1998L0024 — MT — 25.03.2014 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/24/KE

tas-7 ta'April 1998

dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(ĠU L 131, 5.5.1998, p.11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2007/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

  L 165

21

27.6.2007

►M2

DIRETTIVA 2014/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014

  L 65

1

5.3.2014




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/24/KE

tas-7 ta'April 1998

dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 118a tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ), imfassla wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv tas-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat ( 3 ),

(1)

Billi l-Artikolu 118a tat-Trattat jipprovdi illi l-Kunsill għandu jadotta, permezz ta' Direttivi, il-ħtiġijiet minimi sabiex jinkoraġġixxi t-titjib, b'mod speċjali fl-ambjent tax-xogħol, li jiggarantixxi livell aħjar ta' protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

(2)

Billi, skond dan l-Artikolu, ċerti Direttivi għandhom jevitaw li jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjari u legali hekk illi jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' l-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.

(3)

Billi t-titjib tas-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol huwa għan illi ma għandux ikun subordinat għal konsiderazzjonijiet purament ekonomiċi;

(4)

Billi r-rispett għall-ħtiġijiet minimi dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi jimmira illi jiżgura mhux biss il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta' kull ħaddiem individwali imma wkoll li jipprovdi livell minimu ta' protezzjoni għall-ħaddiema kollha fil-Komunitá li jevita kull tgħawwiġ possibli fil-qasam tal-kompetizzjoni;

(5)

Billi għandu jiġi stabbilit għall-Komunità kollha livell konsistenti ta' protezzjoni mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi; billi dan il-livell ta' protezzjoni għandu jiġi ffissat mhux permezz ta' ħtiġijiet dettaljati preskrittivi imma minn qafas ta' prinċipji ġenerali li jgħinu lill-Istati Membri sabiex japplikaw il-ħtiġijiet minimi b'mod konsistenti;

(6)

Billi attività ta' xogħol li tinvolvi aġenti kimiċi x'aktarx illi tesponi lill-ħaddiema għar-riskju;

(7)

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 80/1107/KEE tas-27 ta' Novembru 1980 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-esposizzjoni ta' kimiċi, aġenti fiżiċi u bioloġiċi fuq il-post tax-xogħol ( 4 ), id-Direttiva tal-Kunsill 82/605/KEE tat-28 Lulju 1982 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-esposizzjoni għaċ-ċomb metalliku u l-komposti joniċi tiegħu waqt ix-xogħol (l-ewwel Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 80/1107/KEE) ( 5 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 88/364/KEE tad-9 ta'Ġunju 9 1988 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema permezz tat-tneħħija ta' ċerti aġenti speċifiċi u/jew ċerti attivitajiet tax-xogħol (ir-raba' Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Arikolu 8 tad-Direttiva 80/1107/KEE) ( 6 ), għandhom, għall-konsistenza u ċ-ċarezza kif ukoll għal raġunijiet tekniċi, jiġu reveduti u inklużi f'Direttiva unika li tistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi għall-protezzjoni u s-sigurtà tal-ħaddiema f'attivitajiet tax-xogħol li jinvolvu l-aġenti kimiċi; billi dawn id-Direttivi jistgħu jiġu mħassra;

(8)

Billi din id-Direttiva hija Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391//KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri li jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u fis-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol ( 7 );

(9)

Billi għalhekk id-disposizzjonijiet tad-Direttiva msemmija japplikaw fl-intier tagħhom għall-esposizzjoni tal-ħaddiema għall-aġenti kimiċi, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet iktar strinġenti u/jew speċifiċi li jinsabu f'din id-Direttiva;

(10)

Billi disposizzjonijiet iktar strinġenti u/jew speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mat-trasport ta' l-aġenti kimiċi perikolużi jinsabu fil-ftehim u l-konvenzjonijiet internazzjonali li jorbtu inkorporati fid-disposizzjonijiet Komunitarji dwar it-trasport ta' l-merkanzija perikoluż bit-triq, bil-ferrovija, bil-baħar u bl-ajru;

(11)

Billi fid-Direttiva 67/548/KEE ( 8 ) u d-Direttiva 88/379/KEE ( 9 ) dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar, rispettivament, tas-sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, il-Kunsill stabbilixxa sistema ta' kriterji għall-klassifikazzjoni tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet perikolużi;

(12)

Billi d-definizzjoni ta' l-aġenti kimiċi ta' riskju għandhom jinkludu kull sustanza kimika li tilħaq dawn il-kriterji kif ukoll kull sustanza kimika li, filwaqt li ma tilħaqx dawn il-kriterji, tista' minħabba il-propjetajiet fiżiko-kimiċi, kimiċi jew tossikoloġiċi tagħha, u l-mod li tintuża jew tkun preżenti fuq il-post tax-xogħol, tippreżenta riskju għas-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema;

(13)

Billi fid-Direttiva 90/492/KEE ( 10 ) il-Kummissjoni tat definizzjoni ta' u stabbiliet sistema ta' tagħrif speċifiku dwar sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, fl-għamla ta' folji bid-data dwar is-sigurtà prinċipalment intiżi għall-utenti industrijali sabiex jippermettulhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema; billi d-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvediment tas-sinjali tas-sigurtà u/jew is-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa' Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE ( 11 ) tistabbilixxi sistema sabiex jiġu mmarkati l-kontenituri u l-pajpijiet użati għas-sustanzi jew il-preparazzjonijiet perikolużi fuq ix-xogħol;

(14)

Billi min iħaddem għandu jagħmel stima ta' kull riskju għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema li jinħolqu mill-preżenza ta' l-aġenti kimiċi perikolużi fuq il-post tax-xogħol, sabiex jittieħdu l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni meħtieġa ddikjarati f'din id-Direttiva;

(15)

Billi l-miżuri ta' prevenzjoni identifikati mill-istima tar-riskju u meħuda minn min iħaddem għandhom ikunu konsistenti mal-ħtieġa tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika u ta' l-ambjent;

(16)

Billi, sabiex jiġi ssupplimentat it-tagħrif disponibbli għall-ħaddiema hekk li jiżgura livell imtejjeb tal-protezzjoni, hu meħtieġ għall-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom li jiġu mgħarrfa dwar ir-riskji li l-aġenti kimiċi joħolqu għas-sigurtà u s-saħħa tagħhom u dwar il-miżuri meħtieġa sabiex inaqqsu jew jeliminaw dawn ir-riskji, u li jkunu f'posizzjoni biex jiċċekkjaw illi jittieħdu l-miżuri protettivi meħtieġa;

(17)

Billi s-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema li għalihom ir-riżultati ta' l-istima msemmija hawn fuq jiżvelaw riskju għas-saħħa, tista' tikkontribwixxi għal miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni li min iħaddem għandu jidħol għalihom;

(18)

Billi min iħaddem għandu iwettaq evalwazzjoni u kejl fuq bażi regolari u jkun konxju ta' l-iżviluppi ġodda fit-teknoloġija bil-ħsieb li jtejjeb il-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

