1998R0577 — MT — 18.06.2014 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 577/98

tad-9 ta Marzu 1998

dwar l-organizzazzjoni ta stħarriġ ta kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità

(ĠU L 077, 14.3.1998, p.3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1991/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta’ Ottobru 2002

  L 308

1

9.11.2002

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2104/2002 tat-28 ta' Novembru 2002

  L 324

14

29.11.2002

►M3

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2257/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Novembru 2003

  L 336

6

23.12.2003

►M4

REGOLAMENT (KE) Nru 1372/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' Ottubru 2007

  L 315

42

3.12.2007

►M5

REGOLAMENT (KE) Nru 596/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009

  L 188

14

18.7.2009

►M6

REGOLAMENT (UE) Nru 545/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014

  L 163

10

29.5.2014




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 577/98

tad-9 ta Marzu 1998

dwar l-organizzazzjoni ta stħarriġ ta kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 213 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-abbozz tar-Regolament ippreżentat mill-Kummissjoni,

Billi, sabiex twettaq ix-xogħlijiet assenjati lilha, il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni kumparabbli fuq l-istatistika dwar il-livell u l-mudell ta' u x-xejriet fl-impjiegi u l-qgħad fl-Istati Membri;

Billi l-aħjar metodu biex tinkiseb din l-informazzjoni f'livell Komunitarju huwa permezz ta' stħarriġ armonizzat tal-forza tax-xogħol;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3711/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità ( 1 ) stipula li, mill-1992, kellu jsir stħarriġ fir-rebbiegħa ta' kull sena;

Billi, għalkemm stħarriġ kontinwu huwa aħjar minn stħarriġ annwali fir-rebbiegħa biex jiġu żgurati id-disponibilità u l-armonizzazzjoni tad-data u biex jitkejjel il-volum tax-xogħol, huwa diffiċli li jiġi mplimentat stħarriġ kontinwu fl-istess żmien fl-Istati Membri kollha;

Billi l-użu ta' sorsi amministrattivi eżistenti għandu jiġi nkuraġġit sakemm jistgħu jgħinu fil-ġbir ta' l-informazzjoni permezz ta' intervisti jew iservu bħala bażi għall-kampjuni;

Billi d-data fl-istħarriġ, kif iffissat minn dan ir-Regolament, tista' tiġi estiża biex tinkludi sett ieħor ta' attribwiti li jiffurmaw parti mill-programm ta' taqsimiet ad hoc li jkopri bosta snin, u li jkun imfassal taħt proċedura xierqa bħala parti mill-arranġamenti għall-implimentazzjoni;

Billi l-prinċipji ta' rilevanza u l-effettività fl-infiq, kif inhuma definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja ( 2 ), li huwa l-qafas leġislattiv għall-produzzjoni ta' l-istatistika Komunitarja, għandu wkoll japplika għal dan ir-Regolament;

Billi l-kunfidenzjalità dwar l-istatistika hija regolata kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 322/97 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trasmissjoni tad-data soġġetta għall-kunfidenzjalità dwar l-statistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej ( 3 );

Billi l-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika imwaqqaf mid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom ( 4 ) ġie kkonsultat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni msemmija qabel,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



L-Artikolu 1

Il-Frekwenza ta' l-istħarriġ

Stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol, minn issa 'l quddiem magħruf bħala “l-istħarriġ”, għandu jsir mill-Istati Membri kull sena.

▼M1

L-istħarriġ għandu jkun stħarriġ bla waqfien li jipprovdi riżultati kull kwart ta’ sena u kull sena; madankollu, matul perjodu transitorju taż-żmien li ma jaqbiżx is-sena 2002, l-Istati Membri li ma jkunux kapaċi jimplimentaw stħarriġ bla waqfien għandhom, minflok, iwettqu stħarriġ kull sena, li jsir fir-rebbiegħa.

