1998L0083 — MT — 27.10.2015 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/83/KE

tat-3 ta' Novembru 1998

dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(ĠU L 330 5.12.1998, p. 32)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 596/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009

  L 188

14

18.7.2009

►M3

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1787 tas-6 ta' Ottubru 2015

  L 260

6

7.10.2015




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/83/KE

tat-3 ta' Novembru 1998

dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 130s(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu189c ( 4 ),

(1)

Billi hu meħtieġ li id-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ( 5 ) tiġi adattata skond l-avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi; billi l-esperjenza miksuba mill-implementazzjoni tad-Direttiva turi li hemm bżonn li jinħoloq qafas legali iktar flessibli u trasparenti li bih l-Istati Membri ikunu jistgħu jaġixxu f'każijiet fejn ma jintlaħqux il-livelli; billi, iktar minn hekk, id-Direttiva trid tiġi eżaminata mill-ġdid fl-isfond tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u partikolarment il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

(2)

Billi skond l-Artikolu 3b tat-Trattat, l-ebda azzjoni Komunitarja m'għandha tagħmel iktar milli hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tat-trattat, hu meħtieġ li d-Direttiva 80/778/KEE tiġi riveduta ħalli tiffoka fuq il-ħarsien tal-parametri essenzali tal-kwalità u tas-saħħa, b'mod li l-Istati Membri jitħallew liberi li jżidu parametri oħra li jaħsbu li huma xierqa;

(3)

Billi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, azzjoni Komunitarja għandha tappoġġja u tibni fuq azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri;

(4)

Billi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, id-differenzi naturali u soċjo-ekonomiċi bejn ir-reġjuni ta' l-Unjoni jirrekjedu li ħafna mid-deċiżjonijiet fuq kontrolli, analiżi u miżuri f'każ li ma jintlaħqux il-livelli jittieħdu f'livell lokali, reġjonali u nazzjonali sa kemm dawk id-differenzi ma jonqsux minn dak li hemm stabbilit fil-qafas tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi imniżżlin f'din id-Direttiva;

(5)

Billi hemm bżonn ta' livelli Komunitarji għal parametri marbuta mas-saħħa essenzali u priventattiva fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem biex ikunu definiti l-għanijiet ta' kwalità ambjentali minima li għandhom jintlaħqu flimkien ma' miżuri oħra tal-Komunità sabiex ikun salvagwardat u promoss l-użu sostenibbli ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(6)

Billi, fl-isfond ta' l-importanza tal-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għas-saħħa tal-bniedem, hu meħtieġ li jiġi stabbilit fuq livell tal-Komunità, il-livelli essenzali tal-kwalità ta' dan it-tip ta' ilma;

(7)

Billi hu meħtieġ li jiġi inkluż l-ilma użat fl-industrija ta' l-ikel sa kemm ma jiġix stabbilit li l-użu ta' dan l-ilma ma jaffetwax it-tjubija għas-saħħa tal-prodott finali;

(8)

Billi, biex l-impriżi tad-distribuzzjoni ta' l-ilma jkunu jistgħu jilħqu l-livelli ta' kwalità ta' l-ilma tax-xorb, għandhom jittieħdu miżuri xierqa ta' protezzjoni ta' l-ilma biex jiġi żgurat li l-ilma tal-wiċċ u ta' l-art jinżamm nadif; billi l-istess għan jista' jintlaħaq billi jittieħdu miżuri xierqa tat-trattament ta' l-ilma qabel il-provvista;

(9)

Billi il-koerenza tal-politika Ewropea dwar l-ilma tassumi li għandha tiġi adottata f'waqtha Direttiva xierqa dwar l-ilma;

(10)

Billi hu meħtieġ li l-ilmijiet naturali minerali u ilmijiet li huma prodotti mediċinali jiġu esklużi mill-għanijiet ta' din id-Direttiva, peress li digà ġew stabbiliti regoli speċjali għal dawk it-tipi ta' ilma;

(11)

Billi, jekk ikun hemm tnaqqis fil-kwalità, hemmm bżonn ta' miżuri kemm għal parametri marbuta direttament mas-saħħa kif ukoll għal parametri oħra; billi, iktar minn hekk, dawn il-miżuri jridu jkunu kordinati ma' l-implementazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar id-dħul fis-suq ta' prodotti ta' protezzjoni għall-pjanti ( 6 ) u d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 li tikkonċerna d-dħul fis-suq ta' prodotti bioċidali ( 7 );

(12)

Billi hu meħtieġ li jkunu stabbiliti parametri individwali għal sustanzi li huma importanti fil-Komunità kollha f'livell strett biżżejjed biex ikun żgurat li jintlaħaq l-għan ta' din id-Direttiva;

(13)

Billi parametri huma bbażati fuq it-tagħrif xjentifiku disponibbli u billi l-prinċipju ta' prekawzjoni ġie kunsidrat ukoll; billi l-parametri ntgħażlu biex ikun żgurat li l-ilma maħsub għal konsum mill-bniedem jista' jinxtorob mingħajr periklu għas-saħħa, u allura jfissru livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa;

(14)

Billi irid jintlaħaq bilanċ biex jiġu evitati kemm riskji mikrobijoloġiċi u kif ukoll dawk kimiċi; billi, minħabba f'hekk, u fid-dawl tal-fatt li fil-ġejjieni dawn il-parametri sa jerġgħu jiġu studjati, il-parametri għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom ikunu imsejsa fuq il-prinċipji tas-saħħa pubblika u metodu ta' evalwazzjoni tar-riskju;

(15)

Billi bħal issa ma hemmx biżżejjed evidenza fuq xiex wieħed jista' jibbaża parametri fuq livell Komunitarju għal kimiċi li jaffettwaw is-sistema ta' l-ormoni, anke jekk qed jiżdied it-tħassib dwar l-impatt li kimiċi perikolużi għas-saħħa jista' jkollhom fuq il-bnedmin u fuq in-natura u l-ambjent.

(16)

Billi b'mod partikolari, l-istandards fl-Anness I fil-biċċa l-kbira tagħhom huma imsejsa fuq il-“Linji ta' Gwida għall-Kwalità ta' l-Ilma tax-Xorb” ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u fuq l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pariri Xjentifiċi li l-Kummissjoni ħatret biex jeżamina l-effetti tossiċi ta' ċertu kimiċi;

(17)

Billi l-Istati Membri iridu jistabbilixxu parametri oħra mhux inklużi fl-Anness I fejn dan hu meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fit-territorji tagħhom;

(18)

Billi l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu parametri addizzjonali mhux inklużi fl-Anness I jekk dan hu meħtieġ bix ikun żgurat li l-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-ispezzjoni ta' l-ima maħsub għall-konsum mill-bniedem jilħqu l-kwalità meħtieġa;

(19)

Billi, meta l-Istati Membri jħossu li l-ħtieġa li jaddottaw standards iktar iebsa minn dawk imsemmija fl-Anness I, Partijiet A u B, jew standards għal parametri oħra mhux inklużi fl-Annes I imma meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, huma iridu jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawn l-istandards;

(20)

Billi l-Istati Membri huma marbuta li, meta jdaħħlu miżuri ta' protezzjoni iktar stretti, jagħmlu dan skond il-prinċipji u r-regoli tat-Trattat, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja;

(21)

Billi fil-punt li fih l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ikun jista' jiġi użat dan għandu jkollu l-parametri kollha milħuqa;

(22)

Billi l-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tista' tkun nfluwenzata mis-sistema ta' distribuzzjoni domestika; u billi, iktar minn hekk, hu magħruf li kemm is-sistema ta' distribuzzjoni domestika u kif ukoll il-manutenzjoni tagħha jistgħu ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri;

(23)

Billi kull Stat Membru irid joħloq programmi li bihom jara li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jilħaq il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva; billi dawn il-programmi iridu jkunu xierqa għaċ-cirkustanzi lokali u jridu jilħqu l-ħtiġiet minimi mniżżlin f'din id-Direttiva;

(24)

Billi l-metodi użati biex tiġi analizzata l-kwalità ta' l-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem trid tkun b'tali mod li tassigura li r-riżultati miksuba huma komparabbli u ta' min joqgħod fuqhom;

(25)

Billi, f'każ li l-livelli imposti minn din id-Direttiva ma jintlaħqux l-Istat Membru konċernat irid jinvestiga l-kawża u jassigura li, kemm jista' jkun malajr, tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex titranġa l-kwalità ta' l-ilma;

(26)

Billi huwa mportanti li l-ilma mniġġeż ma' jitħalliex ikun ta' ħsara potenzali għas-saħħa tal-bniedem; billi l-provvista ta' dan l-ilma għandha tiġi mwaqqfa jew l-użu tiegħu ristrett;

