-seħħ fl-Istat ACP benefiċjarju.

3.  Kwalunkwe materja mhux koperta bid-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq rigward it-taxxa u l-arranġamenti doganali għandha tibqa suġġetta għall-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-istat ACP ikkonċernat.



KAPITOLU 5

MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Artikolu 32

Objettivi

L-objettiv tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għandu jkun konsistenti ma' l-istudju regolari ta' l-operazzjoni ta' żvilupp (preparazzjoni, implimentazzjoni u operazzjoni sussegwenti) bil-għan li jkun imtejjeb l-iżvilupp effettiv ta' l-operazzjoni kurrenti u futuri.

▼M10

Artikolu 33

Modalitajiet

1.  Mingħajr preġudizzju għall-evalwazzjonijiet imwettqa mill-Istati ACP jew mill-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP jew mill-Kummissjoni, tali xogħol ser jitwettaq b’mod konġunt mill-Istat(i) ACP jew mill-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP u mill-Komunità. Il-Kumitat ta’ Koperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp ACP-KE għandu jassigura l-karattru konġunt tal-monitoraġġ konġunt u tal-operazzjonijiet tal-evalwazzjoni. Sabiex ikun mgħejjun il-Kumitat ta’ Koperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżviluppp ACP-KE, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-ACP għandhom jippreparaw u jimplimentaw il-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet konġunti u jwasslu rapport lill-Kumitat. Il-Kumitat għandu, fl-ewwel laqgħa tiegħu wara l-iffirmar tal-Ftehim, jistabbilixxi l-modalitajiet operazzjonali mmirati li jassiguraw il-karattru konġunt tal-operazzjonijiet u għandu, fuq bażi annwali, japprova il-programm ta' ħidma.

2.  L-attivitajiet tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni għandhom b'mod partikolari:

(a) jipprovdu valutazzjonijiet regolari u independenti tal-operazzjonijiet u l-attivitajiet iffinanzjati mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim billi jiġu mqabbla r-riżultati mal-għanijiet; u b’hekk

(b) jiffaċilitaw lill-Istati ACP jew l-orgnizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP u lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet konġunti, li jutilizzaw il-lezzjonijiet mill-esperjenza lura fit-tfassil u l-eżekuzzjoni tal-politika u l-operazzjonijiet tal-ġejjieni.

▼B



KAPITOLU 6

▼M4

L-AMMINISTRAZZJONI TAR-RIŻORSI TAL-FOND U L-AĠENTI EŻEKUTTIVI

▼M10

Artikolu 34

Il-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-operazzjonijiet imwettqa bir-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim, ħlief għall-Faċilità ta’ Investiment u s-sussidji tar-rata tal-imgħax, bl-użu tal-metodi amministrattivi prinċipali li ġejjin:

(a) amministrazzjoni ċentralizzata;

(b) amministrazzjoni deċentralizzata.

2.  Bħala regola ġenerali, l-eżekuzzjoni finanzjarja tar-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim mill-Kummissjoni għandha tkun deċentralizzata.

F’dan il-klaż, id-dmirijiet ta’ eżekuzzjoni għandhom jitwettqu mill-Istati ACP skont l-Artikolu 35.

3.  Sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni finanzjarja tar-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tiddelega l-poteri ta' eżekuzzjoni tagħha fi ħdan id-dipartimenti tagħha stess. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati ACP u lill-Kumitat dwar il-Koperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp ACP-KE b'din id-delega tal-kompiti.

▼M4

Artikolu 35

L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali

▼M10

1.  Il-Gvern ta’ kull Stat ACP għandu jaħtar Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali sabiex jirrappreżentah fl-operazzjonijiet kollha finanzjati mir-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim amministrat mill-Kummissjoni u l-Bank. l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali għandu jaħtar viċi-Uffiċjal jew viċi-Uffiċjali Awtorizzanti Nazzjonali sabiex jaġixxu minfloku f’każ li huwa ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar din il-ħatra. L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali jista’, fejn il-kondizzjonijiet dwar il-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba jkunu sodisfatti, jiddelega l-funzjonijiet tiegħu fl-implementazzjoni tal-programmi u l-proġetti konċernati lill-korp responsabbli fi ħdan l-amministrazzjoni nazzjonali. L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali għandu jinforma lill-Kummissjoni b'kull delega bħal din.

Fil-każ ta' programmi u proġetti reġjonali, l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti għandhom jinnominaw Uffiċjal Awtorizzanti Reġjonali li d-dmirijiet tiegħu jkunu jikkorrispondu, mutatis mutandis, ma’ dawk tal-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali;

Fil-każ ta' programmi u proġetti Intra-ACP, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP għandu jinnomina Uffiċjal Awtorizzanti Reġjonali, li d-dmirijiet tiegħu jkunu jikkorrispondu, mutatis mutandis, ma’ dawk tal-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali. Fl-eventwalità li s-Segretarjat tal-ACP ma jkunx l-Uffiċjal Awtorizzanti, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi għandu jiġi informat f'konformità mal-ftehim tal-finanzjament tal-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti.

Meta l-Kummissjoni ssir taf b’xi problemi fit-twettiq tal-proċeduri rigward l-amministrazzjoni tar-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali, hija għandha, flimkien mal-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali, tagħmel il-kuntatti kollha biex tirrimedja s-sitwazzjoni u tieħu passi opportuni.

L-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti għandu jerfa’ r-responsabbiltà finanzjarja biss għall-kompiti ta’ eżekuzzjoni li jkunu fdati lilu.

Fejn ir-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali jkunu aministrati b'mod deċentralizzat u suġġett għal kull poter supplimentari li jista' jingħata mill-Kummissjoni, l-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti għandu:

▼M4

(a) ikun responsabbli mill-koordinazzjoni, mill-programmazzjoni, missorveljanza regolari u mir-reviżjonijiet annwali, intermedji u finali ta' l-implementazzjoni tal-koperazzjoni, kif ukoll mil-koordinazzjoni mad-donaturi;

(b) b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ikun responsabbli mill-preparazzjoni, milll-preżentazzjoni u mill-valutazzjoni tal-programmi u proġetti;

(ċ) jipprepara l-inkartamenti ta' l-appalti u, jekk ikun il-każ, id-dokumenti tas-sejħiet għal proposti;

(d) qabel il-varar tas-sejħiet għall-offerti u, jekk ikun il-każ, is-sejħiet għal proposti, jippreżenta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni l-inkartament ta' l-appalti u, jekk ikun il-każ, id-dokumenti dwar is-sejħiet għal proposti;

(e) ivara, b’koperazzjoni stretta mal- Kummissjoni, is-sejħiet għall-offerti kif ukoll, jekk ikun il-każ, is-sejħiet għal proposti;

(f) jirċievi l-offerti kif ukoll, jekk ikun il-każ, proposti, u jibgħat kopji ta’ l-offerti lill-Kummissjoni; jippresiedi fil-ftuħ ta’ l-offerti u jiddeċiedi dwar ir-riżultati ta' l-eżami tagħhom fit-ermini taż-żmien ta’ validità ta’ l-offerti, b'kont meħud taż-żmien meħtieġ għall-approvazzjoni ta’ l-kuntratti;

(g) jistieden il-Kummissjoni għall-ftuħ ta’ l-offerti u, jekk ikun il-każ, tal-proposti u jinnotifika r-riżultat ta' l-eżami ta’ l-offerti u tal-proposti lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tal-proposti għall-għoti ta’ kuntratti u għotjiet;

(h) jippreżenta l-kuntratti u l-istimi tal-programmi, kif ukoll kwalunkwe addenda magħhom, għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni;

(i) jiffirma l-kuntratti, u l- addenda tagħhom li jkunu ġew approvati mill-Kummissjoni;

(j) japprova u jawtorizza l-infiq fil-limiti tar-riżorsi allokati lilu; u

(k) waqt l-operazzjonijiet ta’ eżekuzzjoni, jagħmel kull arranġament ta' adattament meħtieġ sabiex jiżgura, mil-lat ekonomiku u tekniku, l-eżekuzzjoni korretta tal-programmi u proġetti approvati.

2.  Waqt l-eżekuzzjoni ta'l-operazzjonijiet, u suġġett għall-obbligu li jinforma l-Kummissjoni, ►M10  l-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti ◄ għandu jieħu deċiżjoni:

(a) dwar l-aġġustamenti u l-alterazzjonijiet tekniċi fil-programmi u proġetti fir-rigward ta' materji ta' dettall sakemm dawn ma jolqtux is-soluzzjoni teknika adottata u jibqgħu fil-limiti tar-riserva għall-aġġustamenti prevista fil-ftehim ta’ finanzjament;

(b) dwar bdil fis-sit ta' programmi jew proġetti li jinvolvu unitajiet multipli fejn dan ikun ġustifikat għal raġunijiet tekniċi, ekonomiċi jew soċjali;

(ċ) dwar l-imposizzjoni jew il-maħfra ta' penali f'każijiet ta' mora;

(d) dwar atti li jirrilaxxaw il-garanziji;

(e) dwar xiri ta' beni fis-suq lokali irrispettivament mill-oriġini tagħhom;

(f) dwar l-użu ta’ materjal u tagħmir ta’ kostruzzjoni li ma joriġinawx mill-Istati Membri jew mill-Istati ta' l-ACP sakemm ma jkunx hemm il-produzzjoni ta’ materjal u tagħmir komparabbli fl-Istati Membri jew fl-Istati ta' l-ACP;

(g) dwar is-subkuntratti;

(h) dwar l-aċċettazzjoni finali, sakemm il-Kummissjoni tkun preżenti għall-aċċettazzjoni provviżorja, tapprova l-minuti korrispondenti u, fejn ikun il-każ, tkun preżenti għall-aċċettazzjoni finali, partikolarment meta l-ammont ta’ riservi magħmula waqt l-aċċettazzjoni provviżorja jkun jeħtieġ xogħol addizzjonali konsiderevoli u

(i) dwar ir-reklutaġġ ta' konsulenti u esperti oħra għall-assistenza teknika.

