01999L0037 — MT — 24.03.2022 — 006.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138 1.6.1999, p. 57) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/127/KE tat-23 ta' Diċembru 2003 |
L 10 |
29 |
16.1.2004 |
|
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/103/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006 |
L 363 |
344 |
20.12.2006 |
|
L 158 |
356 |
10.6.2013 |
||
DIRETTIVA 2014/46/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-3 ta’ April 2014 |
L 127 |
129 |
29.4.2014 |
|
DIRETTIVA (UE) 2022/362 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ Frar 2022 |
L 69 |
1 |
4.3.2022 |
Emendata bi:
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 1999/37/KE
tad-29 ta' April 1999
dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi
L-Artikolu 1
Din id-Direttiva għandha tapplika għad-dokumenti ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura maħruġin mill-Istati Membri.
Ma għandhiex tippreġudika d-dritt ta' Stati Membri li jużaw, għar-reġistrazzjoni temporanja ta' vetturi, dokumenti li jistgħu ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva f'kull aspett.
L-Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:
“vettura”: għandha tfisser kull vettura kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 1 ) u fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur li għandhom żewġ jew tliet roti ( 2 );
“reġistrazzjoni”: għandha tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva għad-dħul fis-servizz ta' vettura fit-traffiku tat-triq, li tinvolvi l-identifikazzjoni tal-vettura u l-ħruġ tan-numru tas-serje għaliha, li għandu jissejjaħ in-numru ta' reġistrazzjoni;
“iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni”: għandu jfisser id-dokument li jiċċertifika li l-vettura hija rreġistrata fi Stat Membru;
“detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni”: għandha tfisser il-persuna li l-vettura tkun irreġistrata f'isimha;
“sospensjoni”: tfisser perjodu limitat ta’ żmien li fih vettura ma tkunx awtorizzata minn Stat Membru biex tintuża fit-traffiku tat-triq li wara li jseħħ dan - sakemm ir-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux japplikaw - tista’ tiġi awtorizzata biex terġa’ tintuża mingħajr ma jkun involut proċess ġdid ta’ reġistrazzjoni;
“kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni”: tfisser il-kanċellazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru għal vettura biex tintuża fit-traffiku tat-triq.
L-Artikolu 3
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lis-servizzi li huma jappuntaw għal dan il-għan, b'mod partikolari dawk tal-fabbrikanti, sabiex jimlew il-partijiet tekniċi taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jirreġistraw elettronikament id-data dwar il-vetturi kollha rreġistrati fit-territorju tagħhom. Dawk id-data għandha tinkludi:
l-elementi obbligatorji kollha skont l-Anness I punt II.5 tal-Anness I kif ukoll l-elementi tal-punti II.6 (J) u II.6 (V.7) u (V.9) ta’ dak l-Anness, meta d-data tkun disponibbli;
data mhux obbligatorja oħra elenkata fl-Anness I jew data miċ-ċertifikat tal-konformità kif previst fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), fejn possibbli;
l-eżitu ta’ testijiet perjodiċi obbligatorji tal-affidabilità stradali skont id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) u l-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali.
L-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest ta’ din id-Direttiva għandu jitwettaq skont id-Direttivi 95/46/KE ( 5 ) u 2002/58/KE ( 6 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
L-Artikolu 3a
Is-sospensjoni għandha tkun effettiva sakemm il-vettura tgħaddi minn test ġdid tal-affidabilità stradali. Mat-tlestija b’suċċess tat-test tal-affidabilità stradali, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza mill-ġdid mingħajr dewmien l-użu tal-vettura fit-traffiku tat-triq. Ma għandu jkun meħtieġ l-ebda proċess ġdid ta’ reġistrazzjoni.
L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jadottaw miżuri biex jiffaċilitaw l-ittestjar mill-ġdid ta’ vettura li l-awtorizzazzjoni tagħha għall-użu fit-traffiku tat-triq ġiet sospiża. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-għoti ta’ -permess għall-ivvjaġġar fit-toroq pubbliċi bejn post tat-tiswija u ċentru tal-ittestjar għall-fini ta’ test tal-affidabilità stradali.
L-Artikolu 4
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni maħruġ minn Stat Membru għandu jiġi rikonoxxut mill-Istati Membri l-oħra, għall-identifikazzjoni tal-vettura fi traffiku internazzjonali jew għar-reġistrazzjoni mill-ġdid fi Stat Membru ieħor.
L-Artikolu 5
Jekk iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni ikun jikkonsisti fil-Partijiet I u II, u l-Parti II tkun nieqsa, l-Awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn ir-reġistrazzjoni il-ġdida tkun ġiet mitluba jistgħu jiddeċiedu, f'każijiet eċċezzjonali, li jerġgħu jirreġistraw il-vettura, iżda dan isir biss wara li jkunu kisbu konferma, bil-miktub jew b'mezz elettroniku, mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn kienet reġistrata qabel il-vettura, li l-applikant huwa intitolat sabiex jirreġistra mill-ġdid il-vettura fi Stat Membru ieħor.
L-Artikolu 6
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 7 sabiex temenda:
L-Artikolu 7
L-Artikolu 8
Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir referenza bħal din, għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri l-mudelli kollha għal ċertifikati ta' reġistrazzjoni użati mill-amministrazzjoni nazzjonali.
L-Artikolu 9
L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Huma jistgħu jiskambjaw informazzjoni fuq livell bilaterali jew multilaterali b’mod partikolari sabiex jikkontrollaw, qabel kwalunkwe reġistrazzjoni ta’ vettura, l-istatus ġuridiku ta’ din tal-aħħar, meta jkun meħtieġ fl-Istat Membru fejn qabel kienet reġistrata. Tali verifika tista’ tinvolvi b’mod partikolari l-użu ta’ netwerk elettroniku, li fih data mill-bażijiet ta’ data nazzjonali biex jiġi faċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni.
