1996L0023 — MT — 01.07.2013 — 006.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/23/KE

tad-29 ta' April 1996

dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE

(ĠU L 125 23.5.1996, p. 10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

1

16.5.2003

►M2

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 882/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2004

  L 165

1

30.4.2004

 M3

Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 2006/104/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam ta' l-agrikoltura (leġislazzjoni veterinarja u fitosanitarja), minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008)

  L 363

352

20.12.2006

►M4

REGOLAMENT (KE) Nru 596/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009

  L 188

14

18.7.2009

►M5

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/20/UE tat-13 ta' Mejju 2013

  L 158

234

10.6.2013


Emendat bi:

►A1

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

  L 236

33

23.9.2003


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 064M, 10.3.2009, p.  299 (2006/104/KE)

 C2

Rettifika, ĠU L 184, 11.7.2015, p.  31  (1996/23)

 C3

Rettifika, ĠU L 187, 15.7.2015, p.  91 (882/2004)




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/23/KE

tad-29 ta' April 1996

dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE



KAPITOLU I

L-iskop u t-tifsiriet

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex ikun hemm monitoraġġ tas-sustanzi u l-gruppi ta' residwi mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, it-tifsiriet fid-Direttiva 96/22/KE għandhom japplikaw. Kif ukoll:

(a) “sostanzi jew prodotti mhux awtorizzati” għandhom ifissru sostanzi jew prodotti li l-amministrazzjoni tagħhom lill-annimali hi pprojbita taħt il-leġislazzjoni Komunitarja;

(b) “trattament illegali” għandu jfisser l-użu ta' sostanzi jew prodotti mhux awtorizzati jew l-użu ta' sostanzi jew prodotti awtorizzati taħt il-leġislazzjoni Komunitarja għal skopijiet jew taħt kondizzjonijiet ta' xort' oħra minn dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja jew, meta approprjat, fil-varji leġislazzjonijiet nazzjonali;

(ċ) “residwi” għandu jfisser residwu ta' sostanzi li jkollhom azzjoni farmakoloġika, tal-metaboliti tagħhom u ta' sostanzi oħrajn trasmessi lil prodotti ta' l-annimali u x'aktarx ta' ħsara għas-saħħa umana;

(d) “awtorità kompetenti” għandha tfisser l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru kompetenti fi kwistjonijiet veterinarji jew kull awtorità li lilha din l-awtorità ċentrali ddelegat din il-kompetenza;

(e) “kampjun uffiċjali” għandu jfisser kampjun meħud mill-awtorità kompetenti li jkollu, għall-iskopijiet ta' l-eżami tar-residwi jew tas-sustanzi mniżżla fl-Anness I, referenza għall-ispeċi, it-tip, il-kwantità kkonċernata, il-metodu ta' kollezzjoni u d-dettalji li jidentifikaw is-sess ta' l-annimal u l-oriġini ta' l-annimal jew tal-prodott ta' l-annimal;

(f) “laboratorju approvat” għandu jfisser laboratorju approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għall-iskopijiet ta' l-eżami ta' kampjun uffiċjali sabiex tinstab il-preżenza ta' residwi;

(g) “annimal” għandu jfisser l-ispeċi kopert mid-Direttiva 90/425/KEE ( 15 );

(h) “lott ta' annimali” għandu jfisser grupp ta' annimali ta' l-istess speċi, fl-istess ambitu ta' età, mrobbi fl-istess azjenda, fl-istess ħin u taħt l-istess kondizzjonijiet ta' trobbija;

(i) “beta-agonista” għandu jfisser agonista beta adrenoceptor.



KAPITOLU II

Pjanijiet ta' monitoraġġ għas-sejbien ta' residwi jew sustanzi

Artikolu 3

Il-proċess ta' produzzjoni ta' l-annimali u l-prodotti primarji ta' oriġini mill-annimali għandu jkun hemm monitoraġġ tagħhom skond dan il-Kapitolu għall-iskop tas-sejbien tal-preżenza tar-residwi u s-sustanzi mniżżla fl-Anness I f'annimali ħajjin, fil-ħmieġ u fil-likwidi korporali u fit-tessuti tagħhom, fil-prodotti ta' l-annimali, fl-għalf ta' l-annimali u fl-ilma għax-xorb.

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom jassenjaw ix-xogħol ta' kordinament ta' l-implimentazzjoni ta' l-ispezzjonijiet previsti f'dan il-Kapitolu, li huma mwettqa fi ħdan it-territorju nazzjonali tagħhom, lil dipartiment jew korp ċentrali pubbliku.