Artikolu 36

Kap tad-Delegazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun rappreżentata f’kull Stat ta' l-ACP jew f’kull grupp reġjonali li hekk ikun talab espressament, permezz ta' delegazzjoni taħt l-awtorità ta’ Kap ta' Delegazzjoni, bl-approvazzjoni ta’ l-Istat jew Stati ta' l-ACP konċernati. Għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa f’każ fejn Kap ta’ Delegazzjoni jiġi nominat għal xi grupp ta’ Stati ta' l-ACP. Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jirrappreżenta l-Kummissjoni fl-oqsma kollha tal-kompetenzi tagħha u fl-attivitajiet kollha tagħha.

2.  Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkun il-kuntatt prinċipali għall-Istati ta' l-ACP u għall-korpi jew organizzazzjonijiet eliġibbli għal appoġġ finanzjarju taħt il-Ftehim. Huwa għandu jikkopera u jaħdem b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali.

3.  Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu l-istruzzjonijiet meħtieġa u l-poteri delegati kollha sabiex jiffaċilita u jħaffef l-operazzjonijiet finanzjarji kollha taħt il-Ftehim.

4.  Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali, fuq bażi regolari, dwar l-attivitajiet Komunitarji li jistgħu jolqtu, b’mod dirett, il-koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati ta' l-ACP.

Artikolu 37

Ħlasijiet

1.  Għall-finijiet ta' ħlasijiet fil-muniti nazzjonali ta’ l-Istati ta' l-ACP, jistgħu jinfetħu kontijiet fil-muniti ta’ l-Istati Membri jew fl-euro fl-Istati ta' l-ACP, minn u f’isem il-Kummissjoni, f’istituzzjoni finanzjarja nazzjonali, pubblika jew semi-pubblika, magħżula bi ftehim bejn l-Istat ta' l-ACP u l-Kummissjoni. Din l-istituzzjoni għandha taqdi l-funzjoni ta’ Pagatur Delegat Nazzjonali.

2.  Il-Pagatur Delegat Nazzjonali ma għandux jirċievi rimunerazzjoni għas-servizzi tiegħu u ma għandu jħallas l-ebda interess fuq il-fondi depożitati. Il-flus fil-kontijiet lokali għandhom ikunu riforniti mill-Kummissjoni fil-munita ta’ xi wieħed mill-Istati Membri jew f’euros, skont l-istimi ta' ħtiġijiet futuri ta' flus kontanti, li għandhom isiru kmieni biżżejjed sabiex tiġi evitata l-ħtieġa ta' prefinanzjament ►M10  mill-Istati ACP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP ◄ u sabiex jiġi prevenut id-dewmien fil-ħruġ tal-fondi.

3.  [imħassar]

4.  Il-ħlasijiet għandhom isiru mill-Kummissjoni skont ir-reġoli stabbiliti mill-Komunità u mill-Kummissjoni, fejn ikun il-każ wara li n-nefqa tkun ġiet approvata u awtorizzata ►M10  mill-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti ◄ .

5.  [imħassar]

6.  Il-proċeduri ta’ approvazzjoni, awtorizzazzjoni u ħlas ta’ l-infiq għandhom jitlestew fi żmien 90 jum mid-data meta l-ħlas ikun dovut. ►M10  L-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti ◄ għandu jipproċessa u jwassal l-awtorizzazzjoni lill-Kap tad-Delegazzjoni mhux aktar tard minn 45 jum minn meta’ jkunu dovuti.

7.   ►M10  L-Istat ACP ikkonċernat jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP ◄ , kif ukoll il-Kummissjoni mir-riżorsi tagħha stess, għandhom jagħmlu tajjeb fil-każijiet ta' pretensjonijiet konnessi ma' dewmien fil-ħlasijiet, għal dik il-parti tad-dewmien li għaliha kull Parti tkun responsabbli skont il-proċeduri msemmija hawn fuq.

▼M10 —————

▼B

ANNESS VI

LISTA TA' LDLICS

Din il-lista li ġejja tinkludi l-Istati ACP li huma' l-anqas żviluppati, li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar u l-Istati Gżejjer.



L-ISTATI ACP L-ANQAS ŻVILUPPATI

Artikolu 1

Permezz ta' dan il-Ftehim, dawn il-pajjiżi li ġejjin għandhom ikunu meqjusa bħala Stati ACP l-anqas żviluppati:

L-Angola

L-Benin

Burkina Faso

Il-Burundi

Ir-Repubblika ta' Cape Verde

Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

Iċ-Ċadd

Il-Gżejjer Komoro

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Dġibuti

L-Etjopja

L-Eritrea

Gambja

Il-Gwinea

Gwinea (Bissau)

Gwinea (Ekwatorjali)

Haïti

Kiribati

Il-Lesoto

Il-Liberja

Il-Malawi

Il-Mali

Il-Mawritanja

Il-Madagaskar

Il-Możambik

In-Niġer

Rwanda

Samoa

SâoTome u Prinċipe

Sierra Leone

Il-Gżejjer Solomon

Is-Somalja

Is-Sudan

It-Tanżanija

Tuvalu

Togo

L-Uganda

Vanwatu

Iż-Żambja

▼M1

Timor Leste

▼B



STATI ACP LI M'GĦANDHOMX AĊĊESS DIRETT GĦALL-BAĦAR

Artikolu 2

Miżuri u dispożizzjonijiet speċifiċi kienu ttieħdu rigward l-appoġġ għall-Istati ACP li m'għandhomx aċċess dirett lejn il-baħar sabiex jegħlbu d-diffikultajiet ġeografiċi u l-ostakoli l-oħrajn li jfixklu l-iżvilupp tagħhom hekk li jiffaċilitawhom sabiex iħaffu r-rata tat-tkabbir rispettiv tagħhom.

Artikolu 3

L-Istati ACP li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar huma:

Botswana

Burkina Faso

Il-Burundi

Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

Iċ-Ċadd

L-Etjopja

Il-Lesoto

Il-Malawi

Il-Mali

In-Niġer

Rwanda

Sważilandja

L-Uganda

Iż-Żambja

Iż-Żimbabwe



STATI ACP LI HUMA GŻEJJER

Artikolu 4

Miżuri u dispożizzjonijiet speċifiċi kienu ttieħdu rigward l-appoġġ għall-Istati ACP li huma gżejjer sabiex jegħlbu d-diffikultajiet naturali u ġeografiċi u l-ostakoli l-oħrajn li jfixklu l-iżvilupp tagħhom hekk li jiffaċilitawhom li jħaffu it-rata tat-tkabbir rispettiva tagħhom.

Artikolu 5

Lista ta' Stati Gżejjer ACP:

Antigwa u Barbuda

Il-Baħamas

Il-Barbados

Kap Verde

Il-Komoros

Domenika

Ir-Repubblika Domenikana

Fiġi

Il-Grenada

Haïti

Ġamajka

Kiribati

Il-Madagaskar

Il-Mawrizju

Papwa l-Gwinea l-Ġdida

Saint Kitts u Nevis

Santa Luċija

Saint Vincent u l-Grenadine

Samoa

São Tomé és Príncipe

Is-Sejxell

Il-Gżejjer Solomon

Tonga

Trinidad u Tobago

Tuvalu

Vanwatu

▼M1

Timor Leste

▼M4

ANNESS VII

DJALOGU POLITIKU FIR-RIGWARD TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM, PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI U L-ISTAT TA’ DRITT



Artikolu 1

Għanijiet

1.  Il-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 96(3)(a) sejrin iseħħu, barra f'każijiet ta' urġenza speċjali, wara djalogu politiku eżawrjenti kif previst fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 9(4) tal-Ftehim.

2.  Iż-żewġ Partijiet għandhom imexxu tali djalogu politiku fl-ispirtu tal-Ftehim u billijżommu f’moħħhom il-Linji ta’ Gwida għad-Djalogu Politiku ta’ l-ACP-KE stabbilit mill- Kunsill tal-Ministri.

3.  Id-Djalogu Politiku huwa proċess li għandu jrawwem it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-ACP u l-KE u jkun ta’ kontribut lejn il-kisba ta’ l-għanijiet tas-Sħubija.

Artikolu 2

Djalogu Politiku Intensifikat li jippreċedi konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim

1.  Id-djalogu politiku fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi u ta' l-istat ta' dritt għandu jitmexxa skond l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tal-Ftehim u fil-parametri ta' standards u normi rikonoxxuti internazzjonalment.. Fl-ambitu ta’ dan id-djalogu l-Partijiet jistgħu jaqblu dwar aġendi u prioritajiet konġunti.

2.  Il-Partijiet jistgħu konġuntament jiżviluppaw u jiftiehmu dwar parametri speċifiċi ta’ referenza jew għanijiet fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi u ta' l-istat ta' dritt, fil-parametri ta' standards u normi maqbula internazzjonalment, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċjali ta' l-Istat ta’ l-ACP konċernat. Il-parametri ta’ referenza huma mekkaniżmi għall-kisba ta' ċerti għanijiet permezz ta' l-iffissar ta’ objettivi intermedji u perjodi stipulati għall-konformità.

3.  Id-djalogu politiku previst fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun sistematiku u formali u għandu jeżawrixxi kull possibbiltà qabel il-konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim.

4.  Barra f’każijiet ta’ urġenza speċjali kif definit fl-Artikolu 96(2)(b) tal-Ftehim, il-konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 jistgħu jseħħu wkoll mingħajr djalogu politiku intensifikat preċedentement, meta jkun hemm nuqqas persistenti ta’ konformità ma’ l-impenji meħuda minn waħda mill-Partijiet matul djalogu preċedenti, jew minħabba nuqqas ta' perteċipazzjoni fi djalogu in bona fede.

5.  Id-djalogu politiku taħt l-Artikolu 8 tal-Ftehim għandu jkun użat ukoll bejn il-Partijiet sabiex jassistu pajjiżi suġġetti għal miżuri adattati taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim, sabiex jinnormalizzaw ir-relazzjoni.

Artikolu 3

Regoli addizjonali dwar konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim

1.  Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex ikattru l-ugwaljanza fil-livell ta' rappreżentazzjoni matul il-konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim.