Bħala deroga, il-perjodu transitorju taż-żmien jista’ jiġi mtawwal

(a) sas-sena 2003 għall-Italja,

(b) sas-sena 2004 għall-Ġermanja bil-kondizzjoni illi l-Ġermanja tipprovdi estimi sostituti kull kwart tas-sena għall-aggregazzjonijiet prinċipali ta’ l-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol kif ukoll l-estmi medji ta’ kull sena għal xi wħud mill-aggregazzonijiet ta’ l-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol.

▼B

L-informazzjoni miġbura matul l-istħarriġ ġeneralment għandha x'taqsam mas-sitwazzjoni matul il-ġimgħa (meħuda mit-Tnejn sal-Ħadd) ta' qabel l-intervista, magħrufa bħala l-ġimgħa ta' referenza.

Fil-każ ta' stħarriġ kontinwu:

 il-ġimgħat ta' referenza huma mifruxa b'mod uniformi matul is-sena kollha;

 l-intervista normalment isseħħ matul il-ġimgħa li tiġi eżatt wara l-ġimgħa ta' referenza. Ma jistgħux jgħaddu aktar minn ħames ġimgħat bejn il-ġimgħa ta' referenza u d-data ta' l-intervista, ħlief fit-tielet kwart tas-sena;

 it-tliet xhur u s-snin ta' referenza għandhom ikunu rispettivament gruppi ta' 13 jew 52 ġimgħa konsekuttivi. Lista tal-ġimgħat li jistabbilixxu t-tliet xhur jew is-sena għandha tiġi mfassla skond il-proċedura stipulata ►M5  fl-Artikolu 8(2) ◄ .

L-Artikolu 2

L-unitajiet u l-iskop ta' l-istħarriġ, metodi ta' osservazzjoni

1.  L-istħarriġ għandu jiġi mwettaq f'kull Stat Membru f'kampjun ta' familji jew ta' persuni li jirresjedu fit-territorju ekonomiku ta' dak l-Istat fiż-żmien ta' l-istħarriġ.

2.  Il-kamp prinċipali ta' l-istħarriġ jikkonsisti f'persuni li jirresjedu f'familji privati fit-territorju ekonomiku ta' kull Stat Membru. Jekk inhu possibbli, din il-popolazzjoni ewlenija ta' persuni li jgħixu f'familji privati, hija ssupplimentata b'persuni li joqogħdu f'familji kollettivi.

2. Kull fejn hu possibbli, familji kollettivi huma koperti permezz ta' kampjuni mfassla apposta biex jippermettu l-osservazzjoni diretta tal-persuni kkonċernati. Jekk dan mhuwiex possibbli, allura l-persuni f'dawn il-ġruppi li jibqa' jkollhom assoċjazzjoni ma' familja privata huma nklużi f'dak li għandu x'jaqsam ma' dik il-familja.

3.  L-attribwiti użati biex jiddeterminaw l-istat ta' mpjieg u n-nuqqas ta' mpjieg għandhom jinkisbu permezz ta' intervista tal-persuna kkonċernata, jew, jekk dan mhux possibbli, lil xi membru ieħor tal-familja. Informazzjoni oħra tista' tinkiseb minn sorsi alternattivi, inklużi r-rekords amministrattivi, sakemm id-data miksuba tkun ta' kwalità ekwivalenti.

4.  Indipendentement minn jekk l-unita' tal-kampjun tkunx individwu jew familja, l-informazzjoni hi s-soltu miġbura għall-membri kollha tal-familja. Madanakollu, jekk l-unità tal-kampjun huwa individwu, l-informazzjoni li għandha x'taqsam mal-membri l-oħra tal-familja

 tista' teskludi l-karatteristiċi mniżżla fl-Artikolu 4(1)(g), (h), (i) u (j),

 u tista' tinġabar minn sotto-kampjun definit b'tali mod li:

 

 l-ġimgħat ta' referenza jkunu mqassmin b'mod uniformi matul is-sena kollha,

 in-numru ta' osservazzjonijiet (l-individwi meħuda bħala kampjuni flimkien mal-membri tal-familji tagħhom) jissoddisfa, għall-istimi annwali tal-livelli, il-kriterji li ta' min joqgħod fuqhom definiti fl-Artikolu 3.