(27)

Billi, f'każ li ma jintlaħaqx parametru li għandu funzjoni indikattiva, l-Istat Membriu konċernat għandu jikkonsidra jekk dan in-nuqqas hux ta' riskju għas-saħħa umana; billi għandha tittieħed azzjoni korrettiva biex titranġa l-kwalità ta' l-ilma fejn dan hu metieġ biex tkun protetta s-saħħa tal-bniedem;

(28)

Billi, jekk tkun meħtieġa azzjoni korrettiva bħal din biex titranġa l-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, skond l-Artikolu 130r(2) tat-Trattat, għandha tinagħta prijorità lill-azzjoni li ssewwi l-kawża tal-problema;

(29)

Billi l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, taħt ċerti kondizzjonijiet, biex jagħtu derogi minn din id-Direttiva; billi, iktar minn hekk, hemm bżonn li jinħoloq qafas xieraq għal dawn id-derogi, dejjem jekk dawn ma joħolqux periklu potenzali għas-saħħa tal-bniedem u jekk il-provvista ta' l-ilma maħsub għal konsum mill-bniedem f'dak il-post partikolari ma tkunx tista' tiġi mantenuta b'mezzi oħra raġonevoli;

(30)

Billi, minħabba li waqt t-tħejjija u d- distribuzzjoni ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jistgħu jintużaw ċerti sustanzi jew materjali, hemm bżonn ta' regoli dwar dan l-użu sabiex jiġu evitati effetti li jistgħu ikunu perikolużi għas-saħħa tal-bniedem;

(31)

Billi jista' jkun hemm bżonn li l-ħtiġiet tekniċi imniżżla fl-Annessi II u III jiġu adattati malajr minħabba avvanzi xjentifiċi u tekniċi; billi, iktar minn hekk, biex titħaffef l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dak il-għan, trid issir dispożizzjoni għal proċedura li biha l-Kummissjoni tkun tista' taddotta dawn l-addattazzjonijiet bil-għajnuna ta' kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri;

(32)

Billi konsumaturi għandhom ikunu mgħarrfa b'mod tajjeb u xieraq dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, dwar kwalunkwe derogi mogħtija mill-Istati Membri u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda mill-awtoritajiet kompetenti; billi, iktar minn hekk, iridu jiġu konsidrati il-ħtiġijiet tekniċi u statistiċi tal-Kummissjoni, kif ukoll il-jeddijiet ta' l-individwu li jikseb tagħrif xieraq dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(33)

Billi, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal postijiet definiti ġeografikament, jista' jkun hemm bżonn li xi Stati Membri jinagħtaw żmien itwal biex jilħqu ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva;

(34)

Billi din id-Direttiva m'għandiex taffettwa l-obbligi ta' l-istati Membri għal-limitu ta' ħin għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali, jew għall-applikazzjoni, kif murija fl-Anness IV,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għan

1.  Din id-Direttiva hi dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

2.  L-għan tad-Direttiva għandu jkun dak li s-saħħa tal-bniedem tiġi mħarsa mill-effetti ħżiena ta' kwalunkwe tniġġiż ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

1. “ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem” tfisser:

(a) l-ilma kollu, fl-istat oriġinali tiegħu jew wara trattament, maħsub għax-xorb, tisjir, tħejjija ta' l-ikel u għanijiet oħra domestiċi, irrispettivament minn minn fejn ġej u minn jekk huwhiex provist minn network ta' distribuzzjoni, tank, jew ġo fliexken jew reċipjenti;

(b) l-ilma kollu użat fi kwalunkwe impriża li tipproduċi l-ikel għall-manifattura, proċessar, preservazzjoni jew marketing ta' prodotti jew sustanzi maħsuba għall-konsum mill-bniedem sa kemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti m'humhiex konvinti li l-kwalità ta' l-ilma ma tkunx sa taffettwa t-tjubija għas-saħħa ta' l-ikel lest;

2. “sistema ta' distribuzzjoni domestika” tfisser is-sistema ta' pajpijiet, fittings u appliances oħra li huma stallati bejn il-viti li huma normalment użati għall-konsum mill-bniedem u r-retikolat ta' distribuzzjoni imma biss jekk dawn ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta' min jipprovdi l-ilma, skond il-liġi nazzjonali relevanti.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet

1.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

(a) ilmijiet minerali naturali magħrufin bħala tali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, skond id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-esplojtazzjoni u l-marketing ta' l-imijiet minerali naturali ( 8 );

(b) ilmijiet li huma prodotti mediċinali skond kif imfisser fid-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE tas-26 ta' Jannar 1965 dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, regolamenti jew azzjoni amministrattiva relatata mal-prodotti mediċinali ( 9 ).

2.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva:

(a) ilma maħsub esklussivamnet għal dawk l-għanijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li l-kwalità ta' l-ilma m'għandux influwenza, la diretta u lanqas indiretta, fuq is-saħħa tal-konsumaturi konċernati;

(b) ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkun ġej minn provvista individwali li tipprovdi medja ta' inqas minn 10 metri kubi kuljum jew li sservi inqas minn 50 persuna, sakemm l-ilma ma jkunx provvist bħala parti minn attività kummerċjali jew pubblika.

3.  L-Istati Membri li jirrikorru għall-eżenzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 2(b) għandhom jiżguraw li l-popolazzjoni konċernata tiġi mgħarrfa dwar dan u dwar kwalunkwe azzjoni li tista' tittieħed biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem minn effetti ħżiena kawżati minn kwalunkwe tniġġiż ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, meta jkun evidenti li hemm ħsara potenzali għas-saħħa tal-bniedem ġejja mill-kwalità ta' dan l-ilma, il-popolazzjoni konċernata għandha tiġi mgħarrfa minnufiħ.

Artikolu 4

Obbligi Ġenerali

1.  Mingħajr preġudizzju lejn l-obbligi tagħhom skond dispożizzjonijiet tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huwa nadif u tajjeb għas-saħħa. Għall-għanijijiet tar-rekwiżiti minimi ta' din id-Direttiva, l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandu jkun tajjeb għas-saħħa u nadif jekk:

(a) ma jkunx fih mikro-organiżmi u parassiti u sustanzi li, f'numri jew konċentrazzjonijiet, jistgħu ikunu ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, u

(b) jilħaq il-ħtiġiet minimi imniżżla fl-Anness I, Partijiet A u B;

u jekk, skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Artikoli 5 sa 8 u 10 u skond it-Trattat, l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jaqbel mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva fl-ebda ċirkostanzi ma jippermettu, direttament jew indirettament, la xi tnaqqis tal-kwalità preżenti ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fejn għandha x'taqsam il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u lanqas xi żieda fit-tniġġiż ta' ilmijiet użati għall-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb.

Artikolu 5

Standards tal-Kwalità

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri applikabbli għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-parametri mniżżla fl-Anness I.

2.  Il-valuri stabbiliti skond il-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu anqas stretti minn dawk dikjarati fl-Anness I. Rigward il-parametri ddikjarati fil-Parti Ċ ta' l-Anness I, il-valuri għandhom bżonn ikunu fissati biss għal skopijiet ta' kontrolli u għall-ħarsien ta' l-obligazzjonijiet imposti fl-Artikolu 8.

3.  Stat Membru għandu jistabbilixxi valuri għal parametri oħra mhux inklużi fl-Anness I jekk dan ikun meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bnedmin fit-territorju nazzjonali tagħhu jew parti minnu. Il-valuri għandhom, ta' l-inqas, iħarsu l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4(1)(a).

Artikolu 6

Punt ta' konformità

1.  Il-valuri parametriċi stabbiliti skond l-Artikolu 5 għandhom jiġu mħarsa:

(a) fil-każ ta' ilma provvist minn retikolat ta' distribuzzjoni, fil-punt fi stabbilimenti li fih joħroġ mill-viti li huma normalment użati għall-konsum mill-bniedem;

(b) fil-każ ta' l-ilma provvist minn tank, fil-punt fejn joħroġ mit-tank;

(ċ) fil-każ ta' ilma imqiegħed fi fliexken jew reċepjenti maħsuba għall-bejgħ, fil-punt li fih l-ilma huwa mqiegħed fi fliexken jew reċepjenti;

(d) fil-każ ta' l-ilma użat f'impriża ta' produzzjoni ta' l-ikel, fil-punt li fih l-ilma huwa użat fl-impriża.

