01998L0070 — MT — 24.12.2018 — 008.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA 98/70/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Ottubru 1998

dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE

(ĠU L 350 28.12.1998, p. 58)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2000/71/KE Test b'relevanza għaż-ŻEE tas-7 ta' Novembru 2000

  L 287

46

14.11.2000

►M2

ID-DIRETTIVA 2003/17/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-3 ta’ Marzu 2003

  L 76

10

22.3.2003

 M3

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M4

DIRETTIVA 2009/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-23 ta’ April 2009

  L 140

88

5.6.2009

►M5

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/63/UE tal-1 ta’ Ġunju 2011

  L 147

15

2.6.2011

►M6

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/77/UE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-10 ta' Ġunju 2014

  L 170

62

11.6.2014

►M7

DIRETTIVA (UE) 2015/1513 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tad-9 ta' Settembru 2015

  L 239

1

15.9.2015

►M8

REGOLAMENT (UE) 2018/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2018

  L 328

1

21.12.2018


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 116, 7.5.2015, p.  25 (2009/30/KE)




▼B

ID-DIRETTIVA 98/70/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Ottubru 1998

dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE



▼M4

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi, fir-rigward tal-vetturi tat-triq, u makkinarju mobbli li mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni meta ma jkunux fil-baħar), tratturi tal-biedja u tal-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni meta ma jkunux fil-baħar:

▼C1

(a) speċifikazzjonijiet tekniċi minħabba raġunijiet ambjentali u ta' saħħa għal karburanti biex jintużaw għal magni “positive ignition” u magni “compression ignition”, waqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tekniċi ta' dawn il-magni; u

▼M4

(b) mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja.

▼M2

L-Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

1. “petrol” ifisser kull żejt minerali volatili maħsub għall-operat tal-magni tal-kombustjoni interna positive ignition għall-propulsjoni tal-vetturi li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 2710 11 41 , 2710 11 45 , 2710 11 49 , 2710 11 51 u 2710 11 59  ( 1 );

2. “karburanti tad-diżil” ifissru ż-żjut tal-gass li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 2710 19 41  (1)  u jiġu wżati għall-vetturi li jimxu bil-qawwa tagħhom infushom kif riferiti fid-Direttiva 70/220/KEE u d-Direttiva 88/77/KEE;

▼M4

3. “żjut tal-gass maħsuba biex jintużaw minn makkinarju mobbli li mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni), tratturi tal-biedja u l-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni” tfisser kwalunkwe likwidu li ġej miż-żejt, li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2710 19 41 u 2710 19 45  ( 2 ), maħsub għall-użu f’magni “compression ignition” imsemmija fid-Direttivi 94/25/KE ( 3 ), 97/68/KE ( 4 ) u 2000/25/KE) ( 5 );

▼M2

4. “reġjuni l-iktar il barra”; ifissru Franza rigward id-Dipartimenti Franċiżi lil hemm mill-baħar, il-Portugall rigward l-Azores u Madeira, u Spanja rigward il-Ġżejjer Kanarji;

▼M4

5. “Stati Membri b’temperaturi baxxi ambjentali fis-sajf” tfisser id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit;

6. “emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja” tfisser l-emissjonijiet netti kollha ta’ CO2, CH4 u N2O li jistgħu jkunu assenjati lill-karburant (inklużi l-komponenti mħallta) jew lill-enerġija fornuta. Dan jinkludi l-istadji kollha rilevanti mill-estrazzjoni sal-kultivazzjoni, inklużi l-bidliet fl-użu tal-art, it-trasport u d-distribuzzjoni, l-ipproċessar u l-kombustjoni, irrispettivament minn fejn iseħħu dawk l-emissjonijiet;

7. “emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għal kull unità ta’ enerġija” tfisser il-massa totali ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra ekwivalenti għas-CO2, assoċjati mal-karburant jew l-enerġija fornuta, diviż bil-kontenut totali tal-enerġija tal-karburant jew tal-enerġija fornuta (għall-karburant, espress bħala l-valur baxx ta’ tisħin tiegħu);

8. “fornituri” tfisser l-entità responsabbli għall-passaġġ tal-karburant jew tal-enerġija permezz ta’ punt tad-dazju tas-sisa jew, jekk mhi dovuta l-ebda sisa, kwalunkwe entità oħra rilevanti nominata minn Stat Membru;

9. “bijokarburanti” għandha l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ( 6 );

▼M7

10. “karburanti rinnovabbli likwidi jew gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika” tfisser il-karburanti likwidi jew gassużi, għajr il-bijokarburanti li l-kontenut enerġetiku tagħhom joriġina minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli għajr il-bijomassa, u li jintużaw fit-trasport;

11. “għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu” tfisser għelejjel li jinkludu prinċipalment ċereali (irrispettivament minn jekk jintużawx biss il-qmuħ jew il-pjanta kollha bħal fil-każ ta' qamħirrun aħdar, tuberi u għelejjel tal-għeruq (bħal patata, artiċokks, patata ħelwa, kassava u jam), u għelejjel corm (bħal taro u cocoyam);

12. “bijokarburanti ta' riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art” tfisser bijokarburanti li l-materja prima tagħhom ġiet prodotta fi skemi li jnaqqsu l-ispostament tal-produzzjoni għal finijiet minbarra dawk ta' produzzjoni ta' bijokarburanti li ġew prodotti f'konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijokarburanti mniżżla fl-Artikolu 7b;

13. “residwu tal-ipproċessar” tfisser sustanza li mhijiex il-prodott(i) tal-aħħar li proċess ta' produzzjoni jkun maħsub li jipproduċi direttament; din mhijiex għan primarju tal-proċess ta' produzzjoni u l-proċess ma jkunx ġie mmodifikat apposta biex jipproduċiha;

14. “residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija” tfisser residwi li huma ġenerati direttament mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija; dawn ma jinkludux residwi minn industriji relatati jew minn ipproċessar relatat.

▼M4 —————

▼B

L-Artikolu 3

Petrol

1.  Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2000, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-bejgħ ta' petrol biċ-ċomb ġewwa t-territorju tagħhom.

▼M4

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-petrol jista’ jitqiegħed fis-suq ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk ikunu mħarsal-ispeċifikazzjonijiet ambjentali stabbiliti fl-Anness I.

Madankollu, rigward ir-reġjuni l-iktar imbiegħda, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex idaħħlu l-petrol b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif meħtieġ.

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-fornituri jiżguraw it-tqegħid fis-suq ta’ petrol b’kontenut massimu ta’ ossiġnu ta’ 2,7 % u b’kontenut massimu ta’ etanol ta’ 5 % sal-2013 u jistgħu jeħtieġu t-tqegħid fis-suq ta’ petrol bħal dan għal perijodu itwal jekk iqisu li dan ikun meħtieġ. Huma għandhom jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni xierqa lill-konsumaturi dwar il-kontenut ta’ bijokarburant fil-petrol u, b’mod partikolari, dwar l-użu xieraq tat-taħlitiet differenti ta’ petrol.

4.  L-Istati Membri b’temperatura ambjentali tas-sajf baxxa jistgħu, soġġett għall-paragrafu 5, jippermettu t-tqegħid fis-suq fil-perjodu tas-sajf ta’ petrol bi pressjoni massima tal-fwar ta’ 70 kPa.

L-Istati Membri fejn id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tapplikax jistgħu, bla ħsara għall-paragrafu 5, jippermettu t-tqegħid fis-suq matul il-perijodu tas-sajf ta’ petrol li jkun fih l-etanol bi pressjoni massima tal-fwar ta’ 60 kPa kif ukoll ir-rinunzja permessa tal-pressjoni tal-fwar speċifikata fl-Anness III, bil-kondizzjoni li l-etanol użat ikun bijokarburant.

5.  Fejn l-Istati Membri jkunu jixtiequ japplikaw xi waħda mid-derogi previsti fil-paragrafu 4, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u jgħaddu kull informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pożittività u t-tul ta’ żmien tagħha, filwaqt li tqis:

(a) il-ħtieġa li jiġu evitati problemi soċjo-ekonomiċi li jirriżultaw minn pressjoni tal-fwar ogħla, inklużi l-ħtiġijiet ta’ adattament tekniku limitati fiż-żmien; u

(b) il-konsegwenzi ambjentali jew fuq is-saħħa tal-pressjoni ogħla mill-fwar u, b’mod partikolari, l-impatt fuq il-konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja, kemm fl-Istat Membru kkonċernat kif ukoll fi Stati Membri oħra.

Jekk l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni turi li d-deroga ser tirriżulta f’nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja jew it-tniġġis tal-arja, inklużi l-valuri ta’ limitu rilevanti u l-limiti massimi tal-emissjonijiet, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-valuri ta’ mira rilevanti.

Jekk il-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tkun irċeviet l-informazzjoni kollha rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat jista’ japplika d-deroga mitluba.

6.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ petrol biċ-ċomb, b’kontenut ta’ ċomb li ma jaqbiżx iż-0,15 g/l sa massimu ta’ 0,03 % mill-bejgħ totali, li jrid jintuża minn vetturi qodma ta’ natura karatteristika u li jrid jitqassam permezz ta’ gruppi ta’ interess speċjali.

▼M4 —————

▼M4

Artikolu 4

Karburant tad-diżil

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karburant tad-diżil jista’ jitqiegħed fis-suq ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk iħares l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Minkejja r-rekwiżiti tal-Anness II, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ diżil b’kontenut ta’ aċidu grass methyl ester (FAME) ta’ aktar minn 7 %.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata informazzjoni xierqa lill-konsumaturi rigward il-kontenut ta’ bijokarburant tal-karburant tad-diżil, b’mod partikolari l-FAME.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008, iż-żjut tal-gass maħsuba biex jintużaw minn makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-foresterija u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq fi ħdan it-territorju tagħhom biss jekk il-kontenut ta’ kubrit ta’ dawk iż-żjut tal-gass ma jaqbiżx l-1 000 mg/kg. Mill-1 ta’ Jannar 2011, il-kontenut massimu permissibbli ta’ kubrit f’dawn iż-żjut tal-gass għandu jkun ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karburanti likwidi barra minn dawk iż-żjut tal-gass jistgħu jintużaw f’bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni biss jekk il-kontenut ta’ kubrit f’dawn il-karburanti likwidi ma jaqbiżx il-kontenut massimu permissibbli ta’ dawk iż-żjut tal-gass.

