1997A1716 — MT — 01.03.2016 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

FTEHIM TA' ASSOĊJAZZJONI INTERIM EWRO-MEDITERRANJU,

dwar kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità‘ ewropea minn naħa waħda, u l-Organiżazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorita‘ Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża, minn naħa l-oħra

(ĠU L 187 16.7.1997, p. 3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-22 ta' Diċembru 2004

  L 2

6

5.1.2005

 M2

DEĊIŻJONI Nru 1/2009 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-PL 2009/823/KE tal-24 ta’ Ġunju 2009

  L 298

1

13.11.2009

►M3

FTEHIM fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra

  L 328

5

10.12.2011

 M4

DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-OLP 2014/867/UE tat-8 ta' Mejju 2014

  L 347

42

3.12.2014

►M5

DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-PLO tat-18 ta' Frar 2016

  L 205

24

30.7.2016




▼B

FTEHIM TA' ASSOĊJAZZJONI INTERIM EWRO-MEDITERRANJU,

dwar kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità‘ ewropea minn naħa waħda, u l-Organiżazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorita‘ Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża, minn naħa l-oħra



Il-KOMUNITÀ EWROPEA

minn hawn il-quddiem imsemmija bħala “il-Komunità”,

minn naħa waħda,

u l-organiżazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-awtorita‘ Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża, imsemmija bħala “l-awtorita' Palestinjana”

minn naħa l-oħra,

Meta wieħed jikonsidera l-importanza tar-rabtiet eżistenti bejn il-Komunità' u l-poplu Palestinjan tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża, u l-valuri komuni li għandhom it-tnejn,

Meta wieħed jikonsidera li l-Komunità' u l-PLO jixtiequ jsaħħu dawk ir-rabtiet u li jistabilixxu relazzjonijiet permanenti ibażati fuq partnership u reċiproċita,

Meta wieħed jikonsidera l-importanza li l-partijiet jatribwixu għall-prinċipji tac-Carter tal-Ġnus Mgħaquda, partikolarment l-osservanza tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, prinċipji demokratiċI u libertajiet politiċi w ekonomiċi li jiformaw il-bażi tar-relazzjonijiet tagħhom,

Peress li jixtiequ jsaħħu l-framework tar-relazzjonijiet ta' bejn il-Komunità' Ewropea u Lvant Nofsani bħala għan li jintlaħaq malli s-sitwazzjoni tipermetti,

Meta wieħed jikonsidera d-differenza f'izvilupp ekonomiku w soċjali bejn il-partijiet u l-ħtieġa li jiġu ntensifikati l-isforzi eżistenti sabiex jiġu promoss l-izvilupp ekonomiku w soċjali fix-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża,

Peress li jixtiequ jistabilixxu ko-operazzjoni, sostnut minn dialogu regolari, fuq materji ekonomiċI, kulturali, xjentifiċi w edukattivi bil-għan li jiġu mtejba l-għarfien u l-fehma reċiproka

Meta wieħed jikonsidera ir-rabta tal-Partijiet għall-kummerċ ħieles, u partikolarment għall-provedimenti tal-Ftehim Ġenerali fuq Tariffi w l-Kummerċ tan-1994,

Peress li jixtiequ jibnu fuq il-ftehim awtonomi eżistenti dwar il-kummerċ bejn il-Partijiet u jitpoġġew fuq bażi kontrattwali w reċiproka,

Konvinti mill-ħtieġa li tiġi promossa l-kreazzjoni għall-ambjent ġdid għar-relazzjonijiet ekonomiċi tagħhom sabiex jiġi miljorat l-ambjent għall-influss tal-investiment,

Meta wieħed jikonsidera id-drittijiet u obbligi tal-partijiet taħt l-ftehim intenazzjonali li huma iffirmaw,

Konvinti li l-partiċipazzjoni sħiħa tal-Awtorita‘ Palestinjana fil-Partnership Ewro-Mediterranju imwaqqaf fil-Konferenza ta' Barcelona huwa pass importanti fin-normalizazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-partijiet, li għandhom ikunu riflessi fi ftehim fuq bażi interim fl-istadju preżenti,

Konxji mill-importanza kbira politika tal-elezzjonijiet Palestinjani tal-20 ta' Jannar 1996 għall-proċess li jwassal għall-ftehim permanenti ibażat fuq ir-reżoluzzjonijiet 242 u 338 tal-Kunsill tas-Sigurta‘ tal-Gnus Mghaquda,

Jgħarfu li dan il-ftehim għandu jiġi sostitwit bi ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju malli l-kondizzjonijiet jipermettu,

FTEHMU KIF SER JINGĦAD:



Artikolu 1

1.  Assocjazzjoni Interim dwar il-Kummerċ u l-Ko-operazzjoni stabilit bejn il-Komunità‘ w l-Awtorita‘ Palestinjana

2.  L-oġġettivi ta' dan il-ftehim huma:

 sabiex jiprovdu framework għall-djalogu komprensiv, li jipermettu l-iżvilupp ta' rabtiet mill-qrib bejn iż-zewġ partijiet,

 sabiex jiġu estabiliti kondizzjonijiet għall-liberalizazzjoni progressiva tal-kummerċ,

 sabiex jiġi promoss l-izvilupp tar-relazzjonijiet ekonomiċi w soċjali bilanċjati bejn il-partijiet permezz tad-djalogu w ko-operazzjoni,

 sabiex isir kontribut lill-iżvilupp soċjali w ekonomiku tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża,

 sabiex jiġi nkoraġġat l-ko-operazzjoni bil-għan li jintlaħaq il-kosolidazzjoni tal-ko-eżistenza paċifika w stabilita' ekonomika w politika,

 sabiex tiġi promossa l-ko-operazzjoni li huma ta' interess reċiproka.

Artikolu 2

Relazzjonijiet bejn il-partijiet, kif ukoll il-provedimenti tal-ftehim innifsu, jridu jkunu bbażati fuq ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi w d-drittijiet fondametali tal-bniedem kif imqeda fid-dikjarazzjoni universali fuq drittijiet tal-bniedem, li jigwida l-politika interna w internazzjonali w jikostitwixxi element essenzali ta' dan il-ftehim.



TITOLU I

MOVEMENT ĦIELES TA' OĠĠETTI



PRIN¬IPJI BAŻI¬I

Artikolu 3

Il-Komunità' w l-Awtorita' Palestinjana jridu jistabilixxu progressivament żona ta' kummerċ ħieles fuq perjodu transitorju, li ma jaqbixx il-31 ta' Diċembru 2001, skond il-modalitajiet imqeda minn dan it-titolu w konformi mal-provedimenti tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi w Kummerċ tal-1994 u tal-ftehim l-oħra multilaterali dwar il-kummerċ ta' oġġetti annessi mal-ftehim li jwaqqaf L-Organiżazzjoni Dinji tal-Kummerċ (WTO), minn hawn il-quddiem imsemmi bħala GATT.



KAPITOLU 1

PRODOTTI INDUSTRIJALI

Artikolu 4

▼M3

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal prodotti li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża minbarra dawk elenkati fil-Kapitoli 1 sa 24 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) u tat-tariffa doganali tal-Awtorità Palestinjana, u minbarra dawk elenkati fl-Anness 1(1)(ii) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura tal-GATT. Madankollu, dan il-Kapitolu għandu jkompli japplika għal-lattożju kimikament pur tal-kodiċi tan-NM 1702 11 00 u għall-glukożju u l-ġulepp tal-glukożju, li fihom fl-istat xott 99 % jew aktar bil-piż ta’ glukożju, tal-kodiċijiet tan-NM ex 1702 30 50 u ex 1702 30 90 .

▼B

Artikolu 5

L-ebda dazji doganali ġodda fuq l-importazzjoni, jew kwalunkwe miżata oħra li jkollha l-istess effett, ma tista' tiġI ntrodotta bejn il-Komunità‘ w x-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża.

Artikolu 6

Importazzjoni għall-ġol Komunità‘ ta' prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża jkunu permessi liberi minn dazji doganali w ta' kwalunkwe miżata oħra li jkollha effett ekwivalenti w liberi minn restrizzjonijiet kwantitativi w ta' kwalunkwe miżura oħra li jkollha effett ekwivalenti.

Artikolu 7

1.  Il-provedimenti ta' dan il-Kapitolu ma jwaqqfux lill-Komunità‘ milli żomm komponent agrikolu għall-rigward oġġetti li joriġinaw fix-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża elenkati fl-Anness 1.

Il-provedimenti tal-Kapitolu 2 applikabbli għall-prodotti agrikoli japplikaw mutatis mutandis lill-komponent agrikolu.

2.  Għall-prodotti elenkati fl-Anness 2 li joriġinaw fil-Komunità‘, l-Awtorita‘ Palestinjana tista' żomm matul il-prjodu li fiħ iseħħ il-ftehim dazji doganali fuq l-importazzjoni w miżati li jkollhom effett ekwivalenti mhux aktar għolja minn dawk in vigore fl-1 ta' Lulju 1996.

3.  Il-Kumitat Konġunt stabilit taħt l-Artikolu 63 jista' jideċidi dwar konċessjonijiet oħra aktar il-quddiem li l-partijiet jistgħu jikonċedu lill-xulxin fuq bażi reċiproka.

Artikolu 8

1.  Dazji doganali u miżati li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli fuq l-importazzjoni fix-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża ta' prodotti li joriġinaw mill-Komunità‘, li mhumiex dawk elenkati fl-Annessi 2 u 3, jkunu aboliti meta l-ftehim jidħol fis-seħħ.

2.  Mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim, għall-dawk il-prodotti li joriġinaw mill-Komunità‘ elenkati fl-Anness 3 importati fix-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża, l-Awtorita‘ Palestinjana tista' timponi miżati fiskali li ma jeċċedux 25 % tal-valur. Dawn il-miżati jkunu aboliti gradwalment skond l-iskeda segwenti:

sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, kull mizata tkun imnaqqsa għall-90 % tal-miżata bażika;

sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, kull mizata tkun imnaqqsa għall-80 % tal-miżata bażika;

tlett snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, kull mizata tkun imnaqqsa għall-70 % tal-miżata bażika;

erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, kull mizata tkun imnaqqsa għall-60 % tal-miżata bażika

ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, kull mizata li jkun għadbaqa tkun abbolita.

3.  Fil-każ ta' diffikulta‘ serja għall-prodott speċifiku, l-iskeda msemmija fil-paragrafu 2 tista' tkun soġġetta għall-reviżjoni mill-Kumitat Konjunt bi ftehim komuni, fuq il-premessa li ma tistax tkun sospiża għall-perjodu ta' aktar mill-perjodu massimu ta' tranzizzjoni ta' ħames snin. Jekk il-Kumitat Konjunt ma jkunx ħa deċIżjoni fi żmien 30 jum mil-applikazzjoni sabiex issir reviżjoni tal-iskeda, l-Awtorita‘ Palestinjana tista' tisospendi proviżorjament l-iskeda għall-perjodu li ma jistax jeċċedi sena.

4.  Jekk il-miżata hija ridotta erga omnes, il-miżata ridotta tieħu post il-miżata bażika deskritta fil-paragrafu 2 mid-data li fiha ir-riduzzjoni tapplika.

5.  L-Awtorita‘ Palestinjana trid tinnotifika l-Komunità‘ tad-dazji w miżati baziċI tagħha.

Artikolu 9

Il-provedimenti li jikonċernaw l-abolizzjoni ta' dazji doganali fuq l-importazzjoni tapplika għall-dazji doganali ta' natura fiskali.

Artikolu 10

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikli 5 u 8, l-Awtorita‘ Palestinjana tista' tieħu miżuri eċċezzjonali ta' żmien limitat sabiex tintroduċi, żżid jew tir-reintroduċi dazji doganali.

2.  Tali miżuri jistgħu japplikaw biss għall-industriji żgħar u lill setturi li għaddejin minn restruturazzjoni jew li għaddejin minn problemi serji, partikolarment fejn dawk il-problemi huma komposti minn problemi soċjali severi.

3.  Dazji doganali fuq l-importazzjoni fix-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża ta' prodotti li joriġinaw mill-Komunità‘ li huma ntrodotti minn tali miżuri eċċezzjonali ma jistgħux jeċċedu 25 % mil-valur, u jridu jżommu marġini preferenzali għall-prodotti li joriġinaw fil-Komunità‘. Il-valur totali fuq l-importazzjoni ta'prodotti soġġetti għal-tali miżuri ma jistgħux jeċċedu 15 % mit-total tal-importazzjoni ta' prodotti ndustrijali li joriġinaw fil-Komunità‘ waqt l-aħħar sena li għaliha statistiċi huma disponibbli.

4.  Tali miżuri jkunu applikati għall-perjodu li mhux aktar minn ħames snin, bl-eċċezzjoni ta' meta perjodu itwal huwa awtorizzat mill-Kumitat Konġunt.

5.  L-Awtorita‘ Palestinjana trid tinforma lill-Kumitat Konġunt ta' kwalunkwe miżura eċċezzjonali li jkollha l-intenzjoni li tadotta w, fuq rikjesta tal-Komunità‘, jsiru konsultazzjonijiet fuq il-miżuri w setturi konċernati qabel ma jiġu mplimentati. Meta tali miżuri jiġu adottati, l-Awtorita‘ Palestinjana trid tiprovdi lill-Komunità‘ bi skeda għall-abolizzjoni ta' dazji doganali introdotti in segwitu ta' dan l-Artklu. Tali skedi jridu jiprovdu għall-tneħħija gradwali tad-dazji konċernati permezz ta' nuqqas annwali ekwivalenti li jibda mhux aktar tard mit-tmiem tat-tieni sena wara l-introduzzjoni tagħhom. Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċidi fuq skeda differenti.



KAPITOLU 2

▼M3

PRODOTTI AGRIKOLI, PRODOTTI AGRIKOLI PPROĊESSATI U ĦUT U PRODOTTI TAS-SAJD

▼B

Artikolu 11

▼M3

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal prodotti li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża elenkati fil-Kapitoli 1 sa 24 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) u tat-tariffa doganali tal-Awtorità Palestinjana, u għal dawk elenkati fl-Anness 1(1)(ii) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura tal-GATT, minbarra l-lattożju kimikament pur tal-kodiċi tan-NM 1702 11 00 u l-glukożju u l-ġulepp tal-glukożju, li fihom fl-istat xott 99 % jew aktar bil-piż ta’ glukożju, tal-kodiċijiet tan-NM ex 1702 30 50 u ex 1702 30 90 , li għalihom diġà ngħata aċċess mingħajr dazju fi ħdan il-Kapitolu 1.