2.  Fil-każ ta' l-ilma kopert mill-paragrafu 1(a), l-Istati Membri għandhom jitqiesu li jissodisfaw l-obligi tagħhom skond dan l-Artikolu u skond l-Artikoli 4 u 8(2) fejn jista' jkun stabbilit li nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi magħmulin skond l-Artikolu 5 ikun ġej mis-sistema ta' distribuzzjoni domestika jew mill-manutenzjoni tagħha ħlief fi stabbilimenti fejn l-ilma huwa servut lill-pubbliku, bħal skejjel, sptarijiet u restoranti.

3.  Fejn paragrafu 2 japplika u hemm riskju li l-ilma kopert mill-paragrafu 1(a) ma jkunx konformi mal-valuri parametriċi stabbiliti skond l-Artikolu 5, l-Istati Membri xorta waħda għandhom jiżguraw li:

(a) jittieħdu miżuri xierqa biex inaqqsu jew jeliminaw ir-riskju ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi, fosthom billi jiggwidaw lis-sidien ta' propjetà fuq kwalunkwe azzjoni korrettiva possibbli li dawn ikunu jistgħu jieħdu, u/jew

jittieħdu miżuri oħra, fosthom metodi xierqa ta' trattament, biex titbiddillu n-natura jew il-karatteristiċi ta' l-ilma qabel ma dan ikun provvist sa biex jitnaqqas jew jiġi eliminat ir-riskju li l-ilma ma jaqbilx ma jkunx konformi mal-valuri parametriċi wara l-provvista.

u

(b) il-konsumaturi konċernati ikunu mgħarrfa u iggwidati dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva li għandhom jieħdu.

Artikolu 7

Kontrolli

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jsiru kontrolli regolari tal-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex jaraw li l-ilma disponibbli għall-konsumaturi jilħaq il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u partikolarment il-valuri parametriċi dikjarati skond l-Artikolu 5. Iridu jittieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-kwalità ta' l-ilma konsmat matul is-sena. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, fejn id-diżinfettazzjoni hi parti mill-preparazzjoni jew distribuzzjoni ta' l-ilma maħsub għal-konsum mill-bniedem, l-effiċjenza tad-diżinfettazzjoni hi verifikata, u li kwalunkwe tniġġiż minn sustanzi prodotti mill-istess diżinfettazzjoni jinżamm baxx kemm jista' jkun mingħajr ma jikkomprometti d-disinfettazzjoni.

2.  Biex jintlaħqu l-obligazzjonijet imposti fil-paragrafu 1, programmi addattati ta' kontroll għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għall-ilma kollu maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dawn il-programmi ta' kontroll għandhom jilħqu l-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness II.

3.  Il-punti li minnhom jittieħdu l-kampjuni għandhom jiġu determinati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jilħqu l-ħtiġiet imniżżla fl-Anness II.

▼M2

4.  Jistgħu jinħolqu linji ta’ gwida Komunitarji għall-kontrolli preskritti f’dan l-Artikolu f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).

▼B

5.  

(a) L-Istati Membri għandhom ikunu konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet għall-analiżi tal-parametri imniżżla fl-Anness III.

(b) Jistgħu jintużaw metodi differenti minn dawk speċifikati fil-Parti 1 ta' l-Anness III, sakemm ikun jista' jintwera r-riżultati miksuba ikunu ta' min joqgħod fuqhom għall-inqas daqs dawk miksuba bil-metodi msemmija. L-Istati Membri li jużaw metodi alternattivi għandhom jagħtu lill-Kummissjoni it-tagħrif relevanti kollu dwar dawn il-metodi u l-ekwivalenza tagħhom.

(ċ) Għal dawk il-parametri imniżżla fil-Partijiet 2 u 3 ta' l-Anness III, kull metodu ta' analiżi jista' jintuża sakemm jintlaħqu l-ħtiġiet dikjarati fihom.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru kontrolli żejda, każ b'każ, fuq sustanzi u mikro-organiżmi li għalihom ma kien stabbilit l-ebda valur parametriku skond l-Artikolu 5, jekk hemm raġuni biex wieħed jaħseb li dawn jistgħu ikunu preżenti f'ammonti jew numri li jikkostitwixxu periklu potenzali għas-saħħa umana.

Artikolu 8

Azzjoni Korrettiva u restrizzjonijiet fl-użu

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kaz li fih ma jintlaħqux il-valuri parametriċi stabbiliti skond l-Artikolu 5 ikun investigat mill-ewwel ħalli tiġi identifikata l-kawża.

2.  Jekk, minkejja l-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-obligazzjonijiet imposti fl-Artikolu 4(1), l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ma' jilħaqx il-valuri parametriċi stabbiliti skond l-Artikolu 5, u soġġetti għall-Artikolu 6(2), l-Istati Membri konċernati għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni korrettiva mill-iktar fis possibli biex terġa' tintlaħaq il-kwalità u jagħtu prijorità lill-azzjoni ta' l-infurzar tagħhom, wara li jkunu ikkunsidraw inter alia b'kemm ikun inqabeż il-valur parametriku relevanti u l-ħsara li dan jista' jagħmel lis-saħħa tal-bniedem.

3.  Sew jekk ikunu intlaħqu l-valuri parametri u sew jekk le, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun projbit jew ristrett l-użu ta' kwalunkwe provvista ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jista' jkun ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem jew li tittieħed azzjoni oħra bħal din skond kif meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. F'dawn il-każijiet il-konsumaturi għandhom jiġu mgħarrfa mill-ewwel bihom u mogħtija l-pariri meħtieġa.

4.  L-awtoritajiet kompetenti jew korpi oħra relevanti għandhom jiddeċiedu x'azzjoni trid tittieħed skond il-paragrafu 3, waqt li jżommu quddiem għajnejhom ir-riskji għas-saħħa umana li jinħolqu mit-twaqqif jew restrizzjoni fl-użu ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

5.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu linji ta' gwida biex jassisstu lill-awtoritajiet kompetenti biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skond il-paragrafu 4.

6.  F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi jew ma' l-ispeċifikazzjonijiet iddikjarati fil-Parti Ċ ta' l-Anness I, l-Istati Membri għandhom jikunsidraw jekk dan in-nuqqas ta' konformità huwiex ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem. Għandhom jieħdu azzjoni korrettiva biex titjieb il-kwalità ta' l-ilma meta dan ikun meħtieġ biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ikunu mgħarrfa kull meta tittieħed azzjoni korrettiva, ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti jaħsbu li n-nuqqas ta' konformità mal-valur parametriku ikun wieħed trivjali.

Artikolu 9

Derogi

1.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi mill-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness I, jew skond l-Artikolu 5(3), sa valur massimu li jiddeterminaw huma stess, sakemm l-ebda deroga ma tikkostitwixxi periklu potenzali għas-saħħa tal-bniedem u sakemm il-provvista ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-post konċernat ma tkunx tista' tinżamm b'mezzi oħra raġonevoli. Id-derogi għandhom jiġu limitati għall-iqsar żmien possibbli u ma għandhomx jaqbżu t-tlett snin. Kif iż-żmien tad-deroga joqrob lejn tmiemu, għandha issir reviżjoni li tara jekk sarx progress suffiċjenti. Meta Stat Membru jkun irid jagħti t-tieni deroga, dan għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bir-reviżjoni li tkun saret kif ukoll bir-raġunijiet li wassluh jagħti t-tieni deroga. It-tieni deroga ma għandhiex taqbeż it-tlett snin.

2.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali, Stat Membru jista' jitlob għat-tielet deroga mill-Kummissjoni għal perjodu li ma jaqbiżx it-tlett snin.“Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fuq talba bħal din fi żmien tlett xhur.”

3.  Kwalunkwe deroga mogħtija skond il-pargrafi 1 jew 2 għandha tispeċifika dan li ġej:

(a) ir-raġunijiet għad-deroga;

(b) il-parametru konċernat, riżultati relevanti ta' kontrolli li jkunu saru, u l-valur massimu permessibbli taħt id-deroga;

(ċ) iż-żona ġeografika, il-kwantità ta' l-ilma provduta kull jum, il-popolazzjoni konċernata u jekk tkunx sa tiġi affetwata xi mpriża tal-produzzjoni ta' l-ikel;

(d) skema xierqa ta' kontroll, b'żieda fil-frekwenza ta' kontroll fejn meħtieġ;

(e) Il-pjan fil-qosor ta' l-azzjoni korrettiva meħtieġa, li tinkludi time-table għax-xogħol u stima ta' l-ispejjeż u disposizzjonijet għar-reviżjoni;

(f) it-tul taż-żmien tad-deroga.

4.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti iħossu li n-nuqqas ta' konformità mal-valur parametriku jkun wieħed trivjali, u jekk azzjoni meħuda skond l-Artikolu 8(2) tkun biżżejjed biex tirrimedja l-problema fi żmien tletin jum, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 jistgħu ma jiġux applikati.