(19)

Billi l-iktar informazzjoni xjentifika riċenti għandha tiġi evalwata minn xjenzati indipendenti sabiex jgħinu lill-Kummissjoni li tistabbilixxi l-valuri tal-limitu ta' l-esposizzjoni kkawżati mix-xogħol;

(20)

Billi, għalkemm f'ċerti każi l-għerf xjentifiku jista' ma jkunx hekk illi jista' jiġi stabbilit livell ta' l-esposizzjoni għall-aġenti kimiċi li iktar baxx minnu ma jibqgħux jeżistu riskji għas-saħħa, tnaqqis fl-esposizzjoni għal dawn l-aġenti kimiċi għandu madankollu jnaqqas dawn ir-riskji;

(21)

Billi fid-Direttiva 91/322/KEE ( 12 ) u d-Direttiva 96/94/KE ( 13 ) il-Kummissjoni stabbilixxiet il-valuri tal-limitu indikattivi kif ipprovdut bid-Direttiva 80/1107/KEE; billi d-Direttivi ta' qabel għandhom jinżammu bħala parti mill-qafas korrenti;

(22)

Billi għandhom jiġu mfassla aġġustamenti tekniċi meħtieġa għal din id-Direttiva mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 89/391/KEE sabiex jgħinu lill-Kummissjoni tagħmel l-addattamenti tekniċi għad-Direttivi individwali; billi l-Kummissjoni, wara li l-ewwel tfittex il-parir tal-Kumitat Konsultattiv tas-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol skond id-Deċiżjoni 74/325/KEE ( 14 ), għandha wkoll tfassal linji gwida prattiċi sabiex tiġi applikata din id-Direttiva;

(23)

Billi r-revoka ta' din id-Direttiva 80/1107/KEE ma tridx twassal li jitbaxxew il-livelli preżenti għall-protezzjoni tal-ħaddiema mill-aġenti kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi; billi l-i standards li jirriżultaw mid-Direttivi eżistenti dwar l-aġenti bijoloġiċi, id-Direttiva proposta dwar l-aġenti fiżiċi, din id-Direttiva u kull emenda għal dawn it-testi għandhom jirriflettu u mill-inqas iżommu l-i standards stabbiliti fid-Direttiva msemmija;

(24)

Billi din id-Direttiva hija kontribuzzjoni prattika lejn il-ħolqien tad-dimensjoni soċjali tas-suq intern

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



TAQSIMA I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u firxa

1.  Din id-Direttiva, li hija l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji għas-sigurtà u s-saħħa tagħhom li jinħolqu, jew li x'aktarx jinħolquu, mill-effetti ta' l-aġenti kimiċi li jkunu preżenti fil-post tax-xogħol jew bħala riżultat ta' kull attività ta' xogħol li tinvolvi l-aġenti kimiċi.

2.  Il-ħtiġijiet ta'din id-Direttiva japplikaw fejn l-aġenti kimiċi ta' riskju jkunu preżenti jew jistgħu jkunu preżenti fuq il-post tax-xogħol, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjoniet rigward l-aġenti kimiċi li għalihom il-miżuri għall-protezzjoni mir-radjazzjoni japplikaw skond id-Direttivi adottati skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

3.  Għall-karċinoġeni fuq ix-xogħol id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet aktar strinġenti u/jew speċifiċi li jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta'Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-esposizzjoni għall-karċinoġeni (is-sitt Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) ( 15 ).

4.  Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE għandhom japplikaw fl-intier tagħhom għall-qasam kollu referit f'dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet aktar strinġenti u/jew speċifiċi li jinsabu f'din id-Direttiva.

5.  Safejn u sakemm jirrigwarda t-trasport ta' l-aġenti kimiċi perikolużi, id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet aktar strinġenti u/jew speċifiċi li jinsabu fid-Direttiva 94/55/KE ( 16 ), fid-Direttiva 96/49/KE ( 17 ), fid-disposizzjonijiet tal-kodiċi ta' l-IMDG, tal-Kodiċi ta' l-IBC u tal-Kodiċi ta' l-IGC kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/75/KEE ( 18 ), fid-disposizzjonijiet tal-Ftehim Ewropew li jirrigwarda t-Trasport Internazzjonali ta' l-Merkanzija Perikoluża permezz tal-Passaġġi Interni fuq l-Ilma u r-Regolament rigward it-Trasport ta' Sustanzi Perikolużi fuq ix-xmara Reno kif inkorporati fil-liġijiet Komunitarji u fl-istruzzjonijiet tekniċi għat-trasport fis-sigurtà ta' l-merkanzija perikoluża maħruġa, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta'din id-Deċiżjoni, it-termini użati għandu jkollhom it-tifsiriet li ġejjin:

(a) “Aġent kimiku” ifisser kull element jew kompost kimiku, waħdu jew f'taħlita, kif jidher fl-istat naturali tiegħu jew kif prodott, użat jew irrilaxxjat, li jinkludu r-rilaxx bħala skart, minn kull attività ta' xogħol, sewwa jekk prodott intenzjonalment u sewwa jekk le u sewwa jekk imqiegħed fis-suq u sewwa jekk le;

(b) “Aġent kimiku ta' riskju” ifisser:

▼M2

(i) kull aġent kimiku li jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala perikoluż taħt kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu fiżiku u/jew għas-saħħa stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ), sew jekk dak l-aġent kimiku huwa kklassifikat skont dak ir-Regolament u sew jekk le;

▼M2 —————

▼M2

(iii) kull aġent kimiku li, filwaqt li ma jissodisfax il-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala perikoluż skont il-punt (i) tal-punt (b) ta’ dan l-Artikolu jista’, minħabba l-proprjetajiet fiżikokimiċi, kimiċi jew tossikoloġiċi tiegħu u l-mod kif jintuża jew ikun preżenti fuq il-post tax-xogħol, jippreżenta riskju għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, inkluż kull aġent kimiku li huwa assenjat valur ta’ limitu ta’ espożizzjoni okkupazzjonali skont l-Artikolu 3.