▼B

Artikolu 12

▼M3

L-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana għandhom progressivament jistabbilixxu aktar liberalizzazzjoni fil-kummerċ tagħhom fil-prodotti agrikoli, fil-prodotti agrikoli pproċessati u fil-ħut u l-prodotti tas-sajd li huma ta’ interess għaż-żewġ Partijiet.

▼B

Artikolu 13

▼M3

1.  Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża u li huma elenkati fil-Protokoll 1, għandhom ikunu soġġetti għall-arranġamenti stabbiliti f’dak il-Protokoll mal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea.

2.  Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u li huma elenkati fil-Protokoll 2, għandhom ikunu soġġetti għall-arranġamenti stabbiliti f’dak il-Protokoll mal-importazzjoni tagħhom fix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża.

▼B

Artikolu 14

1.  Mill-1 ta' Jannar 1999, il-Komunità' w l-Awtorita' Palestinjana trid teżamina s-sitwazzjoni sabiex tidetermina l-miżuri li għandhom jiġu applikati mill-Komunità' w l-Awtorita' Palestinjana mill-1 ta' Jannar 2000, skond l-oġġettiv mqiegħed fl-Artikolu 12.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 u meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-volum ta' kummerċ f'prodotti agrikoli bejn il-partijiet u dwar is-sensitivita‘ partikolari ta' tali prodotti, il-Komunità‘ u l-Awtorita‘ Palestinjana jridu jeżaminaw fil-Kumitat Konġunt, prodott bi prodott u fuq bażi galbata w reċiproka, il-possibilita‘ li jikonċedu lill-xulxin konċessjonijiet ulterjuri.



KAPITOLU 3

COMMON PROVISIONS KAPITOLU 3 PROVEDIMENTI KOMUNI

Artikolu 15

1.  L-ebda restrizzjonijiet kwantitativi ġodda fuq l-importazzjoni, jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti, ma jistaw jiġu ntrodotti fil-kummerċ bejn il-Komunità‘ w x-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża.

2.  Restrizzjonijiet kwantitativi fuq l-importazzjoni w miżuri li jkollhom effett ekwivalenti fil-kummerċ bejn il-Komunità‘ w x-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża jridu jkunu aboliti mad-dħul fis-seħħ ta' da il-ftehim.

3.  Il-Komunità' w l-Awtorita' Palestinjana ma japplikawx għall-esportazzjoni bejniethom kemm dazji doganali jew miżati li għandhom effett ekwivalenti, jew restrizzjonijiet ekwivalenti jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti.

Artikolu 16

1.  Prodotti li joriġinaw fix-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża ma jistgħux, fuq importazzjoni fil-Komunità‘, jkunu mgħotija trattament aktar favorevoli minn dak li l-Istati membri japplikaw bejniethom.

2.  Applikazzjoni tal-provedimenti ta' dan il-ftehim jkunu mingħajr preġudizzju għall-regoli tal-Kunsill (EEC) Nru 1911/91 tas-26 ta' Ġunju 1991 dwar l-applikazzjoni tal-provedimenti tal-Liġi Komunitarju għall-Iżoli tal-Kanarji.

Artikolu 17

1.  Fil-każ li jiġu ntrodotti regoli speċifiċi bħala riżultat tal-implementazzjoni tal-politika agrikola tagħha jew kwalunkwe alterazzjoni tar-regoli kurrenti jew fil-każ ta' kwalunkwe alterazzjoni jew estensjoni ta' provedimenti li għandhom x' jaqsmu mal-implementazzjoni tal-politika agrarja, il-parti konċernata tista' temenda l-arranġamenti li jiriżultaw mill-ftehim għal-dak li jirigwarda l-prodotti konċernati.

2.  F'tali każijiet l-parti konċernati jridu jinformaw lill-Kumitat Konġunt. Fuq rikjesta tal-parti l-oħra, il-Kumitat Konġunt jrid jiltaqa sabiex jinftiehem f'mod xieraq l-interessi tal-parti l-oħra.

3.  Jekk il-Komunità‘ jew l-Awtorita‘ Palestinjana, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, timodifika l-fteħim mgħamula minn dan il-fteħim għall-prodotti agrikoli, jridu jkunu jikonformaw mal-importi li joriġinaw fil-parti l-oħra vantaġġ komparabbli għall-dik iprovduta f'dan il-ftehim.

4.  L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jista' jkun is-suġġett ta' konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt.

Artikolu 18

1.  Il-partijiet jridu jibqaw lura milli jdaħħlu kwalunkwe miżura jew prattika ta' natrura fiskali nterna li tistabilixxi, kemm direttament jew indirettament, diskriminazzjoni bejn il-prodotti ta' parti waħda w prodotti simili li joriġinaw fit-territorju tal-parti l-oħra.

2.  Prodotti esportati fit-territorju ta' waħda mill-partijiet ma jistgħux jibenefikaw mill-ħlass lura ta' tasazzjoni interna ndiretta in eccess tal-ammont ta' tassazzjoni ndiretta mposta fuqhom kemm direttament jew indirettament.

Artikolu 19

1.  Il-ftehim ma jwaqqafx il-manteniment jew twaqqif ta' unjoni doganali, zoni ta' kummerċ ħieles jew ftehim ta' kummerċ tal-fruntjira, bl-eċċezzjoni sa fejn dawn jalteraw ftehim ta' kummerċ iprovduti għaliha f'dan il-ftehim.

2.  Konsultazzjoni bejn il-partijiet trid issir fil-Kumitat Konġunt li jikonċerna ftehimi li jistabilixxu unjonijet doganali jew żoni ta' kummerċ ħieles u, fejn rikjest, fuq materji oħar ta' ċerta mportanza li għandhom x' jaqsmu mal-politika rispettiva tagħhom tal-kummerċ ma pajjiżi terzi. Partikolarment, fil-kaz ta' pajjiż terż li jisibaħ fl-Unjoni Ewropea, tali konsultazzjoni trid issir sabiex tiżgura li jinftehmu l-interessi reċiproċi tal-partijiet.

Artikolu 20

Jekk wieħed mill-partijiet isib li qiegħed isir dumping fil-kummerċ mal-parti l-oħra fit-tifsira tal-Artikolu VI tal-GATT, hi tista' tieħu l-miżuri xierqa kontra din il-prattika skond il-ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT u bil-leġislazzjoni nterna relevanti, taħt il-kondizzjonijiet u skond il-proċeduri mqeda fl-Artikolu 23 ta' dan il-ftehim.

Artikolu 21

Fejn kwalunkwe prodott qed jiġi mportat f'tali kwantitajiet miżjuda w taħt tali kondizzjonijiet li jikaġunaw jew jeddu li jikaġunaw:

 ħsara serja lill-produtturi domestiċi ta' prodotti simili jew prodotti li jikompetu direttament fit-territorju ta' wieħed mill-Partijiet, jew

 taqlib serju fi kwalunkwe settur tal-ekonomija, jew

 diffikultajiet li jistgħu jġibu deterjorazzjoni serja fis-sitwazzjoni ekonomika ta' reġjun,

il-parti konċernata tista' tieħu miżuri xierqa taħt il-kondizzjonijiet u skond il-proċedures mqeda fl-Artikolu 23.

Artikolu 22

Fejn l-osservanza tal-provedimenti tal-Artikolu 15 (3) iwassal għall:

(i) re-esportazzjoni lejn pajjiżi terżi li parti li tkun qeda tesporta tmaintjeni, għall-prodott konċernat, restrizzjonijiet kwantitativi fuq l-esportazzjoni, dazji tal-esportazzjoni, jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti, jew

(ii) skarsezza serja, jew tedida b' riżultat tagħha, ta' prodott essenzali lill-parti li tkun qed tesporta;

u fejn is-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq jgħatu lok, jew huma mistennija li jgħatu lok lill-diffikultajiet kbar lill-parti li tkun qeda tesporta, dik il-parti tista' tieħu miżuri xierqa taħt il-kondizzjonijiet u skond il-proċeduri mqeda fl-Artikolu 23. Il-miżuri jridu jkunu ma jidiskriminawx u jkunu eliminati meta l-kondizzjonijiet ma jiġustfikawx aktar il-manteniment tagħhom.

Artikolu 23

1.  Fil-kaz li l-Komunità‘ jew l-Awtorita‘ Palestinjana li jkunu qed jisoġġettaw l-importazzjonijiet tal-prodotti li jkunu soġġetti li jgħatu lok għall-diffikultajiet msemmija fl-Artikolu 21 lill-proċedura amministrattiva, li għandha l-għan li tiprovdi information rapida dwar ix-xejriet tal-influss tal-kummerċ, hija trid tinforma l-parti l-oħra.

2.  Fil-każijiet speċifikati fl-Artikli 20, 21 u 22, qabel ma jittieħdu l-miżuri li hemm iprovdut għaliha fiħom, jew, kemm jista' jkun malajr fil-każijiet li għalieħ il-paragrafu 3 (d) ta' dan l-Artikolu japplika, il-Partit in Kwistjoni trid tisuplixxi lill Kumitat Konġunt bl-informazzjoni kollha rilevanti meħtiġa għall-eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċetabbli għall-partijiet.

Fl-għażla ta' miżuri xierqa, għandha tingħata prijorita‘ lill-dawk li linqas jiddisturbaw il-funżjoni tal-ftehim.

Il-miżuri ta' salvagwardja jridu jkunu notifikati mmedjatament lill-Kumitat Konġunt u jkun is-suġġett tal-konsultazzjonijiet perjodici fil-Kumitat, partikolarment bil-għan li huma jiġu aboliti malli ċ-ċirkostanzi jippermettu.

3.  Għall-implementazzjoni tal-paragrafu 2, il-provedimenti segwenti japplikaw:

(a) Għal-dak li jirigwarda l-Artikolu 20, il-parti li tkun qeda tesporta trid tkun informata tal-kaz tad-dumping malli l-awtoritajiet tal-parti li tkun qeda timporta jkunu bdeq investigazzjoni. Meta id-dumping ma jkunx twaqqaf skond it-tifsira tal-Artikolu VI tal-GATT jew l-ebda soluzzjoni sodisfaċenti ma tkun intlaħqet fit-30 jum minn met tkun sarte in-notifika, il-parti li tkun qeda timpora tista' tadotta il-miżuri xierqa.

(b) Għal-dak li jirigwarda l-Artikolu 21, id-diffikultajiet li jiriżultaw minħabba s-sitwazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu tkun referita għall-eżamin lill-Kumitat Konġunt, li jista' jieħu kwalunkwe deċIżjoni meħtieġa sabiex tali diffikultajiet jiġu fi tmiem.

Jekk il-kumitat Konjunt jew il-parti li tkun qeda tesporta ma tkunx ħadet deċiżjoni li tpoġġI fi tmiem id-diffikultajiet jew l-ebda soluzzjoni oħra sodisfaċenti tkun milħuqa fi żmien 30 jum minn mindu l-kwistjoni tkun ġiet referita, il-parti li tkun qeda timporta tista' tadotta l-miżuri xierqa sabiex il-problema tiġI solvuta. Dawn il-miċuri ma jistgħux jeċċedu l-iskop ta' dak li huwa neċessarju sabiex jiġu solvuti d-diffikultajiet li jkunu ġew iffaċċjati.

(c) għal-dak li jirigwarda l-Artikolu 22, id-diffikultajiet li jiriżultaw minn sitwazzjonijiet msemmija fl-Artikolu jridu jkunu referuti lill-Kumitat Konġunt għall-eżami.

Il-Kumitat jista' jieħu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa sabiex id-difikultajiet jiġu fit-tmiem. Jekk hi ma tkunx hadet tali deciżjoni fi żmien 30 jum minn mindu l-materja tkun ġiet referita lilha, il-Parti li tkun qeda tesporta tista' tapplika miżuri xierqa fuq l-esportazzjoni tal-prodott konċernat.

(d) Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu azzjoni immedjata jgħamlu mpossibli li jinġabar informazzjoni minn qabel jew eżami, skond il-każ, il-parti konċernata tista', fis-sitwazzjonijiet speċifikati fl-Artikli 20, 21 u 22 japplikaw minnufiħ tali miżuri ta' prekawzjoni kif inhuma neċessarji strettament sabiex jirmedjaw is-sitwazzjoni, u jrdiu jinforma il-parti l-oħra immedjatament.

▼M3

Artikolu 23bis

Tneħħija Temporanja tal-Preferenzi

1.  Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni u l-assistenza amminstrattivi huma essenzjali għall-implimentazzjoni u l-kontroll tat-trattament preferenzjali mogħti skont dan il-Ftehim. Huma jenfasizzaw l-impenn tagħhom li jiġġieldu kontra kull irregolarità u frodi fi kwistjonijiet doganali u fi kwistjonijiet relatati magħhom.

2.  Fejn Parti tkun ikkonkludiet, abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva, li kien hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni/assistenza amministrattivi u/jew li kien hemm irregolaritajiet jew frodi skont dan il-Ftehim, il-Parti konċernata tista’ tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali relevanti tal-prodott/i konċernat/i skont dan l-Artikolu.

3.  Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, nuqqas ta’ kooperazzjoni/assistenza amministrattivi għandu jfisser, inter alia:

(a) in-nuqqas imtenni li jiġu rrispettati l-obbligi ta’ verifika tal-istatus ta’ oriġini tal-prodott/i konċernat/i;

(b) ir-rifjut imtenni jew id-dewmien mhux dovut fit-twettiq u/jew fil-komunikazzjoni tar-riżultati tal-verifika sussegwenti tal-prova tal-oriġini;

(c) ir-rifjut imtenni jew id-dewmien mhux dovut fil-kisba tal-awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu żjarat ta’ stħarriġ biex tiġi ddeterminata l-awtentiċità tad-dokumenti jew ir-reqqa tal-informazzjoni relevanti għall-għotja tat-trattament preferenzjali inkwistjoni.

4.  Għall-fini ta’ dan l-Artikolu konklużjoni dwar irregolaritajiet jew frodi tista’ tiġi determinata, inter alia, fejn ikun hemm żieda rapida, mingħajr spjegazzjoni sodisfaċenti, fl-importazzjonijiet ta’ prodotti li tissupera l-livell tal-produzzjoni u l-kapaċità normali tal-esportazzjoni tal-Parti l-oħra, li tkun marbuta ma’ informazzjoni oġġettiva dwar l-irregolaritajiet jew il-frodi.