Madankollu, sabiex tiġi akkomodata kontaminazzjoni minuri fil-katina tal-provvista, l-Istati Membri jistgħu, mill-1 ta’ Jannar 2011, jippermettu li żejt tal-gass maħsub biex jintuża minn makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi l-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-forestrija u minn dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, ikun fih sa 20 mg/kg ta’ kubrit fil-punt tal-aħħar distribuzzjoni għall-utenti finali. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll it-tqegħid fis-suq sal-31 ta’ Diċembru 2011 ta’ żejt tal-gass li jkun fih sa 1000 mg/kg ta’ kubrit għal vetturi ferrovjarji u tratturi agrikoli u tal-forestrija, bil-kondizzjoni li jkunu jistgħu jiżguraw li t-tħaddim xieraq tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet ma jiġix kompromess.

3.  Rigward ir-reġjuni l-iktar imbiegħda, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex idaħħlu l-karburant tad-diżil u ż-żejt tal-gass b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwarha.

4.  Għall-Istati Membri b’kondizzjonijiet xitwin ħorox, il-punt massimu tad-distillazzjoni ta’ 65 % f’temperatura ta’ 250 °C għall-karburanti tad-diżil u ż-żejt tal-gass jista’ jiġi mibdul b’punt massimu ta’ distillazzjoni ta’ 10 % (vol/vol) f’temperatura ta’ 180 °C.

▼B

L-Artikolu 5

Ċirkolazzjoni libera

L-ebda Stat Membru ma jista' jipprojbixxi, jirrestrinġi jew jipprevieni t-tqiegħid fis-suq ta' karburanti li jaqblu mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

Marketing ta' karburanti bi speċifikazzjonijiet ambjentali aktar stretti

▼M2

1.  Bħala deroga mill-Artikoli 2, 4 u 5 u skond l-Artikolu 95(10) tat-Trattat, Stat Membru jista’ jieħu miżuri sabiex jeħtieġ illi f’żoni speċifiċi, ġewwa t-territorju tiegħu, il-karburanti jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk jikkonformaw ma’ speċifikazzjoniet ambjenali iktar stretti minn dawk ipprovduti f’din id-Direttiva għall-flotta kollha tal-vetturi jew parti minnha bil-ħsieb li jippoteġi s-saħħa tal-popolazzjoni f’agglomerazzjoni speċifika jew l-ambjent f’żona speċifika sensittiva għall-ekoloġija jew l-ambjent f’dan l-Istat Membru, jekk t-tniġġis atmosferiku jew ta’ l-ilma tal-qiegħ jikkostitwixxi, jew jista’ jkun mistenni raġjonevolment li jikkostitwixxi, problema gravi u rikorrenti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.

▼B

2.  Stat Membru li jixtieq li juża deroga pprovduta fil-paragrafu 1 għandu jissottometti t-talba tiegħu bil-quddiem, inkluża il-ġustifikazzjoni għaliha, lill-Kummissjoni. Din il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi xhieda li d-deroga tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u li ma tħarbatx il-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija.

▼M2

3.  L-Istati Membri involuti għandhom jipprovdu lill-Kummissjon l-informazzjoni ambjentali rilevanti rigward l-agglomerazzjoni jew iż-żona fil-kwistjoni kif ukoll l-effetti mbassra rigward l-ambjent tal-miżuri proposti.

▼B

4.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.

5.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-kummenti tagħhom fuq it-talba u l-ġustifikazzjoni tagħha fi żmien xahrejn mid-data minn meta jingħata t-tagħrif mill-Kummissjoni.

6.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi t-talba ta' l-Istati Membri fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha l-Istati Membri jkunu taw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kummenti ta' l-Istati Membri u għandha tinnotifikhom bid-deċiżjoni tagħha u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess żmien.

▼M2 —————

▼B

L-Artikolu 7

Bidla fil-provvista ta' żjut mhux raffinati

Jekk, bħala riżultat ta' avvenimenti eċċezzjonali, bidla f'daqqa fil-provvista ta' żjut mhux raffinati jew prodotti petroliferi jagħmluha diffiċli għar-raffineriji fi Stat Membru li jirrispettaw il-ħtiġiet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-karburant ta' l-Artikoli 3 u 4, dak l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni, wara li tinforma lill-Istati Membri l-oħra, tista' tawtorizza valuri tal-limitu ogħla f'dak l-Istat Membru għall-komponent wieħed jew aktar tal-karburant għall-perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri u tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha.

Kull Stat Membru jista' jirriferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika tagħha.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn minn meta l-kwistjoni tkun riferita lilu.

▼M4

Artikolu 7a

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-fornitur jew il-fornituri responsabbli għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija mill-karburant u l-enerġija fornuta. Fil-każ tal-fornituri tal-elettriku għall-użu f’vetturi tat-toroq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-fornituri jkunu jistgħu jagħżlu li jsiru kontributuri għall-obbligu ta’ tnaqqis stabbilit fil-paragrafu 2 jekk ikunu jistgħu juru li jistgħu jkejlu u jimmonitorjaw b’mod adegwat l-elettriku fornut għall-użu f’dawk il-vetturi.

▼M7

Fil-każ ta' fornituri ta' bijokarburanti għall-użu fl-avjazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li dawn il-fornituri jagħżlu li jsiru kontributuri għall-obbligu ta' tnaqqis stabbilit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu sakemm dawk il-bijokarburanti jkunu konformi mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b.

▼M4

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, il-fornituri għandhom jirrapportaw kull sena, lill-awtorità nnominata mill-Istat Membru, dwar l-intensità tal-gass b’effett serra tal-karburant u l-enerġija pprovduta f’kull Stat Membru billi jagħtu, bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja:

▼M8

(a) il-volum totali tal-provvista ta' kull tip ta' karburant jew ta' enerġija; u

▼M4

(b) l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti jkunu soġġetti għal verifika.

Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun il-każ, tistabbilixxi linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

▼M8

2.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri jnaqqsu bl-iktar mod gradwali possibbli ċ-ċiklu ta' ħajja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għal kull unità ta' enerġija mill-provvista ta' karburant u ta' enerġija sa massimu ta' 10 % sal-31 ta' Diċembru 2020, meta mqabbel mal-istandard ta' referenza tal-karburant stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652. Dan it-tnaqqis għandu jikkonsisti fi:

▼M4

(a) 6 % sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-fornituri, għal dan it-tnaqqis, biex jikkonformaw mal-miri intermedji li ġejjin: 2 % sal-31 ta’ Diċembru 2014 u 4 % sal-31 ta’ Diċembru 2017;

(b) mira addizzjonali indikattiva ta’ 2 % sal-31 ta’ Diċembru 2020, soġġetti għall-Artikolu 9(1)(h), li għandha tintlaħaq permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin, jew it-tnejn li huma:

(i) il-forniment ta’ enerġija għat-trasport fornuta għall-użu fi kwalunkwe tip ta’ vettura tat-triq, makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni), tratturi tal-biedja jew tal-forestrija jew dgħajjes li jintuaw għar-rikreazzjoni;

(ii) l-użu ta’ kwalunkwe teknoloġija (fosthom il-qbid tal-karbonju u l-ħażna) li tkun kapaċi li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija mill-karburant jew l-enerġija fornuti;

(c) mira addizzjonali indikattiva ta’ 2 % sal-31 ta’ Diċembru 2020, soġġetta għall-Artikolu 9(1)(i), li għandha tintlaħaq permezz tal-użu ta’ krediti mixtrija permezz tal-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif tal-Protokoll ta’ Kjoto, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwwa l-Komunità ( 7 ), għal tnaqqis fis-settur tal-provvista tal-karburanti.

▼M7

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-kontribut massimu ta' bijokarburanti prodotti minn ċereali u minn għelejjel oħra b'kontenut għoli ta' lamtu, għelejjel taz-zokkor u taż-żejt u minn għelejjel oħra mkabbra bħala għelejjel ewlenin primarjament għal skopijiet ta' enerġija fuq art agrikola għall-fini ta' konformità mal-mira msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux jaqbeż il-kontribut massimu stabbilit fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE.

▼M4

3.  L-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-karburanti għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 7d. L-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja minn karburanti u enerġiji oħra għandhom ikunu kkalkulati bl-użu ta’ metodoloġija stabbilita f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li grupp ta’ fornituri jistgħu jagħżlu li jissodisfaw l-obbligi tat-tnaqqis skont il-paragrafu 2 flimkien. F’dan il-każ għandhom jitqiesu bħala fornitur wieħed għall-finijiet tal-paragrafu 2.

▼M7

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3) biex jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni uniformi, mill-Istati Membri, tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

▼M7

6.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017 sabiex jiġu stabbiliti valuri awtomatiċi tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, fejn dawn il-valuri ma jkunux diġà ġew stabbiliti qabel il-5 ta' Ottubru 2015, fir-rigward ta':

(a) karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika;

(b) il-qbid tal-karbonju u l-użu għal finijiet ta' trasport.

7.  Bħala parti mir-rapportar skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-karburanti jirrapportaw kull sena lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru, dwar il-mogħdijiet ta' produzzjoni tal-bijokarburanti, il-volumi ta' bijokarburanti derivati mill-materja prima kif kategorizzati fil-Parti A tal-Anness V, u l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għal kull unità ta' enerġija prodotta tul iċ-ċiklu tal-ħajja, inklużi l-valuri medji proviżorji tal-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art mill-bijokarburanti. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw din id-data lill-Kummissjoni.

▼M4

Artikolu 7b

Kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti

1.  Irrispettivament minn jekk il-materja prima kenitx ikkultivata ġewwa jew barra t-territorji tal-Komunità, l-enerġija mill-bijokarburanti għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet tal-Artikolu 7a biss jekk tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

Madankollu l-bijokarburanti prodotti mill-iskart u r-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akwakultura, is-sajd u l-foresterija, iridu jissodisfaw biss il-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu sabiex jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 7a.

▼M7

2.  It-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-użu ta' bijokarburanti meqjusin għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-anqas ta' 60 % għall-bijokarburanti prodotti f'installazzjonijiet li jibdew joperaw wara l-5 ta' Ottubru 2015, installazzjoni għandha titqies li “qed topera” jekk il-produzzjoni fiżika ta' bijokarburanti tkun seħħet.

Fil-każ ta' installazzjonijiet li kienu joperaw fi jew qabel il-5 ta' Ottubru 2015, għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-bijokarburanti għandhom jiksbu tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra ta' mill-anqas 35 % sal-31 ta' Diċembru 2017 u ta' mill-anqas 50 % mill-1 ta' Jannar 2018.