L-Artikolu 3

Ir-rappreżentanza tal-kampjun

1.  Għal grupp ta' persuni qiegħda li jirrappreżenta 5 % tal-popolazzjoni ta' eta' li tista' taħdem il-marġni ta' żball standard relattiv għall-istima tal-medji annwali (jew għall-istimi tar-rebbiegħa fil-każ ta' stħarriġ annwali fir-rebbiegħa) f'livell NUTS II m'għandux jaqbeż it-8 % ta' dik il-parti tal-popolazzjoni ikkonċernata.

Reġjuni b'inqas minn 300 000 abitant għandhom ikunu eżenti minn din il-ħtieġa.

2.  Fil-każ ta' stħarriġ kontinwu, għal partijiet tal-popolazzjoni li jikkonstitwixxu 5 % tal-popolazzjoni ta' età li tista' taħdem il-marġni ta' żball standard relattiv fuq livell nazzjonali għall-istima ta' ċaqliq bejn żewġ kwarti suċċessivi tas-sena, m'għandux jaqbeż it-2 % tal-parti tal-popolazzjoni ikkonċernata.

Għal Stati Membri b'popolazzjoni ta' bejn miljun u għoxrin miljun abitant, din il-ħtieġa hi rilassata sabiex il-marġni ta' żball standard relattiv għall-istima taċ-ċaqliq ta' kull kwart ta' sena m' għandux jaqbeż it-3 % tal-parti tal-poplazzjoni ikkonċernata.

L-Istati Membri li l-popolazzjoni tagħhom hija taħt il-miljun abitant huma eżenti minn dawn il-ħtiġijiet ta' preċiżjoni li jikkonċernaw iċ-ċaqliq.

3.  Fejn l-istħarriġ huwa mwettaq biss fir-rebbiegħa, mill-inqas kwart mill-unitajiet li dwarhom isir l-istħarriġ għandu jittieħed mill-istħarriġ preċedenti u mill-inqas kwart għandu jkun parti mill-istħarriġ ta' wara.

Dawn iż-żewġ ġruppi għandhom jiġu identifikati b'kodiċi.

4.  Fejn in-nuqqas ta' tweġiba għal xi mistoqsijiet tirriżulta f' data nieqsa, xi metodu ta' imputazzjoni ta' l-statistika għandu jiġi applikat fejn xieraq.

5.  Il-fatturi għall-piżijiet huma kkalkulati billi jittieħed kont b'mod partikulari tal-probabbiltà ta' data magħżula u esterna li għandha x'taqsam mad-distribuzzjoni tal-popolazzjoni li qed tiġi mistħarrġa, skond is-sess, l-età (etajiet fi gruppi ta' ħames snin) u ir-reġjun (livell NUTS II), fejn data esterna bħal din hija stmata li hija tajba biżżejjed biex wieħed joqgħod fuqha mill-Istati Membri konċernati.

6.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'kull xorta ta' informazzjoni meħtieġa dwar l-orġanizzazzjoni u l-metodoloġija ta' l-istħarriġ, u b'mod partikulari, għandhom jindikaw il-kriterji adottati għall-għamla u d-daqs tal-kampjun.