5.  L-applikazzjoni ta’ sospensjoni temporanja għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) Il-Parti li tkun ikkonkludiet, abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva, li kien hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni/assistenza amministrattivi u/jew li kien hemm irregolaritajiet jew frodi għandha tinnotifika mingħajr dewmien mhux dovut lill-Kumitat Konġunt bil-konklużjoni tagħha flimkien mal-informazzjoni oġġettiva u għandha tidħol f’konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, abbażi tal-informazzjoni u tal-konklużjonijiet oġġettivi kollha li huma relevanti, sabiex tinstab soluzzjoni li tkun aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet.

(b) Fejn il-Partijiet ikunu daħlu f’konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt u ma jkunx irnexxilhom jaqblu dwar soluzzjoni aċċettabbli fi żmien 3 xhur minn meta tkun saret in-notifika, il-Parti konċernata tista’ tissospendi b’mod temporanju t-trattament preferenzjali li huwa relevanti għall-prodott/i konċernat/i. Sospensjoni temporanja għandha tiġi nnotifikata lill-Kumitat Konġunt mingħajr dewmien mhux dovut.

(c) Is-sospensjonijiet temporanji skont dan l-Artikolu għandhom ikunu limitati għal dak li jkun meħtieġ biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Parti konċernata. Dawn ma għandhomx jaqbżu perjodu ta’ sitt xhur, li jista’ jiġġedded fil-każ li sad-data tal-iskadenza ma jkun inbidel xejn fir-rigward tal-kondizzjonijiet li kkaġunaw is-sospensjoni inizjali. Huma għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjonijiet perjodiċi fi ħdan il-Kumitat Konġunt, b’mod partikolari bil-għan li jiġu tterminati hekk kif il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma jibqgħux japplikaw.

Kull Parti għandha tippubblika skont il-proċedura interna tagħha, u fil-każ tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, avviżi lill-importaturi li jikkonċernaw kwalunkwe: notifika msemmija fil-paragrafu 5(a); deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5(b); u estensjoni jew terminazzjoni msemmija fil-paragrafu 5(c).

▼B

Artikolu 24

Xejn f'dan il-ftehim ma jwaqqaf projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni, esportazzjoni jew oġġetti fi transitu ġustifikati fuq il-bażi ta' moralita' pubblika, public policy jew sigurta' pubblika, tal-protezzjoni tas-saħħa w il-ħajja tal-bnedmin, annimali jew pjanti, tal-protezzjoni ta' teżori nazzjonali li għandhom valur artistiċi, storiċi jew arkeoloġiċi, tal-protezzjoni ta' propjeta' informatika, ndustrijali w kummerċjali jew ta' regolamenti li jikonċernaw deheb u fidda. Tali projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet pero‘, ma jikostitwixxux mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni ittravestita fuq il-kummerċ bejn il-partijiet.

Artikolu 25

Il-konċett ta' “prodotti ta' origini” għall-applikazzjoni tal-provedimenti tat-Titolu preżenti w l-metodi ta' ko-operazzjoni amministrattiva li għandha x' taqsam magħhom huma mibgħuta fil-Protokoll 3. Il-Kumitat Konġunt jista' jjiddeċidi li jgħamel l-adazzjonijiet neċessarji għal-dan il-Protokoll bil-għan li ssir l-implementazzjoni kumulattiva tal-oriġini kif miftiehem fid-dikjarazzjoni adottata fil-Konferenza ta' Barċelona.

Artikolu 26

In-nomenklatura kombinata trid tiġi wżata għall-klassifikazzjoni ta' oġġetti fil-kummerċ bejn il-partijiet.



TITOLU II

ĦLASIJIET, KAPITAL, KUMPETIZZJONI, PROPJETA‘ INFORMATIKA W PROKURAMENT PUBBLIKA



KAPITLU 1

ĦLASIJIET KURRENTI U MOVIMENT TAL-KAPITAL

Artikolu 27

Soġġett għall-provedimenti tal-Artikolu 29, il-partijiet jintrabtu li ma jimponu l-ebda restrizzjonijiet fuq kwalunkwe ħlasijiet kurrenti għall-transazzjonijiet kurrenti.

Artikolu 28

1.  Għal-dak li jirigwarda t-transazzjonijiet fuq il-kont kapitali tal-bilanċ ta' ħlasijier, il-partijiet jintrabtu li ma jimponux restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital li għandu x' jaqsam ma investimenti diretti fix-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża f'kumpaniji formati skond il-liġijiet kurrent, u lanqas fuq il-likwidazzjoni w ripatriazzjoni tal-qliegħ minn tali nvestimenti, jew kwalunkwe profitt li jiriżulta minnhom.

2.  Il-partijiet jridu jikonsultaw lill-xulxin bil-għan li jifaċilitaw il-moviment tal-kapital bejn il-Komunità‘ w x-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża.

Artikolu 29

Fejn wieħed jew aktar membri stati tal-Komunità‘, jew l-Awtorita‘ Palestinjana, tinstab f'diffikultajiet kbar ta' bilanċi ta' pagamenti, jew taħt teddida li tirrizulta minnha, il-Komunità‘ jew l-Awtorita‘ Palestinjana, skond kif ikun il-kaz, jistgħu, skond il-kondizzjonijiet stabiliti taħt il-GATT u l-Artikli VIII u XIV tal-Artikli tal-ftehim tal-Fond Internazzjonali Monetarju, jaddottaw restrizzjonijiet fuq transazzjonijiet kurrenti li jkunu għall-żmien limitat u ma jistgħax jaqbes dak li huwa neċessarju sabiex jirmedja s-sitwazzjoni tal-bilanċ ta' ħlasijiet. Il-Komunità' jew l-Awtorita' Palestinjana, skond kif ikun il-każ, jridu jinformaw lill-parti l-oħra minnufiħ u trid tisottomettila malajr kemm jista' jkun skeda għall-eliminazzjoni tal-miżuri konċernati.



KAPITLU 2

KOMPETIZZJONI, PROPJETA‘ INFORMATIKA W PROKURAMENT PUBBLIKU

Artikolu 30

1.  Is-segwenti huma nkompattibli mal-funzjoni korretta tal-ftehim, sa fejn dawn jistgħu jaffetwaw il-kummerċ bejn il-Komunità‘ u l-Awtorita‘ Palestinjana:

(i) all agreements between undertakings, decisions by associations of undertakings and concerted practices between undertakings which have as their object or effect the prevention, restriction or distortion of competition;

(ii) abbuż minn impriża waħda jew aktar li qegħdin f'posizzjoni dominanti fit-territorji tal-Komunità‘ jew tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża fl-intier tagħha jew ta' parti sostanzjali tagħhom;

(iii) kwalunkwe għajnuna pubblika li tfixkel jew tgħedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tifavorixxi ċerti mpriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti.

2.  Il-partijiet jridu, kif xieraq, tanaliżża kwalunkwe prattika li tmur kontra dan l-Artikolu abbażi ta' kriterji li jiriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar kompetizzjoni.

3.  Il-Kumitat Konġunt jrid, qabel il-31 ta' Diċembru 2001, adottata b' deċiżjoni r-regoli neċessarji għall-implementazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

Sakemm dawn ir-regoli huma addotati, il-provedimenti tal-ftehim dwar is-Sussidji w l-Miżuri dwar Countervailing jkunu applikati bħala r-regoli għall-implementazzjoni tal-paragrafu 1 (iii) u l-partijiet relevant tal-paragrafu 2

4.  Għal-dak li jirigwarda l-implementazzjoni tal-paragrafu 1 (iii), il-partijiet jgħarrfu li l-Awtorita‘ Palestinjana jistaw jkunu jridu jużaw, waqt il-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2001, għajnuna pubblika għall-impriżi bħala strument sabiex jiġu trattati l-problemi speċifiċI ta' żvilupp.

5.  Kull Parti trid tiżgura t-trasparenza fil-kamp tal-għajnuna pubblika, inter alia billi kull sena jiġi rapportat lill-parti l-ohra dwar l-ammont totali w d-distribuzzjoni tal-għajnuna mgħotija w billi jiġi provdut, fuq rikjesta, informazzjoni dwar skemi ta' għajnuna. Fuq rikjesta minn parti waħda, il-parti l-oħra trid tiprovdi l-informazzjoni dwar każijiet partikolari ndividwali ta' ghajnuna pubblika.

6.  Għall-rigward prodotti msemmija fit-Titolu I, Kapitlu 2:

 paragrafu 1 (iii) ma japplikax,

 kwalunkwe prattika kuntrarja għall-paragrafu 1 (i) jrid jiġi eżeminat skond il-kriterji stabiliti mill-Komunità‘ fuq il-bażi tal-Artikli 42 u 43 tat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità‘ Ewropea w partikolarment dawk li jistabilixxu r-Regola tal-Kunsill Nru 26/62.

7.  Jekk il-Komunità‘ jew l-Awtorita‘ Palestinjana tikonsidra li prattika partikolari mhix kompatibbli mat-termini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, w:

 mhux ittrattat f'mod adekwat taħt ir-regoli li jimplimentaw imsemmija fil-paragrafu 3, jew

 fl-assenza ta' tali regoli, w jekk tali prattika tikkawża jew thedded li tikkawża preġudizzju serju lill-interessi tal-parti l-oħra jew dannu materjali lill-industrija domestika tagħha, inklużi l-industrija tagħha tas-servizzi,

hija tista' tieħu miżuri xirqa wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konġunt jew wara 30 ġurnata ta' xogħol li jsegwu tali referenza għall-konsultazzjoni.

B' referenza għall-prattika inkompatibbli mal-paragrafu 1 (iii) ta' dan l-Artikolu, tali miżuri xierqa, meta GATT huwa applikabbli għalihom, jista' jiġi adottat biss skond il-proċeduri w taħt il-kondizzjonijiet mqeda mil-GATT jew minn kwalunkwe strument rilevanti ieħor negozjat taħtt l-awspiċI tagħha w applikabbli bejn il-partijiet.

8.  Nonostante kwalunkwe provedimenti għall-kuntrarju adottati skond il-paragrafu 3, il-partijiet jrdiu jiskambjaw informazzjoni wara li wieħed jikonsidera l-limitazzjonijiet imposti mill-ħtiġijiet tas-segretezza professjonali w kummerċjali.

Artikolu 31

L-istati membri w l-Awtorita‘ Palestinjana jridu jaġġustaw progressivament, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom mal-GATT fejn xieraq, kull monopolju tal-istat ta' natura kummerċjali, sabiex jiżguraw li, sal-31 ta' Diċembru 2001, l-ebda diskriminazzjoni li jirrigwardja l-kondizzjonijiet li taħtha l-oġġetti huma prokurati w marketed jeżisti bejn nazzjonali tal-istati membri w l-polpu Palestinjan tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża. Il-Kumitat Konġunt jkun infurmat dwar il-miżuri adottati sabiex jiġi mplimentat dan l-għan.

Artikolu 32

Għall-dak li jirigwarda intrapriżi publiċi w intrapriżi li għalihom drittijiet speċjali jew esklussivi ġew konċessi, il-Kumitat Konġunt jrid jiżgura li sal-31 ta' Diċembru 2001 ma' tkunx introdotta w lanqas mantnuta kwalunkwe miżura li tfixkel il-kummerċ bejn il-Komunità‘ u l-Awtorita‘ Palestinjana li huma kuntrarji għall-interessi tal-partijiet. Il-provedimenti mgħandhomx iwaqqfu l-operat tagħhom la bil-liġi w lanqas de facto tal-għanijiet partikolari assenjati lil-dawk l-impriżi.

Artikolu 33

1.  Il-partijiet jridu jikonċedu w jiżguraw protezzjoni adekwata w effettiva ta' drittijiet ta' propjeta‘ informatika, industrijali w kumerċjali skond w l-aktar standards internazzjonali għoljin, inklużi mezzi effikaċi sabiex jiġu nforżati tali drittijiet.

2.  L-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu jrid ikun rivedut regolament mill-partijiet. Jekk problemi fil-kamp tal-propjeta‘ informatika, industrijali w kumerċjali li jaffettwa l-kondizzjonijiet tal-kummerrċ javeraw ruħhom, konsultazzjoni urġenti għandha ssir fl-istruttura tal-Kumitat Konġunt, fuq rikjesta ta' kull waħda mill-partijiet, bil-għan li jintlaħqu soluzzjonijiet sodisfaċenti għall-kullħadd.

Artikolu 34

1.  Il-partijiet jiftehmu dwar l-oġġettiv tal-liberaliżazzjoni reċiproka w gradwali tal-prokurament ta' kuntratti pubbliċi.

2.  Il-Kumitat Konġunt jrid jieħu il-miżuri neċessarji sabiex jiġi mplemenat il-paragrafu 1.



TITOLU III

KO-OPERAZZJONI EKONOMIKA W ŻVILUPP SO¬JALI

Artikolu 35

Oġġettivi

1.  Il-Partijiet jintrabt li jintensifikaw ko-operazzjoni ekonomika fl-interessi reċiproċi tagħhom w skond l-oġġettivi ġenerali ta' dan il-ftehim.

2.  Il-għan tal-ko-operazzjoni jkun dak li jkun ta' sostenn għall-isforzi tal-Awtorita‘ Palestinjana sabiex tintlaħaq ekonomija sostenibbli w żvilupp soċjali.

Artikolu 36

Skop

1.  Ko-operazzjoni trid tifoka primarjament fuq setturi li jsofru minn diffikultajiet interni jew affettwati minn proċess ġenerali ta' liberaliżazzjoni tal-ekonomija tax-xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża, u partikolarment bil-liberaliżazzjoni tal-kummerċ bejn ix-xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża W il-Komunità.

2.  F'mod simili, ko-operazzjoni trid tiffoka fuq żoni li probabilment iġibu l-ekonomiji tal-Komunità‘ w ix-xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża aktar qrib xulxin, partikolarment dawk li jiġeneraw tkabbir sostenibbli u impjigi.

3.  Ko-operazzjoni jkollu l-effett li jinkoraġixxi l-implementazzjoni ta' miżuri disinnjati sabiex jiżviluppaw il-ko-operazzjoni intra-reġjonali.