2.  Il-Partijiet huma impenjati lejn interazzjoni trasparenti qabel, matul u wara l-konsultazzjonijiet formali, b'kont meħud tal-parametri ta’ riferenza u l-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dan l-anness.

3.  Il-Partijiet għandhom jużaw it-30 jum tal-perjodu ta' notifikazzjoni kif previst fl-Artikolu 96(3) tal-Ftehim għal tħejjija effettiva mill-Partijiet, kif ukoll għal konsultazzjonijiet aktar profondi fi ħdan il-Grupp ta' l-ACP u fost il-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Partijiet għandhom jiftehmu dwar perjodi flessibbli, filwaqt li jagħrfu li jistgħu jeħtieġu reazzjoni immedjata il-każijiet ta' urġenza speċjali, kif definit fl-Artikolu 96(2)(b) tal-Ftehim u fl-Artikolu 2(4) ta' dan l-Anness.

▼M10

4.  Il-partijiet jirrikonoxxu r-rwol tal-Grupp ACP fid-djalogu politiku bbażat fuq il-modalitajiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Grupp ACP u kkomunikati lill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Is-Segretarjat tal-ACP u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-proċess tad-djalogu politiku mwettaq qabel, matul u wara l-konsultazzjonijiet li saru taħt l-Artikolu 96 u 97 ta' dan il-Ftehim.

▼M4

5.  Il-Partijiet jagħrfu l-bżonn għal konsultazzjonijiet strutturati u kontinwi taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim. Il-Kunsill tal-Ministri jista’ jiżviluppa modalitajiet ulterjuri għal dan il-għan.

▼B

PROTOKOLLI

PROTOKOLL 1

Dwar in-nefqa operattiva ta' l-istituzzjonijiet Konġunti

1.

L-Istati Membri u l-Komunità, minn naħa l-waħda, u l-Istati ACP, minn naħa l-oħra, għandhom ikunu responsabbli għal tali spiża li huma jonfqu minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri u tal-korpi dipendenti tiegħu, kemm f'dak li jirrigwardja l-persunal, l-ivvjaġġar u n-nefqa għall-għixien u wkoll ma' l-ispejjeż postali u tat-telekommunikazzjonijiet.

L-ispiża b'konnessjoni ma' l-interpretazzjoni waqt il-laqgħat, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni tad-dokumenti, u l-aranġamenti prattiċi għal-laqgħat (bħal ma huma s-swali, l-apparat u l-messaġġiera) ta' l-istituti konġunti tal-Ftehim preżenti għandhom ikunu merfugħa mill-Komunità jew minn wieħed mill-Istati ACP, skond ta' fejn il-laqgħat ikunu nżammu fit-territorju ta' Stat Membru jew f'dak l-Istat ACP.

2.

L-arbitri maħtura skond l-Artikolu 98 tal-Ftehim għandhom ikunu intitolati għal rifużjoni ta' l-ispiża ta' l-ivvjaġġar u għall-għixien tagħhom. Din ta' l-aħħar għandha tkun determinata mill-Kunsill tal-Ministri.

Nofs l-ispiża ta' l-ivvjaġġar u għall-għixien involuta mill-arbitri għandha tkun merfugħa mill-Komunità u n-nofs l-ieħor mill-Istati ACP. L-ispiża relatata ma' xi reġistru stabbilit mill-arbitri, għal inkjesti preparatorji dwar kwistjonijiet, u ta' l-organizzazzjoni tas-smiegħ (bħal ma huma s-swali, il-persunal u l-interpretazzjoni) għandhom ikunu merfugħa mill-Komunità. L-ispiża relatata ma' inkjesti speċjali għandha tkun imwettqa flimkien ma' l-ispejjeż l-oħrajn u l-Partijiet għandhom jiddepożitaw flejjes bħala avvanż skond kif determinat b'ordni ta' l-arbitri.

3.

L-Istati ACP għandhom jistabbilixxu Fond, li għandu jkun amministrat mis-Segretarjat Ġenerali tagħhom, għall-iskop ta' kontribuzzjoni għall-iffinanzjar ta' l-ispejjeż involuti mill-Parteċipanti ACP fil-laqgħat ta' l-Assemblea Konġunta Parlamentari u tal-Kunsill tal-Ministri.

L-Istati ACP għandhom jikkontribwixxu għal dan il-Fond. Bil-għan li tkun inkorraġġita parteċipazzjoni attiva ta' l-Istati ACP kollha fi djalogu imwettaq fi ħdan l-istituzzjonijiet ACP-KE, il-Komunità għandha tagħmel kontribuzzjoni lejn dan il-Fond kif hemm provvediment dwaru fil-Protokoll Finanzjarji (4 miljun EUR skond l-Ewwel Protokoll Finanzjarju).

Sabiex ikunu eliġibbli għall-Fond, l-ispejjeż għandhom ikunu konformi ma' dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin kif ukoll ma' dawk stabbiliti fil-paragrafu 1.

 Iridu jkunu ġew minfuqha minn parlamentari jew, fin-nuqqas tagħhom, ta' rappreżentanti ACP oħrajn li jivvjaġġaw mill-pajjiż li huma jirrappreżentaw sabiex jieħdu sehem f'sessjonijiet ta' l-Assemblea Konġunta Parlamentari, laqgħat ta' gruppi ta' ħidma jew missjonijiet taħt l-awspiċji tagħhom, jew bħala riżultat tal-parteċipazzjoni ta' dawn l-imsemmija rappreżentanti jew tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, u ta' l-operaturi ekonomiċi u soċjali tal-ACP f'laqgħat ta' konsultazzjoni li jinżammu skond l-Artikoli 15 u 17 tal-Ftehim.

 Deċiżjonijiet dwar in-natura, l-organizzazzjoni, il-frekwenza u l-lokalità tal-laqgħat, missjonijiet u gruppi ta' ħidma għandhom jittieħdu bi qbil mar-regoli tal-proċedura tal-Kunsill tal-Ministri u ta' l-Assemblea Konġunta Parlamentari.

4.

Laqgħat ta' konsultazzjoni u laqgħat ta' l-operaturi ekonomiċi u soċjali ACOP-UE għandhom ikunu organizzati mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta' l-Unjoni Ewropea. F'dan il-każ speċifiku, il-kontribuzzjoni tal-Komunità sabiex tkopri l-parteċipazzjoni ta' l-operaturi ekonomiċi u soċjali għandha tkun imħallsa direttament lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

Is-Segretarjat ACP, il-Kunsill tal-Ministri u ta' l-Assemblea Konġunta Parlamentari jistgħu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jiddelegaw l-organizzazzjoni ta' laqgħat konsultattivi tas-soċjetà ċivili ACP għar-rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet approvati mill-Partijiet.

PROTOKOLL 2

Dwar il-privileġġi u l-immunitajiet



IL-PARTIJIET

MIXTIEQA, bil-konklużjoni ta' Protokoll dwar il-privilieġġi u l-immunitajiet, li jiffaċilitaw il-funzjonament mingħajr intoppi tal-Ftehim, il-parteċipazzjoni fix-xogħol tiegħu u l-implimentazzjoni tal-miżuri adottati fl-applikazzjoni tiegħu;

BILLI huwa għalhekk meħtieġ li jkunu speċifikati l-privilieġġi u l-immunitajiet li jistgħu jkunu mitluba minn persuni li jipparteċipaw fix-xogħol relatat ma' l-applikazzjoni tal-Ftehim u ma' l-arranġamenti applikabli għal komunikazzjonijiet uffiċjali konnessi ma' tali xogħol, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, iffirmat fi Brusel fit-8 ta' April 1965;

BILLI huwa wkoll meħtieġ li jkun stabbilit it-trattament li għandu jkun mogħti għall-propjetà, il-fondi u l-assi tal-Kunsill tal-Ministri ACP, u tal-persunal tiegħu;

BILLI il-Ftehim ta' Georgetown tas-6 ta' Ġunju 1975 jikkostitwixxi Grupp ta' Stati ACP u istitwixxa Kunsill ta' Ministri ACP, u Kumitat ta' Ambaxxaturi; billi l-organi tal-Grupp ta' Stati ACP għandhom ikunu moqdija mis-Segretarjat ta' l-istati ACP;

FTIEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mal-Ftehim:



KAPITOLU 1

PERSUNI LI JIEĦDU SEHEM FIX-XOGĦOL TAL-FTEHIM

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-istati Membri u ta' l-istati ACP u tar-Rappreżentanti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej, u wkoll tal-konsulenti u l-esperti tagħhom u tal-membri tal-persunal tas-Segretarjat ta' l-istati ACP li jieħdu sehem, fit-territorju ta' l-istati Membri jew ta' l-istati ACP, fix-xogħol jew ta' l-istituzzjonijiet tal-Ftehim jew fil-korpi ta' kordinazzjoni, jew fix-xogħol konness ma' l-applikazzjoni tal-Ftehim, għandhom igawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet abitwali waqt li jwettqu id-doveri tagħhom u waqt li jivvjaġġaw lejn u mill-post li fih huma jkunu meħtieġa li jwettqu tali doveri.

Il-paragrafu preċedenti għandu wkoll ikun applikabbli għall-membri ta' l-Assemblea Konġunta Parlamentari tal-Ftehim, għall-arbitri li jistgħu jkunu maħtura permezz tal-Ftehim, għall-membri tal-korpi konsultattivi tas-setturi ekonomiċi u soċjali li jistgħu jkunu stabbiliti, għall-uffiċjali u l-impjegati ta' dawn l-istituzzjonijiet, u wkoll għall-membri ta' l-aġenziji tal-Bank Ewropew ta' l-Investimenti u tal-persunal tiegħu, u għall-persunal taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta' l-Impriża u taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta' l-Agrikoltura.



KAPITOLU 2

PROPJETÀ, FONDI U ASSI TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP

Artikolu 2

Il-propjeta u l-bini okkupati mill-Kunsill tal-Ministri ACP għal skopijiet uffiċjali għandhom ikunu invjolabbli. Huma għandhom ikunu eżentati minn tfittix, rekwiżizzjoni, konfiska jew espropjazzjoni.