L-Artikolu 10
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Artikolu 11
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
L-ANNESS I
PARTI I TAĊ-ĊERTIFIKAT TA' REĠISTRAZZJONI ( 8 )
I. |
Din il-parti tista' tiġi mplimentata f'waħda miż-żewġ ghamliet: bħala dokumenti tal-karti jew bħala smart card. Il-karatteristiċi tal-versjoni tad-dokument tal-karti huma speċifikati f'Kapitlu II u dawk tal-versjoni ta' lis-smart card f'Kapitlu III. |
II. |
Speċifikazzjonijiet ta' Parti I taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni fil-format tal-karta
|
III. |
Speċifikazzjonijiet ta' L-ewwel Parti taċ-Ċertifikazzjoni ta' Reġistrazzjoni fil-forma ta' smart card (Alternattiva għall-kampjun f'format tal-karti deskritt f'Kapitlu II) III.1 Format ta' card u fatti magħrufa (data) leġibbli bil-għajn Billi hija card mikro-proċessur, iċ-chip card għandha tiġi disinjata bi qbil mal-livelli stabbiliti msemmija f'Kapitlu III.5. Il-fatti magħrufa (data) reġistrati fuq il-card għandhom ikunu leġibbli b'mezzi ta' qari normali (bħal cards takografiċi). Stampati fuq quddiem u wara tal-card għandu jkun hemm għall-inqas il-fatti magħrufa speċifikati f'Kapitli II.4 u II.5; dawn il-fatti magħrufa (data) għandhom ikunu leġibbli bil-għajn (għoli ta' karattru minimu: 6 punti w stampati kif ġej: Eżempji ta' forom possibbli huma preżentati f'L-ewwel Figura fl-aħħar ta' din it-taqsima.) A. Imprint bażiku Il-fatti magħrufa (data) bażiċi għandhom jikkontjenu li ġej: Quddiem
(a)
In-naħa tal-lemin tal-lokazzjoni taċ-chip: fil-lingwa(i) ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni
—
il-kliem “Komunità Ewropea”;
—
l-isem ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni;
—
il-kliem “L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni”, jew, jekk iċ-ċertifikat jikkonsisti minn parti waħda biss, il-kliem “Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni” stampati f'tipa kbira;
—
nomina oħra (p.e. nazzjonali ta' qabel) tad-dokument ekwivalenti (b'għażla);
—
l-isem ta' l-awtorità kompetenti (alternattivament, anke fil-forma ta' imprint personalizzat skond l-Ittra B);
—
in-numru konsekuttiv mhux ambigwu tad-dokument kif użat fl-Istat Membru (alternattivament, anke fil-forma ta' imprint personalizzat skond l-Ittra B);
(b)
'L fuq mill-lokazzjoni taċ-chip: il-marka ta' distinzjoni ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni, bajda f'rettanglu blu u mdawwar bi tnax-il stilla safra:
(ċ)
l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jżidu, fit-tarf ta' isfel f'tipa żgħira fil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom, in-nota: “Dan id-dokument għandu jiġi prodott lil kull persuna awtorizzata li qed jitolbu.”
(d)
Il-kulur bażiku tal-card huwa aħdar (Pantone 362); alternattivament, transizzjoni ħadra-għal-bajda hija possibbli.
(e)
Simbolu li jirrappreżenta rota (ara l-forma proposta fl-Istampa 1) għandu jiġi stampat fl-erja ta' l-istampar fir-rokna t'isfel fuq in-naħa tax-xellug ta' quddiem tal-card. F'każijiet oħra, id-dispożizzjonijiet ta' Kapitlu III.13 għandhom japplikaw. B. Imprint ta' personalizzazzjoni L-imprint ta' personalizzazzjoni għandu jikkontjeni t-tagħrif li ġej: Quddiem
(a)
l-isem ta' l-awtorità kompetenti - ara wkoll l-Ittra Aa)
(b)
l-isem ta' l-awtorità li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni (b'għażla)
(ċ)
in-numru konsekuttiv mhux ambigwu tad-dokument kif użat fl-Istat Membru - ara wkoll l-Ittra Aa)
(d)
Il-fatti magħrufa (data) li ġejjin mill-Kapitlu II.5; skond il-Kapitlu II.7, kodiċijiet nazzjonali individwali jistgħu jiżdiedu mal-kodiċijiet armonizzati preċedenti tal-Komunità:
In-naħa ta' wara: In-naħa ta' wara għandha ġġorr għall-inqas il-bqija tal-fatti magħrufa (data) speċifikati f'Kapitlu II.5; bi qbil mal-Kapitlu II.7, kodiċijiet nazzjonali individwali jistgħu jiżdiedu mal-kodiċijiet armonizzati preċedenti tal-Komunità.
Ta' B'għażla, fatti magħrufa (data) addizzjonali minn II.6 (bil-kodiċijiet armonizzati) u II.7 jistgħu jiżdiedu fuq in-naħa ta' wara tal-card. Ċ. Karatteristiċi fiżiċi ta' sigurtà ta' lis-smart card It-theddid għas-sigurtà fiżika ta' dokumenti huma:
—
Produzzjoni ta' cards foloz: li toħloq oġġett ġdid li jġorr xebħ kbir għad-dokument, jew billi jsir mil-bidu nett jew billi jiġi kkupjat minn dokument oriġinali.
—
Tibdil fil-materjal: jinbidel karatteristiku ta' dokument oriġinali, p.e. jiġu modifikati xi wħud mill-fatti magħrufa (data) stampati fuq id-dokument.