▼B

(ċ) “Attivita li tinvolvi l-aġenti kimiċi” tfisser kull xogħol li fih jintużaw l-aġenti kimiċi, jew li jkunu maħsuba li jintużaw, f'kull proċess, inklużi l-produzzjoni, it-tqandil, il-ħażna jew id-disponiment u t-trattament, jew li jirriżultaw minn dan ix-xogħol;

(d) “Valur tal-limitu ta' esposizzjoni minħabba x-xogħol” tfisser, għajr jekk speċifikat xort'oħra, il-limitu tal-medju ppeżat bil-ħin tal-konċentrazzjoni ta' aġent kimiku fl-arja ġewwa ż-żona tat-teħid tan-nifs ta' ħaddiem b'relazzjoni mal-perjodu speċifikat taż-żmien ta' referenza;

(e) “Valur tal-limitu bijoloġiku” tfisser il-limitu tal-konċentrazzjoni fil-medju approprjat bijoloġiku ta' l-aġent relevanti, il-metabolit tiegħu, jew indikatur ta' l-effetti;

(f) “Sorveljanza dwar is-saħħa” tfisser l-istima ta' ħaddiem individwali sabiex tistabbilixxi l-istat tas-saħħa ta' dan l-individwu, skond kif ikollha x'taqsam ma' l-esposizzjoni għal aġenti kimiċi speċifiċi fuq ix-xogħol;

(g) “Riskju” ifisser il-proprjetà intrinsika ta' l-aġent kimiku bil-potenzjal li jikkawża ħsara;

(h) “Riskju” jfisser il-possibbiltà li l-potenzjal għall-ħsara jinkiseb skond il-kondizzjonijiet ta' l-użu u/jew l-esposizzjoni.

Artikolu 3

Valuri tal-limitu ta' l-esposizzjoni waqt ix-xogħol u valuri tal-limitu bjioloġiċi

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa r-relazzjoni bejn l-effetti tas-saħħa ta' l-aġenti kimiċi ta' riskju u l-livell ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol permezz ta' stima xjentifika indipendenti dwar l-aħħar informazzjoni xjentifika disponibbli.

2.  Fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni deskritta fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, wara li l-ewwel tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv tas-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol, għandha tipproponi għanijiet Ewropej fl-għamla ta' valuri tal-limitu indikattivi ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji kimiċi li għandhom jiġu ffissati fil-livell Komunitarju.

Dawn il-valuri tal-limitu għandhom jiġu stabbiliti, filwaqt li titqies id-disponibbiltà tal-metodi tat-teknika tal-kejl, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE. L-Istati Membri għandhom iżommu lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem imgħarrfa bil-valuri tal-limitu indikattivi ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol iffissati fil-livell Komunitarju.

3.  Għal kull aġent kimiku li għalih valur indikattiv tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol huwa stabbilit fil-livell Komunitarju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valur nazzjonali tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol, filwaqt li jqisu l-valur tal-limitu Komunitarju, li jistabbilixxi n-natura tiegħu skond il-leġislazzjoni u l-prattiċi nazzjonali.

4.  Jistgħu jitfasslu valuri tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol li jorbtu fuq il-livell Komunitarju u, b'żieda ma' dan il-fatturi kkunsidrati meta jiġu stabbiliti l-valuri tal-limitu indikattivi ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol, għandhom jirriflettu l-fatturi dwar kemm huma possibbli filwaqt li jżommu l-għan li tiġi żgurata s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol. Dawn il-valuri tal-limitu għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 118a tat-Trattat u stabbiliti fl-Anness I ma' din id-Direttiva.

5.  Għal kull aġent kimiku li għalih jiġi stabbilit valur tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol li jorbot, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valur tal-limitu nazzjonali ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol li jorbot imsejjes fuq, imma li ma jaqbiżx, il-valur tal-limitu Komunitarju.

6.  Jistgħu jitfasslu valuri bijoloġiċi tal-limitu li jorbtu fil-livell Komunitarju fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni deskritta fil-paragrafu 1 u tad-disponibbiltà tal-metodi tat-teknika tal-kejl, u għandhom jirriflettu l-fatturi dwar kemm huma possibbli filwaqt li jinżamm l-għan li tiġi żgurata s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol. Dawn il-valuri tal-limitu għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 118a tat-Trattat u stabbiliti fl-Anness II ma' din id-Direttiva, flimkien mat-tagħrif l-ieħor relevanti dwar is-sorveljanza tas-saħħa.

7.  Għal kull aġent kimiku li għalih jiġi stabbilit valur bijoloġiku tal-limitu li jorbot, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valur korrispondenti nazzjonali bijoloġiku tal-limitu msejjes fuq, imma li ma jaqbiżx, il-valur tal-limitu Komunitarju.

8.  Meta Stat Membru jintroduċi jew jirrevedi valur nazzjonali tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol jew valur bijoloġiku nazzjonali tal-limitu għal aġent kimiku, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan flimkien ma' l-informazzjoni xjentifika u teknika relevanti. Il-Kummissjoni għandha tindaħal għall-azzjoni xierqa.

9.  Fuq il-bażi tar-rapporti pprovduti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha twettaq stima tal-mod li fih Stati Membri jkunu qiesu l-valuri indikattivi Komunitarji tal-limitu meta tistabbilixxi l-valuri tal-limitu korrispondenti nazzjonali ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol.

10.  Il-metodi standardizzati għall-kejl u l-evalwazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta' l-arja fuq il-post tax-xogħol f'relazzjoni mal-valuri tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol għandhom jiġu żviluppati skond l-Artikolu 12(2).



TAQSIMA II

OBBLIGI TA'MIN IĦADDEM

Artikolu 4

Kif jiġi stabbilit u stmat ir-riskju ta' l-aġenti kimiċi ta' riskju

1.  Sabiex iwettaq l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6(3) u 9(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu l-ewwel jistabbilixxi jekk ikunx hemm aġenti kimiċi ta' riskju preżenti fuq il-post tax-xogħol. Jekk iva, għandu mbagħad jagħmel stima tar-riskju għas-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema li jinħoloq mill-preżenza ta' dawn l-aġenti kimiċi, filwaqt li jikkunsidra dan li ġej:

 il-proprjetajiet tagħhom ta' riskju,

▼M2

 l-informazzjoni dwar is-sigurtà u s-saħħa li għandha tiġi pprovduta mill-fornitur (eż. l-iskeda ta’ dejta ta’ sigurtà rilevanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 )),

▼B

 il-livell, it-tip u t-tul taż-żmien ta' l-esposizzjoni,

 iċ-ċirkostanzi tax-xogħol li jinvolvi dawn l-aġenti, inkluż l-ammont tagħhom,

 kull valur tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol jew il-valuri tal-limitu bijoloġiċi fit-territorju ta' l-Istat Membru in kwistjoni,

 l-effett tal-miżuri ta' prevenzjoni meħuda jew li għandhom jittieħdu,

 meta disponibbli, il-konklużjonijiet li għandhom jinħarġu minn kull sorveljanza dwar is-saħħa diġà midħula għaliha.

Min iħaddem għandu jikseb it-tagħrif addizzjonali li jkun meħtieġ minn għand il-fornitur jew minn sorsi oħra disponibbli fil-pront rigward l-istima għar-riskju jew minn sorsi oħra diġa' għad-disposizzjoni. Meta approprjat, dan it-tagħrif għandu ikun fih l-istima speċifika li tirrigwarda r-riskju għall-utenti stabbilit fuq il-bażi tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-aġenti kimiċi.