It-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-użu ta' bijokarburanti għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 7d(1).

▼M4

3.  Il-bijokarburanti kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli ta’ bijodiversità, jiġifieri art li kellha wieħed mill-istati li ġejjin fi jew wara Jannar 2008, kemm jekk l-art għad għandha dan l-istatus u kemm jekk le:

(a) foresta primarja u art oħra bis-siġar, jiġifieri foresta u art oħra bis-siġar ta’ speċi nattivi, fejn m’hemmx indikazzjoni ċarament viżibbli ta’ attività tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi mhumiex disturbati b’mod sinifikanti;

(b) żoni indikati:

(i) mil-liġi jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għal għanijiet ta’ ħarsien tan-natura; jew

(ii) għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew ta’ speċi rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu li huma rikonoxxuti minn strumenti ta’ ftehim internazzjonali jew inklużi f’listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, soġġett għar-rikonoxximent tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7c(4);

sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet ta’ ħarsien tan-natura;

(c) art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja li hija:

(i) naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li ser tibqa’ art bil-ħaxix fin-nuqqas ta’ intervent tal-bniedem u li żżomm il-kompożizzjoni tal-ispeċi naturali u l-karatteristiċi u l-proċessi ekoloġiċi; jew

(ii) mhux naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li mingħajr l-intervent tal-bniedem ma tibqax art bil-ħaxix u li hija rikka fl-ispeċijiet u mhijiex degradata, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ħsad tal-materja prima tkun meħtieġa biex jinżamm l-istatus ta’ art bil-ħaxix.

▼M7 —————

▼M4

4.  Il-bijokarburanti kkundistrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f’Jannar 2008 u li m’għadx għandha dak l-istatus:

(a) artijiet mistagħdra, jiġifieri art li hija miksija bi jew saturata bl-ilma permanentement jew għal parti sinifikanti tas-sena;

(b) żoni kontinwament ifforestati, jiġifieri art fuq firxa ikbar minn ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ aktar minn 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ;

(c) art fuq firxa ikbar minn ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ bejn 10 % u 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-ħażna ta’ karbonju taż-żona qabel u wara l-konverżjoni hija tali li, meta tiġi applikata l-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkunu ssodisfatti.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw jekk fiż-żmien meta nkisbet il-materja prima, l-art kellha l-istess status li kellha f’Jannar 2008.

5.  Il-bijokarburanti kkundistrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art li kienet art tal-peat f’Jannar 2008, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-kultivazzjoni u l-ħsad ta’ dik il-materja prima ma tinvolvix dranaġġ ta’ ħamrija li qabel ma jkunx sarilha dranaġġ.

6.  Materja prima agrikola kkultivata fil-Komunità u użata għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 7a għandhom jinkisbu skont ir-rekwiżiti u l-istandards taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija taħt l-intestatura “Ambjent” fil-Parti A u fil-punt 9 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa ( 8 ) u skont ir-rekwiżiti minimi għal kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba definita skont l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament.

7.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fir-rigward kemm tal-pajjiżi terzi u kemm tal-Istati Membri li huma sors sinifikanti ta’ bijokarburanti jew ta’ materja prima għall-bijokarburanti kkunsmati fil-Komunità, dwar miżuri nazzjonali meħuda b’rispett għall-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5 u għall-ħarsien tal-ħamrija, l-ilma u l-arja. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat fl-2012.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fuq is-sostenibbiltà soċjali fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi taż-żieda tad-domanda għall-bijokarburanti, dwar l-impatt tal-politika tal-Komunità dwar il-bijokarburanti fuq id-disponibbiltà tal-oġġetti tal-ikel bi prezzijiet li jintlaħqu minn kulħadd, b’mod partikolari għall-persuni li jgħixu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, u dwar kwistjonijiet ġenerali oħrajn marbutin mal-iżvilupp. Ir-rapporti għandhom jittrattaw ir-rispett tad-drittijiet tal-użu tal-art. Huma għandhom jiddikjaraw, kemm għall-pajjiżi terzi kif ukoll għall-Istati Membri li huma sors importanti ta’ materja prima għall-bijokarburanti kkunsmati fil-Komunità, jekk il-pajjiż ikunx irratifika u implimenta kull waħda mill-Konvenzjonijiet li ġejjin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol:

 il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat jew Obbligatorju (Nru 29);

 il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni (Nru 87);

 il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv (Nru 98);

 il-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs għall-Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta’ Valur Indaqs (Nru 100);

 il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat (Nru 105);

 il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward tal-Impjieg u l-Professjoni (Nru 111);

 il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għad-Dħul fl-Impjieg (Nru 138);

 il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom ta’ Xogħol tat-Tfal (Nru 182).

Dawk ir-rapporti għandhom jiddikjaraw, kemm għall-pajjiżi terzi kif ukoll għall-Istati Membri li huma sors importanti ta’ materja prima għall-bijokarburant ikkunsmat fil-Komunità, jekk il-pajjiż ikunx irratifika u implimenta:

 il-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-bijosigurtà;

 il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċi ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu.

L-ewwel rapport għandu jitressaq fl-2012. Il-Kummissjoni għandha tipproponi, jekk ikun il-każ, azzjoni korrettiva, b’mod partikolari jekk ikun hemm evidenza li l-produzzjoni tal-bijokarburanti għandha impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-ikel.

8.  Għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri m’għandhomx jirrifjutaw li jikkunsidraw, għal raġunijiet oħra ta’ sostenibbiltà, bijokarburanti miksuba skont dan l-Artikolu.

Artikolu 7c

Verifika tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti

1.  Fejn bijokarburanti għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-Artikolu 7a, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5) ġew sodisfatti. Għal dak il-għan huma għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa li:

(a) tippermetti li kunsinni ta’ materja prima jew bijokarburant b’karatteristiċi ta’ sostenibbiltà differenti jiġu mħallta;

(b) teħtieġ li informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà u d-daqsijiet tal-kunsinni msemmija fil-punt (a) tibqa’ assenjata lit-taħlita; u

(c) tipprovdi li s-somma tal-kunsinni kollha meħuda mit-taħlita tiġi deskritta bħala li għandha l-istess karatteristiċi ta’ sostenibbiltà, fl-istess kwantitajiet, bħas-somma tal-kunsinni kollha miżjuda mat-taħlita.

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-2010 u fl-2012 dwar it-tħaddim tal-metodu ta’ verifika tal-bilanċ tal-massa deskritt fil-paragrafu 1 u dwar il-potenzjal li jkunu permessi metodi oħra ta’ verifika fir-rigward ta’ xi tip jew it-tipi kollha ta’ materja prima jew bijokarburanti. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis dawk il-metodi ta’ verifika li fihom l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà m’hemmx għalfejn jibqgħu fiżikament assenjati għal konsenji jew taħlitiet partikolari. Il-valutazzjoni għandha tqis il-ħtieġa li jinżammu l-integrità u l-effikaċja tas-sistema ta’ verifika filwaqt li tiġt evitata l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġjonevoli fuq l-industrija. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta’ metodi oħra ta’ verifika.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw informazzjoni affidabbli u li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, fuq talba, id-data li ntużat biex titħejja l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu arranġament għal standard adegwat ta’ verifika indipendenti tal-informazzjoni ppreżentata, u li jipprovdu evidenza li dan sar. L-awditjar għandu jivverifika li s-sistemi użati mill-operaturi ekonomiċi huma preċiżi, affidabbli u mħarsa kontra l-frodi. Dan għandu jevalwa l-frekwenza u l-metodoloġija ta’ teħid tal-kampjuni u l-affidabilità tad-data.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi b’mod partikolari informazzjoni dwar il-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5), informazzjoni xierqa u rilevanti dwar il-miżuri meħuda għall-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, ir-ristawr tal-art degradata, l-evitar ta’ konsum eċċessiv ta’ ilma f’zoni fejn l-ilma ikun skars kif ukoll informazzjoni xierqa u rilevanti dwar il-miżuri meħuda biex jitqiesu l-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(7).

▼M7

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3), biex tistabbilixxi l-lista ta' informazzjoni adatta u rilevanti msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi ta' dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, b'mod partikolari, li l-għoti ta' dik l-informazzjoni ma jkunx ta' piż amministrattiv eċċessiv għall-operaturi inġenerali jew b'mod partikolari għall-bdiewa ż-żgħar, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-kooperattivi.

▼M4

L-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw kemm jekk il-bijokarburanti jkunu prodotti fil-Komunità jew ikunu importati.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, f’forma aggregata, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq il-pjattaforma ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/28/KE f’forma mqassra u żżomm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

4.  Il-Komunità għandha tħabrek biex tikkonkludi strumenti ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi li fihom dispożizzjonijiet dwar kriterji ta’ sostenibbiltà li jikkorrispondu ma’ dawk ta’ din id-Direttiva. Fejn il-Komunità tkun ikkonkludiet strumenti ta’ ftehim li fihom dispożizzjonijiet li jkopru l-kwsitjonijiet koperti mill-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dawk l-istrumenti ta’ ftehim juru li l-bijokarburanti prodotti minn materja prima kkultivata f’dawk il-pajjiżi jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà inkwistjoni. Meta dawk l-istrumenti ta’ ftehim jiġu konklużi, għandha tingħata konsiderazzjoni debita tal-miżuri meħuda favur il-konservazzjoni taz-zoni li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi, servizzi bażiċi ta’ ekosistemi (bħall-protezzjoni tal-medded ta’ art fl-għoli b’nixxiegħat fuq ġenb iferrgħu fi xmara u l-kontroll tal-erożjoni), għall-protezzjomi ħamrija, l-ilma u l-arja, għall-bidliet indiretti fl-użu tal-art, għar-restawr tal-art degradata, għall-evitar ta’ konsum eċċessiv ta’ ilma f’zoni fejn l-ilma ikun skars u għall-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(7).

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi nazzjonali jew internazzjonali volontarji li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-bijomassa jkollhom data preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 7b(2) jew juru li l-kunsinni ta’ bijokarburant jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(3) sa (5). Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dawk l-iskemi jkun fihom informazzjoni preċiża għall-finijiet ta’ informazzjoni dwar il-miżuri meħuda favur il-konservazzjoni taz-zoni li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi, servizzi bażiċi ta’ ekosistemi (bħall-protezzjoni tal-medded ta’ art fl-għoli b’nixxiegħat fuq ġenb iferrgħu fi xmara u l-kontroll tal-erożjoni), għall-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, ir-ristawr tal-art degradata u dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(7). Il-Kummissjoni tista’ wkoll tirrikonoxxi żoni għall-protezzjoni tan-natura jew għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew ta’ speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu rikonoxxuti bi strumenti ta’ ftehim internazzjonali jew inklużi fil-listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura għall-finijiet tal-Artikolu 7b(3)(b)(ii).