F'dak il-każ, l-awtoriajiet kompetenti jew korpi oħra relevanti għandhom jistabbilixxu biss il-valur massimu permissibli għall-parametru konċernat u l-ħin allokat għar-rimedju tal-problema.

5.  Wieħed ma għandux iktar jirrikorri għall-paragrafu 4 jekk ikun ġie innutat nuqqas ta' konformità ma' valur parametriku wieħed għal provvista partikolari ta' ilma li tkun seħħet f'iktar minn 30 jum fit-12 il-xahar ta' qabel.

6.  Kwalunkwe Stat Membru li jirrikorri għad-derogi provduti f'dan l-Artikolu għandu jiżgura li l-popolazzjoni affetwata minn din id-deroga tiġi mgħarrfa fil-ħin u b'mod xieraq dwar id-deroga u l-kondizzjonijet tagħha. Barra minn hekk l-Istat Membru għandu, fejn meħtieġ, jiżgura li jinagħta tagħrif xieraq lil gruppi partrikolari fil-popolazzjoni li jgħalihom id-deroga tista' tippreżenta riskju speċjali.

Dawn l-obligi m'għandhomx japplikaw fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 4 sa kemm l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċidux mod ieħor.

7.  Ħlief għal derogi mogħtija skond il-paragrafu 4a, Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn bi kwalunkwe derogi li għandhom x'jaqsmu ma' provvista individwali ta' l-ilma b'medja ta' iktar minn 1 000 m3 kull jum jew li sservi iktar minn 5 000 persuna, inkluż it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3.

8.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem offrut għall-bejgħ fi fliexken jew reċipjenti.

Artikolu 10

Kontroll fuq il-Kwalità tat-trattament, tagħmir u materjali

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li ebda sustanzi jew materjali għal stallazzjonijiet ġodda użati fit-tħejjija jew distribuzzjoni ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jew impuritajiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn is-sustanzi jew materjali għal stallazzjonijiet ġodda ma jibqgħu fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f'konċentrazzjoni ogħla minn dik meħtieġa għall-użu xieraq tagħhom u li dawn ma jnaqqsux, direttament jew indirettament, il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem kif prevista f'din id-Direttiva; id-dokument ta' interpretazzjoni u d-dettalji tekniċi skond l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri relatati mal-prodotti tal-kostruzzjoni ( 10 ) għandhom iħarsu l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 11

Reviżjoni ta' l-Annessi

1.  Ta' l-anqas kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness I fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku u tipproponi emendi, fejn meħtieġa, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 189c tat-Trattat.

▼M2

2.  tal-anqas kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha temenda l-Annessi II u III biex tagħmel l-adattamenti meħtieġa għall-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

▼M1

Artikolu 12

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjunha minn kumitat.

2.  Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 11 ) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

▼M2

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 13

Tagħrif u rappurtaġġ

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumaturi ikollhom aċċess għal tagħrif adekwat u aġġornat fuq il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/3/13/KEE tas-7 ta' Ġunju 1990 dwar il-libertà ta' l-aċċess għat-tagħrif fuq l-ambjent ( 12 ), kull Stat Membru għadu jippubblika rapport kull tlett snin fuq il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem bil-ħsieb li jiġu mgħarrfa l-konsumaturi. L-ewwel rapport għandu jkopri s-snin 2002, 2003 u 2004. Kull rapport għandu jinkludi, ta' l-anqas, il-provvisti ta' l-ilma individwali kollha li jipprovdu medja ta' aktar minn 1 000 m3 kull jum jew iservu iktar minn 5 000 persuna u għandu jkopri 3 snin u għandu jiġi publikat fi żmien sena minn tmiem il-perjodu rapportat.

3.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapprti tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tagħhom.

▼M2

4.  Il-formati u t-tagħrif minimu li għandhom ikunu inklużi fir-rapporti kif stabbilit fil-paragrafu 2 għandhom jiġu determinati wara kunsiderazzjoni speċjali lill- miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 5(2) u (3), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(6) u (7) u l-Artikolu 15(1), u jekk ikun meħtieġ għandhom jiġu emendati f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).

▼B

5.  Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti ta' l-Istati Membri u, kull tlett snin, tippubblika rapport fil-qosor fuq il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-Komunità. Dan ir-rapport għandu jiġi publikat fi żmien disa' xhur minn meta l-Kummissjoni tirċievi r-rapporti ta' l-Istati Membri.

▼M2

6.  Flimkien mal-ewwel rapport fuq din id-Direttiva kif imsemmi fil-paragrafu 2 l-Istati Membri għandhom jipproduċu wkoll rapport li jrid jingħata lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu jew ippjanaw li jieħdu biex jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 6(3) u n-nota 10 tal-Parti B tal-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tissottometti, kif xieraq, proposta dwar il-format ta’ dan ir-rapport f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).

▼B

Artikolu 14

Żmien għall-konformità

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tkun konformi ma' din id-Direttiva fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, mingħajr preġudizzju għan-noti 2, 4 u 10 tal-Parti B ta' l-Anness I.

Artikolu 15

Ċirkostanzi eċċezzjonali

1.  Stat Membru jista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal postijiet definiti ġeografikament, jissottomettu talba speċjali lill-Kummissjoni għal-perjodu itwal minn dak stipulat fl-Artikolu 14. Il-Perjodu miżjud m'għandux jaqbeż it-tlett snin, u lejn l-aħħar tagħhom għandha ssir reviżjoni u din tiġi mgħoddija lill-Kummissjoni. Skond din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tista' tippremetti perjodu ieħor miżjud ta' mhux iktar minn tlett snin. Din id-dispożizzjoni m'għandiex tapplika għall-ilma maħsub għall-konum mill-bniedem offrut għall-bejgħ fi fliexken jew reċepjenti.

2.  Talba bħal din, li r-raġunijiet għaliha għandhom ikunu mogħtija, għandha tiddikjara d-diffikultajiet esperjenzati u tinkludu mill-inqas it-tagħrif kollu speċifikat fl-Artikolu 9(3).

▼M2

3.  Dik it-talba għandha tkun eżaminata f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).

▼B

4.  Kwalunkwe Stat Membru li jirrikorri għal dan l-Artikolu għandu jiżgura li l-popolazzjoni affettwata minn talba bħal din tiġi mgħarrfa mill-ewwel u b'mod xieraq bir-riżultat ta' dak it-talba. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu, fejn meħtieġ, jiżgura li jinagħta tagħrif xieraq lil gruppi partikolari tal-popolazzjoni li għalihom din it-talba tista' tippreżenta riskju partikolari.

Artikolu 16

Tħassir

1.  Id-Direttiva 80/778/KEE qegħdha hawnhekk titħassar b'effett minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Soġġett għall-paragrafu 2, dan it-tħassir ma għandux jaffettwa l-obligazzjonijiet ta' l-Istati Membri rigward iż-żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni kif murija fl-Anness IV.

Kwalunkwe referenza għad-Direttiva mħassra għandha tinftihem bħala referenza għal din id-Direttiva u għandha tinqara skond it-tabella ta' korrelazzjoni li hemm fl-Anness V.

2.  Hekk kif Stat Membru ikun beda jħaddem il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijet amministrattivi meħtieġa biex ikun konformi ma' din id-Direttiva u ħa l-miżuri msemmija fl-Artikolu 4, din id-Direttiva, u mhux id-Direttiva 80/778/KEE, għandha tapplika għall-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

Trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jibdew iħaddmu l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa sentejn wara li din tidħol fis-seħħ. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan mill-ewwel.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom riferenzi għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkpumpnjati b'referenzi bħal dawn meta jiġu pubblikazzjoni uffiċjalment. Il-metodi dwar kif isiru dawn ir-riferenzi għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttivi għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 19

Lil Min hi Indirizzata

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

PARAMETRI U VALURI PARAMETRIĊI

PARTI A

Parametri mikrobijoloġiċi



Parametru

Valur Parametriku

(numru/100ml)

Escherichia coli (E.coli)

0

Enterokokki

0

Dan li ġej japplika għall-ilma għall-bejgħ fi fliexken jew reċepjenti:



Parametru

Valur Parametriku

Escherichia coli (E.coli)

0/250 ml

Enterokokki

0/250 ml

Pseudomonas aeruginosa

0/250 ml

Colony count 22°C

100/ml

Colony count 37°C

20/ml

PARTI B

Parametri kimiċi



Parametru

Valur Parametriku

Unit

Noti

Arcylamide

0,10

μg/l

Nota 1

Antimony

5,0

μg/l

 

Arseniku

10

μg/l

 

Benzene

1,0

μg/l

 

Benzo(a)pyrene

0,010

μg/l

 

Boron

1,0

μg/l

 