Apparti meta meħtieġ għal skopijiet ta' investigazzjoni ta' xi inċident ikkawżat minn vettura bil-magna li tappartieni għal-imsemmi Kunsill jew li tkun użata f'ismu, jew fil-każ ta' xi ksur tar-regolamenti tat-traffiku fit-toroq jew ta' inċident ikkawżat minn tali vettura, il-propjetà u l-assi tal-Kunsill tal-Ministru ACP m'għandhomx ikunu suġġetti għal xi miżuri limitattivi amministrattivi jew legali mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri stabbilit permezz ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

L-arkivji tal-Kunsill tal-Ministri ACP, għandhom ikunu nvjolabbli.

Artikolu 4

Il-Kunsill tal-Ministri ACP, l-assi, l-introjti u l-propjeta l-oħra tiegħu għandhom ikunu eżentati mit-taxxi diretti kollha.

L-Istat ospitanti għandu, kull meta jkun possibbli, li jieħdu l-miżura xierqa sabiex jaħfer jew jirrifondi l-ammont tat-taxxi indiretti jew taxxi fuq il-bejgħ inklużi fil-prezz ta' propjetà mobbli jew immobli, ta' fejn il-Kunsill tal-Ministri ACP jagħmel, strettament għal użu ufffiċjali tiegħu, xirjiet sostanzjali, li l-prezz tagħhom jinkludu taxxi ta' dan it-tip.

L-ebda eżenzjoni m'għandha tkun mgħotija fir-rigward ta' taxxi, mposti u dritijiet li jirappreżentaw imposti tas-servizzi mogħtija.

Artikolu 5

Il-Kunsill tal-Ministri ACP għandu jkun eżentat mid-dazji doganali, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjoni ta' oġġetti intiżi għall-użu ufffiċjali tiegħu; oġġetti hekk impurtati m'għandhomx ikunu mibjugħa jew b'mod ieħor mneħħija, sew jekk u anki jekk le, bħala rikumpens għal pagament, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew impurtati, apparti milli bil-permezz tal-kondizzjonijiet approvati mill-Gvern ta' dak il-pajjiż.



KAPITOLU 3

KOMMUNIKAZZJONIJIET UFFIĊJALI

Artikolu 6

Għall-kommunikazzjonijiet uffiċjali tagħhom u tat-trasmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, Il-Komunità Ewropea, l-istituzjonijiet tal-Ftehim u l-korpi ta' kordinazzjoni għandhom igawdu fit-territorji ta' l-Istati Partijiet tal-Ftehim, it-trattament mogħti lil-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħrajn tal-Komunità, ta' l-istituzzjonijiet konġunti tal-Ftehim u tal-korpi ta' kordinazzjoni m'għandhomx ikunu suġġeti għal ċensura.



KAPITOLU 4

IL-PERSUNAL TAS-SEGRETARJAT TA' L-ISTATI ACP

Artikolu 7

1.  Is-Segretarju jew is-Segretarji u d-Deputat Segretarju jew id-Deputati Segretarji tal-Kunsill tal-Ministri ACP u tal-membri permanenti l-oħrajn tal-persunal ta' grad għoli kif innominati mill-Istati ACP, mill-Kunsill tal-Ministri ACP, għandhom igawdu, fl-Istat li fih il-Kunsill tal-Ministri ACP huwa stabbilit, taħt ir-responsabbiltà tal-President-fil-Kariga tal-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi ACP, il-vantaġġi mogħtija lill-persunal diplomatiku tal-missjonijiet diplomatiċi. Il-konjugi u l-ulied tagħhom ta' taħt l-etá li jgħixu fid-djar tagħhom għandhom ikunu intitolati, skond l-istess kondizzjonijiet, għall-vantaġġi mogħtija lil-konjugi u l-ulied ta' taħt l-età ta' tali persunal diplomatiku.

2.  Il-membri tal-persunal permanenti ACP li ma hemmx referenza dawrhom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eżentati mill-pajjiż ospitanti minn xi taxxi fuq is-salarji, dħul jew benefiċċji mħallsa lilhom mill-Istati ACP mill-jum li fih tali introjtu jsir suġġett għal taxxa mposta għall-benefiċċju ta' l-istati ACP.

Id-dispożizzjoni ta' hawn fuq m'għandhiex tkun applikabli la għal-pensjonijiet imħallsa mis-Segretarjat ACP lil dawk li qabel kienu membri tal-persunal jew lid-dipendenti tagħhom, għas-salarji, pagamenti jew benefiċċji mħallsa lill-persunal lokali.

Artikolu 8

L-Istat li fih il-Kunsill tal-Ministri ACP huwa stabbilit għandu jagħti immunità minn proċedimenti legali lill-membri permanenti tal-persunal tas-Segretarjat ta' l-istati ACP, apparti milli għal dawk referuti fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 7, biss fir-rigward ta' dawk l-atti mwettqa minnhom fit-twettieq tad-doveri uffiċjali tagħhom. Tali immunità m'għandhiex, b'danakollu, tkun tapplika għal ksur tar-regolamenti tat-traffiku fit-toroq minn membru permanenti tal-persunal tas-Segretarjat ta' l-istati ACP jew għal danni kkaġunati mill-vettura bil-magna li tappartieni lilu, jew misjuqa, minnu jew minnha.

Artikolu 9

L-ismijiet, il-pożizzjonijiet u l-indirizzi tal-President-fil-Kariga tal-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi ACP, is-Segretarju jew is-Segretarji u d-Deputat Segretarju jew id-Deputati Segretarji tal-Kunsill tal-Ministri ACP u tal-membri permanenti tal-persunal tar-Segretarjat ta' l-istati ACP għandhom ikunu ikkomunikati perjodikament mill-President tal-Kunsill tal-Ministri ACP lejn il-Gvern ta' l-istat li fit-territorju tiegħu il-Kunsill tal-Ministri ACP jkun stabbilit.



KAPITOLU 5

DELEGAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI TA' L-ISTATI ACP

Artikolu 10

1.  Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni u tal-persunal maħtur fid-Delegazzjoni, id-Delegazzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-persunal impjegat lokalment, għandhom ikunu eżentati minn xi taxxa diretta fl-Istat ACP li fih ikunu fil-kariga.

2.  L-Artikolu 31(2)(g) ta' l-Anness IV, il-kapitolu 4, għandu wkoll ikun applikabbli għall-persunal referut fil-paragrafu 1.



KAPITOLU 6

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 11

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet kif hemm provvediment dwarhom f'dan il-Protokoll għandhom ikunu mogħtija biss lil dawk li huma unikament ikkonċernati fl-interessi ta' l-eżekuzzjoni xierqa tad-doveri uffiċjali tagħhom.

Kull istituzzjoni jew korp referut f'dan il-Protokoll għandha tkun meħtieġa li twarrab l-immunità kull meta hija tqis li t-tneħħija ta' tali immunità ma jkunx kuntrarju għall-interessi tagħha stess.

Artikolu 12

L-Artikolu 98 tal-Ftehim għandu jkun applikabbli għal kwistjonijiet li jirrigwardjaw dan il-Protokoll.

Il-Kunsill tal-Ministri ACP u tal-Bank Ewropew ta' l-Investimenti jistgħu jkunu parti mill-proċedimenti matul proċedura ta' arbitraġġ.

PROTOKOLL 3

Dwar l-Afrika t'Isfel



Artikolu 1

Status Kwalifikat

1.  Il-parteċipazzjoni ta' l-Afrika t'Isfel f'dan il-Ftehim hija suġġetti għall-kwalifiki stabbiliti f'dan il-Protokoll.

2.  Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Afrika t'Isfel, ►M10  kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-11 ta' Settembru 2009 ◄ minn hawn il-quddiem referut bħala il-“TDCA”, għandhom ikollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet Ġenerali, Djalogu Politiku u Istituzzjonijiet Konġunti

1.  Id-dispożizzjonijiet ġenerali, istituzzjonali u finali ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu applikabli għall-Afrika t'Isfel.

2.  L-Afrika t'Isfel għandha tkun assoċċjata bis-sħiħ fid-djalogu totali politiku u tipparteċipa fl-istituzzjonijiet u l-korpi konġunti stabbiliti permezz ta' dan il-Ftehim. B'danakollu, fir-rigward ta' deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu b'relazzjoni mad-dispożizzjonijiet li ma jkunux japplikaw għall-Afrika t'Isfel permezz ta' dan il-Protokoll, l-Afrika t'Isfel m'għandhiex tieħu sehem fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Artikolu 3

Strateġiji ta' Koperazzjoni

Id-dispożizzjonijiet dwar strateġiji ta' koperazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu applikabbli għall-koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Afrika t'Isfel.

Artikolu 4

Riżorsi Finanzjarji

1.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim dwar l-iżvilupp tal-koperazzjoni finanzjarja ma għandhomx japplikaw għall-Afrika t'Isfel.

▼M10

2.  Madanakollu, b'deroga minn dan il-prinċipju, l-Afrika t'Isfel għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fil-koperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp ACP-KE elenkata fl-Artikolu 8 ta' dan il-Protokoll, fuq il-bażi tal-prinċipji tar-reċiproċità u l-proporzjonalità, bil-fehma li l-parteċipazzjoni tal-Afrika t'Isfel ser tkun finanzjata mir-riżorsi previsti fit-Titolu VII tat-TDCA. Fejn r-riżorsi mit-TDCA jiġu użati għall-parteċipazzjoni fl-operazzjonijiet fil-qafas tal-koperazzjoni finanzjarja ACP-KE, l-Afrika t'Isfel ser tibbenefika mid-dritt li tipparteċipa bis-sħiħ fil-proċeduri deċiżjonali li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' tali għajnuna.

▼B

3.  Persunali naturali jew legali mill-Afrika t'Isfel għandhom ikunu eliġibbli għall-għoti ta' kuntratti iffinanzjati mir-riżorsi finanzjarji li hemm provvediment dwarhom f'dan il-Ftehim. F'dan ir-rigward, persuni naturali jew legali mill-Afrika t'Isfel m'għandhom, b'danakollu, igawdu mill-preferenzi mogħtija lil-persuni naturali jew legali mill-Istati ACP.

