1999D0352 — MT — 01.01.2016 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' April 1999

li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

(notifikata fid-dokument numru SEC(1999) 802)

(1999/352/KE, KEFA, Euratom)

(ĠU L 136 31.5.1999, p. 20)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-27 ta’ Settembru 2013

  L 257

19

28.9.2013

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/512 tal-25 ta' Marzu 2015

  L 81

4

26.3.2015

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2418 tat-18 ta' Diċembru 2015

  L 333

148

19.12.2015




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' April 1999

li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

(notifikata fid-dokument numru SEC(1999) 802)

(1999/352/KE, KEFA, Euratom)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 162 tagħha,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 131 tiegħu,

(1)

Billi l-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri jagħtu l-importanza kbira lill-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u għall-ġlieda kontra l-frodi u kull attività illegali oħra li tagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet; billi l-importanza ta' l-azzjoni għal dak il-għan huwa ikkonfermat bl-Artikolu 209a tat-Trattat KE, l-Artikolu 78i tat-Trattat ECSC, l-Artikolu 183a tat-Trattat Euratom kif ukoll bl-Artikolu 280 tat-Trattat KE fformulat mit-Trattat ta' Amsterdam;

(2)

Billi għandhom jintużaw il-mezzi kollha disponibbli sabiex jinkiseb dan l-oġġettiv bis-sħiħ, notevolment fit-termini ta' funzjonijiet ta' investigazzjoni trasferiti għal-livell tal-Komunità, sakemm l-allokazzjoni u l-bilanċ kurrenti kif jinsabu bejn il-livelli nazzjonali u tal-Komunità għandhom jinżammu;

(3)

Billi x-xogħol li għandu jsir biex isiru l-investigazzjonijiet amministrattivi għall-għan li jkunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet s'issa ingħata lit-Task Force għall-Kordinament tal-Prevenzjoni tal-Frodi, li ħadu post l-Unità għall-Kordinament tal-Prevenzjoni tal-Frodi (OLAF);

(4)

Billi l-ħtieġa li tiżdied l-effettività tal-ġlieda kontra l-frodi u l-attivitajiet illegali l-oħra li jagħmlu ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet teħtieġ it-twaqqif ta' l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju” li għandu jeżerċita l-poteri investigattivi tiegħu f'indipendenza sħiħa;

(5)

Billi l-indipendenza tad-Direttur ta' l-Uffiċċju u r-rwol tal-Kumitat tas-Sorveljanza li titqajjem minn din id-Deċiżjoni, u mir-Regolamenti tal-KE u tal-Euratom li jikkonċernaw l-investigazzjonijiet li jagħmel l-Uffiċċju, ifittxu li jiggarantixxu l-kondotta tajba ta' l-investigazzjonijiet ta' l-Uffiċċju mingħajr ma' jindaħal max-xogħolijiet l-oħra tiegħu, bħalma huma dawk li huma l-prerogattiva tal-Kummissjoni, b'mod partikolari f'affarijiet ta' leġislazzjoni;

(6)

Billi r-responsabbilità ta' l-Uffiċċju għandha tinvolvi, apparti mill-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji, l-attivitajiet kollha magħquda mal-protezzjoni ta' l-interessi tal-komunità minn atti irregolari li x'aktarx iwasslu għall-proċeduri amministrattivi jew penali;

(7)

Billi d-definizzjoni tal-funzjonijiet ta' l-Uffiċċju għandhom jinkludu x-xogħolijiet li saru s'issa mill-Grupp tal-Ħidma għall-kordinament ta' Prevenzjoni tal-Frodi, b'mod partikolari dawk ix-xogħolijiet li jikkonċernaw il-preparament tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji fl-oqsma ta' l-attività ta' dan l-Uffiċċju, li jinkludu l-interessi li jinsabu fit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:



Artikolu 1

Twaqqif ta' l-Uffiċċju

Permezz tal-preżenti, qiegħed jitwaqqaf Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (UEKF), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-“Uffiċċju”. ►M1  ————— ◄

Artikolu 2

Xogħolijiet ta' l-Uffiċċju

1.  L-Uffiċċju għandu jeżerċita l-poteri tal-Kummissjoni biex jagħmel investigazzjonijiet amministrattivi esterni bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li tolqot ħażin lill-interessi ►M1  finanzjarji tal-Unjoni ◄ , kif ukoll kull att ta' operaturi bil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità.