4.  Conservation of the environment and ecological balance shall be taken into account in the implementation of the various sectors of economic cooperation to which it is relevant.

5.  Il-partijiet jistgħu jiftehmu li jestendu setturi oħra mhux koperti mill-provedimenti ta' dan it-Titolu.

Artikolu 37

Metodi w modalitajiet

Ko-operazzjoni ekonomika tkun implementata partikolarment permezz ta':

(a) djalogu ekonomiku regolari bejn il-partijiet, li jkopri l-partijiet kollha tal-politika tal-makro-ekonomija w partikolarment il-politika tal-budget, il-bilanċ tal-ħlasijiet u politika monetarja;

(b) skambju regolari ta' informazzjoni w idejat f'kull settur ta' ko-operazzjoni nklużi laqgħat ta' ufficjali w esperti;

(c) trasferiment ta' parir, parir espert u taħriġ;

(d) implementazzjoni ta' ażżjonijiet konġunti bħalma huma seminars u workshops;

(e) assistenza teknika, amministrattiva w regolatorja;

(f) inkuraġġament ta' joint ventures;

(g) disseminazzjoni ta' nformazzjoni dwar ko-operazzjoni.

Artikolu 38

Ko-operazzjoni ndustrijali

L-iskop prinċipali jkun dak li:

 jkun ta' sostenn għall-Awtorita‘ Palestinjana, fl-isforzi tagħha sabiex timoderniżża w tidiversifika l-industrija w, in partikolari, sabiex tikreja ambjent favorevoli għas-settur privat u l-iżvilupp industrijali,

 tipromwovi l-ko-operazzjoni bejn l-operaturi ekonomici taż-żewġ partijiet,

 tipromwovi l-ko-operazzjoni li tirigwarda l-politika ndustrijali, kompetitivita‘ f'ekonomija miftuħa w l-imoderniżżar u żvilupp tal-industrija,

 tappoġġa politika li tidiversifika l-produzzjoni w esportazzjoni w outlets esterni,

 tinkoraġixxi riċerka w żvilupp, innovazzjoni w trasferiment ta' teknoloġija sa fejn huma ta' benefiċċju għall-industrija,

 jiżviluppaw u jsaħħu r-riżorsi umani meħtieġa mill-industrija,

 jifaċilita l-aċċess li jiġu ssugrati faċilitajiet finanzjarji għall-benefiċju tal-industrija Palestinjana.

Artikolu 39

Promozzjoni tal-investiment u investment

L-oġġettiv tal-ko-operazzjoni tkun il-kreazzjoni ta' ambjent favorevoli w stabbli għall-investiment fix-xatt tal-punent u l-medda ta' Gaża.

Ko-operazzjoni tieħu l-forma tal-promozjoni tal-investiment Dan jikonsisti fl-iżvilupp ta':

 proċeduri aministrattivi armoniżżati w simplifikati,

 Makkinerju ta' ko-investiment, speċjalment għall-intrapriżi ż-żgħar u medji (SMEs) taż-żewġ partijiet,

 kanali ta' informazzjoni w miżuri li jidentifikaw opportunitajiet ta' investiment,

 ambjent li jwassal għall-investment fix-xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża.

Ko-operazzjoni tista' tetendi wkoll għall-kreazzjoni w implementazzjoni ta' proġetti li juru l-kisba effettiva w l-użu ta' teknoloġiji bażiċi, l-użu ta' standards, l-iżvilupp ta' riżorsi wmani (per eżempju f'teknoloġiji w management) u l-kreazzjoni ta' impjieġi.

Artikolu 40

Standardiżżar w assessment ta' konformita‘

L-oġġettiv ta' ko-operazzjoni tkun sabiex idejjaq il-firda fi standards w ċertifikazzjoni.

F'termini prattiċi ko-operazzjoni tieħu l-forma tal-:

 il-promozzjoni tal-użu tar-regoli tekniċi tal-Komunità‘ u standards Ewropej u proċeduri ta' assessment ta' konformita,

 żieda fil-livell ta' konformita‘ ta' assessment minn entitajiet Palestinjani ta' ċertifikazzjoni w akkreditazzjoni,

 diskussjoni ta' ftehim reċiproċi ta' għarfien, fejn xieraq,

 ko-operazzjoni fil-kamp ta' imaniġjar ta' kwalità,

 l-Iżvilupp ta' strutturi għall-protezzjoni ta' propjeta‘ informatika, individwali w kumerċjali, għall-standardiżżar u għal-twaqqif ta' standards.

Artikolu 41

Approssimazzjoni tal-liġijiet

L-oġġettiv ta' ko-operazzjoni tkun sabiex taprosimiżża l-leġIżlazzjoni tal-Kunsill Palestinja ma dik tal-Komunità‘, fil-materji koperti mill-ftehim.

Artikolu 42

Intrapriżi Żgħar u ta' daqs medju

L-oġġettiv ta' ko-operazzjoni tkun il-kreazzjoni ta' ambjent li jifavorixxi l-iżvilupp ta' SMEs fuq swieq lokali w ta' esportazzjoni permeżż, inter alia:

 promozzjoni ta' kuntatti bejn intrapriżi, partikolarment permeżż ta' riżorsi lill-networks u strumenti tal-Komunità‘ għall-promozzjoni ta' ko-operazzjoni ndustrijali w partnership,

 aċċess aktar faċli għall-invetiment finanzjarju,

 informazzjoni w servizzi ta' sostenn,

 tisħieħ ta' riżorsi umani bil-għan li jistimola l-innovażżjoni w it-twaqqif ta' proġetti w impriżi kummerċjali.

Artikolu 43

Servizzji Finanzjarji

L-oġġettiv ta' ko-operazzjoni jkun l-iżvilupp għall-aħjar u żvilupp ta' servizzji finanzjarji.

Jieħu l-forma sabiex:

 jinkouraġixxi t-tisħieħ u ristrutturar tas-settur finanzjarju Palestinjan,

 jirranġa għall-aħjar accounting Palestinjan, sistemi bankarji ta' superviżjoni w regolamentazzjoni, assigurazzjoni w partijiet oħra mis-settur finanzjarju.

Artikolu 44

Agrikultura w Sajd

L-għan ta' ko-operazzjoni taħt dan it-titolu jikun prinċiparjament għall-imoderniżżar u ristrutturar, fejn neċessarju, tal-agrikultura w sajd.

Dan jinkludi l-imoderniżżar ta' infrastrutturi w ta' tgħamir; l-iżvilupp ta' ipakkjar, ħżin u teknika ta' marketing; u l-irranġar għall-aħjar ta' kanali ta' distribuzzjoni.

Hija tkun ippreparata aktar speċjalment sabiex:

 tiżviluppa swieq stabbli,

 appoġġ għall-politika sabiex tidiversifika l-produzzjoni w l-esportazzjoni w outlets esterni,

 tnaqqis tad-dipendenza tal-ikel,

 promozzjoni ta' agrikultura w sajd li huma tajbin għall-ambjent, b' attenzjoni partikolari tal-ħtieġa ta' konservazzjoni w imaniġjar razzjonal tas-sajd,

 relazzjonijiet aktar mill-qrib fuq bażi volontarja bejen gruppi kummerċjali w organizażżjonijiet li jirapreżentaw snajja w professjonijiet,

 assistenza teknika w taħriġ,

 armoniżazzjoni ta' standards phytosanitarji w veterinarji,

 żvilupp rurali ntegrat inklużi żvilupp għall-aħjar ta' servizzi bażiċi w l-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi assoċjati, u

 ko-operazzjoni fost reġjuni rurali w skambju ta' esperjenża w know-how li tikoċerna żvilupp rurali.

Artikolu 45

Żvilupp Soċjali

il-partijiet jgħarfu l-importanża ta' żvilupp soċjali li għandu jmur id f'id ma kull żvilupp ekonomiku. Huma jgħatu priorita‘ partikolari għar-rispett għall-drittijiet soċjali bażiċi.

Il-Partijiet jgħatu prijorita‘ lill-miżuri ndiriżżati sabiex:

 jipromwovu l-ugwaljanza tan-nisa w parteċipazzjoni bilanċjata fil-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet fl-isfera ekonomiċi w soċjali, permezz tal-edukazzjoni w l-medja,

 l-iżvilupp ta' ippjanar tal-familja w l-protezzjoni ta' ommijiet u tfal,

 tibdil għall-aħjar tas-sistema ta' protezzjoni soċjali,

 tibdil għall-aħjar tar-rispons għall-ħtiġijiet sanitarji,

 tibdil għall-aħjar tal-kondizzjonijiet tal-għajxien f'żoni ta' popolazzjoni densa f'żoni anqas-favoriti,

 il-promozzjoni tar-rispett għall-drittijiet tal-bniedem u demokrazija, inter alia permezz ta' djalogu soċjo-professjonali.

Artikolu 46

Trasport

L-oġġettivi ta' ko-operazzjoni tkun ta':

 għajnuna għall-ristrutturar u modernizzar ta' toroq, portijiet u ajruporti,

 serviżżi aħjar tal-passiġieri w merkanzija kemm fuq livell bilaterali w reġjonali, w

 it-twaqqif u l-infurzar ta' standards operazzjonali komparabbli ma dawk li jiprevalu fil-Komunità‘.

Il-partijiet ta' priorita‘ ta' ko-operazzjoni jkunu:

 trasport tat-toroq iklużi tnaqqis gradwali ta' ħtiġijiet ta' transitu,

 management ta' ferroviji, portijiet u ajruporti nklużi sistemi ta' navigazzjoni w ko-operazzjoni bejn l-entitajiet nazzjonali rilevanti,

 moderniżżar ta' infrastrutturi tat-toroq, ferroviji, portijiet u ajruporti fuq rotot prinċipali ta' interess komuni,

 konessjonijiet trans-Ewropej u rotot ta' interess reġjonali, u

 upgrading ta' tghamir tekniku sabiex jinġieb għall-standards Komunitarji għall-trasport bit-trieq/ferrovija, traffiku tal-kontainer u trasbord.

Artikolu 47

Infrastruttura tal-informazzjoni w telekomunikazzjonijiet

Ko-operazzjoni jkollha l-għan li tistimula l-żvilupp ekonomiku w soċjali kif ukoll l-iżvilupp ta' soċjeta‘ informatika.

Iż-żoni ta' prijorita‘ ta' ko-operazzjoni jkunu:

 sabiex jifaċilitaw il-kollaborazzjoni fil-kamp tal-politika tat-telekomunikazzjoni, żvilupp ta' networks u infrastruttura għall-soċjeta‘ nformatika,

 għall-iżvilupp ta' djalogu fuq issues li għandhom x' jaqsmu mas-soċjeta‘ nformatika w għall-promozzjoni ta' skambju ta' nformazzjoni w l-organiżazzjoni ta' seminars u konferenzi f'dan il-qasam,

 sabiex jiġu promossi w implementati proġetti konġunti fl-introduzzjoni ta' serviżżi ġodda ta' telekomunikazzjoni w applikazzjonijiet relatati mas-soċjeta‘ nformatika,

 sabiex jiġu permessi skambji dwar l-istandardiżżar, ittestjar tal-konformita‘, u ċertifikazzjoni fit-teknoloġiji tal-informatika w komunikazzjoni,

 interkonezzjoni w interoperabilita‘ ta' networks u servizzu telematiċi,

Artikolu 48

Enerġija

L-oġġettiv ta' ko-operazzjoni fuq l-enerġija tkun sabiex tgħin lix-xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaza tottjeni t-teknoloġiji w infrastrutturi essenzali għall-iżvilupp tagħha, partikolarment bil-għan li jiġu faċilitati il-konessjonijiet bejn l-ekonomija tagħha w dik tal-Komunità.

L-oqsma ta' priorita‘ ta' ko-operazzjoni tkun:

 il-promozzjoni ta' enerġiji rinovabbli,

 il-promozzjoni tal-ekonomiżżar tal-enerġija u l-effiċeza tal-enerġija,

 sostenn għall-operazzjonijiet disinnjati sabiex jifaċilitaw it-transitu ta' gass, żejt u elettriċita‘, u riċerka applikata f'networks ta' data bank fis-setturi tal-ekonomija w soċjali li huma pont bejn il-Komunità‘ w operaturi Palestinjani in partikolaru, u

 appoġġ għall-imoderniżżar u l-iżvilupp ta' networks ta' enerġija u l-konessjoni ma networks Komunitarji.

Artikolu 49

Ko-operazzjoni Xjentifika w teknoloġiku

Il-Partijit jridu jistinkaw sabiex jipromwovu l-ko-operazzjoni fuq żvilupp xjentifiku w teknoloġiku.

L-iskop tal-ko-operazzjoni tkun sabiex:

(a) jinkoraġixxu t-twaqqif ta' konessjonijiet permanenti bejn il-komunitajiet xjentifiċI tal-partijiet, primarjament permezz ta':

 provediment lill-istituzzjonijiet Palestinjani b' access għall-programmi Komunitarji ta' riċerka w żvilupp teknoloġiku skond regoli Komunitarji li jiġvernaw l-involviment f'tali programmi ta' pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità,

 Parteċipazzjoni Palestinjana f'networks ta' ko-operazzjoni deċentralizzata,

 jipromwovu s-sinerġija f'taħriġ u riċerka;

(b) jimiljoraw il-kapaċitajiet ta' riċerka Palestinjana;

(c) jistimulaw l-innovazzjoni teknoloġika w t-trasferiment ta' teknologija ġdida w know-how;

(d) jinkoraġixxu l-attivitajiet kollha li għandhom l-għan li jistabilixxu sinerġija fuq livell reġjonali.

Artikolu 50

Ambjent

L-għanijiet ta' ko-operazzjoni tkun li twaqqaf id-deterjorazzjoni tal-ambjent, għall-kontroll tat-tniġġis, sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem u sabiex tiġI żgurata l-użu razzjonali ta' riżorsi naturali bil-għan li jtiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli.

Hija tpoġġi priorita‘ fuq materji li għandhom x' jaqsmu ma: desertification, imaniġjar tar-riżorsi tal-ilma, salinization, l-impatt tal-agrikoltura fuq il-kwalità‘ tal-ħamrija u tal-ilma, l-użu xieraq tal-enerġija, l-impatt tal-iżvilupp tal-industrija in ġenerali w partikolarment dwar is-sigurta‘ ta' impjanti ndustrijali, l-imaniġjar tal-iskart, l-imaniġjar integrat ta' oqsma sensittivi, il-kwalità‘ tal-ilma tal-baħar u l-kontroll u l-prevenzjoni tat-tniġġis marittimu, u edukazzjoni w għarfien ambjentali.