Il-karta wżata għal L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni għandha ssir b'sigurtà kontra l-frodi permezz ta' mill-inqas tlieta mill-metodi ta' teknika li ġejjin:
—
mikrostampar,
—
stampar guilloche*,
—
stampar bħal qawsalla (iridescent),
—
inċiżjoni bil-laser,
—
linka florexxenti ultraviolet,
—
linka b' kulur dipendenti fuq l-angolu li jidher*,
—
linka b' kulur dipendenti fuq it-temperatura*,
—
custom holograms*,
—
dehriet varjabbi tal-laser,
—
dehriet varjabbli ottiċi.
L-Istati Membri huma ħielsa biex idaħħlu karatteristiċi addizzjonali ta' sigurtà. Bħala bażi, il-metodi ta' teknika indikati b'asterisk għandhom jiġu preferuti għaliex jippermettu l-uffiċjali ta' infurzar tal-liġi biex jispezzjonaw il-validità tal-card mingħajr xi mezzi speċjali. Stampa 1: Eżempji ta' forom possibbli tal-fatti magħrufa (data) mandatorji (aktar fatti magħrufa (data) b'għażla u addizzjonali jistgħu jiżdiedu man-naħa ta' wara tal-card) III.2 Reġistrazzjoni u protezzjoni ta' fatti magħrufa (data) Preċeduti mill-kodiċijiet komuni armonizzati (fejn xieraq, f'konnessjoni mal-kodiċijiet individwali ta' l-Istati Membri skond il-Kapitlu II.7), il-fatti magħrufa (data) li ġejjin għandhom jew jistgħu jiġu reġistrati addizzjonalment fuq il-wiċċ tal-card li jġorr it-tagħrif leġibbli skond il-Kapitlu III.1: (A) Fatti magħrufa (data) skond il-Kapitli II.4 u II.5 Il-fatti magħrufa (data) speċifikati f'Kapitli II.4 u II.5 għandhom jiġu reġistrati mandatorjament fuq il-card. (B) Fatti magħrufa (data) oħra skond il-Kapitlu II.6 Barra minn hekk, l-Istati Membri huma ħielsa biex jirreġistraw aktar fatti magħrufa (data) skond il-Kapitlu II.6, sal-punt meħtieġ. (Ċ) Fatti magħrufa (data) oħra skond il-Kapitlu II.7 B'għażla, tagħrif addizzjonali jista' jiġi reġistrat fuq il-card. Il-fatti magħrufa (data) mill-ittri A u B huma reġistrati f'żewġ fajlijiet korrespondenti bi struttura trasparenti (ara ISO/IEC 7816-4). L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw ir-reġistrazzjoni ta' fatti magħrufa (data) mill-Ittra Ċ skond il-ħtiġijiet tagħhom. Ma hemm l-ebda restrizzjonijiet ta' qari fuq dawn il-fajlijiet. Aċċess għall-kitba fuq dawn il-fajlijiet għandu jiġi ristrett għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (u l-aġenziji awtorizzati tagħhom) fl-Istat Membru li qed joħroġ lis-smart card. Aċċess għall-kitba huwa permess biss wara awtentikazzjoni mhux simettrika ma' session key exchange għal protezzjoni tas-sessjoni bejn il-card ta' reġistrazzjoni tal-vettura u modulu ta' sigurtà (p.e. card ta' modulu ta' sigurtà) ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (jew l-aġenziji awtorizzati tagħhom). B'hekk ċertifikati verifikabbli tal-card skond ISO/IEC 7816-8 huma mibdula qabel il-proċess ta' awtentikazzjoni. Iċ-ċertifikati verifikabbli tal-card jikkontjenu l-iskedi (keys) pubbliċi korrespondenti li jridu jinstabu mill-ġdid u li jridu jintużaw fil-proċess ta' awtentikazzjoni li ġej. Dawn iċ-ċertifikati huma ffirmati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u jikkontjenu oġġett ta' awtorizzazzjoni (awtorizzazzjoni tal-possessur taċ-ċertifikat) skond il-ISO/IEC 7816-9 sabiex tiġi kodifikata (encode) awtorizzazzjoni speċifika tar-rwol tal-card. Dan ir-rwol huwa relatat ma' l-awtorità kompetenti nazzjonali (p.e. biex jiġi aġġornat qasam ta' fatti magħrufa (data)). L-iskedi (keys) pubbliċ korrespondenti ta' l-awtorità kompetenti nazzjonali huma reġistrati bħala ankra ta' fiduċja (skeda pubblika ta' għeruq) fil-card. L-ispeċifikazzjoni tal-fajlijiet u kmand meħtieġa għall-proċess ta' awtentikazzjoni u l-proċess tal-kitba huwa skond ir-responsabbilta ta' l-Istati Membri. L-assigurazzjoni ta' sigurtà trid tiġi approvata mill-evalwazzjoni komuni ta' kriterji skond EAL4+. Iż-żidiet (augmentations) huma kif ġej: 1. AVA_MSU.3 Analiżi u testjar għal stati mhux sikuri; 2. AVA_VLA.4 Resistenti ħafna. (D) Fatti magħrufa (data) ta' verifikazzjoni għal awtentiċita ta' fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni L-awtorità tal-ħruġ tikkalkola l-firma elettronika tagħha dwar il-fatti magħrufa (data) kompleti ta' fajl li jikkontjeni l-fatti magħrufa (data) ta' l-ittra A jew B u tirreġistrahom ġo fajl relatat. Dawn il-firem jippermettu l-awtentiċita tal-fatti magħrufa (data) reġistrati li jridu jiġu verifikati. Il-cards għandhom jirreġistraw il-fatti magħrufa (data) li ġejja:
—
il-firma elettronika ta' fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni relatati ma' ittra A,
—
il-firma elettronika ta' fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni relatati ma' ittra B,
Għal verifika ta' dawn il-firem elettroniċi il-card għandha tirreġistra:
—
ċertifikati ta' l-awtorità tal-ħruġ li tikkalkula l-firem dwar il-fatti magħrufa (data) ta' l-ittri A,B.