L-Artikolu 4

Il-karatteristiċi ta' l-istħarriġ

1.  Għandha tiġi pprovduta data fuq:

(a) l-isfond demografiku:

 in-numru tas-sekwenza fil-familja,

 is-sess,

 is-sena tat-twelid,

 is-sena tat-twelid skond it-tmiem tal-perjodu ta' referenza,

 l-istat maritali,

 ir-relazzjoni mal-persuna li qed tiġi mistħarrġa,

 in-numru tas-sekwenza tal-konjuġi,

 in-numru tas- sekwenza tal-missier,

 in-numru tas- sekwenza ta' l-omm,

 in-nazzjonalità,

 in-numru ta' snin ta' residenza fl-Istat Membru,

 il-pajjiż tat-twelid (mhux bilfors),

 il-mod ta' parteċipazzjoni fl-istħarriġ (parteċipazzjoni diretta jew bi prokura permezz ta' membru ieħor tal-familja);

▼M3

(b) L-istatus tax-xogħol:

 L-istatus tax-xogħol matul il-ġimgħa ta' referenza,

 jibqgħu jiġu riċevuti l-pagi u s-salarji,

 raġuni għaliex ma ħadmux allavolja kellhom impjieg,

 tfittxija għal impjieg għal persuna mingħajr impjieg,

 tip ta' impjieg imfittex (għal rashom jew impjegati),

 metodi użati biex jinstab impjieg,

 jekk għandhomx x'iżommhom biex jibdew ix-xogħol;

(ċ) karatteristiċi ta' l-impjieg tax-xogħol prinċipali:

 L-istatus professjonali,

 attività ekonomika taċ-ċentru lokali,

 xogħol,

 responsabbiltajiet ta' sorveljanza,

 numru ta' persuni li jaħdmu fiċ-ċentru lokali,

 pajjiż tal-post tax-xogħol,

 reġjun tal-post tax-xogħol,

 sena u xahar meta l-persuna bdiet taħdem fl-impjieg attwali,

 involviment tas-servizz pubbliku għall-impjieg biex jinstab l-impjieg attwali,

 permanenza ta' l-impjieg (u raġunijiet),

 dewmien ta' l-impjieg temporanju jew kuntratt ta' impjieg ta' dewmien limitat,

 distinzjoni bejn full-time u part-time (u raġunijiet),

 appalt ma' aġenzija ta' l-impjiegi temporanji,

 xogħol mid-dar;

(d) sigħat maħduma:

 numru ta' sigħat fil-ġimgħa li s-soltu jinħadmu,

 numru ta' sigħat fil-fatt maħduma,

 numru ta' sigħat ta' sahra fil-ġimgħa ta' referenza,

 raġuni għaliex is-sigħat fil-fatt maħduma huma differenti mis-sigħat tas-soltu;

▼B

(e) it-tieni impjieġ:

 l-eżistenza ta' iktar minn impjieg wieħed,

 l-istat professjonali,

 l-attività ekonomika ta' l-unità lokali,

 in-numru ta' sigħat maħduma fil-fatt,

(f) is-sotto-impjieg viżibbli:

 ix-xewqa li s-soltu jinħadmu aktar sigħat minn dawk maħduma attwalment (mhux bilfors fil-każ ta' stħarriġ annwali),

 it-tiftix għal xogħol ieħor u r-raġunijiet għalfejn,

 it-tip ta' mpjieġ imfittex (bħala mpjegat jew xort'oħra),

 il-metodi użati biex jinstab impjieg ieħor,

 ir-raġunijiet għalfejn il-persuna mhux qed tfittex impjieg ieħor (mhux bilfors fil-każ ta' stħarriġ annwali),

 id-disponibbilità biex tibda taħdem;

 in-numru ta' sigħat ta' xogħol mixtieqa (mhux bilfors fil-każ ta' stħarriġ annwali);

▼M3

(ġ) tfittxija għal impjieg:

 tip ta' impjieg imfittex,

 dewmien tat-tfittxija għal impjieg,

 sitwazzjoni tal-persuna eżatt qabel ma tibda tfittex impjieg,

 reġistrazzjoni fl-uffiċċju pubbliku għall-impjieg u jekk hux qed jiġu riċevuti xi benefiċċji,

 għal persuna li mhix qed tfittex impjieg, rieda li taħdem,

 raġunijiet għaliex il-persuna ma fittxitx impjieg,

 nuqqas ta' faċilitajiet ta' kura;