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi liema skemi nazzjonali jew internazzjonali volontarji li jkejlu l-iffrankar ta’ gass b’effett serra jkollhom data preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 7b(2).

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li art, li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ programm nazzjonali jew reġjonali mmirat li jtejjeb art li ddeterjorat b’mod gravi jew li sofriet kontaminazzjoni qawwija tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt 9 tal-Parti C tal-Anness IV.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet skont il-paragrafu 4 biss jekk il-ftehim jew l-iskema kkonċernati jissodisfaw standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u verifika indipendenti. Fil-każ ta’ skemi li jkejlu l-iffrankar ta’ gass b’effett serra, dawn l-iskemi għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti metodoloġiċi fl-Anness IV. Listi ta’ żoni b’valur għoli ta’ bijodiversità kif imsemmija fl-Artikolu 7b(3)(b)(ii) għandhom jissodisfaw standards adegwati ta’ oġġettività u koerenza ma’ standards rikonoxxuti internazzjonalment u jipprevedu għal proċeduri adegwati ta’ appell.

▼M7

L-iskemi volontarji msemmija fil-paragrafu 4 (l-“iskemi volontarji”) għandhom b'mod regolari, u mill-inqas darba fis-sena, jippubblikaw lista tal-korpi ta' ċertifikazzjoni tagħhom li tintuża għal awditu indipendenti, li tindika għal kull korp ta' ċertifikazzjoni, l-entità jew l-awtorità nazzjonali pubblika li minnha kien rikonoxxut u l-entità jew l-awtorità nazzjonali pubblika li qed tissorveljah.

B'mod partikolari għall-prevenzjoni ta' frodi, il-Kummissjoni tista', abbażi ta' analiżi tar-riskju jew tar-rapporti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, tispeċifika l-istandards ta' awditu indipendenti u tirrikjedi li l-iskemi volontarji kollha japplikaw dawk l-istandards. Dan għandu jsir permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3). Tali atti għandhom jistabbilixxu perijodu ta' żmien li fih l-iskemi volontarji jeħtieġ li jimplimentaw l-istandards. Il-Kummissjoni tista' tħassar deċiżjonijiet li jirrikonoxxu l-iskemi volontarji fil-każ li dawk l-iskemi jonqsu milli jimplimentaw tali standards fil-perijodu ta' żmien previst.

▼M7

6.  Id-deċiżjonijiet taħt il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3). Tali deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin.

Il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li kull skema volontarja, li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwarha skont il-paragrafu 4, tippreżenta sas-6 ta' Ottubru 2016, u sussegwentement kull sena sat-30 ta' April, rapport lill-Kummissjoni li jkopri kull wieħed mill-punti stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Ġeneralment, ir-rapport għandu jkopri s-sena kalendarja preċedenti. L-ewwel rapport għandu jkopri mill-inqas sitt xhur mid-9 ta' Settembru 2015. Ir-rekwiżit li jiġi ppreżentat rapport għandu japplika biss għall-iskemi volontarji li jkunu operaw għal mill-inqas 12-il xahar.

Sas-6 ta' April 2017 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li janalizza r-rapporti msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li jeżamina mill-ġdid l-operat ta' ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 4 jew skemi volontarji li għalihom tkun ġiet adottata deċiżjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu, u li jidentifika l-aħjar prassi. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli, inkluż wara konsultazzjonijiet ma' partijiet interessati, u fuq esperjenza prattika fl-applikazzjoni tal-ftehimiet jew l-iskemi kkonċernati. Ir-rapport għandu janalizza dan li ġej:

b'mod ġenerali:

(a) l-indipendenza, il-modalità u l-frekwenza tal-verifiki, fir-rigward kemm ta' dak espress fid-dokumentazzjoni tal-iskema meta l-iskema kkonċernata ġiet approvata mill-Kummissjoni kif ukoll kontra l-aħjar prattika tal-industrija;

(b) id-disponibbiltà, l-esperjenza u t-trasparenza fl-applikazzjoni ta' metodi għall-identifikazzjoni u l-indirizzar tan-non-konformità, b'attenzjoni partikolari biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet jew allegazzjonijiet ta' mġiba ħażina serja min-naħa tal-membri tal-iskema;

(c) it-trasparenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-iskema, id-disponibbiltà ta' traduzzjonijiet fil-lingwi applikabbli tal-pajjiżi u r-reġjuni minn fejn toriġina l-materja prima, l-aċċessibbiltà ta' lista ta' operaturi ċċertifikati u ċ-ċertifikati relevanti, u l-aċċessibbiltà ta' rapporti tal-awdituri;

(d) l-involviment tal-partijiet interessati, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjoni ma' komunitajiet indiġeni u lokali qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet matul l-abbozzar u l-analiżi tal-iskema kif ukoll waqt l-awditu u t-tweġiba li tingħata għall-kontributi tagħhom;

(e) is-solidità ġenerali tal-iskema, b'mod partikolari fid-dawl ta' regoli dwar l-akkreditament, il-kwalifika u l-indipendenza tal-awdituri u tal-korpi rilevanti tal-iskema;

(f) l-aġġornamenti tas-suq tal-iskema, l-ammont ta' materja prima u bijokarburanti ċċertifikati, skont il-pajjiż ta' oriġini u t-tip, in-numru ta' parteċipanti;

(g) il-faċilità u l-effettività tal-implimentazzjoni ta' sistema ta' traċċar tal-provi ta' konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà li l-iskema tagħti lill-membru(i) tagħha, tali sistema bl-intenzjoni li sservi bħala mezz ta' prevenzjoni tal-attività ta' frodi bil-ħsieb partikolari tal-identifikazzjoni, it-trattament u s-segwitu tal-frodi u irregolaritajiet oħrajn suspettati u fejn adatt, l-għadd ta' każijiet ta' frodi jew irregolaritajiet identifikati;

u b'mod partikolari:

(h) għażliet għall-entitajiet biex ikunu awtorizzati jirrikonoxxu u jissorveljaw il-korpi ta' ċertifikazzjoni;

(i) kriterji għar-rikonoxximent u l-akkreditazzjoni tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;

(j) regoli dwar kif għandu jsir il-monitoraġġ tal-korpi ta' ċertifikazzjoni.

(k) modi biex jiffaċilitaw jew itejbu l-promozzjoni tal-aħjar prattika.

Stat Membru jista' jinnotifika l-iskema nazzjonali tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-valutazzjoni ta' tali skema. Deċiżjoni dwar il-konformità ta' tali skema nazzjonali notifikata bil-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3), sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent bilaterali u multilaterali reċiproku ta' skemi għall-verifika tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà għall-bijokarburanti. Fejn id-deċiżjoni hija pożittiva, l-iskemi stabbiliti skont dan l-Artikolu m'għandhomx jirrifjutaw ir-rikonoxximent reċiproku mal-iskema ta' dak l-Istat Membru fir-rigward tal-verifika ta' konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5).

▼M4

7.  Meta operatur ekonomiku jipprovdi prova jew dejta miksuba skont ftehim jew skema li kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni taħt il-paragrafu 4, sal-punt kopert minn dik id-deċiżjoni, Stat Membru m’għandux jeħtieġ li l-fornitur jipprovdi evidenza ulterjuri ta’ konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5), u lanqas informazzjoni dwar il-miżuri msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

▼M7

8.  Fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 7b fir-rigward ta' sors ta' bijokarburant u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3), tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax jikkunsidra bijokarburant magħmul minn dak is-sors għall-finijiet tal-Artikolu 7a.

▼M4

9.  Sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

(a) l-effettività tas-sistema attwali għall-għoti ta’ informazzjoni dwar kriterji ta’ sostenibbiltà; u

(b) jekk ikunx fattibbli u opportun li jiddaħħlu rekwiżiti mandatorji dwar il-protezzjoni tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, fid-dawl tal-aktar evidenza xjentifika reċenti u l-obbligi internazzjonali tal-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tipproponi azzjoni korrettiva.

Article 7d

Kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-bijokarburanti

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 7a u l-Artikolu 7b(2), l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja minn bijokarburanti għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

(a) fejn valur awtomatiku għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għall-mogħdija ta’ produzzjoni tal-bijokarburant hija stabbilita fil-Parti A jew B tal-Anness IV u fejn il-valur el għal dawk il-bijokarburanti kkalkulat skont il-punt 7 tal-Parti C tal-Anness IV huwa ugwali għal żero jew anqas, billi jintuża dak il-valur awtomatiku;

(b) bl-użu ta’ valur attwali kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV; jew

(c) billi jintuża valur ikkalkulat bħala s-somma tal-fatturi tal-formola msemmija fil-punt 1 tal-Parti C tal-Anness IV, fejn il-valuri awtomatiċi diżaggregati fil-Parti D jew E tal-Anness IV jistgħu jintużaw għal xi fatturi, u valuri reali, ikkalkulati skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV, għall-fatturi l-oħra kollha.

2.  Sal-31 ta’ Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport li jinkludi lista ta’ dawk iż-żoni fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) jew bħala livell NUTS aktar diżaggregat skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) ( 9 ) fejn l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet b’effett serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura “Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni” fil-Parti D tal-Anness VII ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użata għall-istabbiliment ta’ dik il-lista. Dak il-metodu għandu jikkunsidra l-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-produzzjoni mistennija ta’ materja prima.

▼M7

3.  L-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola inkluża fir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 2 fil-każ tal-Istati Membri, u fil-każ tat-territorji barra l-Unjoni, f'rapporti ekwivalenti għal dawk imsemmijin fil-paragrafu 2 u mfasslin minn korpi kompetenti, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni.

4.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3), li r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jkun fihom data preċiża biex jitkejlu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra assoċjati mal-kultivazzjoni ta' materja prima ta' bijokarburanti tipikament prodotti f'dawk iż-żoni għall-finijiet tal-Artikolu 7b(2).

5.  Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 u kull sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tfassal u tippubblika rapport dwar il-valuri stmati tipiċi u prestabbiliti fil-Partijiet B u E tal-Anness IV, filwaqt li tagħti attenzjoni speċjali għal emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mit-trasport u mill-ipproċessar.