Bromate

10

μg/l

Nota 2

Kadmju

5,0

μg/l

 

Kromju

50

μg/l

 

Ramm

2,0

μg/l

Nota 3

Cyanide

50

μg/l

 

1,2-dichloroethane

3,0

μg/l

 

Epichlorohydrin

0,10

μg/l

Nota 1

Fluroide

1,5

μg/l

 

Ċomb

10

μg/l

Noti 3 u 4

Merkurju

1,0

μg/l

 

Nickel

20

μg/l

Nota 3

Nitrate

50

μg/l

Nota 5

Nitrite

0,50

μg/l

Nota 5

Pestiċidi

0,10

μg/l

Noti 6 u 7

Pestiċidi—Total

0,50

μg/l

Noti 6 u 8

Hydrocarbons poliċikliċi aromatici

0,10

μg/l

Total ta' konentrazzjonijiet tal-kimiċi speċifikati; Nota 9

Selenju

10

μg/l

 

Tetrachloroethene u Trichloroethane

10

μg/l

Total tal-konċentrazzjonijiet tal-parametri speċifikati

Trihalomethanes —Totali

100

μg/l

Total tal-konċentrazzjonijiet tal-kimiċi speċifikati; Nota 10

Vinyl chloride

0,50

μg/l

Nota 1

Nota 1:

Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomer li jibqa' fl-ilma kif kalkulat skond id-dettalji tal-massimu li jiġi rilaxxat mill-polymer korrispondenti hekk kif dan jiġi f'kuntatt ma' l-ilma.

Note 2:

Fejn ikun possibli, mingħajr ma tiġi kompromessa d-dinżinfettazzjoni, l-Istati Membri għandhom jimmiraw għal valur iktar baxx.

Nota 3:

Il-valur japplika għal kampjun ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem miksub minn metodu adegwat ta' teħid ta' kampjuni ( 13 ) mill-vit u meħud b'mod li jkun jirrappreżenta medja ta' kull gimgħa li jkunu ħadu l-konusmaturi. Fejn ikun il-każ, għandhom jintużaw metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' kontrolli b'mod armonizzat li għandhom jintagħżlu skond l-Artikolu 7(4). L-Istati Membri għandhom jikkonsidraw l-effetti li l-livelli massimi jista' jkollhom fuq is-saħħa umana.

Nota 4:

Għall-ilma msemmi fl-Artikolu 6(1)(a), (b) u (d), il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn 15-il sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-valur parametriku għaċ-ċomb minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva sa 15 il-sena wara id-dħul fis-seħħ huwa ta' 25 μg/l.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri kollha xierqa biex inaqqsu l-konċentrazzjoni taċ-ċomb fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kemm jista' jkun matul il-perjodu meħtieġ biex jintlaħaq il-valur parametriku.

Waqt li jimplimentaw il-miżuri biex jilħqu konformità ma' dak il-valur, l-Istat Membru għandhom progressivament jagħtu prijorità fejn hemm l-ogħla konċentrazzjonijiet taċ-ċomb f'ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Nota 5:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu mħarsa l-kondizzjonijiet li [nitrate]/50 + [nitrite]/3 ≤ 1, bil-parentesi kwadri juru l-konċentrazzjoni f'mg/1 għan-nitrate (NO3) u nitrite (NO2), u li jintlaħaq il-valur ta 0,10 mg/1 għan-nitrites f'ilma li jkun ġie trattat.

Nota 6:

“Pestiċidi” tfisser:

 insettiċidi organiċi,

 erbiċidi organiċi,

 fungiċidi organiċi,

 nematoċidi organiċi,

 akariċidi organiċi,

 algiċidi organiċi,

 rodentiċidi organiċi

 slimiċidi organiċi,

 prodotti relatati (inter alia, regolaturi tat-tkabbir)

u l-metaboliti relevanti tagħhom, prodotti ta' degradazzjoni u rejazzjoni.

Għandhom jiġu kontrollati biss dawk il-pestiċidi li x'aktarx jinstabu fi provvista partikolari.

Nota 7:

Il-valur parametriku japplika għal kull pestiċida individwali. Fil-kaz ta' aldrin, dieldrin, heptachlor u heptachlor epoxide il-valur parametriku huwa 0,030 μg/l.

Nota 8:

“Pestiċidi – Totali” tfisser it-total tal-pestiċidi individwali kollha misjuba u kwantifikati fil-proċedura ta' kontroll.

Nota 9:

Il-kimiċi speċifikati huma:

 benzo(b)fluoranthene,

 benzo(k)fluoranthene,

 benzo(ghi)perylene,

 indeno(1,2,3-cd)pyrene.

Nota 10:

Fejn hu possibli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfettazzjoni, l-Istati Membri għandom jippruvaw jilħqu livell iktar baxx.

Il-kimiċi speċifikati huma: chloroform, bromoform, dibromochloromethane, bromodichloromethane.

Għall-ilma msemmi fl-Artikolu 6(1)(a), (b) u (d) il-valur għandu jintlaħaq mhux aktar tard minn 10 snin wara id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-valur parametriku għat-THM totali minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva sa 10 snin wara id-dħul tagħha fis-seħħ huwa ta' 150 μg/l.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri kollha xierqa biex inaqqsu l-konċentrazzjoni ta' THMs f'ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kemm jista' jkun matul il-perjodu meħtieġ biex tintlaħaq konformità mal-valur parametriku.

Waqt li jimplimentaw il-miżuri biex jilħqu dan il-valur, l-Istati Membri għandhom progressivament jagħtu prijorità lil dawk iż-żoni fejn hemm l-ogħla konċentrazzjoni ta' THM f'ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

PARTI Ċ

Parametri Indikaturi



Parametru

Valur Parametriku

Unit

Noti

Aluminju

200

μg/l

 

Ammonju

0,5

mg/l

 

Chloride

250

mg/l

Nota 1

Clostridium perfringens (l-ispori inklużi)

0

numru/100 ml

Nota 2

Kulur

Aċċettabli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali

 

 

Konduttività

2 500

μS/cm-1 kull 20 °C

Nota 1

Konċentrazzjoni ta' l-ions ta' l-Idroġenu

≥ 6,5 u ≤ 9,5

pH uniti

Noti 1 u 3

Ħadid

200

μg/l

 

Manganese

50

μg/l

 

Riħa

Aċċettabli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali

 

 

Ossidazzjonabilità

5,0

mg/l O2

Nota 4

Sulphate

250

mg/l

Nota 1

Sodju

200

mg/l

 

Togħma

Aċċettabli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali

 

 

Colony count 22 o

L-ebda bidla mhux normali

 

 

Battirja coliform

0

numru/100 ml

Nota 5

Karbonju organiku totali (TOC)

L-ebda bidla mhux normali

 

Nota 6

Turbidità

Aċċettabli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali

 

Nota 7



RADIOATTIVITÀ

Parametru

Valur Parametriku

Unit

Noti

Tritium

100

Bq/l

Noti 8 u 10

Doża indikattiva totali

0,10

mSv/sena

Noti 9 u 10

▼M3




ANNESS II

MONITORAĠĠ

PARTI A

L-għanijiet ġenerali u l-programmi ta' monitoraġġ għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

1. Il-programmi ta' monitoraġġ għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem iridu:

(a) jivverifikaw li l-miżuri fis-seħħ għall-kontroll tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem matul il-katina tal-provvista tal-ilma mill-baċir tal-iskular permezz tal-astrazzjoni, it-trattament u l-ħżin sad-distribuzzjoni qed jaħdmu b'mod effettiv u li l-ilma fil-punt tal-konformità jkun tajjeb u nadif;

(b) jagħtu informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma fornut għall-kunsum mill-bniedem biex juru li l-obbligi stipulati fl-Artikoli 4 u 5, u li l-valuri parametriċi stabbiliti fl-Anness I, huma ssodisfati;

(c) jidentifikaw l-aktar mezzi xierqa biex jitnaqqas ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem.

2. Skont l-Artikolu 7(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programmi ta' monitoraġġ konformi mal-parametri u l-frekwenzi stipulati fil-Parti B ta' dan l-Anness li jikkonsistu minn dawn li ġejjin:

(a) ġbir u analiżi ta' kampjuni diskreti tal-ilma; jew

(b) kejl irreġistrat permezz ta' proċess kontinwu ta' monitoraġġ.

Barra minn hekk, il-programmi ta' monitoraġġ jistgħu jikkonsistu minn:

(a) spezzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet tal-funzjonalità u l-manteniment tal-istatus tal-apparat; u/jew

(b) spezzjonijiet tal-baċir tal-iskular, l-astrazzjoni tal-ilma, it-trattament, il-ħżin u l-infrastruttura tad-distribuzzjoni.