Firem elettroniċi u ċ-ċertifikati għandhom ikunu jistgħu jinqraw mingħajr restrizzjoni. Aċċess għall-kitba għal firem elettroniċi u ċertifikati għandhom jiġu ristretti għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. III.3 Interface Kuntatti esterni għandhom jintużaw għal interfacing. Tgħaqqid flimkien ta' kuntatti esterni ma' transponder huwa b'għażla. III.4 Kapaċità ta' reġistrazzjoni tal-card Il-card għandu jkollha kapaċità suffiċjenti biex tirreġistra l-fatti magħrufa (data) msemmija f'Kapitlu III.2. III.5 Livelli stabbiliti Iċ-chip card u mezzi ta' qari wżati għandhom jikkonformaw mal-livelli stabbiliti li ġejjin:
III.6 Karatteristiċi Tekniċi u Protokolli ta' Trasmissjoni Il-format għandu jkun ID-1 (daqs normali, ara ISO/IEC 7810). Il-card għandha tappoġġja protokoll ta' trasmissjoni T = 1 f'konformita ma' ISO/IEC 7816-3. B'żieda ma' dan protokolli oħra ta' trasmissjoni jistgħu jiġu appoġġjati, p.e. T = 0, USB jew protokolli mingħajr kuntatti. Għal trasmissjoni ta' bit il-“konvenzjoni diretta” għandha tiġi applikata (ara ISO/IEC 7816-3). (A) Vultaġġ ta' provvsita, vultaġġ ta' programmar Il-card għandha taħdem ma' Vcc = 3V (+/0.3V) jew ma' Vcc = 5V (+/0,5V). Il-card m'għandhiex teħtieġ vultaġġ ta' programmar f'pin C6. (B) Risposta għal reset Il-byte tal-Size Card tal-Qasam ta' Tagħrif għandu jiġi preżentat fil-ATR fil-karatteristiku TA3. Dan il-valur għandu jkun għall-inqas “80h” (= 128 bytes). (Ċ) Għażla ta' parametru ta' protokoll L-appoġġ ta' għażla ta' parametru tal-Protokoll (GPP) skond ISO/IEC 7816-3 huwa mandatorju. Huwa wżat biex jintgħażel T = 1, jekk T = 0 huwa preżenti addizzjonalment fil-card, u biex jiġu negozjati l-parametri Fi/Di għall-kisba ta' rati ta' trasmissjoni aktar għolja. (D) Protokoll ta' trasmissjoni T = 1 L-appoġġ ta' chaining huwa mandatorju. Is-simplifikazzjonijiet li ġejjin huma permessi:
—
NAD Byte: mhux użat (NAD għandu jiġi ssettjat għal “00”),
—
S-Block ABORT: mhux użat,
—
S-Block VPP state error: mhux użat.
Il-mezz tad-daqs tal-qasam ta' tagħrif (MDQT) għandu jiġi indikat mill-IFD immedjatament wara l-ATR, jiġifieri l-IFD għandu jittrasmetti t-Talba ta' l-S-Block IFS wara l-ATR u l-card għandha tibgħat lura l-S-Block IFS. Il-valur rakkomandat għal MDQT huwa 254 bytes. III.7 Firxa tat-temperatura Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni fil-format ta' l-ismart card għandu jiffunzjona sew fuq il-kondizzjonijiet klimatiċi kollha li normalment jipprevalu fit-territorji tal-Komunità u mill-inqas fil-firxa tat-temperatura speċifikata f'ISO 7810. Il-cards għandhom ikunu kapaċi li joperaw korrettement fil-firxa ta' l-umdita 10 % sa 90 %. III.8 Il-ħajja (lifetime) fiżika Jekk użata bi qbil ma' l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali u relatati ma' l-elettriku, il-card għandha tiffuzzjona sew għal perjodu ta' għaxar snin. Il-materjal tal-card irid jintgħażel b'tali mod li din il-ħajja (lifetime) hija żgurata. III.9 Karatteristiċi elettriċi Matul l-operat, il-cards għandhom jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kummmissjoni 95/54/KE tal-31 ta' Ottubru 1995 ( 13 ), relatata mal-kompatibilita elettromanjetika, u għandhom jiġu protetti kontra skarigi elettrostatiċi. III.10 Struttura tal-fajl Tabella 1 tniżżel f'lista l-fajlijiet elementari mandatorji (FE) ta' l-applikazzjoni DF (ara ISO/IEC 7816-4) Reġistrazzjoni DF. Dawn il-fajlijiet kollha għandhom struttura trasparenti.