F'każ li r-rapporti msemmijin fl-ewwel subparagrafu jindikaw li l-valuri tipiċi u prestabbiliti stmati fil-Partijiet B u E tal-Anness IV jistgħu jeħtieġu li jiġu aġġustati fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika l-aktar reċenti, il-Kummissjoni għandha, kif adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament u lill-Kunsill.

▼M7 —————

▼M7

7.  Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt analiżi l-Anness IV, bil-ħsieb, fejn iġġustifikat, taż-żieda ta' valuri għal aktar mogħdijiet ta' produzzjoni tal-bijokarburanti għall-istess materja prima jew għal oħra. Dik l-analiżi għandha tqis ukoll il-modifika tal-metodoloġija stabbilita fil-Parti C għall-Anness IV, partikolarment fir-rigward ta':

 il-metodu kif jiġu ttrattati l-iskart u r-residwi,

 il-metodu kif jiġu ttrattati l-prodotti sekondarji,

 il-metodu kif tiġi ttrattata l-koġenerazzjoni, u

 l-istatus mogħti lir-residwi tal-għalla bħala prodotti sekondarji.

Il-valuri prestabbiliti għall-iskart veġetali jew il-bijodiżil miż-żejt tal-annimali għandhom jiġu riveduti malajr kemm jista' jkun. F'każ li r-reviżjoni tal-Kummissjoni tikkonkludi li għandhom isiru żidiet għall-Anness IV, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 10a biex iżżid, iżda mhux biex tneħħi jew temenda, il-valuri stmati tipiċi u prestabbiliti fil-Partijiet A, B, D u E tal-Anness IV għall-mogħdijiet tal-bijokarburanti li għalihom għadhom mhumiex inklużi valuri speċifiċi f'dak l-Anness.

▼M4

Kull adattament ta’ jew żieda fil-lista ta’ valuri awtomatiċi fl-Anness IV għandhom jikkonformaw ma dak li ġej:

(a) fejn il-kontribut ta’ fattur għall-emissjonijiet globali huwa żgħir, jew fejn hemm varjazzjoni limitata, jew fejn l-ispiża jew id-diffikultà li jiġu stabbiliti valuri attwali huma għoljin, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu tipiċi ta’ proċessi ta’ produzzjoni normali;

(b) fil-każijiet l-oħra kollha l-valuri awtomatiċi għandhom ikunu konservattivi meta mqabbla mal-proċessi ta’ produzzjoni normali.

▼M7

8.  Fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-punt 9 tal-Parti C tal-Anness IV, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet u definizzjonijiet tekniċi dettaljati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3).

▼M4

Artikolu 7e

Miżuri ta’ implimentazzjoni u rapporti dwar is-sostenibbiltà tal-bijokarburanti

1.  Il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7c(3), l-Artikolu 7c(6), l-Artikolu 7c(8), l-Artikolu 7d(5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7d(7) u l-Artikolu 7d(8) ta’ għandhom jikkunsidraw bis-sħiħil-finnijiet tad-Direttiva 2009/28/KE.

▼M7

2.  Ir-rapporti mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill imsemmijin fl-Artikolu 7b(7), l-Artikolu 7c(2), l-Artikolu 7c(9) u fl-Artikolu 7d(4) u (5), kif ukoll fir-rapporti u l-informazzjoni mibgħuta skont l-ewwel u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 7c(3) u l-Artikolu 7d(2), għandhom jitħejjew u jintbagħtu għall-finijiet tad-Direttiva 2009/28/KE u din id-Direttiva.

▼M2

L-Artikolu 8

Il-konformità tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ

▼M7

1.  L-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 4, rigward il-karburanti tal-petrol u tad-diżil, fuq il-bażi tal-metodi analitiċi msemmija fl-Annessi I u II rispettivament.

▼M2

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-karburant skond il-ħtiġiet ta’ l-i standard rilevanti Ewropew. Jista’ jiġi permess l-użu ta’ sistema alternattiva ta’ monitoraġġ tal-kwaalità tal-karburant sakemm din is-sistema tiżgura riżultati ta’ fiduċja ekwivalenti.

▼M7

3.  Kull sena sal-31 ta' Awwissu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport dwar id-data nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-kwalità tal-karburanti għas-sena kalendarja preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi format komuni biex jintbagħat sommarju tad-data dwar il-kwalità tal-karburanti fil-livell nazzjonali permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3). L-ewwel rapport għandu jintbagħat sat-30 ta' Ġunju 2002. Mill-1 ta' Jannar 2004, il-format ta' dan ir-rapport għandu jkun konsistenti ma' dak deskritt fl-istandard Ewropew rilevanti. B'żieda ma' dan, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-volumi totali tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil imqiegħda fis-suq fit-territorji tagħhom u l-volumi tal-karburanti tal-petrol mingħajr ċomb u tad-diżil imqiegħda fis-suq b'kontenut massimu ta' kubrit ta' 10 mg/kg. Barra min hekk, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena dwar id-disponibbiltà, fuq bażi ġeografika bilanċjata kif jixraq, ta' karburanti tal-petrol u tad-diżil b'kontenut massimu ta' kubrit ta' 10 mg/kg li huma kkumerċjalizzati fit-territorju tagħhom.

▼M8

4.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 3 titqiegħed għad-dispożizzjoni fil-pront bil-mezzi xierqa.

▼M4

Artikolu 8a

Additivi metalliċi

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent mill-użu ta’ additivi metalliċi fil-karburanti u għandha, għal dan l-għan, tiżviluppa metodoloġija għall-ittestjar. Hija għandha tirrapporta il-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2012.

2.  Sakemm tiġi żviluppata l-metodoloġija tal-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1, il-preżenza tal-additiv metalliku methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl (MMT) fil-karburant għandha tkun limitata għal 6 mg ta’ manjeżju kull litru mill-1 ta’ Jannar 2011. Il-limitu għandu jkun ta’ 2 mg ta’ manjeżju kull litru mill-1 ta’ Jannar 2014.

▼M7

3.  Fid-dawl tal-valutazzjoni mwettqa bl-użu tal-metodoloġija tat-test imsemmija fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jirrevedu l-limitu tal-kontenut tal-MMT tal-karburant speċifikat fil-paragrafu 2, abbażi ta' proposta leġislattiva mill-Kummissjoni.

▼M4

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tikketta rigward il-kontenut tal-additiv metalliku fil-karburanti tkun esposta kull fejn xi karburant b’additivi metalliċi jkun disponibbli għall-konsumaturi.

5.  It-tikketta għandu jkollha l-kliem li ġej: “Fih additivi metalliċi”.

6.  It-tikketta għandha titwaħħal fuq il-post fejn ikun hemm it-tagħrif li jindika t-tip ta’ karburant, f’pożizzjoni viżibbli b’mod ċar. It-tikketta għandha tkun ta’ daqs u ta’ font li tkun ċarament viżibbli u li tkun tista’ tinqara tajjeb.

▼M4

Artikolu 9

Rappurtaġġ

1.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport sal-31 ta’ Diċembru 2012, u kull tliet snin wara dan, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposta għal emendi għal din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu b’mod partikolari jqis dan li ġej:

(a) l-użu u l-evoluzzjoni tat-teknoloġija awtomotiva u, b’mod partikulari, il-probabilità li jiżdied il-kontenut ta’ bijokarburant massimu permess tal-petrol u d-diżil u l-ħtieġa li d-data msemmija fl-Artikolu 3(3) tiġi riveduta;

(b) il-politika Komunitarji dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi tat-trasport bit-triq;

(c) il-possibbiltà tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Anness II, u b’mod partikolari, il-valur ta’ limitu għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-forestrija u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni;

(d) iż-żieda fl-użu ta’ deterġenti fil-karburanti;

(e) l-użu ta’ additivi metalliċi barra mill-MMT fil-karburanti;

(f) il-volum totali ta’ komponenti użat fil-petrol u d-diżil wara li titqies il-leġislazzjoni ambjentali Komunitarja, inklużi l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma ( 10 ) u d-direttivi sekondarji tagħha;

(g) il-konsegwenzi tal-mira għat-tnaqqis tal-gass b’effett serra stabbilita fl-Artikolu 7a(2) għall-iskema tal-iskambju tal-emissjonijiet;

(h) il-ħtieġa potenzjali għal aġġustamenti għall-Artikoli 2(6), 2(7) u 7a(2)(b) sabiex jiġu evalwati l-kontributi possibbli biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-gass b’effett serra sa 10 % sal-2020. Dawn il-konsiderazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-karburanti u l-enerġija fil-Komunità, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari kwalunkwe żvilupp fit-teknoloġiji tal-qbid tal-karbonju u tal-ħżin li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u fil-vetturi elettriċi tat-triq, u l-effikaċja fin-nefqa tal-mezzi biex jonqsu dawk l-emissjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 7a(2)(b);

(i) il-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri addizzjonali għall-fornituri biex jitnaqqsu bi 2 % l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija, meta mqabbla mal-istandard tal-linja ta’ bażi għall-karburanti msemmi fl-Artikolu 7a(5)(b), permezz tal-użu ta’ krediti mixtrija bil-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif tal-Protokoll ta’ Kjoto bil-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE, sabiex jiġu evalwati aktar kontributi possibbli biex tintlaħaq il-mira għal tnaqqis tal-gass b’effett serra sa 10 % sal-2020, kif imsemmi fl-Artikolu 7a(2)(c) ta’ din id-Direttiva;

(j) analiżi aġġornata tal-ispiża u l-impatt ta’ tnaqqis fil-pressjoni massima mill-fwar permessa għall-petrol għal perijodu tas-sajf ta’ anqas minn 60kPa;

▼M7

(k) il-mogħdijiet ta' produzzjoni, il-volumi u l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għal kull unità ta' enerġija prodotta tul iċ-ċiklu tal-ħajja, inklużi l-valuri medji proviżorji tal-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art u l-firxa assoċjata derivata mill-analiżi ta' sensittività kif stabbilit fl-Anness V, tal-bijokarburanti kkunsmati fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament id-data dwar il-valuri medji proviżorji tal-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art u l-firxa assoċjata derivata mill-analiżi ta' sensittività.

▼M4

2.  Sa mhux aktar tard mill-2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisba tal-mira tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra għall-2020 imsemmija fl-Artikolu 7a, filwaqt li titqies il-ħtieġa għal konsistenza bejn din il-mira u l-mira msemmija fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/28/KE rigward il-proporzjon ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport, fid-dawl tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 23(8) u 23(9) ta’ dik id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, takkumpanja r-rapport tagħha bi proposta għall-modifika tal-mira.