3. Il-programmi ta' monitoraġġ jistgħu jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju kif stipulat fil-Parti C.

4. L-Istati Membri għandhom ikunu żguri li l-programmi ta' monitoraġġ jiġu riveduti fuq bażi kontinwa u aġġornati jew ikkonfermati mill-ġdid tal-anqas kull ħames snin.

PARTI B

Parametri u frekwenzi

1.    Qafas ġenerali

Il-programm ta' monitoraġġ irid jikkunsidra l-parametri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, inkluż dawk li huma importanti għall-valutazzjoni tal-impatt tas-sistemi ta' distribuzzjoni domestika dwar il-kwalità tal-ilma fil-punt ta' konformità, kif stipulat fl-Artikolu 6(1). Fl-għażla tal-parametri xierqa għall-monitoraġġ, għandhom jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet lokali għal kull sistema ta' forniment tal-ilma.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parametri elenkati fil-punt 2 jiġu ssorveljati bil-frekwenzi tal-kampjunar rilevanti kif stipulat fil-punt 3.

2.    Lista ta' parametri

Parametri Grupp A

Il-parametri li ġejjin (il-Grupp A) għandhom jiġu ssorveljati skont il-frekwenzi ta' monitoraġġ kif stipulat fil-Tabella 1 tal-punt 3:

(a)  Escherichia coli (E. coli), batterji koliformi, l-għadd tal-kolonji f'temperatura ta' 22 °C, kulur, turbidità, togħma, riħa, pH, konduttività;

(b) parametri oħra identifikati bħala rilevanti fil-programm ta' monitoraġġ, skont l-Artikolu 5(3) u, fejn rilevanti, permezz ta' valutazzjoni tar-riskju kif stipulat fil-Parti C.

Dawn il-parametri għandhom jiżdiedu mal-Grupp A tal-Parametri, skont ċirkostanzi speċifiċi:

(a) ammonju u nitrit, jekk tintuża l-kloraminazzjoni;

(b) aluminju u ħadid, jekk jintużaw bħala kimiki għat-trattament tal-ilma.

Parametri Grupp B

Biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-valuri parametriċi kollha stipulati f'din id-Direttiva, il-parametri l-oħra kollha li mhumiex analizzati taħt il-Grupp A u stipulati skont l-Artikolu 5 għandhom jiġu sorveljati tal-anqas fil-frekwenzi stipulati fit-Tabella 1 tal-punt 3.

3.    Il-frekwenza tal-kampjunar



Tabella 1

Il-frekwenza minima tal-kampjunar u l-analiżi tal-monitoraġġ tal-konformità

Volum ta' ilma mqassam jew prodott għal kull ġurnata f'żona ta' forniment

(Ara n-Noti 1 u 2)

m3

Parametri Grupp A

għadd ta' kampjuni kull sena

(Ara n-Nota 3)

Parametri Grupp B

għadd ta' kampjuni kull sena

 

≤ 100

> 0

(Ara n-Nota 4)

> 0

(Ara n-Nota 4)

> 100

≤ 1 000

4

1

> 1 000

≤ 10 000

4

+ 3

għal kull 1 000 m3/d u parti mill-volum totali

1

+ 1

għal kull 4 500 m3/d u parti mill-volum totali

> 10 000

≤ 100 000

3

+ 1

għal kull 10 000 m3/d u parti mill-volum totali

> 100 000

 

12

+ 1

għal kull 25 000 m3/d u parti mill-volum totali

Nota 1:  Żona ta' forniment hija żona ġeografika identifikata li tforni ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minn sors wieħed jew aktar u li l-kwalità tal-ilma tagħha tista' titqies li hi bejn wieħed u ieħor l-istess.

Nota 2:  Il-volumi huma kalkulati bħala medji għal sena kalendarja. Jista' jintuża l-għadd ta' abitanti f'żona ta' forniment minflok il-volum ta' ilma biex tiġi ddeterminata l-frekwenza minima, meta wieħed jassumi l-konsum ta' ilma bħala 200 l/(ġurnata*capita).

Nota 3:  Il-frekwenza indikata hija kkalkulata kif ġej: eż. 4 300 m3/d = 16-il kampjun (erbgħa għall-ewwel 1 000 m3/d + 12 għat-3 300 m3/d addizzjonali).

Nota 4:  L-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw fornimenti individwali skont l-Artikolu 3(2)(b) ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw dawn il-frekwenzi biss għaż-żoni ta' forniment li jqassmu bejn 10 u 100m3 kuljum.

PARTI C

Valutazzjoni tar-riskju

1. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw il-possibbiltà ta' deroga mill-frekwenzi tal-parametri u tal-kampjunar fil-Parti B, sakemm il-valutazzjoni tar-riskju ssir skont din il-Parti.

2. Il-valutazzjoni tar-riskju li hemm referenza għaliha fil-punt 1 għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ġenerali tal-valutazzjoni tar-riskju stabbilita b'rabta mal-istandards internazzjonali bħall-istandard EN 15975-2 dwar “il-linji gwida dwar il-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżi għas-sigurtà tal-forniment tal-ilma tax-xorb”.

3. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ stabbiliti bit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1), u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) għal korpi tal-ilma identifikati skont l-Artikolu 7(1) li jfornu medja ta' aktar minn 100m3 kuljum, skont l-Anness V ta' dik id-Direttiva.

4. Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, il-lista tal-parametri fil-punt 2 tal-Parti B għandha tiġi estiża u/jew il-frekwenzi tal-kampjunar fil-punt 3 tal-Parti B jiżdiedu, fejn hija ssodisfata xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a) il-lista tal-parametri jew tal-frekwenzi stipulata f'dan l-Anness mhijiex biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-obbligi imposti skont l-Artikolu 7(1);

(b) huwa meħtieġ monitoraġġ addizzjonali għall-fini tal-Artikolu 7(6);

(c) huwa meħtieġ li jingħataw l-assigurazzjonijiet stipulati fil-punt (1)(a) tal-Parti A.

5. Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, il-lista tal-parametri stipulata fil-punt 2 tal-Parti B u l-frekwenzi tal-kampjunar stipulati fil-punt 3 tal-Parti B jistgħu jitnaqqsu sakemm jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

(a) tkun xi tkun iċ-ċirkostanza, il-frekwenza tal-kampjunar għal E. coli ma għandhiex titnaqqas aktar minn dik stipulata fil-punt 3 tal-Parti B;

(b) għall-parametri l-oħra kollha:

(i) il-post u l-frekwenza tal-kampjunar għandhom jiġu ddeterminati b'rabta mal-oriġini tal-parametri, kif ukoll mal-varjabbiltà u x-xejra fuq termini twal tal-konċentrazzjoni tagħhom, fid-dawl tal-Artikolu 6;

(ii) biex titnaqqas il-frekwenza minima tal-kampjunar ta' parametru, kif stipulat fil-punt 3 tal-Parti B, ir-riżultati miksuba mill-kampjuni miġbura f'intervalli regolari fuq perjodu ta' mill-anqas tliet snin minn rapreżentazzjoni ta' punti ta' kampjunar miż-żona kollha ta' forniment, għandhom ikunu anqas minn 60 % tal-valur parametriku;

(iii) biex jitneħħa parametru mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu ssorveljati, kif stipulat fil-punt 2 tal-Parti B, ir-riżultati miksuba mill-kampjuni miġbura f'intervalli regolari fuq perjodu ta' mill-anqas tliet snin minn rapreżentazzjoni ta' punti ta' kampjunar miż-żona kollha ta' forniment, għandhom ikunu anqas minn 30 % tal-valur parametriku;

(iv) it-tneħħija ta' xi parametru partikolari stipulat fil-punt 2 tal-Parti B mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu ssorveljati, għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju, sostnuta mir-riżultati tal-monitoraġġ tas-sorsi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u għandha tikkonferma li s-saħħa tal-bniedem hija protetta minn kull effett ħażin ta' kontaminazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, kif stipulat fl-Artikolu 1;

(v) il-frekwenza tal-kampjunar tista' titnaqqas jew parametru jista' jitneħħa mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu ssorveljati kif stipulat fil-punti (ii) u (iii) biss jekk il-valutazzjoni tar-riskju tikkonferma li ma jista' jiġi antiċipat l-ebda fattur li jista' jikkawża deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) l-valutazzjonijiet tar-riskju jkunu approvati mill-awtorità kompetenti rilevanti tagħhom; u

(b) l-informazzjoni li tkun disponibbli turi li twettqet valutazzjoni tar-riskju, flimkien ma' sommarju tar-riżultati tagħha.