Ko-operazzjoni tkun inkoraġata bl-użu ta' għodda avvanzati ta' immaniġjar tal-ambjent, metodi ta' monitoraġġ tal-ambjent, u sorveljanza, inklużi l-użu ta' sistemi ta' informazzjoni ambjentali (EIS) u studju dwar l-impatt fuq l-ambjent (EIA).

Artikolu 51

Turiżmu

Prioritajiet għall-ko-operazzjoni jkunu:

 promozzjoni ta' investimenti fit-turiżmu,

 miljorament ta' għarfien tal-industrija turistika w li tiżgura konsistenża akbar ta' politika li taffettwa t-turiżmu,

 promozzjoni ta' tul ta' staġjun tajjeb tat-turiżmu,

 promozzjoni ta' ko-operazzjoni bejn reġjuni w bliet ta' pajjiżi ġirien,

 juru biċ-ċar l-importanza tal-wirt kulturali tat-turiżmu,

 jgħamlu t-turiżmu aktar kompetitiv permezz ta' appoġġ għall-professjonalita miżjuda li tiżgura l-bilanċ u l-iżvilupp sostenibbli tat-turiżmu.

Artikolu 52

Ko-operazzjoni doganali

Ko-operazzjoni doganali hija ntiża sabiex tiżgura li l-provedimenti dwar il-kummerċ huma osservati u sabiex jigarantixxu l-kummerċ ġust.

Hija tista' tgħati lok għas-segwenti tipi ta' ko-operazzjoni:

 formi varji ta' skambju ta' nformazzjoni w skemi ta' taħriġ,

 simplifikazzjoni ta' kontrolli w proċeduri li jikonċernaw ir-rilaxx doganali ta' oġġetti,

 l-introduzzjoni tad-dokument amministrattiv singolu w sistema ta' konnessjoni mal-arranġamenti Komunitarji w tal-Awtorita Palestinjana dwar transitu,

 assistenża teknika iprovduta minn esperti tal-Komunità‘.

Mingħajr preġudizzju għall-forom oħra ta' ko-operazzjoni provduti f'dan il-ftehim, l-awtoritajiet amministrattivi tal-partijiet jridu jiprovdu lill xulxin b'assistenza reċiproka fuq materji diganali.

Artikolu 53

Ko-operazzjoni fuq Statistiċi

L-oġġetivi ewlenin tal-ko-operazzjoni f'dan il-lok għandha tkun intiża sabiex tiżgura l-komparabilita‘ w l-utilita‘ ta' statistiċi fuq kummerċ barrani, finanza w bilanċ ta' ħlasijiet, populazzjoni, migrazzjoni, trasport w komunikazzjoni, w generalment l-oqsma kollha li huma koperti minn dan il-ftehim u li jwasslu għall-formazzjoni ta' statistiċi.

Artikolu 54

Ko-operazzjoni dwar politika ekonomika

Ko-operazzjoni hija mmirata lejn:

 l-iskambju ta' nformazzjoni dwar is-sitwazzjoni makro-economika w prospetti w strateġiji ta' żvilupp,

 analiżi konġunta ta' kwistjonijiet ekonomiċi ta' interess reċiproku, w

 l-inkoraġament ta' ko-operazzjoni bejn ekonomisti w minn jgħamel il-politika fix-xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża w fil-Komunità.

Artikolu 55

Ko-operazzjoni reġjonali

Bħala parti mill-implimentazzjoni ta' ko-operazzjoni ekonomika fl-isferi varji, il-Partijiet jridu jinkoraġixxu operazzjonijiet disinnjati sabiex jiżviluppaw ko-operazzjoni bejn l-Awtorita‘ Palestinjana w partners oħra Mediterranji, permezz ta' appoġġ tekniku.

Din il-ko-operazzjoni tkun element importanti tal-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp ta' reġjun intier.

Priorita‘ jingħata lill-operazzjonijiet li għandhom l-għan:

 il-promozzjoni ta' kummerċ intra-reġjonali,

 żvilupp reġjonali ta' ko-operazzjoni dwar l-ambjent,

 inkoraġament tal-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-komunikazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun,

 tisħieħ tal-iżvilupp tal-ko-operazzjoni żgħażugħa ma pajjiżi ġirien.

Il-Partijiet jridu wkoll isaħħu il-ko-operazzjoni bejnierhom f'dak li għandu x' jaqsam ma żvilupp reġjonali w l-ippjanar ta' l-użu ta' l-art.

Għal-dan il-għan il-miżuri segwenti jistgħu jittieħdu:

 azzjoni konġunta mill-awtoritajiet reġjonali w lokali fil-qasam ta' żvilupp ekonomiku, w

 it-twaqqif ta' mekkaniżmi għall-iskambju ta' informazzjoni w esperjenza.



TITLU IV

KO-OPERAZZJONI FUQ MATERJI AWDJO-VIŻIVI W KULTURALI, INFORMAZZJONI W KOMUNIKAZZJONI

Artikolu 56

Il-Partijiet jridu jipromwovu l-ko-operazzjoni fis-settur awdjo-viżiv għall-benefiċċju tagħhom kollha. Il-Partijiet jridu jfittxu modi kif jassoċjaw l-Awtorita‘ Palestinjana mall-inizjattivi tal-Komunità‘ f'dan is-settur, b' hekk jgħamlu possibli l-ko-operazzjoni f'oqsma bħalama huma l-ko-produzzjoni, taħriġ, żvilupp u distribuzzjoni.

Artikolu 57

Il-Partijiet jridu jipromwovu l-ko-operazzjoni kulturali. Il-qasam ta' ko-operazzjoni jista' jinkludi attivitajiet Komunitarji li jikonċernaw, pertikolarment, traduzzjoni, skambju ta' xogħol tal-arti w artisti, konservazzjoni w restawr ta' monumenti w siti storiċI w kulturali, taħriġ ta' persuni li jaħdmu fil-kamp kulturali, l-organiżazzjoni ta' eventi kulturali b' orjentazzjoni Ewropea, promozzjoni ta' għarfien ta' kulħadd u kontribuzzjoni lejn ix-xandir ta' informazzjoni fuq eventi kulturali futuri.

Artikolu 58

Il-Partijiet jridu jintrabtu li jideterminaw kif jistgħu jirranġaw f'mod sinjifikanti is-sitwazzjoni ta' taħriġ edukattiv u sitwazzjoni vokazzjonali. Għal-dan il-għan, l-aċċess ta' nisa fl-edukazzjoni, inklużi korsijiet tekniċi, edukazzjoni aktar għoli w taħriġ vokazzjonali, jridujirċievu attenzjoni speċjali.

Sabiex kiġi żviluppat il-livell ta' professjonalita‘ ta' ħadiema aktar imlaħqin fis-setturi pubbliċi w privati, il-partijiet jridu jiprovdu l-ko-operazzjoni tagħhom fit-taħriġ edukattiv u vokazzjonali w l-ko-operazzjoni bejn universitajiet u ditti.

Il-preparament ta' żagħżagħ sabiex jsiru ċittadini attivi f'soċjetajiet ċivili demokratiċi għandu jiġi promoss f'mod attiv. Ko-operazzjoni taż-żagħżagħ, inkluż taħriġ ta' ħaddiema żagħżagħ u mexxejja żagħżagħ, skambju taż-żagħżagħ u attivitajiet ta' servizzi volontarji, għalhekk jistgħu jkun appoġġjati w żviluppati.

Attenzjoni speċjali tkun mgħotija għall-operazzjonijiet u programmi li jgħamlu possibbli rabtiet permanenti (per eżempju, MED-CAMPUS) sabiex jiġu stabiliti bejn entitajiet speċjaliżati fil-Komunità‘ w fix-xatt tal-Punet u il-Medda ta' Gaża, li jinkoraġixxu il-kontribut komuni w l-iskambju ta' esperjenza w riżorsi tekniċi.

Artikolu 59

Il-partijiet jridu jipromwovu attivitajiet ta' interess komuni fil-qasam tal-informazzjoni w komunikazzjoni.

Artikolu 60

Ko-operazzjoni tkun implementata partikolarment permezz ta':

(a) djalogu regolari bejn il-Partijiet;

(b) skambju regolari ta' informazzjoni w idejat f'kull settur ta' ko-operazzjoni inklużi laqgħat ta' uffiċjali w esperti;

(c) trasferiment ta' pariri w esperjenza w taħriġ ta' gradwati Palestinjani żgħar;

(d) implementazzjoni ta' azzjonijiet konġunti bħalma huma seminars w workshops;

(e) assistenza teknika, amministrattiva w regolatorja;

(f) it-tixrid ta' informazzjoni fuq attivitajiet ta' ko-operazzjoni.



TITLU V

KO-OPERAZZJONI FINANZJARJA

Artikolu 61

Sabiex jkun ottenu l-għan ta' dan il-ftehim, pakett ta' ko-operazzjoni finanzjarju jrid jiġi provdut lill-Awtorita‘ Palestinjana skond il-proċeduri xierqa w ir-riżorsi finanzjarji rikjesti.

Dawn il-proċeduri jkunu miftehma miż-żewġ Partijiet bl-użu ta' l-aktar strumenti xierqa wara li dan il-ftehim jkun daħal fis-seħħ.

Ko-operazzjoni finanzjarja trid tiffoka fuq:

 tirejaġixxi għall-riperkussjonijiet ekonomiċi għax-xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża tal-introduzzjoni gradwali ta' żona ta kummerċ ħieles, primarjament permezz ta' upgrading u ristrutturiar,

 istituzzjonijiet tal-kummerċ li jipromwovu ir-rabtiet tal-kummerċ ma swieq baranin,

 miżuri akkumpanjanti għall-politika implimentata fis-settur soċali,

 upgrading ta' infrastruttura ekonomika w soċjali,

 promozzjoni ta' investiment privat u attivitajiet li jikrejaw ix-xogħol fis-setturi tal-produzzjoni,

 promozzjoni ta' riformi disinnjati sabiex jimoderniżżaw l-ekonomija,

 servizzi,

 żvilupp urban u rurali,

 l-ambjent,

 it-twaqqif u l-irranġar ta' istituzzjonijiet neċessarji għall-ħidma korretta tal-amministrazzjoni pubblika Palestinjana w l-avanzament tad-demokrazija w drittijiet tal-bniedem.

Artikolu 62

Sabiex jiġi żgurat li approach ko-ordinat jiġI adottat lil-kwalunkwe problemi makro-ekonomiċi w finanzjarji eċċezzjonali li jistgħu jseħħu b' riżultat tal-implementazzjoni ta' dan il-ftehim, il-partijiet jridu jużaw id-djalogu regolari ekonomiku provdut għaliha fit-Titolu III sabiex jingħata attenżjoni partikolari għall-monitoraġġ tal-problemi kummerċjali w finanzjarji fir-relazzjonijiet ta' bejniethom.



TITOL VI

PROVEDIMENTI ISTITUZZJONALI, ĠENERALI W FINALI

Artikolu 63

1.  Kumitat konġunt għall-kummerċ w ko-operazzjoni bejn il-Komunità‘ Ewropea w l-Awtorita‘ Palestinjana, msemmija f'dan il-ftehim bħala “Kumitat konġunt”, huwa stabilit hawnhekk. Hija jkollha l-poter sabiex tieħu d-deċiżjonijet fil-każijiet provduti għaliha f'dan il-ftehim kif ukoll f'każijiet oħra neċessarji sabiex jintlaħaq l-għan tal-oġġettivi li jiriżultaw minn dan il-ftehim.

Id-deċiżjonijiet meħuda jorbtu lill-partijiet, li jridu jieħdu dawk il-mizuri kif meħtieġa sabiex jimplimentawhom.

2.  Il-Kumitat konġunt jista' jifformula riżoluzzjonijiet, rakomandazzjonijiet, jew opinjonijiet li hija tikonsidera deżiderabbli sabiex jintlaħqu l-għanijiet komuni u l-funżjoni mingħajr problemi tal-ftehim.

3.  Il-Kumitat konġunt trid jadotta r-regoli ta' proċedura tagħha.

Artikolu 64

1.  Il-Kumitat konġunt ikun kompost minn rapprezentativi tal-Komunità‘ w l-Awtorita‘ Palestinjana.

2.  Il-Kumitat konġunt jaġixxi bi ftehim komuni bejn il-Komunità‘ w l-Awtorita‘ Palestinjana.

Artikolu 65

1.  Il-posizzjoni ta' President tal-Kumitat konġunt jkun okkupat darba iva u darba le mill-Komunità‘ w l-Awtorita‘ Palestinjana skond il-kondizzjonijiet imposti fir-regoli ta' proċedura.

2.  Il-Kumitat konġunt irid jiltaqa darba fis-sena w fejn ikun hemm il-ħtieġa, fuq l-inizjattiva tal-President.

Artikolu 66

1.  Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċidi li jistabilixxi xi kumitat ieħor li jista' jassistija fil-qadi tad-dmirijiet tagħha.

2.  Il-Kumitat Konġunt jrid jidetermina l-komposizzjoni w d-doveri ta' tali kumitati w kif jifunzjonaw.

Artikolu 67

1.  Kull parti tista' tireferi lill-Kumitat Konġunt kwalunkwe nuqqas ta' ftehim li gġandu x'jaqsam mal-applikazzjoni jew interpretazzjoni ta' dan il-ftehim.

2.  Il-Kumitat Konġunt jista' jideċidi nuqqas ta' ftehim permezz ta' deċiżjoni.

3.  Kull parti tkun marbuta tieħu l-miżuri involuti fl-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.  Fil-każ li ma jkunx possibbli li dan in-nuqqas ta' ftehim jiġi solvut skond il-paragrafu 2, kull parti tista' tinnotifika l-parti l-oħra dwar l-ħatra ta' arbitru; il-parti l-oħra mbagħad trid tapponta arbitru ieħor fi żmien xaharejn.

Il-Kumitat Konġunt trid taħtar arbitru ieħor.

Id-deċiżonijiet tal-arbitri jkunu meħuda b' deċiżjoni tal-maġġoranza.

Kull parti għal-kustjoni jridu jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jimplementaw id-deċiżjoni tal-arbitru.