▼M2

L-Artikolu 9a

Il-Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-multi li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-multi stabbilii għandhom jkunu effettivi, ipproporzjonati u dissważivi.

▼B

L-Artikolu 10

▼M7

Proċedura għall-adattament ta' metodi analitiċi permessi u eżenzjonijiet tal-pressjoni tal-fwar permessa

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a sa fejn ikun meħtieġ biex tadatta l-metodi analitiċi permessi sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' kwalunkwe reviżjoni tal-istandards Ewropej imsemmija fl-Anness I jew II. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a sabiex tadatta l-eżenzjonijiet tal-pressjoni tal-fwar permessa f'kPa għall-kontenut ta' etanol tal-petrol stabbilit fl-Anness III fil-limitu stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4). Tali atti delegati għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 3(4).

▼B

2.  Adattament bhal dan m'għandux jirriżulta f'modifika diretta jew indiretta tal-valuri tal-limitu stipulati f'din id-Direttiva jew f'xi bidla fid-dati li minnhom japplikaw.

▼M7

Artikolu 10a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 7a(6), 7d(7) u 10(1) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-5 ta' Ottubru 2015.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7a(6), 7d(7) u 10(1) tista' tkun irrevokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 7a(6), 7d(7) u 10(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perijodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M7

Artikolu 11

Proċedura ta' Kumitat

1.  Minbarra fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat għall-Kwalità tal-Karburanti. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ).

2.  Għall-kwistjonijiet marbuta mas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti skont l-Artikoli 7b, 7c u 7d, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti u l-Bijolikwidi msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2009/28/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-Kumitati ma jagħtu ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼B

L-Artikolu 12

Tħassir u emenda tad-Direttivi dwar il-kwalità tal-karburant tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil

1.  Id-Direttivi 85/210/KEE, 85/536/KEE u 87/441/KEE huma mħassra mill-1 ta' Jannar 2000.

2.  Id-Direttiva 93/12/KEE hija emendata billi jitħassru l-Artikolu 1(1)(b) u l-Artikolu 2(1) mill-1 ta' Jannar 2000.

L-Artikolu 13

Traspożizzjoni f'leġislazzjoni nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1999. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan mill-ewwel.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta' Jannar 2000.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

▼M4 —————

▼B

L-Artikolu 15

Dħul fis-seħħ tad-Direttiva

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 16

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M4




ANNESS 1

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI POSITIVE-IGNITION

Tip: Petrol



Parametru (1)

Unità

Limiti (2)

Minimu

Massimu

Numru ottan tar-riċerka

 

95 (3)

Numru ottan tal-mutur

 

85

Pressjoni tal-fwar, perjodu sajfi (4)

kPa

60,0 (5)

Distillazzjoni:

 

 

 

— perċentwal evaporat f’100 °C

% v/v

46,0

— perċentwal evaporat f’150 °C

% v/v

75,0

Analiżi tal-idrokarburi:

 

 

 

— olefini

% v/v

18,0

— aromatiċi

% v/v

35,0

— benżin

% v/v

1,0

Kontenut ta’ ossiġnu

% m/m

 

3,7

Ossiġenati

 

 

 

— Metanol

% v/v

 

3,0

— Etanol (jistgħu jkunu meħtieġa aġenti stabilizzanti)

% v/v

 

10,0

— Alkoħol isopropil

% v/v

12,0

— Alkoħol tertbutil

% v/v

15,0

— Alkoħol isobutil

% v/v

15,0

— Eteri li jkun fihom ħames atomi jew iktar tal-karbonju għal kull molekula

% v/v

22,0

— Ossiġenati oħra (6)

% v/v

15,0

Kontenut tal-kubrit

mg/kg

10,0

Kontenut ta’ ċomb

g/l

0,005

(1)    ►M6   ◄

(2)   Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri reali”. Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limiti tagħhom, it-termini ta’ EN ISO 4259:2006 “Prodotti taż-żejt — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni fir-rigward ta’ metodi tal-ittestjar” ġew applikati u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero (R = riproduċibilità). Ir-riżultati ta’ kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259:2006.

(3)   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkompju jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ grad regolari ta’ petrol bla ċomb b’numru ottan minimu tal-mutur (MON) ta’ 81 u numru ottan minimu tar-riċerka (RON) ta’ 91.

(4)   Il-perijodu tas-sajf għandu jibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju u m’għandux jintemm qabel it-30 ta’ Settembru. Għall-Istati Membri b’temperaturi amjentali tas-sajf baxxi, il-perijodu tas-sajf għandu jibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju u ma jispiċċax qabel il-31 ta’ Awwissu.

(5)   Fil-każ ta’ Stati Membri b’temperaturi sajfin tal-ambjent baxxi u li għalihom hemm deroga fis-seħħ skont l-Artikolu 3(4) u (5), il-pressjoni tal-fwar massima għandha tkun ta’ 70kPa. Fil-każ ta’ Stati Membri li għalihom hemm deroga fis-seħħ skont l-Artikolu 3(4) u (5) għall-petrol li fih l-etanol, il-pressjoni massima tal-fwar għandha tkun 60 kPa flimkien mar-rinunzja permessa tal-pressjoni tal-fwar speċifikata fl-Anness III.

(6)    ►M6   ◄




ANNESS II

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI COMPRESSION IGNITION

Tip: Diżil



Parametru (1)

Unità

Limiti (2)

Minimu

Massimu

Numru cetane

 

51,0

Densità fi 15 °C

Kg/m (3)

845,0

Distillazzjoni:

 

 

 

— 95 % v/v rkuprat fi:

°C

360,0

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

% m/m

8,0

Kontenut tal-kubrit

mg/kg

10,0

Kontenut ta’ FAME — EN 14078

% v/v

7,0 (3)

(1)    ►M6   ◄

(2)   Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri reali”. Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limiti tagħhom, it-termini ta’ EN ISO 4259:2006 “Prodotti taż-żejt — determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni fir-rigward ta’ metodi tal-ittestjar” ġew applikati u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero (R = riproduċibilità). Ir-riżultati ta’ kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259:2006.

(3)   FAME għandu jikkonforma ma’ EN 14214.

▼M5




ANNESS III



DEROGA TAL-PRESSJONI TAL-FWAR PERMESSA GĦAL PETROL LI FIH IL-BIJOETANOLl

Kontenut ta’ bijoetanol (%v/v)

Rinunzja ta’ pressjoni tal-fwar permessa (kPa) (1)

0

0

1

3,7

2

6,0

3

7,2

4

7,8

5

8,0

6

8,0

7

7,9

8

7,9

9

7,8

10

7,8

(1)   Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri vera”. Fl-istabbiliment tal-limiti tal-valuri tagħhom, ġew applikati t-termini ta’ EN ISO 4259:2006 “Prodotti taż-żejt - determinazzjoni u applikazzjoni ta’ dejta ta’ preċiżjoni fir-rigward ta’ metodi tal-ittestjar” u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero (R = riproduċibilità). Ir-riżultati ta’ kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259:2006.

Ir-rinunzja tal-pressjoni tal-fwar permessa għall-kontenut intermedju ta’ bijoetanol bejn il-valuri elenkati għandha tkun iddeterminata b’estrapolazzjoni f’linja dritta bejn il-kontenut tal-bijoetanol immedjatament fuq u dak immedjatament taħt il-valur intermedju.

▼M4




ANNESS IV

REGOLI GĦALL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASS B’EFFETT SERRA FIĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA MILL-BIJOKARBURANTI

A.   Valuri tipiċi u valuri awtomatiċi għall-bijokarburanti jekk prodotti mingħajr emissjonijiet netti ta’ karbonju minn bidliet fl-użu tal-art



Mogħdija ta’ produzzjoni tal-bijokarburant

Iffrankar tipiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

Iffrankar awtomatiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

etanol tal-pitrava taz-zokkor

61 %

52 %

etanol tal-qamħ (karburant tal-proċess mhux speċifikat)

32 %

16 %

etanol tal-qamħ (linjite bħala karburant tal-proċess fl-impjant CHP)

32 %

16 %

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’bojler konvenzjonali)

45 %

34 %

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

53 %

47 %

etanol tal-qamħ (tiben bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

69 %

69 %

etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità, (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

56 %

49 %

etanol tal-kannamieli

71 %

71 %

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ethyl-tertio-butyl-ether (ETBE)

Ugwali għal dik tal-linja użata għall-produzzjoni tal-etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ tertiary-amyl-ethyl-ether (TAEE)

Ugwali għal dik tal-linja użata għall-produzzjoni tal-etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

45 %

38 %

bijodiżil tal-ġirasol

58 %

51 %

bijodiżil tas-soybean

40 %

31 %

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

36 %

19 %

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

62 %

56 %

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali (1)

88 %

83 %

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

51 %

47 %

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

65 %

62 %

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

40 %

26 %

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

68 %

65 %

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

58 %

57 %

bijogass mill-iskart orġaniku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

80 %

73 %

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

84 %

81 %

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

86 %

82 %

(*1)   Ma jinkludix żejt mill-annimali magħmul minn prodotti sekondarji tal-annimali kklassifikat bħala materjal ta’ kategorija 3 skont ir-Regolament (KE) 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (1)

(1)   ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

B.   Valuri stmati tipiċi u awtomatiċi għall-bijokarburanti futuri li f’Jannar 2008 ma kinux fis-suq jew li kienu fis-suq biss fi kwantitajiet negliġibbli, jekk prodotti bla ebda emissjoni netta ta’ karbonju minn bidliet fl-użu tal-art



Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Iffrankar tipiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

Iffrankar awtomatiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

etanol tat-tiben tal-qamħ

87 %

85 %

etanol mill-iskart tal-injam

80 %

74 %

etanol mill-injam ikkultivat

76 %

70 %

diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam

95 %

95 %

diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkultivat

93 %

93 %

skart tal-injam dimethylether (DME)

95 %

95 %

injam ikkultivat DME

92 %

92 %

metanol mill-iskart tal-injam

94 %

94 %

metanol mill-injam ikkultivat

91 %

91 %

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ethyl-tertio-butyl-ether (MTBE)

Ugwali għal dak tal-linja ta’ produzzjoni tal-metanol

C.   Metodoloġija

1.

