1999D0094 — MT — 21.04.2012 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Jannar 1999

dwar il-proċedura biex tafferma l-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/maqsuma minnhom infushom u mogħtija l-arja

(notifikati skond id-dokument K (1999) 118)

(Test b'rilevanza għaż-Żona EE)

(1999/94/KE)

(ĠU L 029, 3.2.1999, p.55)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tad-29 ta’ Marzu 2012

  L 109

22

21.4.2012




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Jannar 1999

dwar il-proċedura biex tafferma l-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/maqsuma minnhom infushom u mogħtija l-arja

(notifikati skond id-dokument K (1999) 118)

(Test b'rilevanza għaż-Żona EE)

(1999/94/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tad-29 ta' April 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti għall-bini ( 1 ), kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE ( 2 ), u partikolarment Artikolu 13(4) li jinstab fiha,

Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri skond Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE sabiex tafferma l-konformità ta' prodott, “il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà”; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għal-prodott jew grupp ta' prodotti tali, hiex meħtieġa sistema ta' kontroll tal-produzzjoni ta' fabbrika fuq ir-responsabbiltà tal-fabbrikant u hiex kondizzjoni biżżejjed għal attestazzjoni ta' konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konformità mal-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), jeħtieġ l-intervent ta' korp approvat ta' attestazzjoni;

Billi Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilita trid tiġi indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta' prodotti jew gruppi ta' prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

Billi ż-żewġ proċeduri provvduti f'Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal f'Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati biċ-ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri jridu jiġu implimentati, b'riferenza għal Anness III, dwar kull prodott jew grupp ta' prodotti, ladarba Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

Billi l-proċedura riferita fil-punt (a) ta' Artikolu 13(3) tikkorrespondi mas-sistema dikjarata fl-ewwel possibbilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u mat-tieni u t-tielet possibbilitajiet tal-punt (ii) tat-taqsima 2 ta' Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistema dikjarata fil-punt (i) tat-taqsima 2 ta' Anness III u fl-ewwel possibbilità, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-taqsima 2 ta' Anness III;

Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Il-prodotti u l-gruppi ta' prodotti dikjarati f’Anness I għandu jkollhom il-konformità affermata mill-proċedura li biha l-fabbrikant ikollu fir-responsabbiltà tiegħu biss is-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni ġewwa l-fabbrika li tiżgura illi l-prodott jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti dikjarati f'Anness II għandu jkollhom il-konformità tagħhom affermata minn proċedura li biha, b'żieda mas-sistema ta' kontroll tal-produzzjoni ġewwa l-fabbrika mħaddma mill-fabbrikant, jiġi ivolut korp approvat ta' attestazzjoni fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

Artikolu 3

Il-proċedura biex tafferma l-konformità dikjarata f'Anness II għandha tiġi indikata fil-mandati għall-linji-gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/jinqasmu minnhom infushom u mogħtija l-arja ( 3 ):

 Maħsuba għall-użu f'xogħol ħafif fil-bini ( 4 ) jew mhux fil-bini (partikolarment, stekkar tal-konfini, kaxxi fejn jingħaqdu l-fili għat-telekomunikazzjonijiet, kanali b'kaxxi żgħar, elementi li ma jistgħux jerfgħu toqol ta' ħitan u elementi għall-kisi fuq barra).




ANNESS II

Prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/jinqasmu minnhom infushom u mogħtija l-arja:

 Maħsuba għall-użu fil-bini (partikolarment elementi vojta minn ġewwa u mogħtija t-tensjoni minn qabel għall-art, pilastri u arbli ( 5 ), puntali tas-sisien, elementi għall-gradi tal-kannizzati, unitajiet u elementi ta' travi/blokki għall-art, ċangaturi ta' l-art rinfurzati, elementi lineari tal-bini (travi u kolonni), elementi li jistgħu jerfgħu t-toqol għall-ħitan, elementi biex jirfdu l-ħitan, elementi għas-soqfa, silos ( 6 ), turġien, elementi għall-art tal-pontijiet, kanali b'kaxxi kbar).