PARTI D

Il-metodi u l-punti tal-kampjunar

1. Il-punti tal-kampjunar għandhom jintgħażlu b'mod li jassiguraw il-konformità mal-punti ta' konformità kif definit fl-Artikolu 6(1). F'każ ta' netwerk ta' distribuzzjoni, Stat Membru jista' jieħu kampjuni fiż-żona ta' forniment jew mix-xogħlijiet ta' trattament għal parametri partikolari jekk ikun jista' jintwera li mhux se jkun hemm l-ebda bidla negattiva għall-valur imkejjel tal-parametri kkonċernati. Sa fejn huwa possibbli, l-għadd ta' kampjuni għandu jitqassam ugwalment kemm fil-ħin kif ukoll fil-post.

2. Il-kampjunar fil-punt ta' konformità għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti:

(a) il-kampjuni tal-konformità għal ċerti parametri kimiċi (b'mod partikolari, iċ-ċomb u n-nikil) għandhom jittieħdu mill-vitin tal-konsumaturi mingħajr ifflaxxjar minn qabel. Għandu jittieħed kampjun aleatorju b'volum ta' litru matul il-ġurnata. Bħala alternattiva, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodi ta' żmien fiss ta' staġnar li jirriflettu s-sitwazzjonijiet nazzjonali tagħhom, sakemm fil-livell taż-żona ta' forniment, dan ma jirriżultax f'każijiet anqas ta' nuqqas ta' konformità minn meta jintuża l-metodu aleatorju ta' matul il-ġurnata;

(b) il-kampjuni ta' konformità għall-parametri mikrobijoloġiċi fil-punt ta' konformità għandhom jittieħdu u jiġu mmaniġjati skont EN ISO 19458, l-iskop B tal-kampjunar.

3. Il-kampjunar fin-netwerk ta' distribuzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-kampjunar fil-vitin tal-konsumaturi, għandu jkun skont ISO 5667-5. Għall-parametri mikrobijoloġiċi, il-kampjunar fin-netwerk ta' distribuzzjoni għandu jittieħed u jiġi mmaniġjat skont EN ISO 19458, l-iskop A tal-kampjunar.

▼B




ANNESS III

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ANALIŻI TA' PARAMETRI

▼M3

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi ta' analiżi użati għall-finijiet ta' monitoraġġ u demostrazzjoni tal-konformità ma' din id-Direttiva huma vvalidati u ddokumentati skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li laboratorji jew partijiet ikkuntrattati ma' laboratorji japplikaw prattiki ta' sistema ta' ġestjoni ta' kwalità skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali.

Fin-nuqqas ta' metodu analitiku li jissodisfa l-kriterji tal-prestazzjoni minima stipulati fil-Parti B, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ isir bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli iżda li ma joħolqux spejjeż eċċessivi.

PARTI A

Parametri mikrobijoloġiċi b'metodi tal-analiżi speċifikati għalihom

▼M2

Dawn il-prinċipji għal metodi ta’ parametri mikrobijoloġiċi huma mogħtija jew għar-referenza kull meta jingħata metodu CEN/ISO, jew bħala gwida, skont jekk fil-ġejjieni jiġux adottati mill-Kummissjoni aktar metodi internazzjonali CEN/ISO għal dawk il-parametri. L-Istati Membri jistgħu jużaw metodi oħra, sakemm jiġu mħarsa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(5).

Dawk il-miżuri dwar iktar metodi internazzjonali CEN/ISO, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

▼M3

Il-metodi għall-parametri mikrobijoloġiċi huma:

(a)  Escherichia coli (E. coli) u batterja koliformi (EN ISO 9308-1 jew EN ISO 9308-2)

(b)  Enterococci (EN ISO 7899-2)

(c)  Pseudomonas aeruginosa (EN ISO 16266)

(d) enumerazzjoni ta' mikroorganiżmi li jistgħu jitkabbru — l-għadd tal-kolonji f'temperatura ta' 22 °C (EN ISO 6222)

(e) enumerazzjoni ta' mikroorganiżmi li jistgħu jitkabbru — l-għadd tal-kolonji f'temperatura ta' 36 °C (EN ISO 6222)

(f)  Clostridium perfringens inklużi l-ispori (EN ISO 14189).

PARTI B

Parametri kimiċi, noti relatati u indikaturi b'karatteristiċi tal-prestazzjoni speċifikati għalihom

1.    Parametri kimiċi u tal-indikaturi

Għall-parametri stipulati fit-Tabella 1, il-karatteristiċi tal-prestazzjoni speċifikata huma li l-metodu tal-analiżi użat għandu, bħala minimu, ikun kapaċi jkejjel il-konċentrazzjonijiet daqs il-valur parametriku b'limitu ta' kwantifikazzjoni, kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE ( 15 ), ta' 30 % jew anqas tal-valur parametriku u inċertezza tal-kejl kif speċifikat fit-Tabella 1. Ir-riżultat għandu jiġi espress bl-użu ta' mill-anqas l-istess għadd ta' cifri sinifikanti bħal dak tal-valur parametriku kkunsidrat fil-Partijiet B u C tal-Anness I.

Sal-31 ta' Diċembru 2019, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta' “eżattezza”, “preċiżjoni” u “limitu ta' tkixxif” kif speċifikat fit-Tabella 2, bħala sett alternattiv ta' karatteristiċi ta' prestazzjoni minflok “limitu ta' kwantifikazzjoni” u “inċertezza tal-kejl” speċifikati rispettivament, fl-ewwel paragrafu u fit-Tabella 1.

L-inċertezza tal-kejl stabbilita fit-Tabella 1 ma għandhiex tintuża bħala tolleranza addizzjonali mal-valuri parametriċi stipulati fl-Anness I



Tabella 1

Karatteristiċi minimi tal-prestazzjoni “Inċertezza tal-kejl”

Parametri

Inċertezzi tal-kejl

(Ara n-Nota 1)

% tal-valur parametriku (barra l-pH)

Noti

Aluminju

25

 

Ammonju

40

 

Antimonju

40

 

Arseniku

30

 

Benżo(a)piren

50

Ara n-Nota 5

Benżen

40

 

Boron

25

 

Bromat

40

 

Kadmju

25

 

Klorur

15

 

Kromju

30

 

Konduttività

20

 

Ram

25

 

Ċjanur

30

Ara n-Nota 6

1,2-dikloroetan

40

 

Fluworur

20

 

Konċentrazzjoni ta' pH b'joni ta' idroġenu (espressi f'unitajiet ta' pH)

0,2

Ara n-Nota 7

Ħadid

30

 

Ċomb

25

 

Manganiż

30

 

Merkurju

30

 

Nikil

25

 

Nitrat

15

 

Nitrit

20

 

Ossidabbiltà

50

Ara n-Nota 8

Pestiċidi

30

Ara n-Nota 9

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

50

Ara n-Nota 10

Selenju

40

 

Sodju

15

 

Sulfat

15

 

Tetrakloroeten

30

Ara n-Nota 11

Trikloroetilen

40

Ara n-Nota 11

Trialometani — total

40

Ara n-Nota 10

Karbonju organiku totali (TOC)

30

Ara n-Nota 12

Turbidità

30

Ara n-Nota 13

Akrilammid, epikloroidrin u klorur tal-vinil li għandhom jiġu kkontrollati mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott.



Tabella 2

Karatteristiċi minimi ta' prestazzjoni “Eżattezza”, “Preċiżjoni” u “Limitu ta' tkixxif” — jistgħu jintużaw sal-31 ta' Diċembru 2019

Parametri

Eżattezza

(Ara n-Nota 2)

% tal-valur parametriku (barra l-pH)

Preċiżjoni

(Ara n-Nota 3)

% tal-valur parametriku (barra l-pH)

Limitu ta' tkixxif

(Ara n-Nota 4)

% tal-valur parametriku (barra l-pH)

Noti

Aluminju

10

10

10

 

Ammonju

10

10

10

 

Antimonju

25

25

25

 

Arseniku

10

10

10

 

Benżo(a)piren

25

25

25

 

Benżen

25

25

25

 

Boron

10

10

10

 

Bromat

25

25

25

 

Kadmju

10

10

10

 

Klorur

10

10

10

 

Kromju

10

10

10

 

Konduttività

10

10

10

 

Ram

10

10

10

 

Ċjanur

10

10

10

Ara n-Nota 6

1,2-dikloroetan

25

25

10

 

Fluworur

10

10

10

 

Konċentrazzjoni ta' pH b'joni ta' idroġenu (espressi f'unitajiet ta' pH)

0,2

0,2

 

Ara n-Nota 7

Ħadid

10

10

10

 

Ċomb

10

10

10

 

Manganiż

10

10

10

 

Merkurju

20

10

20

 

Nikil

10

10

10

 