2.  Min iħaddem għandu ikollu fil-pussess tiegħu stima tar-riskju skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 89/391/KEE, u għandu jidentifika liema miżuri jkunu ttieħdu skond l-Artikoli 5 u 6 ta' din id-Direttiva. L-istima tar-riskju għandha tiġi ddokumentata f'għamla xierqa skond il-liġijiet u l-prattika nazzjonali, u tista' tinkludi ġustifikazzjoni minn min iħaddem illi n-natura u l-kobor tar-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi mhux meħtieġa jagħmlu stima oħra iktar iddettaljata. L-istima tar-riskju għandha tinżamm aġġornata, b'mod partikolari jekk kien hemm bidliet sinifikanti li jistgħu jwassluha li ssir skaduta, jew meta r-riżultati tas-sorveljanzi tas-saħħa juru li hija meħtieġa.

3.  Ċerti attivitajiet ġewwa impriża jew stabbiliment, bħalma hija l-manutenzjoni, li rigward tagħhom ikun previst illi jkun hemm il-potenzjal ta' esposizzjoni sinifikanti, jew li jistgħu jirriżultaw f'effetti ta' ħsara għas-sigurtà u s-saħħa għal raġunijiet oħra, saħansitra wara li jkunu ttieħdu l-miżuri tekniċi kollha, għandhom jiġu inklużi fl-istima tar-riskju.

4.  Fil-każ ta' l-attivitajiet li jinvolvu esposizzjoni għal numru ta' aġenti kimiċi ta' riskju, ir-riskju għandu jiġi stmat fuq il-bażi tar-riskju ppreżentat minn dawn l-aġenti kimiċi kollha f'għaqda.

5.  Fil-każ ta' attività ġdida li tinvolvi aġenti kimiċi ta' riskju, ix-xogħol għandu jinbeda biss wara li tkun saret stima tar-riskju ta' din l-attività u wara li tkun ġiet implimentata kull miżura preventiva identifikata.

6.  Għandhom jiġu żviluppati linji ta' gwida prattiċi sabiex jiġi stabbilit u stmat ir-riskju, u r-reviżjoni u, jekk meħtieġ, l-aġġornament tagħhom, skond l-Artikolu 12(2).

Artikolu 5

Il-prinċipji ġenerali tal-prevenzjoni tar-riskji assoċjati ma' l-aġenti kimiċi ta' riskju u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva li għandha x'taqsam ma' l-istima tar-riskji

1.  Fit-twettieq ta' l-obbligi tiegħu sabiex jiżgura s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema f'kull attività li tinvolvi l-aġenti kimiċi ta' riskju, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri preventivi meħtieġa ddikjarati fl-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva 89/391/KEE u jinkludu l-miżuri ddikjarati f'din id-Direttiva.

2.  Ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol li jinvolvu aġenti kimiċi perikolużi għandhom jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi:

 id-disinn u l-organizzazzjoni tas-sistemi tax-xogħol fuq il-post tax-xogħol,

 il-provvediment tat-tagħmir addattat għax-xogħol bl-aġenti kimiċi u l-proċeduri tal-manutenzjoni li jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol,

 it-tnaqqis għall-minimu tan-numru tal-ħaddiema esposti jew li x'aktarx jiġu esposti,

 it-tnaqqis għall-minimu tat-tul taż-żmien u l-intensità ta' l-esposizzjoni,

 il-miżuri iġjeniċi approprjati,

 it-tnaqqis tal-kwantità ta' l-aġenti kimiċi preżenti fuq il-post tax-xogħol għall-minimu meħtieġ għat-tip tax-xogħol interessat,

 proċeduri xierqa għax-xogħol inklużi l-arranġamenti għat-tqandil, il-ħażna u t-trasport fis-sigurtà ġewwa l-post tax-xogħol ta' l-aġenti kimiċi ta' riskju u l-iskart li jkun fih dawn l-aġenti kimiċi.

Għandhom jiġu żviluppati linji gwida prattiċi għall-miżuri ta' prevenzjoni sabiex jikkontrollaw ir-riskju, skond l-Artikolu 12(2).

3.  Meta r-riżultati ta' l-istima referita fl-Artikolu 4(1) jiżvelaw riskju għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, għandhoim jiġu applikati l-miżuri tal-protezzjoni, il-prevenzjoni u l-monitoraġġ speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 10.

4.  Meta r-riżultati ta' l-istima tar-riskju referita fl-Artikolu 4(1) juru illi, minħabba kwantitajiet ta' l-aġenti kimiċi ta' riskju preżenti fil-post tax-xogħol, jeżisti biss riskju żgħir għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, u l-miżuri meħuda skond il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu huma biżżejjed sabiex inaqqsu r-riskju, ma għandhomx japplikaw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 6,7 u 10.

Artikolu 6

Protezzjoni speċifika u miżuri tal-prevenzjoni speċifiċi

1.  Min iħaddem għandu jiżgura illi r-riskju minn aġent kimiku ta' riskju għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol jiġi eliminat jew imnaqqas għall-minimu.

2.  Meta jiġi applikat il-paragrafu 1, għandha bi preferenza tiġi midħula għaliha s-sostituzzjoni, li biha min iħaddem għandu jevita l-użu ta' aġent kimiku tar-riskju billi jibdlu b'aġent kimiku ieħor jew bi proċess li, skond il-kondizzjonijiet ta' l-użu tiegħu, ma jkunx ta' riskju jew ta' riskju inqas għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, skond kif ikun il-każ.

Fejn in-natura ta' l-attività ma tippermettix li riskju jiġi eliminat b'sostituzzjoni, filwaqt li jkun qies l-istima ta' l-attività u tar-riskju referita fl-Artikolu 4, min iħaddem għandu jiżgura illi r-riskju jiġi mnaqqas għal dak minimu billi japplika l-miżuri ta' protezzjoni u ta' prevenzjoni, konsistenti ma' l-istima tar-riskju magħmul skond l-Artikolu 4. Dawn jinkludu, skond l-ordni tal-prijoritá:

(a) id-disinn tal-proċessi approprjati tax-xogħol u l-kontrolli ta' l-inġinerija u l-użu tat-tagħmir u tal-materjali adegwati, sabiex jiġi evitat jew imnaqqas għall-minimu r-rilaxx ta' l-aġenti kimiċi li jistgħu jippreżentaw riskju għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol;

(b) l-applikazzjoni ta' miżuri kollettivi ta' protezzjoni fis-sors tar-riskju, bħalma huma l-ventilazzjoni adegwata u l-miżuri organizzativi approprjati;

(ċ) meta ma tkunx tista' tiġi pprevenuta esposizzjoni b'mezzi oħra, jiġu applikati l-miżuri ta' protezzjoni individwali li jinkludu t-tagħmir personali protettiv.

Għandhom jiġu żviluppati linji ta' gwida prattiċi għall-miżuri tal-protezzjoni u l-prevenzjoni sabiex jikkontollaw ir-riskju skond l-Artikolu 12(2).

3.  Il-miżuri referiti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu akkumpanjati b'sorveljanza dwar is-saħħa skond l-Artikolu 10 jekk ikun approprjat għan-natura tar-riskju.