Tabella 1
III.11 Struttura tal-fatti magħrufa (data) Iċ-ċertifikati reġistrati huma fil-format X.509v3 skond ISO/IEC 9594-8. Il-firem elettronċi huma reġistrati b'mod trasparenti. Il-fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni huma reġistrati bħala oġġetti ta' fatti magħrufa (data) ta' BER-TLV (ara ISO/IEC 7816-4) fil-fajlijiet elementari korrespondenti. L-oqsma ta' valur huma kodifikati bħala karatteristiku ASCII kif definit minn ISO/IEC 8824-1, il-valuri“C0”-“FRF” huma definiti minn ISO/IEC 8859-1 (Sett karatteristiku Latin1), ISO/IEC 8859-7 (Sett karatteristiku Griek) jew ISO/IEC 8859-5 (Sett karatteristiku Cyrillic). Il-format tad-dati huwa SSSSXXJJ (YYYYMMDD). Tabella 2 tniżżel f'lista t-Tabelli (Tags) li jidentifikaw l-oġġetti tal-fatti magħrufa (data) li jikkorrespondu għall-fatti magħrufa ta' reġistrazzjoni tal-Kapitli II.4 u II.5 flimkien ma' fatti magħrufa (data) addizzjonali minn Kapitlu III.1. Minbarra jekk ikun dikjarat mod ieħor, l-oġġetti tal-fatti magħrufa (data) mmniżżla f'lista fit-Tabella 2 huma mandatorji. Oġġetti ta' fatti magħrufa (data) b'għażla jistgħu jitħallew barra. Il-kolonna tat-Tabella (Tag) tindika l-livell ta' nesting.
Tabella 2
Tabella 3 tniżżel f'lista t-Tabelli (Tags) li jidentifikaw l-oġġetti ta' fatti magħrufa (data) li jikkorrespondu għall-fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni ta' Kapitlu II.6. L-oġġetti ta' fatti magħrufa (data) imniżżla f'lista f'Tabella 3 huma b'għażla.
Tabella 3
Struttura u format tal-fatti magħrufa skond il-Kapitlu II.7 huma speċifikati mill-Istati Membri. III.12 Qari tal-fatti magħrufa ta' reġistrazzjoni A. Għażla ta' applikazzjoni L-applikazzjoni “Reġistrazzjoni tal-Vettura” għandha tkun tista' tintgħażel permezz ta' GĦAŻLA DF(bl-isem, ara ISO/IEC 7816-4) bl-identifikatur ta' l-applikazzjoni (IDA). Il-valur IDA huwa mitlub minn laboratorju magħżul mill-Kummissjoni Ewropea. B. Qari ta' fatti magħrufa (data) minn fajlijiet Il-fajlijiet li jikkorrespondu għall-Kapitlu II, Ittri A, B u D, għandhom ikunu jistgħu jintgħażlu minn GĦAŻLA (ara ISO/IEC 7816-4) bil-parametri tal-kmand P1 issettjat għal “02”, P2 issettjat għal “04” u l-qasam tal-fatti magħrufa (data) tal-kmand li jikkontjeni l-identifikatur tal-fajl (ara Kapitlu S, Tabella 1). Il-mudell (template) FCP ritornat jikkontjeni d-daqs tal-fajl li jista' jkun ta' użu għall-qari ta' dawn il-fajlijiet. Dawn il-fajlijiet għandhom ikunu jistgħu jinqraw b' READ BINARY (ara ISO/IEC 7816-4) b'qasam tal-fatti magħrufa (data) tal-kmand assenti u Le ssettjat għat-tul tal-fatti magħrufa mistennija, bl-użu ta' Ċ. Verifika ta' awtentiċita ta' fatti magħrufa (data) Biex tiġi verifikata l-awtentiċita tal-fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni reġistrati, il-firma elettronika korrespondenti tista' tiġi verifikata. Dan ifisser li minbarra fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni anke l-firma elettronika korrespondenti tista' tinqara mill-card ta' reġistrazzjoni. L-iskeda pubblika għal verifika tal-firma tista' tinstab mill-ġdid billi jinqara ċ-ċertifikat ta' l-awtorità tal-ħruġ korrespondenti mill-card ta' reġistrazzjoni. Ċertifikati jikkontjenu l-iskeda pubblika u l-identita ta' l-awtorità korrespondenti. Il-verifika tal-firma tista' titwettaq minn sistema oħra għajr il-card ta' reġistrazzjoni. L-Istati Membri huma ħielsa li jsibu mill-ġdid l-iskedi pubbliċi u ċ-ċertifikati għall-verifika taċ-ċertifikat ta' l-awtorità tal-ħruġ. III.13 Dispożizzjonijiet speċjali Irrispettivament mid-dispożizzjonijiet l-oħra hawnhekk, l-Istati Membri, wara l-jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea, jistgħu iżidu kuluri, marki u simboli. B'żieda ma' dan, għal ċerti fatti magħrufa (data) ta' Kapitlu III.1, Ittra Ċ, l-Istati Membri jistgħu jippermettu XML format u jistgħu jippermettu aċċess permezz ta' TCP/IP. L-Istati Membri jistgħu, bil-ftehim tal-Kummissjoni Ewropea, iżidu applikazzjonijiet oħra għal liema għad ma jeżistu l-ebda regoli jew dokumenti armonizzati fil-livell ta' l-UE (p.e. ċertifikat ta' kemm hija tajba għat-triq (roadworthiness)), dwar il-card ta' reġistrazzjoni tal-vettura biex jiġu realizzati servizzi addizzjonali relatati ma' vetturi. |
L-ANNESS II
IT-TIENI PARTI TAĊ-ĊERTIFIKAT TA' REĠISTRAZZJONI ( 14 )
I. |
Din il-parti tista' tiġi mplimentata f'waħda miż-żewġ formats: bħala dokumenti tal-karti jew bħala smart card. Il-karatteristiċi tal-versjoni tad-dokument tal-karti huma speċifikati f'Kapitlu II u dawk tal-versjoni ta' l-ismart card f'Kapitlu III. |
II. |
Speċifikazzjonijiet tat-Tieni Parti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni fil-format tal-karta
|
III. |
Speċifikazzjonijiet tat-Tieni Parti taċ-Ċertifikazzjoni ta' Reġistrazzjoni fil-forma ta' smart card (Alternattiva għall-kampjun f'format tal-karti deskritt f'Kapitlu II) III.1 Format ta' card u fatti magħrufa (data) leġibbli bil-għajn Billi hija card mikro-proċessur, iċ-chip card għandha tiġi disinjata bi qbil mal-livelli stabbiliti msemmija f'Kapitlu III.5. Stampati fuq quddiem u wara tal-card għandu jkun hemm għall-inqas il-fatti magħrufa speċifikati f'Kapitli II.4 u II.5; dawn il-fatti magħrufa (data) għandhom ikunu leġibbli bil-għajn (għoli ta' karattru minimu: 6 punti) u stampati kif ġej: (Eżempji ta' forom possibbli huma preżentati f'Figura 2 fl-aħħar ta' din it-taqsima) A. Imprint bażiku Il-fatti magħrufa (data) bażiċi għandhom jikkontjenu li ġej: Quddiem
(a)
In-naħa tal-lemin tal-lokazzjoni taċ-chip: fil-lingwa(i) ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni
—
il-kliem “Komunità Ewropea”.