Nitrat

10

10

10

 

Nitrit

10

10

10

 

Ossidabbiltà

25

25

10

Ara n-Nota 8

Pestiċidi

25

25

25

Ara n-Nota 9

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

25

25

25

Ara n-Nota 10

Selenju

10

10

10

 

Sodju

10

10

10

 

Sulfat

10

10

10

 

Tetrakloroeten

25

25

10

Ara n-Nota 11

Trikloroetilen

25

25

10

Ara n-Nota 11

Trialometani — total

25

25

10

Ara n-Nota 10

Turbidità

25

25

25

 

Akrilammid, epikloroidrin u klorur tal-vinil li għandhom jiġu kkontrollati mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

2.    Noti għat-Tabelli 1 u 2



Nota 1

L-inċertezza tal-kejl hija parametru mhux negattiv li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri ta' kwantità attribwiti għal mikjel u bbażat fuq l-informazzjoni li ntużat. Il-kriterju tal-prestazzjoni għall-kejl tal-inċertezza (k = 2) huwa l-persentaġġ tal-valur parametriku msemmi fit-tabella jew aħjar. Il-kejl tal-inċertezza għandu jiġi kkalkulat fil-livell tal-valur parametriku, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

Nota 2

L-eżattezza hija kejl ta' żball sistematiku, jiġifieri d-differenza bejn il-valur medju tal-għadd kbir ta' kejl ripetut u l-valur veru. Aktar speċifikazzjonijiet huma dawk stipulati f'ISO 5725.

Nota 3

Il-Preċiżjoni hija kejl ta' żball aleatorju u normalment espressa bhala d-devjazzjoni standard (fi ħdan u bejn lottijiet) tal-firxa ta' riżultati mill-valur medju. Preċiżjoni aċċettabli hija d-doppju tad-devjazzjoni standard relattiva. Dan it-terminu huwa mfisser f'aktar dettall f'ISO 5725.

Nota 4

Il-limitu ta' detezzjoni huwa jew:

— tliet darbiet id-devjazzjoni standard f'lott ta' kampjun naturali li fih konċentrazzjoni baxxa tal-parametru; jew

— ħames darbiet id-devjazzjoni standard ta' kampjun vojt (f'lott).

Nota 5

Jekk il-valur tal-inċertezza tal-kejl ma jistax jiġi ssodisfat, għandha tingħażel l-aħjar teknika disponibbli (sa 60 %).

Nota 6

Il-metodu għandu jistabilixxi t-total ta' ċjanur fil-forom kollha.

Nota 7

Il-valuri tal-eżattezza, il-preċiżjoni u l-inċertezza tal-kejl huma espressi f'unitajiet ta' pH.

Nota 8

Metodu ta' referenza: EN ISO 8467

Nota 9

Il-karatteristiċi tal-prestazzjoni għal pestiċidi individwali jingħataw bħala indikazzjoni. Jistgħu jinkisbu valuri tal-inċertezza tal-kejl baxxi (30 %) għal diversi pestiċidi, jistgħu jiġu permessi valuri għolja (sa 80 %) għal għadd ta' pestiċidi.

Nota 10

Il-karatteristiċi ta' prestazzjoni japplikaw għal sustanzi individwali speċifikati f'25 % tal-valur parametriku fil-Parti B tal-Anness I.

Nota 11

Il-karatteristiċi ta' prestazzjoni japplikaw għal sustanzi individwali speċifikati f'50 % tal-valur parametriku fil-Parti B tal-Anness I.

Nota 12

L-inċertezza tal-kejl għandha tiġi kkalkulata fil-livell ta' 3 mg/l tat-total ta' karbojnu organiku (TOC). Għandhom jintużaw il-linji gwida CEN 1484 għad-determinazzjoni tat-TOC u tal-karbojnu organiku dissolt (DOC).

Nota 13

L-inċertezza tal-kejl għandha tiġi kkalkulata fil-livell ta' 1,0 NTU (unitajiet ta' turbidità nefelometrika) skont l-EN ISO 7027.

▼M3 —————

▼B




ANNESS IV



L-AĦĦAR DATI PERMESSI GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI U GĦALL-APPLIKAZZJONI

Direttiva 80/778/KEE

Trasposizzjoni: tas-17.7.1982

Applikazzjoni: tas-17.7.1985

L-Istati Membri kollha ħlief Spanja, il-Portugall u l-Lander ġdida tal-Ġermanja

Direttiva 81/858/KEE

(Tibdil minħabba d-dħul tal-Greċja)

Att tad-dħul ta' Spanja u l-Portugall



Spanja:

trasposizzjoni ta' l

1.1.1986

applikazzjoni ta' l

1.1.1986

Portugall:

trasposizzjoni ta'l

1.1.1986

applikazzjoni ta' l

1.1.1989

Direttiva 90/656/KEE għal-Lander il-ġdida tal-Ġermanja

Att tad-dħul ta' l-Awstrija, il-Fillanda u l-Isvezja



Awstrija:

trasposizzjoni ta' l

1.1.1995

applikazzjoni ta' l

1.1.1995

Fillanda:

trasportazzjoni ta' l

1.1.1995

applikazzjoni ta' l

1.1.1995

Svezja:

trasportazzjoni ta' l

1.1.1995

applikazzjoni ta' l

1.1.1995

Direttiva 91/692/KEE

L-Artikoli 1 sa 14

 

 

Applikazzjoni tal-31.12.1995

 

 

Artikolu 15

Emendat b'effett mill-1.1.1981

Emendat b'effett mill-1.1.1986

 

Emendat b'effett mill-1.1.1995

 

Artikolu 16

 

 

 

 

 

Artikolu 17

 

 

 

 

L-Artikolu 17(a) infilzat

Artikolu 18

 

 

 

 

 

Artikolu 19

 

Emendat

Emendat

 

 

Artikolu 20

 

 

 

 

 

Artikolu 21

 

 

 

 

 




ANNESS V



TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva

Direttiva 80/778/KEE

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(2)

-

L-Artikolu 2(1)

(a) u (b)

Artikolu 2

L-Artikolu 2(2)

-

L-Artikolu 3(1)

(a) u (b)

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 3(2)

(a) u (b)

-

L-Artikolu 3(3)

-

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 7(6)

L-Artikolu 4(2)

Artikolu 11

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 5(2) l-ewwel sentenza

L-Artikolu 7(3)

L-Artikolu 5(2) it-tieni sentenza

-

L-Artikolu 5(3)

-

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 12(2)

L-Artikolu 6(2) sa (3)

-

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 7(2)

-

L-Artikolu 7(3)

L-Artikolu 12(3)

L-Artikolu 7(4)

-

L-Artikolu 7(5)

L-Artikolu 12(5)

L-Artikolu 7(6)

-

Artikolu 8

-

L-Artikolu 9(1)

L-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 9(2) sa (6)

-

L-Artikolu 9(7)

L-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(3)

L-Artikolu 9(8)

-

Artikolu 10

Artikolu 8

L-Artikolu 11(1)

-

L-Artikolu 11(2)

Artikolu 13

L-Artikolu 12(1)

Artikolu 14

L-Artikolu 12(2) u (3)

Artikolu 15

L-Artikolu 13(1)

-

L-Artikolu 13(2) sa (5)

L-Artikolu 17(a) (infilzat bid-Direttiva 91/692/KEE)

Artikolu 14

Artikolu 19

Artikolu 15

Artikolu 20

Artikolu 16

-

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

-

Artikolu 19

Artikolu 21



( 1 ) ĠU C 131, tat-30.5.1995, p. 5 u

ĠU C 213, tal-15.7.1997, p. 8.

( 2 ) ĠU C 82, tad-19.3.1996, p. 64.

( 3 ) ĠU C 100, tat-2.4.1996, p. 134.

( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 1996 (ĠU C 20., ta' l-20.1.1997, p. 133), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1997 (ĠU C 91, tas-26.3.1998,p.1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 1998 (ĠU C 167, ta' l-1.6.1998, p. 92).

( 5 ) ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Aċċessjoni ta' l-1994.

( 6 ) ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 96/68/EC (ĠU L 277, tat-30.10.1996, p. 25).

( 7 ) ĠU L 123, ta' l-24.4.1998, p. 1.

( 8 ) ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 96//70/KE (ĠU L 299, tat-23.11.1996, p. 26).

( 9 ) ĠU C 22 tad-9.2.1965, p. 369. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 93/39/KEE (ĠU L 214, ta' l-24.8.1993, p. 22).

( 10 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1).

( 11 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

( 12 ) ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 56.

( 13 ) Għandu jiżdied skond ir-riżultat ta' l-istudju li għaddej bħalissa.

( 14 ) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

( 15 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta' Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36).