▼M2

(ħ) l-edukazzjoni u t-taħriġ:

il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni jew it-taħriġ formali matul l-erba’ ġimgħat ta' qabel

 il-livell,

 il-qasam;

il-parteċipazzjoni f'korsijiet u attivitajiet oħra mgħallma matul l-erba’ ġimgħat ta' qabel

 it-tul totali

 l-għan tal-kors jew ta' attività oħra mgħallma l-iktar riċenti

 il-qasam ta' l-attività mgħallma l-iktar riċenti

 ipparteċipata fl-attività mgħallma l-iktar riċenti matul is-sigħat tax-xogħol;

il-livell edukattiv milħuq

 l-ogħla livell ta' edukazzjoni jew taħriġ ikkompletati b'suċċess

 il-qasam ta' dan l-ogħla livell ta' edukazzjoni u taħriġ.

 is-sena meta kien ikkompletat b'suċċess dan l-ogħla livell;

▼B

(i) esperjenza ta' xogħol preċedenti tal-persuna mhux f'impjieġ:

 l-eżistenza ta' esperjenza ta' mpjieg preċedenti,

 is-sena u x-xahar li fihom il-persuna ħadmet l-aħħar,

 ir-raġuni ewlenija għat-tluq mill-aħħar impjieg jew negozju,

 l-istat professjonali fl-aħħar impjieg,

 l-attività ekonomika ta' l-unità lokali li fiha ħadmet l-aħħar il-persuna,

 ix-xogħol magħmul fl-aħħar impjieg;

(j) is-sitwazzjoni sena qabel l-istħarriġ (mhux bilfors għall-1, it-3, u-r-4 kwarti tas-sena)

 l-istat ewlieni ta' mpjieg,

 l-istat professjonali,

 l-attività ekonomika ta' l-unità lokali li fiha l-persuna kienet qed taħdem,

 il-pajjiż ta' residenza,

 ir-reġjun ta' residenza,

(k) l-istat ewlieni ta' mpjieg (mhux bilfors);

▼M4

(l) pagi mill-impjieg prinċipali;

▼B

(m) il-ħwejjeġ tekniċi li għandhom x'jaqsmu ma' l-intervista

 is-sena ta' l-istħarriġ,

 il-ġimgħa ta' referenza,

 il-ġimgħa ta' l-intervista,

 l-Istat Membru,

 ir-reġjun tal-familja,

 il-livell ta' urbanizzazzjoni,

 in-numru tas-serje tal-familja,

 it-tip ta' familja,

 it-tip ta' istituzzjoni,

 il-fatturi għall-piżijiet,

 is-sotto-kampjun b'referenza għall-istħarriġ ta' qabel (stħarriġ annwali),

 is-sotto-kampjun b'referenza għall-istħarriġ li ġej (l-istħarriġ annwali),

 in-numru ta' sekwenza tal-fażijiet ta' l-istħarriġ;

▼M3

(n) ħinijiet tax-xogħol mhux tas-soltu:

 xogħol bix-xift,

 xogħol ta' filgħaxija,

 xogħol ta' bil-lejl,

 xogħol ta' nhar ta' Sibt,

 xogħol ta' nhar ta' Ħadd.