L-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-produzzjoni u mill-użu tal-bijokarburanti għandhom ikunu kkalkulati bħala:

E = eec + el + ep + etd + eu esca eccs eccr eee

fejn

E

=

emissjonijiet totali mill-użu tal-karburant;

eec

=

emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ materja prima;

el

=

emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawzati minn tibdil fl-użu tal-art;

ep

=

emissjonijiet mill-ipproċessar;

etd

=

emissjonijiet mit-trasport u mid-distribuzzjoni;

eu

=

emissjonijiet mill-karburant użat;

esca

=

iffrankar tal-emissjonijiet minn akkumulazzjoni tal-karbonju mill-ħamrija permezz ta’ mmaniġġjar agrikolu mtejjeb;

eccs

=

iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u l-ħażna tal-karbonju;

eccr

=

iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u s-sostituzzjoni tal-karbonju; u

eee

=

iffrankar tal-emissjonijiet minn elettriku zejjed mill-koġenerazzjoni.

L-emissjonijiet mill-manifattura ta’ makkinarju u tagħmir m’għandhomx ikunu kkunsidrati.

2.

L-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-karburanti, E, għandhom ikunu espressi f’termini ta’ grammi ta’ CO2 ekwivalenti għal kull MJ ta’ karburant, gCO2eq/MJ.

3.

B’deroga mill-punt 2, il-valuri kkalkulati f’termini ta’ gCO2eq/MJ jistgħu jiġu aġġustati biex ikunu kkunsidrati differenzi bejn il-karburanti f’xogħol siewi mwettaq, espressi f’termini ta’ km/MJ. Dawn l-aġġustamenti għandhom isiru biss fejn tkun provduta evidenza tad-differenzi f’xogħol siewi mwettaq.

4.

L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra minn bijokarburanti għandu jkun ikkalkulat bħala:

IFFRANKAR = (EF EB)/EF

fejn

EB

=

emissjonijiet totali mill-bijokarburant; u

EF

=

emissjonijiet totali mill-komparatur tal-karburanti fossili.

5.

Il-gassijiet b’effett serra kkunsidrati għall-finijiet tal-punt 1 għandhom ikunu CO2, N2O u CH4. Għall-fini tal-kalkolu tal-ekwivalenza ta’ CO2, dawk il-gassijiet għandhom jingħataw valur kif ġej:

CO2

:

1

N2O

:

296

CH4

:

23

6.

L-emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ materja prima, eec, għandhom jinkludu l-emissjonijiet mill-proċess tal-estrazzjoni jew tal-kultivazzjoni nnifsu; mill-ġbir ta’ materja prima; mill-iskart u n-nixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiki jew prodotti użati fl-estrazzjoni jew fil-kultivazzjoni. Il-qbid ta’ CO2 fil-kultivazzjoni ta’ materja prima għandu jiġi eskluż. Tnaqqis ċertifikat ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-fjamma f’siti ta’ produzzjoni taż-żejt fi kwalunkwe parti tad-dinja għandu jitnaqqas. Stimi ta’ emissjonijiet mill-kultivazzjoni jistgħu jinħadmu fuq l-użu tal-medji kkalkulati għal żoni ġeografiċi iżgħar minn dawk użati fil-kalkolu tal-valuri awtomatiċi, bħala alternattiva għall-użu tal-valuri attwali.

▼M7

7.

L-emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el, għandhom ikunu kkalkulati bid-diviżjoni ndaqs tal-emissjonijiet totali fuq 20 sena. Għall-kalkolu ta' dawk l-emissjonijiet għandha tiġi applikata r-regola li ġejja:

el = (CSR CSA) × 3,664 × 1/20 × 1/PeB , ( 12 )

fejn

el

=

emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art (imkejla bħala massa (grammi) ekwivalenti għal CO2 għal kull unità ta' enerġija prodotta (megajoules) mill-bijokarburant). “Raba” ( 13 ) u “raba” perenni' ( 14 ) għandhom jitqiesu bħala użu wieħed tal-art;

CSR

=

il-ħażna ta' karbonju għal kull unità ta' erja assoċjata mal-użu tal-art ta' referenza (imkejla bħala massa (tunnellati) ta' karbonju għal kull unità ta' erja, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta' referenza għandu jkun l-użu tal-art f'Jannar 2008 jew 20 sena qabel ma nkisbet il-materja prima, skont liema jiġi l-aħħar;

CSA

=

il-ħażna ta' karbonju kull żona ta' unità assoċjata mal-użu attwali tal-art (imkejla bħala massa tal-karbonju kull żona ta' unità, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). F'każijiet fejn il-ħażna tal-karbonju takkumula għal aktar minn sena, il-valur attribwit għal CSA għandu jkun il-ħażna stmata kull unità ta' medda wara 20 sena jew meta l-kultivazzjoni tilħaq il-maturità, skont liema jiġi qabel;

P

=

il-produttività tal-uċuħ (imkejla bħala enerġija mill-bijokarburant […] għal kull żona ta' unità kull sena);

eB

=

bonus ta' 29 gCO2eq/MJ bijokarburant jekk il-bijomassa tinkiseb minn art degradata ristawrata skont il-kondizzjonijiet previsti fil-punt 8.

▼M4

8.

Il-bonus ta’ 29 gCO2eq/MJ għandu jiġi attribwit jekk tingħata evidenza li l-art:

(a) ma kinitx qed tintuża għal attività agrikola jew kull attività oħra f’Jannar 2008; u

(b) tidħol f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(i) art li ddeterjorat b’mod gravi, inkluża tali art li qabel kellha użu agrikolu;

(ii) art b’kontaminazzjoni qawwija.

Il-bonus ta’ 29 gCO2eq/MJ għandu japplika għal perijodu sa 10 snin mid-data ta’ konverżjoni tal-art għal użu agrikolu, bil-kondizzjoni li jkunu żgurati żieda kontinwa fil-ħażniet tal-karbonju, kif ukoll tnaqqis sostanzjali fil-fenomeni tal-erożjoni għall-art li taqa’ taħt (i) u li titnaqqas il-kontaminazzjoni tal-ħamrija għall-art li taqa’ taħt (ii).

9.

Il-kategoriji msemmija fil-punt 8(b) huma definiti kif ġej:

(a) “art li ddeterjorat b’mod gravi” tfisser art li għal perijodu sostanzjali ta’ żmien kienet immellħa b’mod sostanzjali jew kellha kontenut sostanzjalment baxx ta’ materjal organiku u tkun sfat mgħawra b’mod gravi;

(b) “art b’kontaminazzjoni qawwija” tfisser art li mhix adatta għall-kultivazzjoni ta’ ikel u għalf minħabba kontaminazzjoni tal-ħamrija.

Din l-art għandha tinkludi art li kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni f’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7c(3).

10.

Il-gwida adottata skont il-punt 10 tal-Parti C tal-Anness V għad-Direttiva 2009/28/KE għandha sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-ħażniet tal-karbonju tal-art għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

11.

L-emissjonijiet mill-ipproċessar, ep , għandhom jinkludu emissjonijiet mill-ipproċessar innifsu; mill-iskart u n-ntnixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiċi jew prodotti użati fl-ipproċessar.

Fil-kalkolu tal-konsum ta’ elettriku mhux prodott fl-impjant ta’ produzzjoni tal-karburant, l-intensità tal-emissjoni tal-gassi b’effett serra tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ dak l-elettriku għandha tkun meqjusa li hija ugwali għall-intensità medja tal-emissjonijiet tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku f’reġjun definit. F’eċċezzjoni għal din ir-regola, il-produtturi jistgħu jagħżlu valur medju għal impjant individwali għall-produzzjoni tal-elettriku, għal elettriku prodott minn dak l-impjant, jekk dak l-impjant ma jkunx ikkollegat mall-grilja tal-elettriku.

12.

L-emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni, etd , għandhom jinkludu emissjonijiet mit-trasport u l-ħażna ta’ materja prima u materjali semi-maħduma u mill-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ materjali maħduma. L-emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni li għandhom jitqiesu taħt il-punt 6 m’għandhomx jiġu koperti minn dan il-punt.

13.

L-emissjonijiet mill-karburant użat, eu , għandhom jitqiesu li jkunu żero għall-bijokarburanti.

14.

L-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju eccs , li jkun għadu ma ġiex meqjus f’ep , għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-akkwiżizzjoni u l-iżolament tas-CO2 emess direttament relatat mal-estrazzjoni, it-trasport, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-karburant.

15.

L-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u s-sostituzzjoni tal-karbonju, eccr , għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid ta’ CO2 li fihom il-karbonju joriġina minn bijomassa u li hija użata biex tissostitwixxi CO2 derivat mill-fossili użat fi prodotti u servizzi kummerċjali.

16.

L-iffrankar ta’ emissjonijiet li jirriżulta minn elettriku żejjed prodott bil-koġenerazzjoni, eee , għandu jkun ikkunsidrat b’rabta mal-elettriku żejjed prodott b’sistemi ta’ produzzjoni tal-karburant li jużaw il-koġenerazzjoni, b’eċċezzjoni fejn il-karburant użat għall-koġenerazzjoni jkun prodott sekondarju mnibarra r-residwu ta’ uċuħ tar-raba’. Fl-ikkalkular ta’ dak l-elettriku żejjed, id-daqs tal-unità ta’ koġenerazzjoni għandu jkun meqjus li huwa l-minimu meħtieġ għall-unità ta’ koġenerazzjoni biex tforni s-sħana meħtieġa għall-produzzjoni tal-karburant. L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra assoċjat ma’ dak l-elettriku żejjed għandu jitqies li huwa ugwali għall-ammont ta’ gass b’effett serra li jkun emess meta ammont ugwali ta’ elettriku kien ġġenerat f’impjant tal-enerġija li juża l-istess karburant bħall-unità ta’ koġenerazzjoni.

17.

Fejn proċess ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti jipproduċi, f’taħlita, il-karburant li għalih l-emissjonijiet huma kkalkulati u prodott jew aktar prodotti oħra (“prodotti sekondarji”), l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għandhom ikunu diviżi bejn il-karburant jew il-prodott intermedju tiegħu u l-prodotti sekondarji proporzjonalment għall-kontenut enerġetiku tagħhom (determinat b’valur ta’ tisħin iktar baxx fil-każ ta’ prodotti sekondarji minbarra elettriku).

18.

Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-punt 17, l-emissjonijiet li jridu jiġu diviżi għandhom ikunu eec + el + dawk il-frazzjonijiet ta’ ep , etd u eee li jsiru sa u inkluż l-istadju tal-proċess li fih huwa prodott il-prodott sekondarju. Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta’ process preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata f’dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta’ karburant intermedju, għandha tintuża għal dan l-għan minflok mit-total ta’ dawk l-emissjonijiet.