▼M10

4.  Għall-fini tal-finanzjament tal-investiment previst fl-Anness II, il-Kapitolu 1, ta' dan il-Ftehim, il-fondi ta' investiment u l-intermedjarji finanzjarji u mhux finanzjarji stabbiliti fl-Afrika t'Isfel jistgħu jkunu eliġibbli.

▼B

Artikolu 5

Koperazzjoni fil-Kummerċ

1.  Id-dispożizzjoni ta' dan il-Ftehim dwar il-koperazzjoni ekonomika u tal-kummerċ m'għandhomx japplikaw għall-Afrika t'Isfel.

2.  B'danakollu, l-Afrika t'Isfel għandha tkun assoċċjata bħala osservatur fid-djalogu bejn il-Partijiet bis-saħħa ta' l-Artikoli 34 sa 40 ta' dan il-Ftehim.

▼M10

3.  Dan il-Protokoll m'għandux jimpedixxi lill-Afrika t'Isfel milli tinnegozja u tiffirma wieħed mill-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (FSE) previsti fil-Parti 3, it-Titolu II ta' dan il-Ftehim jekk il-partijiet l-oħra ta' dak l-FSE hekk jaqblu.

▼B

Artikolu 6

Applikabbilità tal-Protokolli u d-Dikjarazzjonijiet

Il-protokolli u d-dikjarazzjonijiet annessi ma' dan il-Ftehim li jirrigwardjaw partijiet tal-Ftehim li mhumiex applikabbli għall-Afrika t'Isfel, m'għandhomx ikunu applikabbli għall-Afrika t'Isfel. Id-dikjarazzjonijiet u l-protokolli l-oħrajn kollha għandhom ikunu applikabbli.

Artikolu 7

Klawsola ta' Reviżjoni

Dan il-Protokoll jista' jkun rivedut b'deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri.

Artikolu 8

Applikabbilità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli preċedenti, it-tabella ta' hawn taħt tistabbilixxi dawk l-Artikoli tal-Ftehim u ta' l-Annessi tiegħu li għandhom ikunu applikabli għall-Afrika t'Isfel u dawk li m'għandhomx ikunu applikabli.



Applikabbli

Rimarki

Mhux applikabbli

Preambolu

 

 

Parti I, Titolu I, Kapitolu 1: “Għanijiet, prinċipji u atturi” (l-Artikoli 1 sa 7)

 

 

Parti I, Titolu II, “Id-dimensjoni politika”; l-Artikoli 8 sa 13

 

 

Parti 2, “Dispożizzjonijiet istituzzjonali”; l-Artikoli 14 sa 17

Bi qbil ma' l-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll, l-Afrika t'Isfel m'għandhiex ikollha d-drittijiet tal-vot fl-istituzzjonijiet jew fil-korpi konġunti fl-oqsma ta' dan il-Ftehim li mhumiex applikabbli għall-Afrika t'Isfel.

 

Parti 3, Titolu I, “Strateġiji ta' l-iżvilupp”.

 

 

 

Bi qbil ma' l-Artikolu 5 ta' hawn fuq, l-Afrika t'Isfel għandha tkun assoċċjata bħala osservatur fid-djalogu bejn il-Partijiet bis-saħħa ta' l-Artikoli 34 sa 40.

Parti 3, Titolu II, Koperazzjoni Ekonomika u tal-Kummerċ.

L-Artikolu 75(i) (tħeġġiġ ta' l-investiment, appoġġ għad-djalogu ACP-UE fuq livell reġjonali tas-settur privat) l-Artikolu 78 (Tħeġġiġ ta' l-investiment)

Bi qbil ma' l-Artikolu 4 ta' hawn fuq, l-Afrika t'Isfel għandha jkollha d-dritt li tipparteċipa fl-oqsma tal-koperazzjoni fl-iżvilupp finanzjarju bl-aċċettazzjoni li tali parteċipazzjoni tkun kompletament iffinanzjata mir-riżorsi li hemm provvediment dwarhom taħt it-Titolu VII tal-TDCA, Bi qbil ma' l-Artikolu 2 ta' hawn fuq, l-Afrika t'Isfel tista' tipparteċipa fil-Kumitat ta' Koperazzjoni għall-Iżvilup Finanzjarju li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 83, mingħajr ma tgawdi d-drittijiet tal-vot b'relazzjoni mad-dispożizzjonijiet li ma jkunux japplikaw għall-Afrika t'Isfel.

Parti 4, Koperazzjoni għall-Iżvilupp Finanzjarju

Parti 5, Dispożizzjonijiet Ġenerali għall-Istati ACP li huma' l-anqas żviluppati, li m'għandhomx aċċess għall-baħar u li huma gżejjer, l-Artikoli 84 sa 90

 

 

Parti 6, Dispożizzjonijiet Finali; l-Artikoli 91 sa 100

 

 

 

 

Anness I (il-Protokoll Finanzjarju)

Anness II, Termini u kondizzjonijiet tal-Finanzjament, Kapitolu 5 (rabta ma' l-Artikolu 78 / protezzjoni ta' l-investiment)

Bi qbil ma' l-Artikolu 4 ta' hawn fuq, l-Afrika t'Isfel għandha jkollha d-dritt li tipparteċipa f'ċerti oqsma tal-koperazzjoni għall-iżvilupp finanzjarju bil-kondizzjoni li l-parteċipazzjoni ta' l-Afrika t'Isfel tkun kompletament finanzjata mir-riżorsi li hemm provvediment dwarhom taħt it-Titolu VII tal-TDCA.

Anness II, Termini u kondizzjonijiet tal-Finanzjament,Kapitoli 1, 2, 3 u 4

Anness III, Appoġġ Istituzzjonali (CDE u CTA)

Bi qbil ma' l-Artikolu 4 ta' hawn fuq, l-Afrika t'Isfel għandha jkollha d-dritt li tipparteċipa f'ċerti oqsma tal-koperazzjoni għall-iżvilupp finanzjarju bil-kondizzjoni li l-parteċipazzjoni ta' l-Afrika t'Isfel tkun kompletament finanzjata mir-riżorsi li hemm provvediment dwarhom taħt it-Titolu VII tal-TDCA.

 

Anness IV, il-Proċeduri ta' l-Implimentazzjoni u l-Amministrazzjoni: Artikoli 6 sa 14 (Koperazzjoni Reġjonali) l-Artikoli 20 sa 32 (Kompetizzjoni u preferenza)

Bi qbil ma' l-Artikolu 4 ta' hawn fuq, meta r-riżorsi mill-TDCA ikunu utilizzati għall-parteċipazzjoni fil-qafas ta' l-attivitajiet tal-koperazzjoni finanzjarja ACP-KE, l-Afrika t'Isfel għandha tgawdi d-dritt li tipparteċipa bis-sħiħ fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' tali għajnuna. Persuni naturali u legali mill-Afrika t'Isfel għandhom aktar minn hekk ikunu eliġibli għall-parteċipazzjoni fl-offerti għal kuntratti finanzjati mir-riżorsi finanzjarji tal-Ftehim. F'dan il-kuntestm l-appaltaturi mill-Afrika t'Isfel m'għandhomx igawdu il-prefernzi li hemm provvediment dwarhom għal appaltaturi mill-Istati ACP.

Anness IV, l-Artikoli 1 sa 5 (programmar nazzjonali); 15 sa 19 (Dispożizzjonijiet li jirigwardjaw iċ-ċiklu tal-proġetti), 27 (preferenza għal kuntratturi ACP) u 34 sa 38 (Aġenti eżegwenti)

 

 

Anness V / amministrazzjoni tal-kummerċ matul il-perjodu preparatorju.

Anness VI; Lista ta' l-istati ACP li huma' l-anqas żviluppati, gżejjer u li m'għandhomx aċċess għall-baħar.

 

 

▼M10

ATT FINALI



Il-Plenipotenzjarji ta’:

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

IL-PRESIDENT TAL-IRLANDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

IL-PRESIDENT TA’ MALTA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IL-GVERN TAR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”,

U tal-UNJONI EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Unjoni” jew “l-UE”,

minn naħa waħda, u

il-Plenipotenzjarji ta’:

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ANGOLA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-BARBADOS,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-BELIŻE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BENIN,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BOTSWANA,

IL-PRESIDENT TAL- BURKINA FASO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BURUNDI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAP VERDE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,

IL-PRESIDENT TAL-UNJONI TAL-KOMOROS,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,

IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-CÔTE D’IVOIRE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĠIBUTI,

IL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMINIKANA,

IL-PRESIDENT TAL-ISTAT TAL-ERITREA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TAL-ETJOPJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER FIĠI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GABONIŻA,

IL-PRESIDENT U L-KAP TAL-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GANA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ GRENADA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA BISSAW,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA KOOPERATTIVA TAL-GUJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,

IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TAL-LESOTO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MADAGASKAR,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MALAWI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-MAWRITANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,

IL-GVERN TAL-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONEŻJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MOŻAMBIK,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NAMIBJA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAURU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,

IL-GVERN TA’ NJU,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-PALAW,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-ISTAT INDEPENDENTI TAL-PAPWA GINEA ĠDIDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAR-RWANDA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENADINI,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SJERRA LEONE,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-AFRIKA T’ISFEL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM,

IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TAS-SWAŻILAND,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊAD,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAT-TIMOR-LESTE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAT-TONGA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ TUVALU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UGANDA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻAMBJA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻIMBABWE,

liema Stati minn hawn il-quddiem huma msejħa “l-Istati ACP”,

min-naħa l-oħra,

mlaqqgħin f’Ouagadougou fit-tnejn u għoxrin jum ta’ Ġunju fis-sena elfejn u għaxra għall-iffirmar tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005.