▼M6

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7c, fir-rigward tal-aġġustament tal-lista tal-varjabbli tal-istħarriġ, speċifikati fil-lista ta’ 14-il grupp ta’ karatteristiċi tal-istħarriġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li huma meħtieġa minħabba l-evoluzzjoni tat-tekniki u l-kunċetti. Att delegat adottat skont dan il-paragrafu ma għandux jittrasforma varjabbli fakultattivi f’varjabbli obbligatorji. Il-varjabbli obbligatorji li għandhom jiġu koperti b’mod kontinwu għandhom ikunu fil-karatteristiċi tal-istħarriġ fil-punti (a) sa (j) u l-punti (l), (m) u (n) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-varjabbli għandhom ikunu fl-94 karatteristika tal-istħarriġ. L-att delegat rispettiv għandu jiġi adottat mhux iktar tard minn 15-il xahar qabel jibda l-perijodu ta’ referenza għall-istħarriġ.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7c, fir-rigward ta’ lista ta’ varjabbli (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “varjabbli strutturali”) minn fost il-karatteristiċi tal-istħarriġ speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li għandhom jiġu mistħarrġa biss bħala medji annwali, bl-użu ta’ subkampjun ta’ osservazzjonijiet indipendenti b’referenza għal 52 ġimgħa, aktar milli bħala medji trimestrali.

2a.  Il-varjabbli strutturali għandhom jissodisfaw il-kondizzjoni li l-iżball standard relattiv (mingħajr ma jitqies l-effett tad-disinn) ta’ kull stima annwali li tirrappreżenta 1 % jew aktar tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol ma għandux ikun aktar minn:

(a) 9 % għal Stati Membri b’popolazzjoni ta’ bejn miljun u 20 miljun abitant; u

(b) 5 % għal Stati Membri b’popolazzjoni ta’ 20 miljun jew aktar.

L-Istati Membri b’inqas minn miljun abitant huma eżenti minn dawn ir-rekwiżiti dwar l-iżball standard relattiv u l-varjabbli għandhom jinġabru għall-kampjun totali ħlief jekk il-kampjun jissodisfa l-kriterji stipulati f’punt (a).

L-Istati Membri jużaw subkampjun għall-ġbir tad-data dwar il-varjabbli strutturali, f’każ li tintuża aktar minn mewġa waħda ta’ dawn, is-subkampjun totali użat għandu jikkonsisti minn osservazzjonijiet indipendenti.

2b.  Għandha tiġi żgurata l-konsistenza bejn it-totali annwali tas-subkampjuni u l-medji annwali tal-kampjuni sħaħ għall-impjiegi, għall-qgħad u għall-popolazzjoni mhux attiva skont is-sess u għall-gruppi ta’ etajiet li ġejjin: 15 sa 24, 25 sa 34, 35 sa 44, 45 sa 54, u 55 +.

3.  Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta r-regoli dwar ir-reviżjonijiet li għandhom jintużaw, il-kodifikazzjoni tal-varjabbli u l-lista tal-prinċipji għall-formulazzjoni tal-mistoqsijiet dwar l-istatus tax-xogħol. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(2).

▼M6 —————

▼B

L-Artikolu 5

Kif isir l-istħarriġ

L-Istati Membri jistgħu jagħmluha obbligatorja li l-istħarriġ jiġi mwieġeb.

▼M4

Artikolu 6

Trasmissjoni tar-riżultati

Fi żmien tnax-il ġimgħa mit-tmiem tal-perijodu ta’ referenza l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Eurostat ir-riżultati ta’ l-istħarriġ, mingħajr identifikaturi diretti.

Fejn tintuża data amministrattiva biex tiġi fornita data li tikkorrispondi għall-karatteristiċi ta’ l-istħarriġ “pagi mill-impjieg prinċipali”, dik id-data tista’ tintbagħat lill-Eurostat fi żmien wieħed u għoxrin xahar mit-tmiem tal-perijodu ta’ referenza.

▼B

L-Artikolu 7

Ir-Rapporti

Rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi sottomess mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill kull tliet snin, mis-sena 2000. Dan ir-rapport għandu jistma b'mod partikulari l-kwalità tal-metodi ta'statistika maħsuba mill-Istati Membri biex itejbu r-rizultati jew biex iħaffu l-proċeduri ta' l-istħarriġ.

▼M6

Artikolu 7a

Moduli ad hoc

1.  Jista’ jiżdied sett ieħor ta’ karatteristiċi li jissupplimenta l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 4(1) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “modulu ad hoc”).