4.  Għajr jekk minn iħaddem juri biċ-ċar b'mezzi oħra ta' evalwazzjoni illi, skond il-paragrafu 2, ikunu nkisbu l-prevenzjoni u l-protezzjoni adegwati, min iħaddem għandu jwettaq fuq bażi regolari, u meta tiġri kull bidla fil-kondizzjonijiet li tista' taffettwa lill-ħaddiema għall-esposizzjoni ta' l-aġenti kimiċi, dawk il-miżuri dwar l-aġenti kimiċi li jistgħu jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol skond kif meħtieġ, b'mod partikolari fejn għandhom x'jaqsmu l-valuri tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol.

5.  Min iħaddem għandu jqis ir-riżultati tal-proċeduri referiti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu rigward it-twettiq ta' l-obbligi stabbiliti jew li jirriżultaw bħala konsegwenza ta' l-Artikolu 4.

F'kull każ, fejn ikun inqabeż il-valur tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol stabbilit b'mod effettiv fit-territorju ta' Stat Membru, min iħaddem għandu jieħu passi fil-pront, filwaqt li jqis in-natura ta' dak il-limitu, li jirrimedja s-sitwazzjoni billi jwettaq il-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni.

6.  Fuq il-baż ta' l-istima ġenerali u tal-prinċipji ġenerali għall-prevenzjoni tar-riskju fl-Artikoli 4 u 5, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri tekniċi u/jew organizzattivi approprjati għan-natura tal-ħidma, inklużi l-ħażna, it-tqandil u s-segregazzjoni ta' l-aġenti kimiċi inkompatibbli, billi jipprovdi għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li jinħolqu mill-proprjetajiet fiżiko-kimiċi ta' l-aġenti kimiċi. B'mod partikolari għandu jieħu l-miżuri, skond l-ordni tal-prijorità, sabiex:

(a) jipprevjeni l-preżenza fuq il-post tax-xogħol tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jieħdu n-nar jew ta' kwantitajiet tas-sustanzi kimikament mhux stabbli ta' riskju jew, meta n-natura tax-xogħol ma tippermettix dan,

(b) jevita l-preżenza tas-sorsi tat-teħid tan-nar li jistgħu joħolqu ħruq u splużjonijiet, jew kondizzjonijiet negattivi li jistgħu jikkawżaw sustanzi kimiċi mhux stabbli jew it-taħliet ta' sustanzi li joħolqu effetti fiżiċi ta' ħsara, u

(ċ) itaffi l-effetti detrimentali għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fil-każ ta' ħruq jew splużjoni minħabba t-teħid tan-nar minn sustanzi li jieħdu n-nar, jew l-effetti fiżiċi ta' ħsara li jinħolqu minn sustanzi kimiċi jew minn taħliet ta'sustanzi mhux stabbli.

It-tagħmir tax-xogħol u s-sistemi tal-protezzjoni pprovduti minn min iħaddem għall-protezzjoni tal-ħaddiema għandhom iħarsu d-disposizzjonijiet relevanti Komunitarji dwar id-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-provvista rigward is-sigurtà u s-saħħa. Il-miżuri tekniċi u/jew organizzattivi meħuda minn min iħaddem għandhom iqisu u jkunu konsistenti ma' l-għoti tal-kategorija skond il-grupp tat-tagħmir fl-Anness I mad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw it-tagħmir u s-sistemi tal-protezzjoni maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment splussivi ( 21 ).

Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri sabiex jipprovdi kontroll biżżejjed ta' l-impjant, tat-tagħmir u tal-makkinarju jew tal-provvediment tat-tagħmir li jrażżan l-isplużjonijiet jew l-arranġamenti ta' għajnuna mill-pressjoni ta' splużjoni.

Artikolu 7

Arranġamenti għal kif inċidenti, aċċidenti u emerġenzi għandhom ikunu trattati

1.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu, sabiex jipproteġi s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema mill-inċidenti, l-aċċidenti jew l-emerġenza li għandhom x'jaqsmu mal-preżenza ta' l-aġenti kimiċi ta' riskju fuq il-post tax-xogħol, jistabbilixxi l-proċeduri (il-pjanijiet ta' azzjoni) li jkunu jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ meta jiġri dan il-każ, sabiex tittieħed l-azzjoni approprjata. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu kull eżerċizzju relevanti tas-sigurtà li jiġu mwettqa f'intervalli regolari taż-żmien, u l-provvediment approprjat tal-faċilitajiet ta' l-ewwel għajnuna.

2.  Fil-każ ta' l-okkorrenza ta' każ bħal dak imsemmi fil-paragrafu 1, min iħaddem għandu jieħu passi fil-pront sabiex itaffi l-effetti ta' dan il-każ u jgħarraf lill-ħaddiema interessati bihom.

Sabiex is-sitwazzjoni tiġi rrestawrata għan-normal:

 min iħaddem għandu jimplimenta l-miżuri approprjati sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni mill-iktar fis possibbli,

 dawk il-ħaddiema biss li huma essenzjali sabiex iwettqu t-tiswijiet u x-xogħol l-ieħor meħtieġ għandhom jingħataw il-permess li jaħdmu fiż-żona effettwata.

3.  Il-ħaddiema li jkollhom il-permess li jaħdmu fiż-żona effettwata għandhom jiġu pprovduti bl-ilbies tal-protezzjonai approprjat, it-tagħmir personali ta' protezzjoni, it-tagħmir u l-impjant speċjalizzati tas-sigurtà li għandhom jużaw sakemm tippersisti s-sitwazzjoni; din is-sitwazzjoni ma għandhiex tkun permanenti.

Il-persuni mhux protetti ma għandhomx jitħallew li jibqgħu fiż-żona effettwata.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tad-Direttiva 89/391/KEE min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprovdi s-sistemi tat-twissja u ta' komunikazzjoni oħra meħtieġa sabiex jagħtu s-sinjal tar-riskju miżjud għas-sigurtà u s-saħħa, sabiex jippermettu r-rispons approprjat u jvaraw l-azzjonijiet ta' rimedju, ta' assistenza, il-ħidmiet tal-ħelsien u s-salvataġġ fil-pront jekk tinħoloq il-ħtieġa.

5.  Min iħaddem għandu jiżgura li jkun disponibbli t-tagħrif dwar l-arranġamenti ta' emerġenza li jinvolvu l-aġenti kimiċi ta' riskju. Is-servizzi relevanti interni u esterni dwar l-inċidenti u ta' emerġenza għandu jkollhom aċċess għal dan it-tagħrif. Dan għandu jinkludi li ġej:

 avviż bil-quddiem tar-riskji relevanti tax-xogħol, l-arranġementi dwar l-identifikazzjoni tar-riskji, il-prekawzjonijiet u l-proċeduri, sabiex is-servizzi ta' l-emerġenza jistgħu jħejju l-proċeduri tagħhom ta' rispons u tal-miżuri ta' prekawzjoni; u

 kull tagħrif disponibbli li jirrigwarda r-riskji speċifiċi li jinħolqu, jew li x'aktarx jinħolqu, filwaqt ta' inċident jew ta' emerġenza, li jinkludu t-tagħrif dwar il-proċeduri mħejjija skond dan l-Artikolu.