▼B





Anness I

Protokoll finanzjarju

Anness II

Termini u Kondizzjonijiet tal-Finanzjament

Anness III

Appoġġ istituzzjonali

L-Anness IV

Il-proċeduri ta' l-implimentazzjoni u ta' l-amministrazzjoni

L-Anness V

Ir-reġim tal-kummerċ applikabbli matul il-perjodu preparatorju referut fl-artikolu 37 (1)

Anness VI

Lista ta' LDLICS

Protokoll 1

Dwar in-nefqa operattiva ta' l-istituzzjonijiet Konġunti

Protokoll 2

Dwar il-privileġġi u l-immunitajiet

Protokoll 3

Dwar l-Afrika t'Isfel



Dikjarazzjoni I

Dikjarazzjoni Konġunta dwar Is-Sostenn Għall-Aċċess għas-Suq fis-Sħubija ACP-KE

Dikjarazzjoni II

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp (Artiklolu 13)

Dikjarazzjoni III

Dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar it-tibdil Istituzzjonali li Jirriżulta mid-Dħul fis-Seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona

Dikjarazzjoni IV

Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-iffinanzjar tas-Segretarjat ACP

Dikjarazzjoni V

Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-iffinanzjar ta' l-istituzzjonijiet konġunti

Dikjarazzjoni VI

Dikjarazzjoni tal-Komunità li tirrigwardja l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet

Dikjarazzjoni VII

Dikjarazzjoni mill-Istati Membri li tirrigwardja l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet

Dikjarazzjoni VIII

Dikjarazzjoni Konpunta li tirrigwardja l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet

Dikjarazzjoni IX

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikoli 49 (2) fir-rigward tal-kummerċ u l-ambjent

Dikjarazzjoni X

Dikjarazzjoni ACP dwar il-kummerċ u l-ambjent

Dikjarazzjoni XI

Dikjarazzjoni Konġunta tal-ACP dwar il-wirt kulturali

Dikjarazzjoni XII

Dikjarazzjoni mill-Istati ACP dwar ir-ritorn u r-restituzzjoni ta' propjetà kulturali

Dikjarazzjoni XIII

Dikjarazzjoni konġunta dwar id-dritt ta' l-awtur

Dikjarazzjoni XIV

Dikjarazzjoni Konġunta dwar koperazzjoni reġjonali u r-reġjuni l-aktar imbiegħda (l-Artikolu 28)

Dikjarazzjoni XV

Dikjarazzjoni konġunta dwar l-adeżjoni

Dikjarazzjoni XVI

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-adeżjoni ta' pajjiżi u territorji lil hinn mill-baħar referuti fil-Parti Erba' tat-Trattat KE

Dikjarazzjoni XVII

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 66(1) (serħan mid-dejn) ta' dan il-Ftehim

Dikjarazzjoni XVIII

Dikjarazzjoni tal-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju

Dikjarazzjoni XIX

Dikjarazzjoni mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar il-Proċess tal-Programmar

Dikjarazzjoni XX

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Impatt taċ-Saqlieq ta' l-Introjtu mill-Esportazzjoni fuq Stati ACP żgħar li huma vulberabli, Gżejjer u li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar.

Dikjarazzjoni XXI

Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 3 ta' l-Anness IV

Hecho en Cotonú, el veintitrés de junio del año dos mil.

Udfærdiget i Cotonou den treogtyvende juni to tusind.

Geschehen zu Cotonou am dreiundzwanzigsten Juni zweitausend.

Έγινε στην Κοτονού, στις είκοσι τρεις Ιουνίου δύο χιλιάδες.

Done at Cotonou on the twenty-third day of June in the year two thousand.

Fait à Cotonou, le vingt-trois juin deux mille.

Fatto a Cotonou, addì ventitré giugno duemila.

Gedaan te Cotonou, de drieëntwintigste juni tweeduizend.

Feito em Cotonu, em vinte e três de Junho de dois mil.

Tehty Cotonoussa kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhatta.

Som skedde i Cotonou den tjugotredje juni tjugohundra.

Pour Sa Majesté le Roi des Belges

Voor Zijne Majesteit de Koning der Belgen

Für Seine Majestät den König der Belgier

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brusselse Hoofdstedelijke Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

For Hendes Majestæt Danmarks Dronning

Für den Präsidenten der Bundesrepublik Deutschland

Για τον Πρόεδρο της Ελληνικής Δημοκρατίας

Por Su Majestad el Rey de España

Pour le Président de la République française

Thar ceann Uachtarán na hÉireann

For the President of Ireland

Per il Presidente della Repubblica italiana

Pour Son Altesse Royale le Grand-Duc de Luxembourg

Voor Hare Majesteit de Koningin der Nederlanden

Für den Bundespräsidenten der Republik Österreich

Pelo Presidente da República Portuguesa

Suomen Tasavallan Presidentin puolesta

För Republiken Finlands President

På svenska regeringens vägnar

For Her Majesty the Queen of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Por la Comunidad Europea

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Voor de Europese Gemeenschap

Pela Comunidade Europeia

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Pour le Président de la République d'Angola

For Her Majesty the Queen of Antigua and Barbuda

For the Head of State of the Commonwealth of the Bahamas

For the Head of State of Barbados

For the Government of Belize

Pour le Président de la République du Bénin

For the President of the Republic of Botswana

Pour le Président du Burkina Faso

Pour le Président de la République du Burundi

Pour le Président de la République du Cameroun

Pour le Président de la République du Cap-Vert

Pour le Président de la République Centrafricaine

Pour le Président de la République Fédérale Islamique des Comores

Pour le Président de la République démocratique du Congo

Pour le Président de la République du Congo

For the Government of the Cook Islands

Pour le Président de la République de Côte d'Ivoire

Pour le Président de la République de Djibouti

For the Government of the Commonwealth of Dominica

For the President of the Dominican Republic

For the President of the State of Eritrea

For the President of the Federal Republic of Ethiopia

For the President of the Sovereign Democratic Republic of Fiji

Pour le Président de la République gabonaise

For the President and Head of State of the Republic of The Gambia

For the President of the Republic of Ghana

For Her Majesty the Queen of Grenada

Pour le Président de la République de Guinée

Pour le Président de la République de Guinée-Bissau

Pour le Président de la République de Guinée équatoriale

For the President of the Republic of Guyana

Pour le Président de la République d'Haïti

For the Head of State of Jamaica

For the President of the Republic of Kenya

For the President of the Republic of Kiribati

For His Majesty the King of the Kingdom of Lesotho

For the President of the Republic of Liberia

Pour le Président de la République de Madagascar

For the President of the Republic of Malawi

Pour le Président de la République du Mali

For the Government of the Republic of the Marshall Islands

Pour le Président de la République Islamique de Mauritanie

For the President of the Republic of Mauritius

For the Government of the Federated States of Micronesia

Pour le Président de la République du Mozambique

For the President of the Republic of Namibia

For the Government of the Republic of Nauru

Pour le Président de la République du Niger

For the President of the Federal Republic of Nigeria

For the Government of Niue

For the Government of the Republic of Palau

For Her Majesty the Queen of the Independent State of Papua New Guinea

Pour le Président de la République Rwandaise

For Her Majesty the Queen of Saint Kitts and Nevis

For Her Majesty the Queen of Saint Lucia

For Her Majesty the Queen of Saint Vincent and the Grenadines

For the Head of State of the Independent State of Samoa

Pour le Président de la République démocratique de São Tomé et Príncipe

Pour le Président de la République du Sénégal

Pour le Président de la République des Seychelles

For the President of the Republic of Sierra Leone

For Her Majesty the Queen of the Solomon Islands

For the President of the Republic of South Africa

For the President of the Republic of the Sudan

For the President of the Republic of Suriname

For His Majesty the King of the Kingdom of Swaziland

For the President of the United Republic of Tanzania

Pour le Président de la République du Tchad

Pour le Président de la République togolaise

For His Majesty King Taufa'ahau Tupou IV of Tonga

For the President of the Republic of Trinidad and Tobago

For Her Majesty the Queen of Tuvalu

For the President of the Republic of Uganda

For the Government of the Republic of Vanuatu

For the President of the Republic of Zambia

For the Government of the Republic of Zimbabwe

▼M10

DIKJARAZZJONI I

Dikjarazzjoni konġunta dwar is-sostenn għall-aċċess għas-suq fis-sħubija ACP-KE

Il-Partijiet jirrikonoxxu t-tifsira tal-valur ta’ kundizzjonijiet ta’ aċċess preferenzjali għas-suq għall-ekonomiji tal-ACP, speċifikament għas-setturi tal-prodotti essenzjali u tal-agroindustrija li huma ta’ importanza kritika għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Istati ACP u jagħtu kontribut kbir għall-impjiegi, għad-dħul mill-esportazzjoni u għadd-dħul tal-Gvern.

Il-Partijiet jirrikonoxxu li xi setturi għaddejjin, bl-għajnuna tal-UE, minn proċess ta’ trasformazzjoni mmirat biex ikun possibbli li l-esportaturi tal-ACP ikkonċernati jikkompetu fl-UE u fis-swieq internazzjonali, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ prodotti li huma tal-marka u oħrajn li għandhom valur miżjud.

Huma jirrikonoxxu wkoll li s-sostenn addizzjonali jista’ jkun neċessarju meta l-liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ tista’ twassal għal alterazzjoni iktar profonda tal-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-suq għall-produtturi tal-ACP. Għal dak il-għan, huma jaqblu li jeżaminaw il-miżuri neċessarji kollha sabiex iżommu l-pożizzjoni kompetittiva tal-Istati ACP fis-suq tal-UE. Dan l-eżami jista’ jimkludi r-regoli tal-oriġini, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji u l-implementazzjoni ta’ miżuri speċifiċi li jindirizzaw il-limitazzjonijiet tan-naħa tal-forniment fil-pajjiżi ACP. L-għan ikun li joffri lill-pajjiżi ACP il-possibbiltajiet li jisfruttaw il-vantaġġ kompetittiv eżistenti u potenzali tagħhom fis-suq tal-UE.

Meta jiġu żviluppati programmi ta’ assistenza u jiġu provduti riżorsi, il-Partijiet jaqblu li jagħmlu evalwazzjonijiet perjodiċi biex jivvalutaw il-progress u r-riżultati miksuba u jiddeċiedu dwar liema miżuri addizzjonali xierqa għandhom jiġu implimentati.

Il-Kumitat Ministerjali Konġunt tal-Kummerċ għandu jissorvelja l-implementazzjoni ta’ din id-Dikjarazzjoni u jagħmel rapporti u rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kunsill tal-Ministri.