Artikolu 68

Xejn f'dan il-ftehim ma jwaqqaf parti milli tieħu s-segwenti passi:

(a) li hija tikonsidera neċessarji sabiex tiprevenixxi li tgħaddi nformazzjoni li hija kontrarja għall-interessi essenzali tagħha ta' sigurta‘;

(b) li għandhom x' jaqsmu mal-produzzjoni ta', jew kummerċ fl-, armi, munizzjon jew materjali tal-gwerrasjew għall-riċerka, żvilupp jew produzzjoni ndispensabbli għall-fini ta' difiża, sakemm dawn il-miżuri ma jwaqqfux il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni għal-dawk il-prodotti mhux intiżi għall-użu speċifikament militari;

(c) li hija tikonsidera essenżjali għas-sigurta‘ tagħha fil-każ ta' problemi interni serji li jaffettwaw l-osservanza tal-liġI u l-ordni, fi żmien ta' gwerra jew tensjoni serja nternazzjonali li tikostitwixxi theddida ta' gwerra, jew sabiex jiġu eżegwiti obbligi li hija aċċetat għall-fini li żżomm il-paċi w s-sigurta‘ internazzjonali.

Artikolu 69

Fl-oqsma li jaqaw f'dan il-ftehim u mingħajr preġudizzju għall-kwalunkwe provedimenti speċjali kontenuti fiha:

 l-arranġamenti applikati millAwtorita‘ Palestinjana għall-dak li jirigwarda l-Komunità‘ ma tgħatix lok għall-kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-istati membri, il-konazzjonali tagħhom jew il-kumpaniji tagħhom jew ditti,

 l-arranġamenti applikati mill-Komunità‘ għal-dak li għandu x' jaqsam mal-Awtorita‘ Palestinjana ma tgħatix lok għall-diskriminazzjoni bejn membri tal-popolazzjoni Palestinjana, kumpaniji jew ditti tax-xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża.

Artikolu 70

1.  Il-partijiet jridu jieħdu kwalunkwe miżuri ġenerali jew speċifiċi meħtieġa sabiex jeżegwixxu l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt dan il-ftehim. Jridu jiżgraw li l-oġġettivi mqeda minn dan il-ftehim jintlaħqu.

2.  Jekk kwalunkwe parti tikonsidera li l-parti l-oħra falliet mill-tosserva xi obbligu taħt dan il-ftehim, hija tista' tieħu l-passi xierqa. Qabel ma tagħmel dan, bl-eċċezzjoni ta' każijiet ta' urġenza speċjali, hija trid tforni lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni kollha relevanti meħtieġa għall-eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċetabbli għall-partijiet.

Fl-għażla ta' miżuri, trid tingħata prijorita‘ lill-dawk li linqas jiddisturbaw il-funżjoni tal-ftehim. Dawn il-miżuri jridu jkunu notfikati lill-Kumitat konġunt w jkunu s-suġġett ta' konsultazzjonijiet fil-Kumitat konġunt jekk il-partijiet l-oħra jeħtieġu dan.

Artikolu 71

Annessi 1 sa 3u l-Protokoli 1 sa 3 jifurmaw parti ntegrali ta' dan il-ftehim.

Dikjarazzjonijiet jridu jidru fl-Att Finali, li jiforma parti ntegrali ta' dan il-ftehim.

Artikolu 72

Għall-fini ta' dan il-ftehim it-terminu “Partijiet” tfisser il-PLO għall-benefiċċju tal-Awtorita‘ Palestinjana w l-Komunità‘, li kull waħda minnhom taġixxi skond il-poteririspettivi tagħhom.

Artikolu 73

Dan il-ftehim japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fiha t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità‘ Ewropea hija applikata w taħt il-kondizzjonijiet imqeda f'dak it-trattat u, minn naħa l-oħra, lit-territorju tax-xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża.

Artikolu 74

Dan il-ftehim, miktub f'duplikat fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griga, Taljana, Portugiża, Spanjola, Svediża, u Arbija, kull wieħed minn dawn it-testi għandhom awtentiċita‘ ekwivalenti, jridu jkunu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 75

1.  Dan il-ftehim jkun approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom.

Dan il-ftehim jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar segwenti d-data li fiha l-partijiet jinotifikaw lill-xulxin li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu ġew kompletati.

2.  Mhux aktar tard mill-4 ta' Mejju 1999 negozjati jibdew bil-għan lijikonkludu Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju. Sakemm tali ftehim huwa konkluz, dan il-ftehim jibqa fis-seħħ, soġġett għall-kwalunkwe emenda miftehma bejn il-partijiet.

3.  Kull parti tista' tirrifjuta dan il-ftehim billi tinotifika l-parti l-oħra. Il-ftehim jiqaf milli japplika sitt xhur wara d-data ta' tali notifika.

Hecho en Bruselas, el veinticuatro de febrero de mil novecientos noventa y siete.

Udfærdiget i Bruxelles den fireogtyvende februar nitten hundrede og syv og halvfems.

Geschehen zu Brüssel am vierundzwanzigsten Februar neunzehnhundertsiebenundneunzig.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι τέσσερις Φεβρουαρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα επτά.

Done at Brussels on the twenty-fourth day of February in the year one thousand nine hundred and ninety-seven.

Fait à Bruxelles, le vingt-quatre février mille neuf cent quatre-vingt-dix-sept.

Fatto a Bruxelles, addì ventiquattro febbraio millenovecentonovantasette.

Gedaan te Brussel, de vierentwintigste februari negentienhonderd zevenennegentig.

Feito em Bruxelas, em vinte e quatro de Fevereiro de mil novecentos e noventa e sete.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäneljäntenä päivänä helmikuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäseitsemän.

Som skedde i Bryssel den tjugofjärde februari nittonhundranittiosju.

image

Por la Comunidad Europea

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Voor de Europese Gemeenschap

Pela Comunidade Europeia

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

signatory

Lista ta’ Annessi



Anness 1:

Prodotti msemmija fl-Artikolu 7 (1)

Anness 2:

Prodotti msemmija fl-Artikolu 7 (2)

Anness 3:

Prodotti msemmija fl-Artikolu 8 (2)

ANNESS 1

PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7 (1)



KODIĊI CN

Deskrizzjoni

0403

Butter milk, curdled milk u krema, yogurt, kephir u ħalib u krema oħra fermentata jew aċiduża, kemm jekk konċentrata jew le jew jekk tikkontjeni zokkor miżjud jew materja oħra ta' ħlewwa jew saporanti jew jekk tikontjeni frott miżjud, lewż jew kakaw:

0403 10 51 sa0403 10 99

Yoghurt, saporit jew jikontjeni frott miżjud, lewż jew kakaw

0403 90 71 sa0403 90 99

Oħra, saporit jew jikontjeni frott miżjud, lewż jew kakaw

0710 40 00

Mais (mhux imsajjar jew imsajjar permezz tal-fwar jew togħlija fl-ilma), iffriżat

0711 90 30

Mais preżervat provisorjament (per esempju, permezz tal-gass tad-dioxide tal-kubrit, fil-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew likwidu ieħor preservant), iżda f'istat mhux xieraq għall-konsum immedjat

ex  15 17

Marġarina; taħlit li huwa tajjeb għall-ikel jew preparazzjonijiet ta' grassi tal-annimali jew veġetali jew żjut jew frazzjonijiet ta' grassi jew żjut differenti li jaqaw taħt dan il-Kapitolu, oltre grassi jew żjut li huma tajbin għall-ikel jew frazzjonijiet ta' Nru 1516:

1517 10 10

Marġarina, bl-eċċezzjoni ta' marġarina likwida, li tikontjeni aktar minn 10 % iżda mhux aktar minn 15 % bl-użin ta' grassi tal-ħalib

1517 90 10

Oħra, li tikontjeni aktar minn 10 % iżda mhux aktar minn 15 % bl-użin ta' grassi tal-ħalib

ex  17 04

Zokkor tal-ħelu (inkluża ċikkulata bajda), li ma tikontjenix kakaw; bl-esklużjoni ta' estratt tal-liquorice li jikontjeni aktar minn 10 % bl-użin tas-sucrose iżda li ma jikontjenix sustanzi oħra mizjuda, li jaqaw f'Kodiċi CN 1704 90 10

1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra tal-ikel li jikontjeni l-kakaw

ex  19 01

Estratt tax-xgħir; preparazzjoni tal-ikel tat-tqieq, meal, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma jikontjenux trab tal-kakaw jew li jikontjenu trab tal-kakaw f'proporzjon bl-użin ta' inqas minn 50 %, mhux speċifikat jew inkluż x' imkien ieħor; preparazzjonijiet tal-ikel ta' oġġetti Nri 0401 sa 0404, li ma jikontjenux trab tal-kakaw jew li jikontjenu trab tal-kakaw f'proporzjon bl-użin ta' inqas minn 10 %, mhux speċifikat jew inkluż x' imkien ieħor; bl-eskluzjoni ta' preparazzjonijiet li jaqaw fil-Kodiċi CN 1901 90 91

ex  19 02

Għaġin, bl-esklużjoni ta' għaġin mimli li jaqa taħt Kodiċi CN 1902 20 10 u 1902 20 30 ; kusksu, kemm jekk ippreparat jew le

1903

Tapioca w prodotti altrenattivi preparti mill-lamtu, fil-forma ta' xrar, biċċiet zgħar, perli, siftings jew forom simili

1904

Ikel ipreparat ottenuti mit-tneffiħ jew xiwi ta' ċerejali jew prodotti taċ-ċerejali (per-eżempju cornflakes); ċerejali oħra li mhumiex Qamħirrum (qamħ), fil-forma ta' biċċiet żgħar, imsajjrin minn qabel jew inkella ipreparati mod ieħor

1905

Ħobż, ħelu, kejkijiet, gallettini w xogħol ieħor tal-furnara, kemm jekk jikontjenu l-kakaw jew le; wejfers tat-tqarbin, cachets vojta ta' tip idejali għall-użu farmaċewtiku, wejfers siġillanti, rice paper u prodotti simili

2001 90 30

Mais (Zea mays var. saccharata), ipreparata jew preservati bil-ħall jew aċtu aċetiku

2001 90 40

Yams, patata ħelwa w partijiet simili ta' pjanti li huma tajbin għall-ikel li jikontjenu 5 % jew aktar bl-użin tal-lamtu, ippreparati jew preservati bil-ħall jew aċtu aċetiku

2004 10 91

Patata fil-forma ta' dqiq, meal jew xrar, ipprepat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew aċtu aċetiku, iffrizat

2004 90 10

Mais (Zea mays var. saccharata), ipprepat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew aċtu aċetiku, iffrizat

2005 20 10

Patata fil-forma ta' dqiq, meal jew xrar, ipprepat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew aċtu aċetiku, mhux iffrizat

2005 80 00

Mais (Zea mays var. saccharata), ipprepat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew aċtu aċetiku, mhux iffrizat

2008 92 45

Preparazzjonijiet tat-tip tal-Musli bbażati fuq xrar taċ-ċerejali mhux mixwija

2008 99 85

Qamħirrum (qamħ), li mhux mais (Zea mays var. saccharata) altrimenti ipprepat jew ippreservat, li ma jikontjenix spirtu miżjud jew zokkor miżjud

2008 99 91

Yams, patata ħelwa w and partijiet simili ta' pjanti tajbin għall-ikel, li jikontjenu 5 % jew aktar bl-użin tal-lamtu, altrimenti ipprepat jew ippreservat, li ma jikontjenix spirtu miżjud jew zokkor miżjud

2101 10 98

Preparazzjonijiet b' bazi ta' kafeċ

2101 20 98

Preparazzjonijiet b' bazi ta' te jew mate

2101 30 19

Sostituti ta' kafeċ mixwi bl-eskluzjoni ta' chicory mixwi

2101 30 99

Estratti, essenzi u konċentrati ta' sostituti ta' kafeċ mixwi bl-esklużjoni tal-chicory mixwi

2102 10 31 sa2102 10 39

Ħmira tal-furnara

ex  21 03

Zlazi u preparazzjonijiet tagħhom:

— Mayonnaise

2105

Ġelat u silġ ieħor li huwa tajjeb għall-ikel, kemm jekk jikontjenu kakaw jew le

ex  21 06

Preparazzjonijiet tal-ikel mhux speċifikati jew inkluzi x' imkien ieħor li ma jaqawx taħt il-Kodiċi cns 2106 10 20 u 2106 90 92 u li mhmiex ġuleppi saporiti jew ta' zokkor kulurit

22029091

22029095

22029099

Xorb mhux alkaħoliku, li ma jinkludux sugi tal-frott jew tal-ħxejjex tal-Kodiċi cn 2009 , li jikontjenu l-prodotti tal-Kodiċi CN 0401 sa 0404 jew grassi ottenuti minn prodotti tal-Kodiċi CN 0401 sa 0404

2905 43 00

Mannitol

2905 44

D-Glucitol (sorbitol)

ex 3505 10

Dextrins u lamti oħra modifikati, bl-eskluzjoni ta' lamti tal-Kodiċi CN 3505 10 50 li huma esterified u etherified

3505 20

Kollol ibbażati fuq lamti jew fuq dextrins jew lamti oħra modifikati

3809 10

Aġenti tal-finishing, dye carriers sabiex jaċċeleraw il-kulur jew tiswija ta' dyestuffs u prodotti w preparazzjonijiet oħra (per eżempju, dressings u mordants), ta' tip uzat fit-tessili, karta, ġilda jew industriji simili, mhux speċifikati jew inkluzi x' imkien ieħor

3823 60

Sorbitol ieħor li mhux dak taħt Kodiċi CN 2905 44

ANNESS 2

PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKLU 7 (2)



KODIĊI CN

Deskrizzjoni

 

 

1902

Għaġin u kusksu:

 

A

— ta' qamħ durum

 

B

— oħra

1905 10

Ħobż mqarqaċ

1905 20 90

Ħobż tal-ġinġer u oħra simili, mhux speċjali għall-diabetiċi:

 

A

— li jikontjeni aktar minn 15 % bit-toqol tat-dqiq minn ċerejali oħra minn qamħ in relazzjoni mat-total tal-kontenut tad-dqiq

 

B

— oħra

ex  30 00

A

Waffles u wejfers

 

A1

— mhux mimlija, kemm jekk miksija jew le

 

Ala

— li jikontjeni aktar minn 15 % bl-użin ta' dqiq minn ċerejali li mhumiex qamħ fir-relazzjoni mal-kontenut totali ta' dqiq

 

Alb

— oħra

 