Artikolu 8

Tagħrif u taħriġ għall-ħaddiema

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 12 tad-Direttiva 89/391/KEE min iħaddem għandu jiżgura illi l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom jiġu pprovduti bi:

 l-informazzjoni skond l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva, u informata iktar kull meta bidla maġġuri fuq il-post tax-xogħol twassal għall-bidla f'din l-informazzjoni,

 it-tagħrif dwar l-aġenti kimiċi ta' riskju li jkunu jinsabu fuq il-post tax-xogħol, bħalma huma l-identità ta' dawn l-aġenti, ir-riskji għas-sigurtà u s-saħħa, il-valuri relevanti tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol u d-disposizzjonijiet leġislattivi l-oħra,

 it-taħriġ u t-tagħrif dwar il-prekawzjonijiet approprjati u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex jissalvagwardjaw lilhom infushom u lill-ħaddiema l-oħra fuq il-post tax-xogħol,

▼M2

 l-aċċess għal kull skeda ta’ dejta ta’ sigurtà pprovduta mill-fornitur skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

▼B

u li dan it-tagħrif huwa:

 ipprovdut b'mod approprjat għar-riżultat tar-riskju skond l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva. Dan jista' jvarja mill-komunikazzjoni bil-fomm għall-istruzzjonijiet u t-taħriġ individwali appoġġjat bit-tagħrif bil-miktub, jiddependi min-natura u l-grad tar-riskju żvelat mill-istima meħtieġa mill-Artikolu msemmi,

 aġġornat sabiex iqis tibdil fiċ-ċirkostanzi.

2.  Fejn il-kontenituri u l-pajpijiet ta' l-aġenti kimiċi ta' riskju użati waqt ix-xogħol ma jkunux immarkati skond il-leġislazzjoni relevanti Komunitarja dwar l-ittikkettjar ta' l-aġenti kimiċi u dwar sinjali tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, min iħaddem għandu, mingħajr preġudizzju għad-derogi pprovduti fil-leġislazzjoni msemmija hawn fuq, jiżgura illi l-kontenuti tal-kontenituri u tal-pajpijiet, flimkien man-natura ta' dawn il-kontenuti u ta' kull riskju assoċjat magħhom, ikunu jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar.

▼M2

3.  L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri meħtieġa biex jiżguraw li min iħaddem ikun kapaċi jikseb fuq talba, preferibbilment mill-produttur jew mill-fornitur, l-informazzjoni kollha dwar l-aġenti kimiċi perikolużi li hija neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva, sa fejn la r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u lanqas ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ma jinkludu l-ebda obbligu għall-għoti ta’ informazzjoni.

▼B



TAQSIMA III

DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu 9

Projbizzjonijiet

1.  Sabiex tiġi pprevenuta l-esposizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji tas-saħħa minn ċerti aġenti kimiċi u/jew ċerti attivitajiet li jinvolvu l-aġenti kimiċi, għandhom jiġu aboliti l-produzzjoni, il-fabbrikazzjoni jew l-użu fuq ix-xogħol ta' l-aġenti kimiċi u l-attivitajiet stabbiliti fl-Anness III safejn u sakemm speċifikati fih.

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-ħtiġijiet tal-paragrafu 1 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

 għall-għan waħdieni tar-riċerka u t-testijiet xjentifiċi, li jinkludu l-analiżi,

 għall-attivitajiet maħsuba li jeliminaw l-aġenti kimiċi li jkunu preżenti fl-għamla ta' prodotti sekondarji jew prodotti ta' l-iskart,

 għall-produzzjoni ta' l-aġenti kimiċi referiti fil-paragrafu 1 għall-użu bħala intermedji, u għal dan l-użu.

L-esposizzjoni tal-ħaddiema għall-aġenti kimiċi referiti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprevenuti, b'mod partikolari billi jiġi pprovdut illi l-produzzjoni u l-użu mill-iktar fis possibbli ta' dawn l-aġenti kimiċi bħala intermedji għandhom jsiru f'sistema waħda magħluqa, li minnha l-aġenti kimiċi msemmija hawn fuq jistgħu jitneħħew biss safejn u sakemm meħtieġ għall-monitoraġġ tal-proċess jew għalbiex jaqdu s-sistema.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal sistemi ta' awtorizzazzjonijiet individwali.

3.  Meta jkunu permessi derogi skond il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha titlob lil min iħaddem li jissottometti t-tagħrif li ġej:

 ir-raġuni għat-talba tad-deroga,

 il-kwantità ta' l-aġent kimiku li għandu jintuża kull sena,

 l-attivitajiet u/jew ir-reazzjonijiet jew il-proċessi involuti,

 in-numru tal-ħaddiema li x'aktax ikunu involuti,

 il-prekawzjonijiet previsti sabiex jipproteġu s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema interessati,

 il-miżuri tekniċi u organizattivi meħuda biex jipprevjenu l-esposizzjoni tal-ħaddiema.

4.  Il-Kunsill, skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 118a tat-Trattat, jista' jemenda l-lista tal-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sabiex jinkludu iktar aġenti jew attivitajiet kimiċi.

Artikolu 10

Sorveljanza tas-saħħa

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tad-Direttiva 89/391/KEE, l-Istati Membri għandhom idaħħlu arranġamenti sabiex iwettqu s-sorveljanza approprjata tas-saħħa tal-ħaddiema li tagħha r-riżultati ta' l-istima referita fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva jiżvela riskju għas-saħħa. Dawn l-arranġamenti, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi għas-saħħa u r-reġistrazzjonijiet ta' l-esposizzjoni u d-disponibbiltà tagħhom, għandhom jiddaħħlu skond il-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali.

Is-sorveljanza tas-saħħa, ir-riżultati li tagħhom għandu jingħata qies meta jiġu applikati l-miżuri ta' prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol speċifiku, għandhom ikun approprjati meta:

 l-esposizzjoni tal-ħaddiema għal aġent kimiku ta' riskju tkun hekk illi marda identifikata jew effett negattiv għas-saħħa jista' jkollhom x'jaqsmu ma' l-esposizzjoni, u

 ikun il-possibbiltà illi l-marda jew l-effett jistgħu jiġru fil-kondizzjonijiet partikolari tax-xogħol tal-ħaddiema, u

 il-metodu tat-teknika ta' l-investigazzjoni ikun ta' riskju baxx għall-ħaddiema.

Barra minn hekk, għandu jkun hemm metodi tat-teknika validi sabiex jikxfu l-indikazzjonijiet tal-marda jew l-effett.