DIKJARAZZJONI II

Dikjarazzjoni konġunta dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp (artikolu 13)

Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu u japprofondixxu d-djalogu u l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-migrazzjoni, billi jibnu fuq it-tliet pilastri li ġejjin ta’ approċċ komprensiv u bilanċjat għall-migrazzjoni:

1. Il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, inklużi kwistjonijiet li jirrelataw mad-dijaspori, mat-telfien ta’ mħuħ u r-rimissjonijiet;

2. Il-migrazzjoni legali inkluża d-dħul, il-mobilità u l-moviment ta’ ħiliet u servizzi; u

3. Il-migrazzjoni illegali, inklużi d-dħul klandestin u l-ittraffikar tal-bnedmin u l-ġestjoni tal-konfini, kif ukoll ir-rijammissjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 attwali, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jaħdmu fuq id-dettalji ta’ din il-koperazzjoni mtejba fil-qasam tal-migrazzjoni.

Huma jaqblu ulterjorment li jaħdmu lejn it-tlestija tempestiva ta’ dan id-djalogu u li jirraportaw dwar il-progress li jkun sar lill-Kunsill Konġunt ACP-KE li jmiss.

DIKJARAZZJONI III

Dikjarazzjoni tal-unjoni ewropea dwar it-tibdil istituzzjonali li jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tat-trattat ta’ lisbona

B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea issostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għall-Komunità Ewropea fit-test tal-Ftehim, fejn meħtieġ, għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Unjoni Ewropea.

L-Unjoni Ewropea ser tipproponi lill-Istati ACP skambju ta’ ittri bil-għan li l-Ftehim isir konformi mat-tibdil istituzzjonali fl-Unjoni Ewropea li jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.

▼B

DIKJARAZZJONI IV

Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-iffinanzjar tas-Segretarjat ACP

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ispiża tat-tmexxija tas-Segretarjat ACP mir-riżorsi ta' koperazzjoni intra-ACP.

DIKJARAZZJONI V

Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-iffinanzjar ta' l-istituzzjonijiet konġunti

IL-Komunità, konxja li l-ispiża b'konnessjoni ma' l-interpretazzjoni waqt il-laqgħat u tat-traduzzjoni ta' dokumenti hija spiża essenzjalment involuta għall-ħtiġiet tagħha, hija għalhekk ippreparata li tkompli bil-prattika ta' l-imgħoddi li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kemm tal-laqgħat ta' l-istitizzjonijiet tal-Ftehim li jseħħu fit-territorju ta' Stat Membru u wkoll għal dawk li jseħħu fit-territorju ta' Stat ACP.

DIKJARAZZJONI VI

Dikjarazzjoni tal-Komunità li tirrigwardja l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet huwa att multi-laterali mill-punto di vista tal-liġi internazzjonali. B'danakollu, xi problemi speċifiċi li jistgħu jinqalgħu fl-Istat ospitanti rigward l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu solvuti bi ftehim bilaterali ma' dak l-Istat.

Il-Komunità innotat it-talbiet ta' l-istati ACP li ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll 2 għandhom ikunu modifikati, partikolarment f'dak li jirrigwardja l-istatus tal-persunal tas-Segretarjat ACP, iċ-Ċentru ta' l-Impriża ta' l-iżvilupp (CDE) u ċ-Ċentru ta' l-iżvilupp ta' l-Agrikoltura (CTA).

Il-Komunità hija lesta li tfittex b'mod konġunt soluzzjonijiet xierqa fir-rigward tat-talbiet ta' l-istati ACP bil-għan li tistabbilixxi strument legali separat kif referut hawn fuq.

F'dan il-kuntest, il-pajjiż ospitanti għandu, mingħajr ebda deroga mill-benefiċċji preżenti kif gawduti mis-Segretarjat ACP, il-CDE, il-CTA u l-persunal tagħhom:

(1) Juri rikonoxximent f'dak li jirrigwardja l-interpretazzjoni ta' l-esprezzjoni “persunal ta' grad għoli”, tali interpretazzjoni għanhda tkun milħuqha bi ftehim reċiproku;

(2) Jirrikonoxxi l-poteri delegati mill-President tal-Kunsill tal-Ministru ACP lill-Prsident tal-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi ACP-KE, sabiex jissimplifika l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 9 tal-Protokoll;

(3) Jaqbel li jagħti ċerti faċilitajiet lil-persunal tas-Segretarjat ACP, lill-CDE u lill-CTA sabiex jiffaċilita l-istallazzjoni inizzjali fil-pajjiż ospitanti;

(4) Jeżamina b'mod xieraq il-kwistjonijiet relatati mat-taxxa li jikkonċernaw lis-Segretarjat ACP, il-CDE u l-CTA u l-persunal tagħhom.

DIKJARAZZJONI VII

Dikjarazzjoni mill-Istati Membri li tirrigwardja l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet

L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz, fil-kuntest tar-regolamenti rispettivi, sabiex jiffaċilitaw matul it-territorji rispettivi tagħhom, il-moviment fil-qadi tad-doveri uffiċjali tagħhom tad-diplomatiċi ACP akkreditati mal-Komunità, il-membri tas-Segretarjat ACP referut fl-Artikolu 7 tal-Protokoll 2, li l-ismijiet u l-pożizzjoni tagħhom għandha tkun ikkomunikata bi qbil ma' l-Artikolu 9 ta' dak il-Protokoll, u l-eżekuttivi ACP tas-CDE u l-CTA.

DIKJARAZZJONI VIII

Dikjarazzjoni Konpunta li tirrigwardja l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet

Fi ħdan il-kuntest tar-regolamenti rispettivi tagħhom, l-Istati ACP għandhom jagħtu lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni l-privileġġi u l-immunitajiet simili għal dawk mogħtija lill-missjonijiet diplomatiċi hekk li jkunu jistgħu jwettqu il-funzjonijiet afdati lilhom permezz tal-Ftehim b'mod sodisfaċenti u b'manjiera effettiva.

DIKJARAZZJONI IX

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikoli 49 (2) fir-rigward tal-kummerċ u l-ambjent

Ferm konxji bir-riskji speċifiċi marbuta mal-iskart radju-attiv, il-Partijiet għandhom jibqgħu lura minn xi prattika li jarmu tali skart li jkun jaffettwa s-sovranità ta' Stati jew li jhedded l-ambjent jew is-saħħa pubblika f'pajjiżi oħrajn. Huma jorbtu l-akbar importanza mal-koperazzjoni ta' l-iżvilupp internazzjonali sabiex jipproteġu l-ambejnt u s-saħħa pubblika minn tali riskji. Għalhekk huma jaffermaw id-determinazzjoni tagħhom li jieħdu parti attiva fix-xogħol li jkun sar mill-IAEA sabiex jipproduċu kodiċi internazzjonali approvata ta' imġieba tajba.

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/3/Euratom tat-3 ta' Frar 1992 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' konsenji ta' skart radjo-attiv bejn l-Istat Membri u il-ġewwa lejn, jew il-barra mill-Komunità, tiddiffenixxi t-terminu “skart radjo-attiv” bħala kwalunkwe materjal, li jkun fih, jew li huwa ikkontaminat, b'radjo-nuklidi u li dwaru l-ebda użu ma jkun previst. Id-Direttiva hija applikabbli għal konsenji ta' skart radko-attiv bejn l-Istati Membri u il-ġewwa lejn, jew il-barra mill-Komunità, kull meta l-kwantitajiet u l-konċentrazzjoni teċċedi l-liveli stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996. Il-livelli definiti jasiguraw normi bażiċi ta' sigurtà għall-protezzjoni tas-saħħa ta' ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikoli li jirriżultaw minn radjazzjoni jonizzanti.

Il-konsenji ta' skart radjo-attiv huma suġġetti għal sistema ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem kif definita fid-Direttiva 92/3/Euratom tat-3 ta' Frar 1992 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' konsenji ta' skart radjo-attiv bejn l-Istati Membri u l-ġewwa lejn, jew il-barra mill-Komunità. L-Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva jistipula li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw konsenji ta' skart radjo-attiv lejn Stat li huwa Parti tar-Raba' Konvenzjoni ACP-KEE li mhux membru tal-Komunità, billi jikkonsidraw, b'danakollu, l-Artikolu 14. Il-Komunità tasigura li l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/3/Euratom għandu jkun rivedut sabiex ikopri lill-Partijiet kollha ta' dan il-Ftehim li mhumiex membri tal-Komunità. Sa dak iż-żmien, il-Komunità għandha taġixxi, bħalli kieku l-partijiet imsemmija hawm fuq diġa huma koperti.

Il-Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jiffirmaw u jirratifikaw, malajr kemm jista' jkun possibbli, il-Konvenzjoni ta' Basle dwar il-Kontroll ta' Movimenti Trans-Fruntieri ta' Skart Perikoluż u tad-Disponiment tiegħu, kif ukoll l-emenda tal-1995 għall-Konvenzjoni, kif stabbilita fid-Deċiżjoni III/1.

DIKJARAZZJONI X

Dikjarazzjoni ACP dwar il-kummerċ u l-ambjent

L-Istati ACP huma serjament ikkonċernati dwar il-problemi ambjentali kemm b'mod ġenerali u wkoll dwar il-moviment trans-fruntiera ta' skart perikoluż, nukleari u radjo-attiv ieħor, b'mod partikolari.

Fl-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 32(1)(d) tal-Ftehim, l-Istati ACP kienu wrew id-deteminazzjoni tagħhom li jkunu iggwidati bil-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni OAU dwar il-Kontroll ta' Movimenti Trans-Fruntieri ta' Skart Perikoluż u tad-Disponiment tiegħu ġewwa l-Afrika kif inkluż fil-AHG 182 (XXV).

DIKJARAZZJONI XI

Dikjarazzjoni Konġunta tal-ACP dwar il-wirt kulturali

1. Il-Partijiet jesprimu ir-rieda komuni tagħhom sabiex iħeġġu l-preservazzjoni u t-tqawwija tal-wirt kulturali ta' kull Pajjiż ACP, fil-livell internazzjoni, bilaterali u privat u fil-kuntest ta' dan il-Ftehim.