L-Uffiċċju għandu jkun responsabbili li jeżegwixxi l-investigazzjonijiet amministrattivi interni maħsuba:

(a) sabiex jiġġieled il-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi ►M1  finanzjarji tal-Unjoni ◄ b'mod ħażin,

(b) sabiex jinvestiga fatti serji relatati ma' l-andament ta' l-attivitajiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu ksur ta' obbligi minn uffiċċjali u impjegati li x'aktarx iwasslu għall-proċeduri dixxiplinarji u, f'każijiet xierqa, proċeduri kriminali jew ksur analogu ta' l-obbligi mill-Membri ta' l-istituzzjonijiet u korpi, kapijiet tal-korpi jew membri tal-persunal ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi mhux suġġetti għar-Regolamenti ta' l-Istaff ta' Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' l-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet.

L-uffiċju għandu jeżerċita l-poteri tal-Kummsisjoni kif inhuma definiti fid-dispożizzjonijiet imwaqqfa fil-qafas tat-Trattati, u suġġetti għal-limiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti fihom.

L-uffiċċju jista' jkun fdat b'investigazzjonijiet f'oqsma oħra mill-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet jew korpi oħrajn.

2.  L-Uffiċċju għandu jkun responsabbli biex jipprovdi l-appoġġ tal-Kummissjoni fil-koperazzjoni ma' l-Istati Membri fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi. ►M2  ————— ◄

3.  L-Uffiċċju għandu jkun responsabbili għall-attività li jiżviluppa kunċett għall-ġlieda kontra l-frodi kif hemm imsemmi fil-paragrafu 1. ►M1  Dan jista’ jinkludi l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ korpi u assoċjazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni għal dan l-għan, b’mod partikolari, li jiskambjaw l-aħjar prassi. ◄

▼M2

4.  L-Uffiċċju jkun responsabbli għat-tħejjija tal-inizjattivi leġiżlattivi u regolatorji tal-Kummissjoni li għandhom bħala għan dak tal-prevenzjoni tal-frodi kif hemm imsemmi fil-paragrafu 1.

▼B

5.  L-Uffiċċju għandu jkun responsabbili għal kull attività operazzjonali tal-Kummissjoni f'relazzjoni mal-ġlieda kontra l-frodi kif hemm imsemmi fil-paragrafu 1, u b'mod partikolari:

(a) jiżviluppa l-infrastruttura meħtieġa;

(b) jiżgura l-ġbir u l-analiżi ta' informazzjoni;

(ċ) jagħti appoġġ tekniku, b'mod partikolari fil-qasam tat-taħriġ, lill-istituzzjonijiet jew korpi l-oħra kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

6.  L-Uffiċċju għandu jkun f'kuntatt dirett mal-pulizija u ma' l-awtoritajiet ġudizzjarji.

7.  L-Uffiċċju għandu jirrapreżenta lill-Kummissjoni, fil-livell ta' servizz, fil-forums konċernati, fl-oqsma koperti minn dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Indipendenza tal-funzjoni investigattiva

L-Uffiċċju għandu jeżerċita l-poteri ta' investigazzjoni li saret referenza għalihom fl-Artikolu 2(1) fl-indipendenza kompluta. Fl-eżerċizzju ta' dawn il-poteri, ►M1  id-Direttur Ġenerali ◄ ta' l-Uffiċċju la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjoni mill-Kummissjoni, kull istituzzjoni jew korp ieħor tal-gvern.