ANNESS III

GRUPP TA' PRODOTTI

PRODOTTI TAL-KONKRIT MOGĦTIJA L-FORMA MINN QABEL NORMALI/ĦFIEF/LI JINQASMU WAĦEDHOM U MOGĦTIJA L-ARJA (1/1)

1   Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità



Prodott/i

Użu/i maħsub/a

Standard/s tal-klassi/jiet

Sistema/i ta' attestazzjoni ta' konformità

Prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/jinqasmu minnhom infushom u mogħtija l-arja:

għall-użu strutturali

2 +

mhux għall-użu strutturali jew għall-użu ta' strutturi ħfief. (1)

4

(1)   Użu ta' strutturi ħfief jirreferi għall-applikazzjonijiet li fil-każ ta' ċessjoni mhux suppost li jikkawżaw il-kollass tal-istrutturi jew ta' parti minnhom, deformazzjonijiet inammissibbli jew korriment tan-nies (għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri).

Is-Sistema 2+: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), L-ewwel possibbilità, inkluża ċ-attestazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi ta' spezzjoni tal-bidu tal-fabbrika u tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika kif ukoll l-assessjar kontinwu tas-sorveljanza u l-approvazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika.

Is-Sistema 4: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), It-tielet possibbilità.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata anke fejn ix-xogħol ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal ċerta karatteristika, għaliex mill-inqas wieħed mill-Istati Membri ma jkollu l-ebda ħtieġa legali għal din il-karatteristika (ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti ta' Interpretazzjoni). F'dawn il-każi l-verifika ta' karatatterstika minn din ma tridx tiġi imposta fuq il-fabbrikant jekk ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-l-komportament tal-prodott f'dan ir-rigward.

▼M1

GRUPP TA’ PRODOTTI

TRAVI/UNITAJIET TA’ SULARI FI BLOKOK U ELEMENTI LI JINKORPORAW MATERJAL ORGANIKU

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għall-prodott jew prodotti u l-użu jew l-użi intenzjonati msemmija hawn taħt, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) hija mitluba li tispeċifika s-sistema ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja fl-istandards armonizzati relevanti Ewropej.



Prodott(i)

Użu/i intenzjonat(i)

Livell(i) jew klassi(jiet)

(Reazzjoni għan-nar)

L-attestazzjoni ta’ sistema/i ta’ konformità

Travi/unitajiet ta’ sulari fi blokok u elementi li jinkorporaw materjali organiċi

Għall-użi soġġetti għar-regolamentazzjonijiet tar-reazzjoni man-nar

(A1, A2, B, C) (1)

1

(A1, A2, B, C) (2), D, E

3

(A1 sa E) (3), F

4

(1)   Prodotti/materjali li għalihom huwa identifikabbli biċ-ċar stadju fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f’titjib tal-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (eż. żieda ta’ prodotti ta’ trażżin tan-nar jew limitu tal-materjal organiku).

(2)   Prodotti jew materjali mhux koperti min-nota f’qiegħ il-paġna (1).

(3)   Prodotti jew materjali li ma jeħtiġux ittestjar għar-reazzjoni għan-nar, per eżempju prodotti jew materjali tal-Klassi A1 skont id-Deċiżjoni 96/603/KE (ĠU L 267, 19.10.1996, p. 23).

Sistema 1:  Ara, l-Anness III 2 (i) għad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr l-ittestjar permezz tal-awditjar tal-kampjuni.

Sistema 3:  Ara, l-Anness III 2 (ii) għad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà.

Sistema 4:  Ara l-Anness III (2) (ii) għad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata saħansitra meta ma jinħtieġx it-twettiq tax-xogħol biex tiġi stabbilitat ċerta karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, jekk meħtieġ, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ din it-tip ta’ karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il manifattur jekk ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.



( 1 ) ĠU L 40, tat-11.2.1989, p. 12.

( 2 ) ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

( 3 ) Minbarra kanen u tankijiet.

( 4 ) Użu ħafif fil-bini jirreferi għall-applikazzjonijiet li fil-każ li ma jifilħux mhux suppost li jikkawżaw il-kollass tal-istrutturi jew ta' parti minnhom, deformazzjonijiet li ma jistgħux jiġu ammessi jew ikorru lin-nies (iridu jiġu definiti mill-Istati Membri).

( 5 ) Minbarra arbli tad-dawl fuq toroq prinċipali.

( 6 ) Minbarra l-ħażna ta' l-likwidi.