2. Il-Partijiet jirrikonoxxu il-ħtieġa li jiffaċilitaw l-aċċess ta' l-istoriċi u r-riċerkaturi ACP lejn l-arkivji bil-għan li jħeġġu l-iżvilupp ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar il-wirt kulturali ta' l-istati ACP.

3. Huma jirrikonoxxu l-utilità li jipprovdu għajnuna għall-attivitajiet xierqa imwettqa speċjalment fil-qasam tat-taħriġ, għall-preservazzjoni, l-protzzjoni u l-wiri tal-propjetajiet kulturali, tal-monumenti u l-oġġetti, inkluża l-promulgazzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni xierqa.

4. Huma jaċċennaw l-importanza ta' l-impenn komuni ta' l-attivitajiet kulturali, jiffaċċilitaw il-mobilità ta' artisti ACP u Ewropej, kif ukoll l-iskambji ta' oġġetti kulturali li huma simboliċi tal-kulturi u ċ-ċivilizzazzjonijiet tagħhom bil-għan li jqawwu l-għarfien reċiproku u s-solidarjetà bejn il-popolazzjonijiet rispettivi tagħhom.

DIKJARAZZJONI XII

Dikjarazzjoni mill-Istati ACP dwar ir-ritorn u r-restituzzjoni ta' propjetà kulturali

L-Istati ACP jħeġġu lill-Komunità u lill-Istati Membri, sal-limitu li huma jirrikonoxxu id-dritt leġittimu ta' l-istati ACP għall-identità kulturali, li jħeġġu r-ritorn u r-restituzzjoni ta' propjetà kulturali meħudha mill-Istati ACP u li issa tinsab fl-Istati Membri.

DIKJARAZZJONI XIII

Dikjarazzjoni konġunta dwar id-dritt ta' l-awtur

Il-Partijiet jirrikonoxxu li t-tħeġġiġ u l-protezzjoni tad-dritt ta' l-awtir hija parti integrali tal-koperazzjoni kulturali, li l-għan tagħha huwa li jħeġġeġ l-għamliet kollha ta' l-espressjoni umana. Aktar min hekk, tali protezzjoni hija pre-rekwiżit għall-inkorraġġiment u l-iżvilupp ta' l-attivitajiet tal-produzzjoni, d-dissiminazzjoni u l-pubblikazzjoni.

Konsegwentament, iż-żewġ partijiet għandhom, fil-kuntest tal-koperazzjoni kulturali ACP-KE, ifittxu li jħeġġu u jrawmu rispett għad-drittijiet ta' l-awtir u d-drijjiet relatati l-oħrajn.

F'dan il-kuntest, u bi qbil mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti bil-Ftehim, il-Komunità tista' toffri appoġġ finanzjarju u tekniku dwar id-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni tad-dritt ta' l-awtur, taħriġ ekonomiku ta' l-operaturi fil-protezzjoni ta' tali drittijiet u l-abbozzar tal-leġislazzjoni nazzjonali għal protezzjoni aħjar tagħhom.

DIKJARAZZJONI XIV

Dikjarazzjoni Konġunta dwar koperazzjoni reġjonali u r-reġjuni l-aktar imbiegħda (l-Artikolu 28)

Ir-referenza għar-reġjuni l-aktar imbiegħda tikkonċerna il-komunità awtonoma Spanjola tal-Gżejjer Kanarji, l-erba' dipartimenti Franċiżi mbegħda, iġiefiri Guadeloupe, Guyana, Martinique u Réunion, u r-reġjuni awtonomi Portugiżi ta' l-Ażores u Madeira.

DIKJARAZZJONI XV

Dikjarazzjoni konġunta dwar l-adeżjoni

Kwalunkwe adeżjoni ta' Stat terz ma dan il-Ftehim għandha sseħħ b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 u l-għanijiet ta' l-Artikolu 2 kif stabbiliti mill-Grupp ACP fil-Ftehim ta' Georgetown u emendati f'Novembru 1992.

DIKJARAZZJONI XVI

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-adeżjoni ta' pajjiżi u territorji lil hinn mill-baħar referuti fil-Parti Erba' tat-Trattat KE

Il-Komunità u l-Istati ACP huma lesti li jippermettu lill-pajjiżi u territorji lil hinn mill-baħar referuti fil-Parti Erba' tat-Trattat li jkunu saru independenti li jaċċedu għal dan il-Ftehim, jekk huma jkunu jixtiequ li jżommu r-relazzjonijiet tagħhom fl-istess għamla mal-Komunità.

DIKJARAZZJONI XVII

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 66(1) (serħan mid-dejn) ta' dan il-Ftehim

Il-Partijiet jaqblu dwar il-prinċipji li ġejjin:

(a) F'terminu fit-tul, il-Partijiet għandhom ifittxu t-titjib tal-Pajjiżi il-Fqar li huma Ferm Imdejna għall-inizjattiva u t-tħeġġiġ, tat-twessieħ u t-tħaffif tal-ħelsien mid-dejn tal-Pajjiżi ACP;

(b) Il-Partijiet għandhom ukoll ifittxu l-mobilizzazzjoni u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' appoġġ għat-tnaqqis tad-dejn favur pajjiżi ACP li għadhom ma humiex eliġibbli għall-inizjattiva HIPC.

DIKJARAZZJONI XVIII

Dikjarazzjoni tal-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju

Fi ħdan l-ammont globali ta' 13 500 miljun EUR tad-9 EDF, 12 500 miljun EUR għandhom ikunu disponibbli immedjatament mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Finanzjarju. Il-kumplament ta' 1 000 miljun EUR għandhom ikunu rilaxxati fuq il-bażi tar-reviżjoni tat-twettieq referuta fil-paragrafu 7 tal-Protokoll Finanzjarju li għandu jseħħ fil-2004.

Fl-evalwazzjoni tal-ħtieġa ta' riżorsi ġodda, akkont sħiħ għandu jittieħed ta' din ir-reviżjoni tat-twettieq kif ukoll tad-data li lil hinn minnha il-fondi tad-9 EDF m'għandhomx ikunu impenjati.

DIKJARAZZJONI XIX

Dikjarazzjoni mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar il-Proċess tal-Programmar

Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom mal-ftehim dwar ir-riforma tal-proċess tal-programmar għall-implimentazzjoni ta' l-għajnuna finanzjata mid-9 EDF.

F'dan il-kuntest, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jirrigwardjaw il-mekkaniżmu tar-reviżjoni implimentata sew bħala l-aktar għodda importanti għal programmar b'suċċess. Il-proċess ta' reviżjoni li jkun ġie mifthiem għall-amministrazzjoni ta' l-implimentazzjoni tad-9 EDF għandu jassigura fil-proċess tal-programmar li waqt li jippermetti għal aġġustamenti regolari ta' l-istrateġija ta' Appoġġ tal-Pajjiż li tirrefletti żviluppi fil-ħtiġiet u t-twettieq ta' l-istati ACP ikkonċernati.

Sabiex ikunu akkwistati il-benefiċċji kollha tar-roiforma u sabiex tkun assigurata l-effiċjenza tal-proċess tal-programmar, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jaffermaw mill-ġdid l-impenn politiku ta' dawn il-prinċipji li ġejjin:

Ir-reviżjonijiet għandhom, sa kemm ikun possibli, jittwettqu fl-Istati ACP ikkonċernati. Il-lokalizzazzjoni tar-reviżjonijiet m'għandhiex timplika li l-Istati Membri jew l-Uffiċċju Ewlieni tal-Kummissjoni milli jkun imċaħħad milli jsegwi jew ikun involut fil-proċess tal-programmar skond kif xieraq.

Il-kwadri taż-żmien li kienu ġew stabbiliti għall-finalizzar tar-reviżjonijiet għandhom ikunu rispettati.

Dawn ir-reviżjonijiet m'għandhomx ikunu okkorrenza iżolata fil-proċess tal-programmar. Ir-reviżjonijiet għandhom ikunu meqjusa bħala għodda amministrattiva, li jkunu bħala sintesi tar-riżultati ta' djalogu regolari (ta' kull xahar) bejn l-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti u l-Kap tal-Delegazzjoni tal-Kummissjoni.

Ir-reviżjonijiet m'għandhomx iżidu piż amministrattiv fuq xi waħda mill-Partijiet ikkonċernati. Il-ħtiġiet tal-proċeduri u tar-rapportaġġ li jkunu madwar il-proċess tal-programmizzar għandhom għalhekk ikunu amministrati b'mod dixxiplinat. Għal dan il-għan, ir-rwoli rispettivi ta' l-isti Membri u tal-Kummissjoni fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet għandhom ikunu riveduti u adattati.

DIKJARAZZJONI XX

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Impatt taċ-Ċaqlieq ta' l-Introjtu mill-Esportazzjoni fuq Stati ACP żgħar li huma vulberabli, Gżejjer u li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar.

Il-Partijiet jinnottaw it-tħassib ta' l-istati ACP li l-modalitajiet tal-mekkaniżmu għal appoġġ addizzjonali lejn pajjiżi li jbagħtu minn ċaqlieq fl-introjtu mill-esportazzjoni ma jistgħux jipprovdu appoġġ suffiċjenti għall-Istati żgħar, vulnerabbli, gżejjer u li m'għandhomx aċċess dirett lejn il-baħar li huma suġġetti għal introjtu volatili mill-esportazzjoni.

Mit-tieni sena ta' l-operat tal-mekkaniżmu, fuq talba ta' Stat ACP wieħed jew aktar li jkunu ltaqgħu ma' diffikultajiet, il-Partijiet jaqblu li jeżaminaw mill-ġdid il-modalitajiet tal-makkaniżmi dwar il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, bil-għan li, meta meħtieġ, joffru rimedju għall-effetti ta' tali ċaqlieq.

DIKJARAZZJONI XXI

Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 3 ta' l-Anness IV

In-notifika ta' l-ammont indikattiv referut fl-Artikolu 3 ta' l-Anness IV, m'għandhiex tkun applikabbli għall-Istati ACP li dwarhom il-Komunità tkun issospendiet il-koperazzjoni tagħha.

▼M10 —————



( 1 ) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.