—
l-isem ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni,
—
il-kliem “Parti II taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni” stampati f'tipa kbira,
—
nomina oħra (p.e. nazzjonalita ta' qabel) tad-dokument ekwivalenti (b'għażla),
—
l-isem ta' l-awtorità kompetenti (alternattivament, anke fil-forma ta' imprint personalizzat skond l-Ittra B),
—
in-numru konsekuttiv mhux ambigwu tad-dokument kif użat fl-Istat Membru (alternattivament, anke fil-forma ta' imprin personalizzat skond l-Ittra B).
(b)
'L fuq mill-lokazzjoni taċ-chip: il-marka ta' distinzjoni ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni, bajda f'rettanglu blu u mdawwar bi tnax-il stilla safra:
(ċ)
l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jżidu, fit-tarf ta' isfel f'tipa żgħira fil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom, in-nota: “Dan id-dokument għandu jinżamm f'post sikur barra mill-vettura.”
(d)
Il-kulur bażiku tal-card huwa aħmar (Pantone 194); alternattivament, transizzjoni ħamra-għal-bajda hija possibbli.
(e)
Simbolu li jirrappreżenta rota (ara l-forma proposta) għandu jiġi stampat fl-erja ta' l-istampar fir-rokna t'isfel fuq in-naħa tax-xellug ta' quddiem tal-card. F'każijiet oħra, id-dispożizzjonijiet ta' Kapitlu III.13 għandhom japplikaw. B. Imprint ta' personalizzazzjoni L-imprint ta' personalizzazzjoni għandu jikkontjeni t-tagħrif li ġej: Quddiem
(a)
l-isem ta' l-awtorità kompetenti - ara wkoll l-Ittra Aa).
(b)
l-isem ta' l-awtorità li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni (b'għażla).
(ċ)
in-numru konsekuttiv mhux ambigwu tad-dokument kif użat fl-Istat Membru - ara wkoll l-Ittra Aa).
(d)
Il-fatti magħrufa (data) li ġejjin mill-Kapitlu II.5; skond il-Kapitlu II.7, kodiċijiet nazzjonali individwali jistgħu jiżdiedu mal-kodiċijiet armonizzati preċedenti tal-Komunità.
In-naħa ta' wara: In-naħa ta' wara għandha ġġorr għall-inqas il-bqija tal-fatti magħrufa (data) speċifikati f'Kapitlu II.5; skond il-Kapitlu II.7, kodiċijiet nazzjonali individwali jistgħu jiżdiedu mal-kodiċijiet armonizzati preċedenti tal-Komunità.
B'għażla, fatti magħrufa (data) addizzjonali minn II.6 (bil-kodiċijiet armonizzati) u II.7 jistgħu jiżdiedu fuq in-naħa tal-card. Ċ. Karatteristiċi fiżiċi ta' sigurtà ta' l-ismart card It-theddid għas-sigurtà fiżika ta' dokumenti huma:
—
Produzzjoni ta' cards foloz: li toħloq oġġett ġdid li jġorr xebħ kbir għad-dokument, jew billi jsir mil-bidu nett jew billi jiġi kupjat minn dokument oriġinali.
—
Tibdil fil-materjal: jinbidel karatteristiku ta' dokument oriġinali, p.e. jiġu modifikati xi wħud mill-fatti magħrufa (data) stampati fuq id-dokument.
Il-materjal użat għat-Tieni Parti II taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għandu jsir b'mod sikur kontra l-frodi permezz ta' mill-inqas tlieta mill-metodi ta' teknika li ġejjin:
—
mikrostampar,
—
stampar guilloche*,
—
stampar bħal qawsalla (iridescent),
—
inċiżjoni bil-laser,
—
linka florexxenti ultraviolet,
—
linka b' kulur dipendenti fuq l-angolu li jidher*,
—
linka b' kulur dipendenti fuq it-temperatura*,
—
custom holograms*,
—
dehriet varjabbi tal-laser,
—
dehriet varjabbli ottiċi.