A2

— oħra

 

A2a

— li jikontjeni mhux inqas minn 1,5 % ħalib grassi jew mhux inqas minn 2,5 % ta' protejini tal-ħalib

 

A26

— oħra

1905 40 10

Rusk, li jikontjeni zokkor miżjud, għasel, materja oħra ta' ħlewwa, bajd, grass, ġobon, frott, kakaw jew affarijiet oħra simili:

 

A

— li jikontjenu aktar minn 15 % bl-użin ta' dqiq minn ċerejali minbarra qamħ in relazzjoni mal-kontenut totali ta' dqiq

 

B

— oħra

1905

 

ex  30 00 ) + 9019)

B

Affarijiet oħra tal-furnara, li jikontjenu zokkor miżjud, għasel, materja oħra ta' ħlewwa, bajd, grass, ġobon, frott, kakaw jew affarijiet oħra simili

 

B1

— li jikontjenu bajd miżjud, mhux inqas minn 2,5 % bl-użin

 

B2

— li jikontjenu frott jw lewż imnixxef miżjud

 

B2a

— li jikontjenu mhux inqas minn 1,5 % grassi tal-ħalib u mhux inqas minn 2,5 % protejinital-ħalib; ara Anness V

 

B2b

— oħra

 

B3

— li jikontjenu inqas minn 10 % bl-uzin ta' zokkor mizjud u li ma jikontjenux bajd mizjuda,

ANNESS 3

PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKLU 8 (2)



Kodiċi CN

Deskrizzjoni

1704 90 39 /05

Candies u lollipops

18063200/2

Ċikkulata

19059090/7

Ġalletini w wejfers

20052090/6

Chips w snacks

62085100/2

Terry bath robes

6302 60 00

Xugamani

Lista ta' Protokolli



protokoll 1

dwar l-arranġamenti proviżorji applikabbli għal importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża

protokoll 2

dwar l-arranġamenti applikabbli għal importazzjonijiet fix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea

protokoll 3

dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u dwar metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

▼M3

PROTOKOLL 1

dwar l-arranġamenti proviżorji applikabbli għal importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża



1. Id-dazji doganali u l-imposti li għandhom effett ekwivalenti (inkluż il-komponent agrikolu tagħhom), li huma applikabbli għal prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża mal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea u li huma elenkati fil-Kapitoli 1 sa 24 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) u tat-tariffa doganali tal-Awtorità Palestinjana, u dawk elenkati fl-Anness 1(1)(ii) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura tal-GATT, minbarra l-lattożju kimikament pur tal-kodiċi tan-NM 1702 11 00 u l-glukożju u l-ġulepp tal-glukożju, li fihom fl-istat xott 99 % jew aktar bil-piż ta’ glukożju, tal-kodiċijiet tan-NM ex 1702 30 50 u ex 1702 30 90 koperti mill-Kapitolu 1, għandhom jiġu eliminati temporanjament f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt C.1(a) tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda dan il-Ftehim, iffirmat fl-2011.

2. Minkejja l-kondizzjonijiet skont il-punt 1 ta’ dan il-Protokoll, għall-prodotti li għalihom japplika prezz tad-dħul skont l-Artikolu 140a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 ( 1 ), u li għalihom it-Tariffa Doganali Komuni tipprovdi għall-applikazzjoni tad-dazji doganali ad valorem u ta’ dazju speċifiku tad-dwana, l-eliminazzjoni tapplika biss għall-parti ad valorem tad-dazju.

▼M1

ANNESS MAL-PROTOKOLL NRU 1



Kodiċi NM (1)

Deskrizzjoni (2)

Tnaqqis tad-dazju doganali MFN

(%) (3)

Kwoti tariffarji

(t, sakemm mhux indikat mod ieħor)

Tnaqqis tad-dazji doganali MFN 'il hinn mill-kwota tariffarja attwali jew possibbli

(%) (3)

Kwantità ta' referenza

(t, sakemm mhux indikat mod ieħor)

Disposiz-zjonijiet speċifiċi

a

b

ċ

d

e

0409 00 00

Għasel naturali

100

500

0

 

punt 4 - żieda annwali ta' 250 t

ex 0603 10

Fjuri maqtugħin u blanzuni tal-fjuri, friski

100

2 000

0

 

punt 4 - żieda annwali ta' 250 t

0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ, mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Marzu

100

 

60

2 000

 

ex 0703 10

Basal, frisk jew imkessaħ, mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju

100

 

60

 

 

0709 30 00

Brunġiel, frisk jew imkessaħ, mill-15 ta' Jannar sat-30 ta' April

100

 

60

3 000

 

ex 0709 60

Frott tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta, frisk jew imkessaħ:

 

 

 

 

 

0709 60 10

Bżar ħelu

100

 

40

1 000

 

0709 60 99

Oħrajn

100

 

80

 

 

0709 90 70

Qara bagħli, friski jew imkessħin, mill-1 ta' Diċembru sa l-aħħar ta' Frar

100

 

60

300

 

ex 0709 90 90

Basal salvaġġ ta' l-ispeċi Muscari comosum, frisk jew imkessaħ, mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju

100

 

60

 

 

0710 80 59

Frott tal-ġeneru Capsicum jew Pimenta, għajr għall-bżar ħelu, nej jew imsajjar permezz tal-fwar jew togħllija fl-ilma, iffriżat

100

 

80

 

 

0711 90 10

Frott tal-ġeneru Capsicum jew Pimenta, għajr għall-bżar ħelu, ippriżervat b'mod proviżorju iżda mhux adattat għall-konsum immedjat f'dak l-istat

100

 

80

 

 

0712 31 00

0712 32 00

0712 33 00

0712 39 00

Faqqiegħ, wood ears (Auricularia spp.), jelly fungi (Tremella spp.) u tartuf, imnixxfin

100

500

0

 

 

ex 0805 10

Larinġ, frisk

100

 

60

25 000

 

ex 0805 20

Mandolin (inklużi tanġerini u satsumi); klementini, wilkings u razez imħallta taċ-ċitru simili, friski

100

 

60

500

 

0805 40 00

Grejpfrut

100

 

80

 

 

ex 0805 50 10

Lumi (Citrus limon, Citrus limonum), frisk

100

 

40

800

 

0806 10 10

Għeneb frisk għall-ikel, mill-1 ta' Frar sa l-14 ta' Lulju

100

1 000

0

 

punt 4 - żieda annwali ta' 500 t

0807 19 00

Bettiegħ (eskluż id-dulliegħ), frisk, mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju

100

 

50

10 000

 

0810 10 00

Frawli frisk, mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu

100

2 000

0

 

punt 4 - żieda annwali ta' 500 t

0812 90 20

Larinġ, ippriservat b'mod proviżorju, iżda mhux adattat għall-konsum immedjat f'dak l-istat

100

 

80

 

 

0904 20 30

Frott tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta, għajr għall-bżar ħelu, imnixxef, la misħuq u lanqas mitħun

100

 

80

 

 

1509 10

Żejt verġni taż-żebbuġa

100

2 000

0

 

punt 4 - żieda annwali ta' 500 t

2001 90 20

Frott tal-ġeneru Capsicum, għajr għall-bżar ħelu jew piment, ippreparat jew ippriservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku

100

 

80

 

 

2005 90 10

Frott tal-ġeneru Capsicum, għajr għall-bżar ħelu jew piment, ippreparat jew ippriservat b'mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat

100

 

80

 

 

(1)   Kodiċi NM li jikkorrispondu mar-Regolament (KE) Nru 1789/2003 (ĠU L 281, 30.10.2003, p. 1).

(2)   Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa bħala waħda indikattiva biss, bl-iskema preferenzjali tiġi ddeterminata, għall-għanijiet ta' dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi NM. Fejn kodiċi ex NM huma indikati, l-iskema preferenzjali trid tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

(3)   It-tnaqqis tad-dazju japplika biss għal dazji doganali ad valorem. Madanakollu, għall-prodott taħt il-kodiċi 1509 10 , it-tnaqqis tad-dazju japplika għad-dazju speċifiku.

▼M3

PROTOKOLL 2

dwar l-arranġamenti applikabbli għal importazzjonijiet fix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea



1. Il-prodotti elenkati fl-Annessi li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea għandhom jitħallew jiġu importati fix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża skont il-kondizzjonijiet imsemmija hawn u fl-Annessi.

2. Id-dazji fuq l-importazzjonijiet għandhom jiġu eliminati jew jitnaqqsu sal-livell indikat fil-kolonna “a”, fi ħdan il-limitu tal-kwota tariffarja annwali elenkata fil-kolonna “b”, u soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna “c”.

3. Għall-kwantitajiet importati li jaqbżu l-kwoti tariffarji, għandhom japplikaw id-dazji doganali ġenerali applikati għal pajiżi terzi, soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna “c”.

4. Għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni, il-volumi tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza għandhom jiġu kkalkolati bħala pro rata tal-volumi bażiċi, filwaqt li jitqies il-perjodu li jkun għadda qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

ANNESS 1 GĦALL-PROTOKOLL 2



Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Dazju (%)

Kwota tariffarja

(f’tunnellati, sakemm mhux indikat mod ieħor)

Dispożizzjonijiet speċifiċi

 

 

a

b

c

0102 90 71

Annimali tal-ifrat ħajjin, ta’ piż li jaqbeż 300 kg għall-qatla, minbarra l-għoġġiela u l-baqar

0

300

 

0202 30 90

Laħam ta’ annimali tal-ifrat, mingħajr għadam, minbarra l-kwarti ta’ quddiem, il-kwarti “kumpensati”, “crop”, qatgħat ta’ spalla u skapula u sidra, friżat

0

200

 

0206 22 00

Fwied li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat, friżat

0

100

 

0406

Ġobon u baqta

0

200

 

0407 00 19

Bajd tat-tjur tad-dar (poultry) għat-tifqis, minbarra dak tad-dundjani u tal-wiżż

0

120 000 bajda

 

1101 00 15

Dqiq tal-qamħ komuni u spelt

0

13 000

 

2309 90 99

Preparazzjonijiet oħrajn ta’ tip użati għal għalf ta’ annimali

2

100

 

ANNESS 2 GĦALL-PROTOKOLL 2



PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7 (2) TAL-FTEHIM TA’ ASSOĊJAZZJONI INTERIM EWRO-MEDITERRANJU

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

1902

Għaġin u kuskus:

A

—  tal-qamħ durum

B

—  oħrajn

1905 10

Ħobż iqarmeċ (crispbread)

1905 20 90

Kejk tal-ġinġer (gingerbread) u prodotti bħalu, li mhumiex speċjalment magħmulin għal min ibati mid-dijabete:

A

—  li fihom aktar minn 15 %, bil-piż, ta’ dqiq li ġej minn ċereali minbarra l-qamħ meta mqabbel mal-kontenut totali tad-dqiq

B

—  oħrajn

ex 1905 32 A

Waffles u wejfers

Al

—  mhux mimlijin, kemm jekk miksijin u kemm jekk le

Ala

—  li fihom aktar minn 15 %, bil-piż, ta’ dqiq li ġej minn ċereali minbarra l-qamħ meta mqabbel mal-kontenut totali tad-dqiq

Alb

—  oħrajn

A2

—  oħrajn

A2a

—  li fihom mhux anqas minn 1,5 % ta’ xaħmijiet tal-ħalib jew mhux anqas minn 2,5 % ta’ proteini tal-ħalib

A2b

—  oħrajn

1905 40 10

Ħobż imbaskat (rusk/s) [qarmeċ] b’żieda ta’ zokkor, għasel jew kwalunkwe materjal ieħor biex jagħmel ħelu, bajd, xaħam, ġobon, frott, kawkaw jew simili:

A

—  li fihom aktar minn 15 % bil-piż ta’ dqiq li ġej minn ċereali minbarra l-qamħ meta mqabbel mal-kontenut totali tad-dqiq

B

—  oħrajn

1905

ex 31) B + ex 90)

Oġġetti [prodotti] oħrajn tal-furnara, b’żieda ta’ zokkor, għasel jew kwalunkwe materjal ieħor biex jagħmel ħelu, bajd, xaħam, ġobon, frott, kawkaw jew simili:

Bl

—  li fihom bajd miżjud, tal-piż ta’ mhux anqas minn 2,5 %

B2

—  li fihom frott jew ġewż imnixxef miżjud:

B2a

—  li fihom mhux anqas minn 1,5 % ta’ xaħmijiet tal-ħalib u mhux anqas minn 2,5 % ta’ proteini tal-ħalib; ara l-Anness V

B2b

—  oħrajn

ВЗ

—  li fihom anqas minn 10 % bil-piż ta’ zokkor miżjud u li ma fihomx bajd miżjud jew frott jew ġewż imnixxef miżjud

▼M5

PROTOKOLL 3

dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u dwar metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva



Artikolu 1

Regoli ta' oriġini applikabbli

1.  Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji ( 2 ) (il-Konvenzjoni).

2.  Ir-referenzi kollha għal “ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji għandhom jiġu interpretati bħala li jfissru dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Soluzzjoni ta' tilwim

1.  Meta b'rabta mal-proċeduri ta' verifika stipulati fl-Artikolu 32 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni jinqala' xi tilwim li ma jkunx jista' jissolva bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifika u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli għat-twettiq ta' din il-verifika, tali tilwim għandu jitressaq quddiem il-Kumitat Konġunt.

2.  Fil-każijiet kollha s-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni għandha titwettaq skont il-leġislazzjoni tal-pajjiż imsemmi.

Artikolu 3

Emendi għall-Protokoll

Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 4

Irtirar mill-Konvenzjoni

1.  Jekk jingħata avviż bil-miktub jew mill-Unjoni Ewropea jew mill-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża għandhom immedjatament jidħlu f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2.  Dawn ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tagħha, applikabbli fil-mument ta' rtirar, għandhom jibqgħu japplikaw għal dan il-Ftehim sakemm jidħlu fis-seħħ ir-regoli ta' oriġini appena nnegozjati. Madankollu, mill-mument tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, għandhom jiġu interpretati b'mod li jippermetti akkumulazzjoni bilaterali bejn biss l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża.