Artikolu 4

▼M1

Kumitat tas-Sorveljanza

▼B

Għandu jitwaqqaf ►M1  Kumitat ta' Superviżjoni ◄ , li l-kompożizzjoni u s-setgħat tiegħu jkunu stabbiliti minn leġiżlazzjoni ►M1  tal-Unjoni ◄ . Dan il-Kumitat għandu jkun responsabbili għas-sorveljanza regolari tal-qadi tal-funzjoni investigattiva mill-Kumitat.

▼M1

Artikolu 5

Id-Direttur Ġenerali

1.  L-Uffiċċju jitmexxa minn Direttur Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali jinħatar mill-Kummissjoni, skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2. Il-mandat tad-Direttur Ġenerali jkun ta’ seba’ snin u ma jiġġeddidx.

Id-Direttur-Ġenerali jkun responsabbli għal kif l-Uffiċċju jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu.

2.  Biex taħtar Direttur Ġenerali ġdid, il-Kummissjoni tippubblika sejħa għal applikazzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din il-pubblikazzjoni ssir mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-mandat tad-Direttur Ġenerali fil-kariga. Wara li tkun ingħatat opinjoni favorevoli mill-Kumitat Superviżorju dwar il-proċedura ta’ għażla applikata mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tħejji lista ta’ kandidati li jkunu kkwalifikati kif xieraq. Wara konsultazzjonijiet mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, il-Kummissjoni taħtar lid-Direttur-Ġenerali.

3.  Il-Kummissjoni teżerċita fir-rigward tad-Direttur Ġenerali is-setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra. Kwalunkwe deċiżjoni ta’ tnedija ta’ proċedimenti dixxiplinari kontra d-Direttur Ġenerali skont l-Artikolu 3(1)(c) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tittieħed b’deċiżjoni motivata tal-Kummissjoni, wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat ta’ Superviżjoni. Din id-deċiżjoni tkun komunikata għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat ta’ Superviżjoni.

▼B

Artikolu 6

Tħaddim ta' l-Uffiċċju

▼M1

1.  Id-Direttur-Ġenerali tal-Uffiċċju jeżerċita, għar-rigward tal-persunal tal-Uffiċċju, il-poteri tal-awtorità tal-ħatra u tal-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg iddelegati lilu. Huwa jkollu l-permess li jissottodelega dawn is-setgħat. Konformi mal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, huwa jiffissal-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati tar-reklutaġġ, b’mod partikolari fejn jidħol il-perjodu ta’ validità tal-kuntratti u t-tiġdid tagħhom.

2.  Id-Direttur-Ġenerali, wara li jikkonsulta l-Kumitat ta’ Superviżjoni, jibgħat lid-Direttur-Ġenerali tal-Baġit abbozz preliminari tal-baġit li għandhu jiddaħħal fl-anness li jikkonċerna lill-Uffiċċju tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

▼M3

3.  Ħlief għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet relatati mal-mandat tal-membri tal-Kumitat Superviżorju, id-Direttur Ġenerali għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti b'delega għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet inklużi fl-anness li jikkonċerna l-Uffiċċju tat-taqsima tal-Kummisjsoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u l-approprjazzjonijiet imdaħħla fl-intestaturi tal-baġit dwar il-ġlieda kontra l-frodi li dwarhom jiġu delegati setgħat lilu jew lilha fir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali. Huwa jew hija j/tkun awtorizzat/a li j/tissottodelega s-setgħat tiegħu/tagħha lill-membri tal-persunal suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-oħra tal-Unjoni skont dawk ir-regoli interni.

▼M1

4.  Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jikkonċernaw l-organizzazzjoni interna tagħha japplikaw għall-Uffiċċju sakemm dawn ikunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-Uffiċċju adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni u ma’ din id-Deċiżjoni.

▼B

Artikolu 7

Data effettiva

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) li jikkonċerna l-investigazzjonijiet eżekwiti mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi. ►M1  ————— ◄