Meta valur bijoloġiku tal-limitu li jorbot jiġi ffissat kif indikat fl-Anness II, sorveljanza tas-saħħa għandha tkun ħtieġa obbligatorja għax-xogħol bl-aġent kimiku ta' riskju fil-kwistjoni, skond il-proċeduri f'dan l-Anness. Il-ħaddiema għandhom jiġu mgħarrfa b'din il-ħtieġa qabel ma jiġu assenjati l-kompitu li jinvolvi riskju ta' l-esposizzjoni għal aġent kimiku ta' riskju indikat.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti sabiex jiżguraw illi għal kull wieħed mill-ħaddiema li jgħaddi minn sorveljanza dwar is-saħħa skond il-ħtiġijiet tal-paragrafu 1, isiru r-reġistrazzjonijiet tas-saħħa individwali u ta' l-esposizzjoni u jissoktaw jiġu aġġornati.

3.  Ir-reġistrazzjonijiet tas-saħħa u ta' l-esposizzjoni għandu jkollhom sommarju tar-riżultati tas-sorveljanza mwettqa dwar is-saħħa u ta' kull informazzjoni dwar il-monitoraġġ li tirrappreżenta l-esposizzjoni ta' l-individwu. Il-monitoraġġ bijoloġiku u ħtiġijiet li jkollhom x'jaqsmu miegħu jistgħu jagħmlu parti mis-sorveljanza tas-saħħa.

Ir-reġistrazzjonijiet tas-saħħa u ta' l-esposizzjoni għandhom jinżammu fuq formola addattata sabiex jippermettu konsultazzjonijiet f'data aktar tard, filwaqt li titqies kull kunfidenzjalità.

Kopji tar-reġistrazzjonijiet approprjati għandhom jiġu forniti lill-awtorità kompetenti fuq talba. Il-ħaddiem individwali għandu, fuq it-talba tiegħu, ikollu aċċess għar-reġistrazzjonijiet tas-saħħa u esposizzjoni li jkollhom x'jaqsmu miegħu personalment.

Meta impriża tieqaf min-negozju, ir-reġistrazzjonijet tas-saħħa u l-esposizzjoni għandhom jintgħamlu disponibbli lill-awtorità kompetenti.

4.  Meta, bħala riżultat tas-sorveljanza tas-saħħa:

 ħaddiem jinstab li jkollu marda li tista' tiġi identifikata jew effett negattiv għas-saħħa li jitqiesu minn tabib jew professjonista fil-kura tas-saħħa minħabba x-xogħol li jkunu r-riżultat ta' l-esposizzjoni fuq ix-xogħol għal aġent kimiku ta' riskju, jew

 valur bijoloġiku tal-limitu li jorbot jinstab li jkun inqabeż,

il-ħaddiem għandu jiġi mgħarraf mit-tabib jew minn persuna oħra kkwalifikata kif jixraq bir-riżultat li jkollu x'jaqsam miegħu lilu personalment, li jinkludi t-tagħrif u l-pariri rigward kull sorveljanza dwar is-saħħa li jkollu jgħaddi minnha wara t-tmiem ta' l-esposizzjoni, u

min iħaddem għandu:

 jirrevedi l-istima tar-riskju magħmul skond l-Artikolu 4(1),

 jirrevedi l-miżuri pprovduti sabiex jeliminaw jew inaqqsu r-riskji skond l-Artikoli 5 u 6,

 iqis il-parir tal-professjonista tal-kura tas-saħħa minħabba x-xogħol jew persuna oħra kkwalifikata jew l-awtorità kompetenti sabiex tiġi implimentata kull miżura meħtieġa sabiex jiġi eliminat jew jitnaqqas ir-riskju skond l-Artikolu 6, li jinkludi l-possibbiltà li l-ħaddiem jiġi assenjat xogħol alternattiv fejn ma jkun hemm l-ebda riskju ta' aktar esposizzjoni, u

 jirranġa s-sorveljanza ssoktata dwar is-saħħa u jipprovdi reviżjoni ta' l-istat tas-saħħa ta' kull ħaddiem ieħor li jkun ġie espost bl-istess mod. F'dawn il-każijiet it-tabib kompetenti jew il-professjonista tal-kura tas-saħħa minħabba x-xogħol jew l-awtorità kompetenti jistgħu jipproponu illi persuni esposti jgħaddu minn eżami mediku.

Artikolu 11

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom għandha ssir skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/39/KEE dwar il-materji koperti b'din id-Direttiva, li jinkludu l-Annessi ta' magħha.

Artikolu 12

Addattament ta' l-Annessi, preparazzjoni u adozzjoni ta' gwida teknika

1.  L-aġġustamenti ta' natura strettament teknika għall-Annessi f'linja ma':

 l-adozzjoni tad-Direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tekniċi li jirrigwardaw l-aġenti kimiċi, u/jew

 il-progress tekniku, il-bidliet fl-i standards internazzjonali jew l-ispeċifikazzjonijiet u s-sejbiet il-ġodda li jirrigwardaw l-aġenti kimiċi,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE.

2.  Il-Kummissjoni għandha tfassal linji ta' gwida prattiċi ta' natura li ma jorbtux. Dawn il-linji ta' gwida għandhom jindirizzaw is-suġġetti referiti fl-Artikoli 3, 4, 5, u 6, u t-Taqsima I ta' l-Anness II.

Il-Kummissjoni għandha l-ewwel tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv tas-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol skond id-Deċiżjoni 74/325/KEE.

Fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iqisu dawn il-linji ta' gwida safejn u sakemm huwa possibbli fit-tifsil tal-politika nazzjonali tagħhom għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

Artikolu 13

Revoka u l-emendi tad-Direttivi ta' qabel

1.  Id-Direttivi 80/1107/KEE, 82/605/KEE u 88/364/KEE għandhom jiġu rrevokati fid-data msemmija fl-Artikolu 14(1).

2.  Id-Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE tad-19 ta' Settembru 1983 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 80/1 107/KEE) ( 22 ), tiġi emendata kif ġej:

(a) fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 1(1), il-kliem li ġej għandu jiġi mħassar:

“li hija t-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 80/1107/KEE”;

(b) l-Artikolu 9(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.  L-emendi meħtieġa sabiex jaddattaw l-Annessi ma' din id-Direttiva għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol ( 23 ).

(ċ) fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(1) il-kliem

“skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 80/1107/KEE”

għandu jinbidel bi

“skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE”.

3.  Id-Direttiva tal-Kunsill 86/188/KEE tat-12 ta' Mejju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-esposizzjoni għall-ħsejjes fuq ix-xogħol ( 24 ) tiġi emendata kif ġej:

(a) fl-Artikolu 1(1), għandu jiġi mħassar il-kliem li ġej:

“li hija t-tielet Direttiva individwali fit-tifsira tad-Direttiva 80/1107/KEE”;

(b) fl-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Annessi I u II għandhom jiġu addattati għall-progress tekniku skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta'Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri li jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol ( 25 ).