▼B

ATT FINALI



Il-plenipotentiaries tal-

Il-KOMUNITÀ‘ EWROPEA,

minn hawn il-quddiem msemmija bħala l-“Komunità”,

minn naħa waħda, u

il-plenipotentiaries tal-

ORGANIŻAZZJONI GĦALL-ĦELSIN TAL-PALESTINA (PLO) GĦALL-BENEFIĊĊJU TAL-AWTORITA‘ PALESTINJANA TAX-XATT TAL-PUNENT U L-MEDDA TA' GAŻA,

minn hawn il-quddiem msemmija bħala l-“Awtorita‘ Palestinjana”,

minn naħa l-oħra,

li ltaqaw Brussel fl-24 ta' Frar 1997 għall-firma tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u ko-operazzjoni bejn il-Komunità‘ Ewropea, minn naħa waħda w l-Organiżazzjoni għall-ħelsin tal-Palestina (PLO) għall-benefiċju tal-Awtorita‘ Palestinjana tax-xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża, minn naħa l-oħra, minn hawn il-quddiem imsemmija bħala l-“Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju” adotaw is-segwenti test:



Il-ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju, l-Annessi tagħha w s-segwenti Protokolli:



Protokoll 1

dwar l-arranġamenti proviżorji applikabbli għal importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża,

Protokoll 2

dwar l-arranġamenti applikabbli għal importazzjonijiet fix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea,

Protokoll 3

dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u dwar metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva.

Il-plenipotentiaries tal-Komunità‘ w l-plenipotentiaries tal-Awtorita‘ Palestinjana adottaw it-testi tad-dikjarazzjonijiet elenkati hawn taħt u annessi ma dan l-Att Finali:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar propjeta‘ nformatika, industrijali w kumerċjal (Artiklu 33 tal-ftehim),

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artiklu 55 tal-ftehim,

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artiklu 58 tal-ftehim,

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-ko-operazzjoni deċentraliżżata,

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artiklu 67 tal-ftehim,

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artiklu 70 tal-ftehim,

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-protezjoni ta' data,

Dikjarazzjoni Konġunta dwar programm ta' support għall-industrija Palestinjana,

u, għall-dak li jirigwarda l-Protokol 3 li jikonċerna d-definzzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinanti” u l-metodi ta' ko-operazzjoni amministrattivi, is-segwenti Dikjarazzjonijiet Konġunti:

1. Dikjarazzjoni Konġunta li tikonċerna il-Prinċipat tal-Andorra;

2. Dikjarazzjoni Konġunta li tikonċerna r-Republika ta' San Marino.

Il-plenipotentiaries tal-Komunità‘ u l-plenipotentiaries tal-Awtorita‘ Palestinjana ħadu wkoll nota tal-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri msemmija aktar l-isfel u annessi mal-Att Finali:

Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità‘ w l-Awtorita‘ Palestinjana li għandha x' taqsam mal-Artiklu 1 tal-Protokoll 1 u importazzjoni konċernata ġol-Komunità‘ ta' fjuri friski maqtuwa w blanzuni tal-fjuri li jaqaw taħt is-sub-titolu 0603 10 tat-Tariffa Doganali Komuni.

Il-plenipotentiaries tal-Awtorita‘ Palestinjana ħadu nota tad-Dikjarazzjoni mill-Komunità‘ Ewropea msemmija hawn taħt u annessa ma dan l-Att Finali:

Dikjarazzjoni dwar kumulazzjoni tal-oriġini.

Hecho en Bruselas, el veinticuatro de febrero de mil novecientos noventa y siete.

Udfærdiget i Bruxelles den fireogtyvende februar nitten hundrede og syv og halvfems. Geschehen zu Brüssel am vierundzwanzigsten Februar neunzehnhundertsiebenundneunzig.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι τέσσερις Φεβρουαρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα επτά.

Done at Brussels on the twenty-fourth day of February in the year one thousand nine hundred and ninety-seven.

Fait à Bruxelles, le vingt-quatre février mil neuf cent quatre-vingt-dix-sept.

Fatto a Bruxelles, addi ventiquattro febbraio millenovecentonovantasette.

Gedaan te Brussel, de vierentwintigste februari negentienhonderd zevenennegentig.

Feito em Bruxelas, em vinte e quatro de Fevereiro de mil novecentos e noventa e sete.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäneljäntenä päivänä helmikuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäseitsemän.

Som skedde i Bryssel den tjugofjärde februari nittonhundranittiosju.

image

Por la Comunidad Europea

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Voor de Europese Gemeenschap

Pela Comunidade Europeia

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

signatory

DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI

Dikjarazzjoni konġunta dwar propjeta‘ informatika, industrijali u kummerċjali (Artiklu 33 tal-ftehim)

għall-finijiet ta' dan il-ftehim, propjeta‘ nformatika, ndustirjali w kumerċjali jinkludi partikolarment dritt tal-awtur, inkluż id-dritt tal-awtur ta' programmi tal-kompjuter, u neighbouring rights, patents, industrial designs, indikazzjonijiet geografiċi, inklużi appellazzjonijiet tal-oriġini, trademarks u service marks, topographies ta' ċirkwiti ntegrati, kif ukoll protezzjoni kontra kompetizzjoni mhux ġusta kif msemmija fl-Artiklu 10a tal-konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni ta' propjeta‘ ndustrijali (Att ta' Stokolma, 1967) u l-protezzjoni ta' informazzjoni mhux mgħotija dwar 'know-how'.

Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artiklu 55 tal-ftehim

Il-partijiet jireaffirmaw il-kommitment tagħhom lill-Proċess ta' Paċi tal-Lvant nofsani w it-twemmin tagħhom li l-paċi għandha tkun konsolidata permezz ta' ko-operazzjoni reġjonali. Il-Komunità' hija preparata li tapprova proġetti ta' żvilupp konġunt sottomessi mill-Awtorita' Palestinjana u minn partijiet oħra reġjonali, soġġett għall-proċeduri rilevanti Komunitarji tekniċi w tal-budget.

Il-Partijiet jirreaffermaw li l-Ftehim jiforma parti mill-proċess imwaqqfa fil-Konferenża ta' Barċelona tas-27 ta' Novembru 1995 u li l-ko-operazzjoni bilaterali bejn il-Komunità' Ewropea w l-Awtorita' Palestinjana hija komplimentarja għall-ko-operazzjoni reġjonali li jseħħ fil-kuntest tal-partnership Ewro-Mediterranju.

Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artiklu 58 tal-ftehim

Il-Partijiet jiftehmu li l-aċċess għall-impjieg ma jkunx inkluż fl-istrattura tal-programmi tas-skambju taż-żagħżagh.

Dikjarazzjoni konġunta dwar ko-operazzjoni deċentralizzata

Il-Partijiet jirreaffermaw l-importanza li huma jattribwixxu għall-programmi ta' ko-operazzjoni deċentralizzata bħala mezz li jiġu nkuraġati skambji ta' esperjenza u trasferiment ta' tagħlim fir-reġjun Mediterranju w bejn il-Komunità' Ewropea w l-partners Mediterranji.

Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artiklu 67 tal-ftehim

Meta l-proċess tal-arbitaġġ huwa applikat, il-partijiet jridu jistinkaw sabiex jiżguraw li l-Kumitat Konġunt japponta tielet arbitru fi żmien xharejn tal-ħatra tat-tieni arbitru.

Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artiklu 70 tal-ftehim

1. Il-Partijiet jiftehmu, għall-finijiet tal-interpretazzjoni w l-applikazzjoni tal-ftehim, li l-każijiet ta' urġenża speċjali msemmija fl-Artiklu 70 tal-ftehim tireferri għall-każijiet ta' vjolazzjoni sostanzjali tal-ftehim minn wieħed miż-żewġ partijiet. Vjolazzjoni sostanzjali tal-ftehim jkinsisti f':

 ir-tal-ftehim meta tali rifjut mhux awtoriżżat mir-reġoli ġenerali tal-liġi internazzjonali,

 il-vjolazzjoni tal-elementi essenzali tal-ftehim mqeda mill-Artiklu 2 tagħha.

2. Il-Partijiet jiftehmu li l-miżuri xierqa msemmija fl-Artiklu 70 huma miżuri meħuda skond il-liġi internazzjonali. Jekk parti waħda tieħu miżuri f'każ ta' urġenża speċjali fl-applikazzjoni tal-Artiklu 70 il-Parti l-oħra tista' tinvoka il-proċedura tad-dispute settlement.

Dikjarazzjoni konġunta fuq protezzjoni ta' informazzjoni

Il-Partijiet jiftehmu li protezzjoni ta' informazzjoni jkunu garantiti fl-oqsma kollha fejn l-iskambju ta' informazzjoni personali hija maħsuba.

Dikjarazzjoni konġunta dwar programm ta' support għall-industrija Palestinjana

Il-Partijiet jiftehmu li programm ta' support jipoġġa għad-disposizzjoni tal-industrija Palestinjana, disinnjata sabiex tikoltiva u tiżviluppa l-kapaċita' tas-settur industrijali Palestinjan.

Il-Komunità‘ testendi l-aċċess għall-fondi tal-“start-up” u kapital ta' negozji Palestinjani fix-xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża. Dan jinkludi l-programm tal-European Community Investment Partners (ECIP), li jiprovdi assistenża għall-ispejjeż start-up tal-kummerċ, bħalma huma feasibility studies u assistenża teknika, w f'xi każijiet, aċċess għall-fondi għall-joint ventures. Fondi għal-self, partikolarment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, permezz ta' revolving fund amministrat mill-Fond għall-Iżvilupp Palestinjan, huwa wkoll għad-disposizzjoni abbażi ta' grants provduti mill-Komunità‘. Il-Bank Ewropew għall-Investiment jestendi il-fondi fuq self u sogru fuq il-kapita għall-negożji Palestinjani permeżż ta' banek lokali.

Il-Komunità' stabilixxa ċ-¬entru għall-Iżvilupp Privat fix-xatt tal-Punent u l-medda ta' Gaża, sabiex tipprovdi support, taħriġ u parir għall-industirja Palestinjana, fl-istart-up tal-kummerċ u ipjanar, business management, strateġija w marketing.

Il-Komunità' tgħaraf li l-industrija Palestinjana trid tfittex swieq f'pajjiżi barranin. Għalhekk, il-ftehim preżenti jipermetti aċċess eżenti minn dażju għall-prodotti ndustijali Palestinjani għas-swieq tal-Komunità‘ Ewropea. Iċ-¬entru għall-Intraprisa Palestinjana, u, ġo fiha, iċ-¬entru Ewro-Info, huma għalhekk disponibbli sabiex jiġu promossi w faċilitati kuntatti w joint ventures bejn l-industrija Ewropea w Palestinjana, permeżż ta' partnership events (l-iskemi Ewro-Partenariat, Med-Partenariat w Med-Enterprise) u varjeta‘ ta' meżżi oħra (bħalma huma il-BC Net u BRE networks), li minn żmien għall-żmien jkun disponibbli.

Il-Komunità' tgħaraf ukoll li l-industrija Palestinjana sofriet minn nuqqas ta' infrastruttura ekonomika bażika. Meta wieħed jikosidera li, fil-kuntest tal-assistenza provduta mill-Komunità‘ għall-iżvilupp tax-xatt tal-Punent jew il-Medda ta' Gaża, parti minn din l-assistenża tista' tkun ipprovduta bħala sostenn għall-industrija Palestinjana, il-Komunità‘ tikonsidera rikjesti mill-Awtorita‘ Palestinjana li proporżjon minn dawn il-fondi, bħala grants jew self, jistgħu jkunu dedikati għar-reabilitazzjoni tal-infrastrutturi vitali ekonomiċi.

Fl-infrastruttura tal-ko-operazzjoni ekonomika provduta għaliha taħt il-ftehim preżenti, Iż-żewġ partijiet ikollhom skambji regolari ta' veduti sabiex jiġI stabbilit kif il-medda ta' mekkaniżmi ta' sostenn deskritti f'din id-dikjarazzjoni, kif ukoll kwalunkwe oħra li jistgħu jkunu disponibbli, jistgħu jkunu effettivament jkunu kombinati sabiex jiprovdu l-aktar sostenn xieraq għall-industija Palestinjana.

Dikjarazzjoni Konġunta li tikonċerna l-Prinċipat tal-Andorra

1. Prodotti li joriġinaw filPrinċipat talAndorra li jaqa filKapitli 25 sa 97 tassistema Armonizzata tkun aċċettata mill-Awtorita‘ Palestinjana bħala oriġinanti filKomunità fittifsira ta' dan ilftehim.

2. Protocol 3 japplika mutatis mutandis għallfini li jidefenixxi listatus oriġinant talprodotti msemmija hawn fuq.

Dikjarazzjoni Konġunta li tikonċerna irRepubblika ta' San Marino

1. Prodotti oriġinanti firRepubblika ta' San Marino jkunu aċċettati millAwtorita' Palestinjana bħala t' oriġina filKomunità' fittifsira ta' dan ilftehim.

2. Protocol 4 japplika mutatis mutandis għallfini li jidefenixxi listatus oriġinant talprodotti msemmija hawn fuq.

▼M1 —————

▼B

DIKJARAZZJONI MILL-KOMUNITÀ EWROPEA

Dikjarazzjoni dwar l-oriġini kumulattiva

In vista ta' l-iżviluppi poltitċi, jekk u meta l-Awtorità Palestinjana w waħda jew aktar pajjiżi Mediterranji jikonkludu ftehim sabiex jistabilixxu kummerċ ħieles bejniethom, il-Komunitàċ Ewropea hija ppreparata li timplimenta oriġini kumulattiva fil-ftehim tagħha tal-kummerċ ma dawk il-pajjiżi.

▼M3

DIKJARAZZJONI KOMUNI

KOOPERAZZJONI DWAR L-OSTAKLI SANITARJI U FITOSANITARJI JEW TEKNIĊI GĦAL KWISTJONIJIET KUMMERĊJALI

Il-Partijiet għandhom isolvu kwalunkwe problema, b’mod partikolari l-ostakli sanitarji, fitosanitarji jew tekniċi għall-kummerċ, li jxekklu l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, permezz tal-arranġamenti amministrattivi eżistenti. Ir-riżultati mbagħad għandhom jiġu rrappurtati lis-Sottokumitati relevanti u lill-Kumitat Konġunt. Il-Partijiet jieħdu l-impenn li jeżaminaw u jsolvu t-tali każijiet fl-iqsar żmien possibbli b’mod ta’ ħbiberija, f’konformità mal-liġijiet applikabbli rispettivi tagħhom u mal-istandards tad-WTO, tal-OIE, tal-IPPC u tal-Codex Alimentarius.



( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

( 2 ) ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.