Il-prodotti sekondarji kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 16, għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini ta’ dak il-kalkolu, bl-eċċezzjoni tar-residwu tal-wiċċ agrikolu, inklużi tiben, bagasse, qxur, ġellewż kbir u qxur tal-ġewż. Il-prodotti sekondarji li għandhom kontenut ta’ enerġija negattiva għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut ta’ enerġija żero għall-fini tal-kalkolu.

Skart, residwi tal-għelejjel tal-agrikoltura, inklużi tiben, bagasse, qxur, zkuk u qxur tal-ġewż u residwi mill-ipproċessar, inkluża l-ġliċerina mhux raffinata, għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’ċiklu tal-ħajja żero sal-proċess ta’ ġbir ta’ dawk il-materjali.

Fil-każ ta’ karburanti prodotti fir-raffineriji, l-unità ta’ analiżi għall-fini tal-kalkolu msemmi f’punt 17 għandha tkun ir-raffinerija.

19.

Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 4, l-element ta’ paragun tal-karburant fossili EF għandu jkun l-aħħar emissjonijiet medji reali disponibbli mill-parti fossila tal-konsum tal-petrol u d-diżil fil-Komunità kif irrappurtat f’din id-Direttiva. Jekk din id-data ma tkunx disponibbli, il-valur użat għandu jkun 83,8 gCO2eq/MJ.

D.   Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-bijokarburanti

Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni: “e ec” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness



Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tal-pitrava taz-zokkor

12

12

etanol tal-qamħ

23

23

etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità

20

20

etanol tal-kannamieli

14

14

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

29

29

bijodiżil tal-ġirasol

18

18

bijodiżil tas-soybean

19

19

bijodiżil taż-żejt tal-palm

14

14

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali (1)

0

0

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

30

30

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

18

18

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm

15

15

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

30

30

bijogass mill-iskart organiku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

0

0

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

0

0

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

0

0

(*1)   Li ma jinkludix żejt tal-annimali minn prodotti sekondarji tal-annimali kklassifikat bħala materjal ta’ kategorija 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-ipproċessar (inkluż elettriku żejjed): “ep eee ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness



Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tal-pitrava taz-zokkor

19

26

etanol tal-qamħ (karburant tal-proċess mhux speċifikat)

32

45

etanol tal-qamħ (linjite bħala karburant tal-proċess fl-impjant CHP)

32

45

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’bojler konvenzjonali)

21

30

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

14

19

etanol tal-qamħ (tiben bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

1

1

etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità, (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

15

21

etanol tal-kannamieli

1

1

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

16

22

bijodiżil tal-ġirasol

16

22

bijodiżil tas-soybean

18

26

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

35

49

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

13

18

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali

9

13

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

10

13

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

10

13

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

30

42

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

7

9

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

4

5

bijogass mill-iskart organiku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

14

20

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

8

11

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

8

11

Valuri awtomatiċi diżaggregati għat-trasport u d-distribuzzjoni: “etd ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness



Linja tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tal-pitrava taz-zokkor

2

2

etanol tal-qamħ

2

2

etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità

2

2

etanol tal-kannamieli

9

9

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

1

1

bijodiżil tal-ġirasol

1

1

bijodiżil tas-soybean

13

13

bijodiżil taż-żejt tal-palm

5

5

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali

1

1

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

1

1

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

1

1

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm

5

5

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

1

1

bijogass mill-iskart organiku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

3

3

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

5

5

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

4

4

Total għall-kultivazzjoni, l-ipproċessar, it-trasport u d-distribuzzjoni



Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tal-pitrava taz-zokkor

33

40

etanol tal-qamħ (karburant tal-proċess mhux speċifikat)

57

70

etanol tal-qamħ (linjite bħala karburant tal-proċess fl-impjant CHP)

57

70

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’bojler konvenzjonali)

46

55

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

39

44

etanol tal-qamħ (tiben bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

26

26

etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità, (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

37

43

etanol tal-kannamieli

24

24

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

46

52

bijodiżil tal-ġirasol

35

41

bijodiżil tas-soybean

50

58

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

54

68

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

32

37

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali

10

14

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

41

44

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

29

32

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

50

62

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

27

29

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

35

36

bijogass mill-iskart organiku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

17

23

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

13

16

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

12

15

E.   Valuri awtomatiċi diżaggregati stmati għall-bijokarburanti futuri li ma kinux fis-suq jew li kienu fis-suq fi kwantitajiet negliġibbli biss f’Jannar 2008

Valuri diżaggregati għall-kultivazzjoni: “eec ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness



Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tat-tiben tal-qamħ

3

3

etanol mill-iskart tal-injam

1

1

etanol mill-injam ikkoltivat

6

6

diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam

1

1

diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkultivat

4

4

DME mill-iskart tal-injam

1

1

DME mill-injam ikkultivat

5

5

metanol mill-iskart tal-injam

1

1

metanol mill-injam ikkultivat

5

5

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE

Ugwali għal dak tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-metanol

Valuri diżaggregati għall-ipproċessar (inkluż elettriku żejjed): “ep eee ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness



Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tat-tiben tal-qamħ

5

7

etanol mill-injam

12

17

diżil Fischer-Tropsch mill-injam

0

0

DME mill-injam

0

0

metanol mill-injam

0

0

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE

Ugwali għal dak tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-metanol

Valuri diżaggregati għat-trasport u d-distribuzzjoni: “etd ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness



Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tat-tiben tal-qamħ

2

2

etanol mill-iskart tal-injam

4

4

etanol mill-injam ikkoltivat

2

2

diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam

3

3

diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkultivat

2

2

DME mill-iskart tal-injam

4

4

DME mill-injam ikkultivat

2

2

metanol mill-iskart tal-injam

4

4

metanol mill-injam ikkultivat

2

2

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE

Ugwali għal dak tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-metanol

Total għall-kultivazzjoni, l-ipproċessar, it-trasport u d-distribuzzjoni



Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tat-tiben tal-qamħ

11

13

etanol mill-iskart tal-injam

17

22

etanol mill-injam ikkoltivat

20

25

diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam

4

4

diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkultivat

6

6

DME mill-iskart tal-injam

5

5

DME mill-injam ikkultivat

7

7

metanol mill-iskart tal-injam

5

5

metanol mill-injam ikkultivat

7

7

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE

Ugwali għal dak tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-metanol

▼M7




ANNESS V

Parti A. Emissjonijiet proviżorji stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art minn materja prima ta' bijokarburanti (gCO2eq/MJ) ( 15 )



Grupp tal-materja prima

Medja (1)

Firxa tal-interperċentil derivat mill-analiżi ta' sensittività (2)

Ċereali u għelejjel oħra b'kontenut għoli ta' lamtu

12

8 sa 16

Zokkor

13

4 sa 17

Għelejjel taż-żejt

55

33 sa 66

(1)   Il-valuri medji inklużi hawn jirrappreżentaw medja ppeżata tal-valuri tal-materja prima immudellati individwalment.

(2)   Il-firxa inkluża hawn tirrifletti 90 % tar-riżultati bl-użu tal-ħames u tal-ħamsa u disgħin valuri perċentili li jirriżultaw mill-analiżi. Il-ħames perċentil jissuġġerixxi valur li 5 % tal-osservazzjonijiet li nstabu huma inqas minnu (jiġifieri 5 % mid-data totali użata uriet riżultati taħt 8, 4 u 33 gCO2eq/MJ). Il-ħamsa u disgħin perċentil jissuġġerixxi valur li 95 % tal-osservazzjonijiet li nstabu huma aktar minnu (jiġifieri 5 % mid-data totali użata uriet riżultati taħt 16, 17 u 66 gCO2eq/MJ).

Parti B. Bijokarburanti li għalihom l-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art jitqiesu li huma żero

Bijokarburanti prodotti mill-kategoriji li ġejjin ta' materja prima ser jitqiesu li l-emissjonijiet stmati tagħhom minn tibdil indirett fl-użu tal-art ikunu żero:

(1) materja prima mhux elenkata fil-Parti A ta' dan l-Anness.

(2) materja prima li l-produzzjoni tagħha wasslet għal tibdil dirett fl-użu tal-art, jiġifieri tibdil minn waħda mill-kategoriji tal-IPPC li ġejjin għall-kopertura tal-art; art tal-foresti, bwar, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra, bħal raba' jew raba' perenni ( 16 ). F'każ bħal dan valur ta' emissjonijiet minn tibdil dirett fl-użu tal-art (el ) għandu jkun ġie kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 7 tal-Parti C tal-Anness IV.



( 1 ) Il-għoti tan-numri lil dawn il-kodiċijiet tan-NM kif speċifikat fis-CCT, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 2031/2001 (ĠU L 279, tat-23.10.2001, p. 1).

( 2 ) In-numerazzjoni ta’ dawn il-kodiċijiet NM kif speċifikat fit-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.6.1987, p. 1).

( 3 ) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15.

( 4 ) ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.

( 5 ) ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.

( 6 ) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16

( 7 ) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

( 8 ) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

( 9 ) ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

( 10 ) * ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

( 11 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 12 ) Il-kwozjent li jinkiseb meta l-piż molekulari ta' CO2 (44,010 g/mol) jiġi diviż mill-piż molekulari tal-karbonju (12,011 g/mol) huwa ekwivalenti għal 3,664.

( 13 ) Raba' kif definit mill-IPCC.

( 14 ) Għelejjel perenni huma ddefiniti bħala għelejjel pluriennali li z-zokk tagħhom ma jinħasadx kull sena bħal pereżempju msaġar ta' newba qasira u żejt tal-palm.

( 15

(+)   Il-valuri medji rrappurtati hawn jirrappreżentaw medja ppeżata tal-valuri tal-materja prima immudellati individwalment. Il-kobor tal-valuri fl-Anness huwa sensittiv għal għadd ta' suppożizzjonijiet (bħat-trattament ta' koprodotti, żviluppi tar-rendiment, ħażniet tal-karbonju u l-ispostament ta' prodotti bażiċi oħrajn) użati fil-mudelli ekonomiċi żviluppati sabiex dawn jiġu stmati. Minkejja li għaldaqstant mhux possibbli li tiġi karatterizzata bis-sħiħ il-firxa ta' inċertezza assoċjata ma' dawn l-estimi, twettqet analiżi tas-sensittività li ssir fuq ir-riżultati abbażi tal-varajazzjoni każwali tal-parametri prinċipali, l-hekk imsejħa analiżi Monte Carlo.

( 16

(++) Għelejjel perenni huma ddefiniti bħala għelejjel pluriennali li z-zokk tagħhom ma jinħasadx kull sena bħal pereżempju msaġar ta' newba qasira u żejt tal-palm.