L-Istati Membri huma ħielsa biex idaħħlu karatteristiċi addizzjonali ta' sigurtà. Bħala bażi, il-metodi ta' teknika indikati b'asterisk għandhom jiġu preferuti għaliex jippermettu l-uffiċjali ta' infurzar tal-liġi biex jispezzjonaw il-validità tal-card mingħajr xi mezzi speċjali. Stampa 2: Eżempji ta' forom possibbli tal-fatti magħrufa (data) mandatorji (aktar fatti magħrufa (data) b'għażla u addizzjonali jistgħu jiżdiedu man-naħa ta' wara tal-card) III.2 Reġistrazzjoni u protezzjoni ta' fatti magħrufa (data) Preċeduti mill-kodiċijiet komuni armonizzati (fejn xieraq, f'konnessjoni mal-kodiċijiet individwali ta' l-Istati Membri skond il-Kapitlu II.7), il-fatti magħrufa (data) li ġejjin għandhom jew jistgħu jiġu reġistrati addizzjonalment fuq il-wiċċ tal-card li jġorr it-tagħrif leġibbli skond il-Kapitlu III.1: (A) Fatti magħrufa (data) skond il-Kapitli II.4 u II.5 Il-fatti magħrufa (data) speċifikati f'Kapitli II.4 u II.5 għandhom jiġu reġistrati mandatorjament fuq il-card. (B) Fatti magħrufa (data) oħra skond il-Kapitlu II.6 Barra minn hekk, l-Istati Membri huma ħielsa biex jirreġistraw aktar fatti magħrufa (data) skond il-Kapitlu II.6, sal-punt meħtieġ. (Ċ) Fatti magħrufa (data) oħra skond il-Kapitlu II.7 B'għażla, aktar fatti magħrufa (data) relatati mal-vettura ta' interess ġenerali jistgħu jiġu reġistrati fuq il-card. Il-fatti magħrufa (data) mill-Ittri A u B huma reġistrati f'żewġ fajlijiet korrespondenti bi struttura trasparenti (ara ISO/IEC 7816-4). L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw ir-reġistrazzjoni ta' fatti magħrufa (data) mill-Ittra Ċ skond il-ħtiġijiet tagħhom. Ma hemm l-ebda restrizzjonijiet ta' qari fuq dawn il-fajlijiet. Aċċess għall-kitba fuq dawn il-fajlijiet għandu jiġi ristrett għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (u l-Aġenziji awtorizzati tagħhom) fl-Istat Membru li qed joħroġ l-ismart card. Aċċess għall-kitba huwa permess biss wara awtentikazzjoni mhux simettrika ma' session key exchange għal protezzjoni tas-sessjoni bejn il-card ta' reġistrazzjoni tal-vettura u Modulu ta' Sigurtà (p.e. Card ta' Modulu ta' Sigurtà) ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (jew l-Aġenziji awtorizzati tagħhom). B'hekk ċertifikati Verifikabbli tal-Card skond ISO/IEC 7816-8 huma mibdula qabel il-proċess ta' awtentikazzjoni. Iċ-ċertifikati Verifikabbli tal-Card jikkontjenu l-iskedi (keys) pubbliċi korrespondenti li jridu jinstabu mill-ġdid u li jridu jintużaw fil-proċess ta' awtentikazzjoni li ġej. Dawn iċ-ċertifikati huma ffirmati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u jikkontjenu oġġett ta' awtorizzazzjoni (awtorizzazzjoni tal-possessur taċ-ċertifikat) skond il-ISO/IEC 7816-9 sabiex tiġi kodifikata (encode) awtorizzazzjoni speċifika tar-rwol tal-card. Dan ir-rwol huwa relatat ma' l-awtorità kompetenti nazzjonali (p.e. biex jiġi aġġornat qasam ta' fatti magħrufa (data)). L-iskedi (keys) pubbliċi korrespondenti ta' l-awtorità kompetenti nazzjonali huma reġistrati bħala ankra ta' fiduċja (skeda pubblika ta' għeruq) fil-card. L-ispeċifikazzjoni tal-fajlijiet u kmand meħtieġa għall-proċess ta' awtentikazzjoni u l-proċess tal-kitba huwa skond ir-responsabbilta ta' l-Istati Membri. L-assigurazzjoni ta' sigurtà trid tiġi approvata mill-Evalwazzjoni Komuni ta' Kriterji skond EAL4+. Iż-żidiet (augmentations) huma kif ġej: 1. AVA_MSU.3 Analiżi u testjar għal stati mhux sikuri; 2. AVA_VLA.4 Highly resistant.AVA_VLA.4 Resistenti ħafna. (D) Fatti magħrufa (data) ta' verifikazzjoni għal awtentiċita ta' fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni L-awtorità tal-ħruġ tikkalkola l-firma elettronika tagħha dwar il-fatti magħrufa (data) kompleti ta' fajl li jikkontjeni l-fatti magħrufa (data) ta' l-Ittra A jew B u tirreġistrahom ġo fajl relatat. Dawn il-firem jippermettu l-awtentiċita tal-fatti magħrufa (data) reġistrati li jridu jiġu verifikati. Il-cards għandhom jirreġistraw il-fatti magħrufa (data) li ġejja:
—
il-firma elettronika ta' fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni relatati ma' Ittra A,
—
il-firma elettronika ta' fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni relatati ma' Ittra B,
Għal verifika ta' dawn il-firem elettroniċi il-card għandha tirreġistra:
—
ċertifikati ta' l-awtorità tal-ħruġ li tikkalkula l-firem dwar il-fatti magħrufa (data) ta' l-Ittri A,B.