2.  Il-kampjun użat biex tinġabar l-informazzjoni dwar moduli ad hoc għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-varjabbli strutturali.

3.  Il-kampjun użat biex tinġabar l-informazzjoni dwar moduli ad hoc għandu jissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) jiġbor l-informazzjoni dwar moduli ad hoc fi żmien 52 ġimgħa ta’ referenza u jkun soġġett għall-istess rekwiżiti bħal dawk tal-Artikolu 4(2a); jew

(b) jiġbor l-informazzjoni dwar moduli ad hoc fil-kampjun sħiħ li tal-inqas jikkostitwixxi kwart.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7c li jistabbilixxi programm ta’ moduli as hoc li jkopri tliet snin. Dan il-programm għandu jiddefinixxi għal kull modulu ad hoc, is-suġġett, il-lista u d-deskrizzjoni tal-qasam tal-informazzjoni speċjalizzata (minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala “submoduli ad hoc”) li jifforma l-qafas li fih il-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc imsemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jiġu ddeterminati u ddefiniti l-perijodu ta’ referenza. Il-programm għandu jiġi adottat tal-inqas 24 xahar qabel jibda l-perijodu ta’ referenza tal-programm.

5.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-programm imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc taħt kull submodulu ad hoc skont il-qasam tal-informazzjoni speċjalizzata imsemmija f’dak il-paragrafu, kif ukoll il-filtri u l-kodiċi li għandhom jintużaw għat-trasmissjoni tad-data u l-iskadenza għat-trasmissjoni tar-riżultati li tista’ tkun differenti mill-iskadenza stabbilit fl-Artikolu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(2).

6.  Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tinġabar f’modulu ad hoc għandha tiġi kkompilata mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel ma jibda l-perijodu ta’ referenza għal dak il-modulu. Il-volum ta’ modulu ad hoc ma għandux jaqbeż 11-il karatteristika teknika.

Artikolu 7b

L-għoti ta’ finanzjament

L-Unjoni għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), għall-implimentazzjoni tal-moduli ad hoc kif imsemmi fl-Artikolu 7a ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ). F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), l-Unjoni tista’ tipprovdi għotjiet, mingħajr sejħa għal proposti, lil dawk l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra. L-għotjiet jistgħu jieħdu l-forma ta’ somom f’daqqa u għandhom jingħataw bil-kondizzjoni li l-Istati Membri jipparteċipaw verament fl-implimentazzjoni tal-moduli ad hoc.

Artikolu 7c

Eżerċizzju tad-delegazzjoni

1.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Meta teżerċita s-setgħat delegati f’konformità mal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 7a, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati biss fejn ikunu meħtieġa sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi. Dawk l-atti delegati ma jbiddlux in-natura fakultattiva tal-informazzjoni mitluba.

Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-azzjonijiet statistiċi previsti f’dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn adatt, tas-sehem mill-esperti rilevanti abbażi ta’ analiżi tal-effettività meta mqabbla mal-ispejjeż, inkluża evalwazzjoni tal-piż fuq dawk li jipprovdu t-tweġibiet u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

3.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 7a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-18 ta' Ġunju 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jintemm kull perijodu.

4.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 7a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 7a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M6

Artikolu 8

Proċedura ta’ Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼B

L-Artikolu 9

L-Arranġamenti għar-revoka

Ir-Regolament (KEE) Nru 3711/91 hu hawnhekk revokat.

L-Artikolu 10

Dħul fis seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) GU L 351, ta' l-20. 12. 1991, p.1.

( 2 ) ĠU L 52, tat-22. 2. 1997, p.1.

( 3 ) ĠU L 151, tal-15. 6. 1990, p.1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 322/ 97.

( 4 ) ĠU L 181, tat-28. 6. 1989, p. 47.

( 5 ) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

( 6 ) Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).

( 7 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal- Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

( 8 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).