4.  Kull referenza oħra fid-Direttiva 83/477/KEE u d-Direttiva 86/188/KEE għad-Direttiva 80/1107/KEE għandha tittieħed skaduta mid-data tad-Direttiva msemmija.

5.  Id-Direttivi 91/322/KEE u 96/94/KE jibqgħu fis-seħħ.



TAQSIMA IV

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-5 ta' Mejju 2001. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jkunu diġà adottaw jew li jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 16

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 17

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

LISTA LI TORBOT IL-VALURI TAL-LIMITU TA' ESPOSIZZJONI FUQ IX-XOGĦOL



L-isem ta' l-aġent

In-Numru ta' l-EINECS (1)

In-Numru tal-CAS (2)

Il-Valur tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol 8 h (3)

Il-Valur tal-limitu ta' l-esposizzjoni minħabba x-xogħol

fuq terminu qasir (4)

mg/m3 (5)

ppm (6)

mg/m3

ppm

Ċomb inorganiku u l-komposti tiegħu

 
 

0,15

 
 
 

(1)   EINECS: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti.

(2)   CAS: Is-Servizz ta' l-Astratti Kimiċi.

(3)   Imkejjel jew ikkalkolat b'relazzjoni għall-perjodu referit ta' tmien sigħat, medja ppeżata taż-żmien.

(4)   Valur tal-limitu dwar liema esponiment m'għandux ifiġġ, liema hu rrelatat ma' perjodu ta' ħmistax-il minuta sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

(5)   mg/m3 = milligrammi kull metru kubu ta' l-arja għal 20°C u 101,3 kPa.

(6)   ppm = biċċiet kull miljun skond il-volum fl-arja (ml/m3).




ANNESS II

VALURI TAL-LIMITU BIJOLOĠIĊI LI JORBTU U MIŻURI TAS-SORVELJANZA TAS-SAĦĦA

1.   Ċomb u l-komposti joniċi tiegħu

1.1.

Il-monitoraġġ bijoloġiku għandu jinkludi l-kejl tal-livell taċ-ċomb fid-demm (PbB) bl-użu ta' l-ispettrometrija ta' l-assorbiment jew metodu li jagħti riżultati ekwivalenti. Il-valur tal-limitu bijoloġiku li jorbot huwa:

70 μg Pb/100 ml demm

1.2

Titwettaq is-sorveljanza medika jekk:

 l-esposizzjoni għall-konċentrazzjoni taċ-ċomb fl-arja tkun ikbar minn 0,075 mg/m3, ikkalkolati bħala medja ppeżata taż-żmien matul 40 siegħa kull ġimgħa, jew

 jiġi mkejjel livell taċ-ċomb fid-demm ikbar minn 40 μg Pb/100 ml demm f'ħaddiema individwali.

1.3

Il-linji gwida prattiċi għall-monitoraġġ bijoloġiku u s-sorveljanza medika għandhom jiġu żviluppati skond l-Artikolu 12(2). Dawn għandhom jinkludu r-rakkomandazzjonijiet ta' l-indikaturi bijoloġiċi (p.e., ALAU, ZPP, ALAD) u strateġiji tal-monitoraġġ bijoloġiku.




ANNESS III

PROJBIZZJONIJIET

Huma pprojbiti l-produzzjoni, il-fabbrikazzjoni jew l-użu fuq ix-xogħol ta' l-aġenti kimiċi u l-attivitajiet li jinvolvu l-aġenti kimiċi ddikjarati hawn taħt. Il-projbizzjoni ma tapplikax jekk l-aġent kimiku ikun preżenti f'aġent kimiku ieħor, jew bħala kostitwent ta' l-iskart, sakemm il-konċentrazzjoni individwali tiegħu tkun inqas mil-limitu speċifikat.

(a)   Aġenti Kimiċi



Numru ta' l-EINECS (1)

Numru tal-CAS (2)

Isem ta' l-aġent

Limitu tal-konċentrazzjoni għall-eżenzjoni

202-080-4

91-59-8

It-2-naftilamin u l-imluħ tiegħu

0,1 % w/w

202-177-1

92-67-1

Il-4-minodifenil u l-imluħ tiegħu

0,1 % w/w

202-199-1

92-87-5

Il-Benżidin u l-imluħ tiegħu

0,1 % w/w

202-204-7

92-93-3

Il-4-nitrodifenil

0,1 % w/w

(1)   EINECS: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti

(2)   CAS: Is-Servizz tas-Sommarji Kimiċi

(b)   Attivitajiet tax-xogħol

Xejn.



( 1 ) ĠU C 165, tas-16.6.1993, p. 4.

( 2 ) ĠU C 34, tat-2.2.1994, p. 42.

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' April 1994 (ĠU C 128, tad-9.5.1994, p. 167), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-7 ta' Ottubru 1997 (ĠU C 375, tal-10.12.1997, p. 2) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 1998 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 4 ) ĠU L 327, tat-3.12.1980, p. 8. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/642/KEE (ĠU L 356, ta' l-24.12.1988, p. 74).

( 5 ) ĠU L 247, tat-23.8.1982, p. 12.

( 6 ) ĠU L 179, tad-9.7.1988, p. 44.

( 7 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

( 8 ) ĠU 196, tas-16.8.1967, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/56/KE (ĠU L 236, tat-18.9.1996, p. 35).

( 9 ) ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 14. Direttva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/65/KE (ĠU L 265, tat-18.10.1996, p. 15).

( 10 ) ĠU L 275, tal-5.10.1990, p. 35.

( 11 ) ĠU L 245, tas-26.8.1992, p. 23.

( 12 ) ĠU L 177, tal-5.7.1991, p. 22.

( 13 ) ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 86.

( 14 ) ĠU L 185, tad-9.7.1974, p. 15. Deċiżjoni kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

( 15 ) ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1.

( 16 ) Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta'Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi bit-triq (ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7). Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/86/KE (ĠU L 335, ta' l-24.12.1996 p. 43).

( 17 ) Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tal-23 ta'Lulju 1996 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi bil-ferrovija (ĠU L 235, tas-17.9.1994, p. 25). Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/87/KE (ĠU L 335, ta' l-24.12.1996 p. 45).

( 18 ) Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE tat-13 ta'Settembru 1993 li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi għall-bastimenti fi triqthom lejn jew li jħallu l-portijiet Komunitarji u li jġorru oġġetti perikolużi jew ta' tniġġiż (ĠU L 247, tal-5.10.1993, p. 19). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/34/KE (ĠU L 158, tas-17.6.1997 p. 40).

( 19 ) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

( 20 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

( 21 ) ĠU L 100, tad-19.4.1994, p. 1.

( 22 ) ĠU L 263, ta' l-24.9.1983, p. 25. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/382/KEE (ĠU L 206, tat-12.7.1991, p. 16).

( 23 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.”

( 24 ) ĠU L 137, ta' l-24.5.1986, p. 28.

( 25 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.”