Firem elettroniċi u ċ-ċertifikati għandhom ikunu jistgħu jinqraw mingħajr restrizzjoni. Aċċess għall-kitba għal firem elettroniċi u ċertifikati għandhom jiġu ristretti għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. III.3 Interface Kuntatti esterni għandhom jintużaw għal interfacing. Tgħaqqid flimkien ta' kuntatti esterni ma' transponder huwa b'għażla. III.4 Kapaċità ta' reġistrazzjoni tal-card Il-card għandu jkollha kapaċità suffiċjenti biex tirreġistra l-fatti magħrufa (data) msemmija f'Kapitlu III.2. III.5 Livelli stabbiliti Iċ-chip card u mezzi ta' qari wżati għandhom jikkonformaw mal-livelli stabbiliti li ġejjin:
III.6. Karatteristiċi tekniċi u protokolli ta' trasmissjoni Il-format għandu jkun ID-1 (daqs normali, ara ISO/IEC 7810). Il-card għandha tappoġġja protokoll ta' trasmissjoni T = 1 f'konformita ma' ISO/IEC 7816-3. B'żieda ma' dan protokolli oħra ta' trasmissjoni jistgħu jiġu appoġġjati, p.e. T = 0, USB jew protokolli mingħajr kuntatti. Għal trasmissjoni ta' bit il-“konvenzjoni diretta” għandha tiġi applikata (ara ISO/IEC 7816-3). A. Vultaġġ ta' provvsita, vultaġġ ta' programmar Il-card għandha taħdem ma' Vcc = 3V (+/0.3V) jew ma' Vcc = 5V (+/0.5V). Il-card m'għandhiex teħtieġ vultaġġ ta' programmar f'pin C6. B. Risposta għal reset Il-byte tal-Size Card tal-Qasam ta' Tagħrif għandu jiġi preżentat fil-ATR fil-karatteristiku TA3. Dan il-valur għandu jkun għall-inqas “80h” (= 128 bytes). Ċ. Għażla ta' parametru ta' protokoll L-appoġġ ta' għażla ta' parametru tal-protokoll (GPP) skond ISO/IEC 7816-3 huwa mandatorju. Huwa wżat biex jintgħażel T = 1, jekk T = 0 huwa preżenti addizzjonalment fil-card, u biex jiġu negozjati l-parametri Fi/Di għall-kisba ta' rati ta' trasmissjoni aktar għolja. D. Protokoll ta' trasmissjoni T = 1 L-appoġġ ta' chaining huwa mandatorju. Is-simplifikazzjonijiet li ġejjin huma permessi:
—
NAD Byte: mhux użat (NAD għandu jiġi ssettjat għal “00”),
—
S-Block ABORT: mhux użat,
—
S-Block VPP state error: mhux użat.
Il-mezz tad-daqs tal-qasam ta' tagħrif (MDQT) għandu jiġi indikat mill-IFD immedjatament wara l-ATR, jiġifieri l-IFD għandu jittrasmetti t-talba ta' l-S-block IFS wara l-ATR u l-card għandha tibgħat lura l-S-block IFS. Il-valur rakkomandat għal MDQT huwa 254 bytes. III.7 Firxa tat-temperatura Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni fil-format ta' l-ismart card għandu jiffunzjona sew fuq il-kondizzjonijiet klimatiċi kollha li normalment jipprevalu fit-territorji tal-Komunità u mill-inqas fil-firxa tat-temperatura speċifikata f'ISO7810. Il-cards għandhom ikunu kapaċi li joperaw korrettement fil-firxa ta' l-umdita 10 % sa 90 %. III.8 Il-ħajja (lifetime) fiżika Jekk użata bi qbil ma' l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali u relatati ma' l-elettriku, il-card għandha tiffuzzjona sew għal perjodu ta' għaxar snin. Il-materjal tal-card irid jintgħażel b'tali mod li din il-ħajja (lifetime) hija żgurata. III.9 Karatteristiċi elettriċi Matul l-operat, il-cards għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/54/KE, relatata mal-kompatibilita elettromanjetika, u għandhom jiġu protetti kontra skarigi elettrostatiċi. III.10 Struttura tal-fajl Tabella 1 tniżżel f'lista l-fajlijiet elementari mandatorji (FE) ta' l-applikazzjonijiet DF (ara ISO/IEC 7816-4) Reġistrazzjoni.DF. Dawn il-fajlijiet kollha għandhom struttura trasparenti. Il-ħtiġijiet ta' aċċess huma deskritti f'Kapitlu III.2. Id-daqsijiet tal-fajl huma speċifikati mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet tagħhom.
Tabella 4
III.11 Struttura tal-fatti magħrufa (data) Iċ-ċertifikati reġistrati huma fil-format X.509v3 skond ISO/IEC 9594-8. Il-firem elettronċi huma reġistrati b'mod trasparenti. Il-fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni huma reġistrati bħala oġġetti ta' fatti magħrufa (data) ta' BER-TLV (ara ISO/IEC 7816-4) fil-fajlijiet elementari korrespondenti. L-oqsma ta' valur huma kodifikati bħala karatteristiku ASCII kif definit minn ISO/IEC 8824-1, il-valuri “C0”-“FRF” huma definiti minn ISO/IEC 8859-1 (Sett karatteristiku Latin1) jew ISO/IEC 8859-7 (Sett karatteristiku Griek) jew ISO/IEC 8859-5 (Sett karatteristiku Cyrillic). Il-format tad-dati huwa SSSSXXJJ (YYYYMMDD). Tabella 2 tniżżel f'lista t-Tabelli (Tags) li jidentifikaw l-oġġetti tal-fatti magħrufa (data) li jikkorrespondu għall-fatti magħrufa ta' reġistrazzjoni tal-Kapitli II.4 u II.5 flimkien ma' fatti magħrufa (data) addizzjonali minn Kapitlu III.1. Minbarra jekk ikun dikjarat mod ieħor, l-oġġetti tal-fatti magħrufa (data) imniżżla f'lista fit-Tabella 2 huma mandatorji. Oġġetti ta' fatti magħrufa (data) b'għażla jistgħu jitħallew barra. Il-kolonna tat-Tabella (Tag) tindika l-livell ta' nesting.
Tabella 5
Tabella 6 tniżżel f'lista t-Tabelli (Tags) li jidentifikaw l-oġġetti ta' fatti magħrufa (data) li jikkorrespondu għall-fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni ta' Kapitlu II.6. L-oġġetti ta' fatti magħrufa (data) imniżżla f'lista f'Tabella 6 huma b'għażla.
Tabella 6
Struttura u format tal-fatti magħrufa skond i |