2.  Id-dipartiment jew korp imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu responsabbli għal:

(a) tfassil tal-pjan previst fl-Artikolu 5 sabiex id-dipartimenti kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-ispezzjonijiet meħtieġa;

(b) kordinament ta' l-attivitajiet tad-dipartimenti ċentrali u reġjonali responsabbli għall-monitoraġġ tar-residwi varji. Dan il-kordinament għandu jiġi estiż għad-dipartimenti kollha li jaħdmu biex jipprevjenu l-użu frawdolenti ta' sustanzi jew prodotti f'azjendi tal-bhejjem;

(ċ) ġbir ta' l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-mezzi użati u r-riżultati ottenuti fit-twettiq tal-miżuri previsti f'dan il-Kapitolu;

(d) biex jintbagħtu lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzju ta' kull sena, l-informazzjoni u r-riżultati msemmija f'(ċ), inklużi r-riżultati ta' kull inkjesta mwettqa.

3.  Dan l-Artikolu m'għandux jaffettwa regoli iktar speċifiċi applikabbli għall-monitoraġġ tan-nutrizzjoni ta' l-annimali.

Artikolu 5

1.  Sat-30 ta' Ġunju 1997 l-iktar tard, l-Istati Membri għandhom jissottomettu pjan lill-Kummissjoni li jistabbilixxi l-miżuri nazzjonali li għandhom jiġu implimentati matul is-sena inizjali tal-pjan u sussegwentement kull aġġornament tal-pjanijiet qabel approvati skond l-Artikolu 8 fuq il-bażi ta' l-esperjenza tas-sena, jew tas-snin preċedenti sal-31 ta' Marzu fl-iktar tard tas-sena ta' l-aġġornament.

2.  Il-pjan previst fil-paragrafu 1 għandu:

(a) jipprovdi għas-sejbien ta' residwi u sustanzi skond it-tip ta' annimal, skond l-Anness II;

(b) jispeċifika b'mod partikolari l-miżuri għas-sejbien tal-preżenza ta':

(i) s-sustanzi msemmija f'(a) fl-annimali, fl-ilma għax-xorb ta' l-annimali u fil-postijiet kollha fejn l-annimali huma mrobbija jew miżmuma;

(ii) r-residwi tas-sustanzi msemmija qabel f'annimali ħajjin, fil-ħmieġ u fil-fluwidi tal-ġisem u fit-tessuti tagħhom u fil-prodotti ta' l-annimali bħall-laħam, il-ħalib, il-bajd u l-għasel;

(ċ) jikkonforma mar-regoli u l-livelli tal-kampjuni stabbiliti fl-Annessi III u IV.

▼M4

Artikolu 6

1.  Il-pjan għandu jikkonforma mal-livelli u l-frekwenzi tal-kampjuni stabbiliti fl-Anness IV. Madankollu, fuq it-talba ta’ Stat Membru l-Kummissjoni, f’ konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2), tista’ taġġusta l-ħtiġijiet minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Anness IV għall-Istati Membri kkonċernati sakemm hu stabbilit b’mod ċar li dawn l-aġġustamenti jżidu l-effettività globali tal-pjan fejn għandu x’jaqsam l-Istat Membru kkonċernat u b’ebda mod ma jnaqqsu l-abilità tagħhom li jidentifikaw residwi ta’, jew każijiet ta’ trattament illegali b’sustanzi mniżżla fl-Anness I.

2.  L-eżami mill-ġdid tal-gruppi ta’ residwi li għandu jkun hemm kontroll għalihom skont l-Anness I u l-iffissar tal-livelli u l-frekwenzi tal-kampjuni li jkopru l-annimali u l-prodotti msemmija fl-Artikolu 3 u mhux diġà stabbiliti fl-Anness IV għandu jsir mill-Kummissjoni fl-ewwel okkażjoni fi żmien massimu ta’ 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-esperjenza miksuba taħt miżuri nazzjonali eżistenti u ta’ informazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni taħt ħtiġijiet eżistenti Komunitarji li jagħmlu dawn il-gruppi speċifiċi ta’ prodotti soġġetti għal monitoraġġ ta’ residwi. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(4).

▼B

Artikolu 7

Il-pjan inizjali għandu jieħu kont tas-sitwazzjoni speċifika ta' kull Stat Membru u jispeċifika b'mod partikolari:

 il-leġislazzjoni dwar l-użu tas-sustanzi mniżżla fl-Anness I u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni jew l-awtorizzazzjoni, id-distribuzzjoni u t-tqegħid fis-suq tagħhom u r-regoli li jikkontrollaw l-amministrazzjoni tagħhom, sa fejn din il-leġislazzjoni mhijiex armonizzata.

 l-infrastruttura tad-dipartimenti relevanti (b'dettalji tat-tip u d-daqs tal-korpi involuti fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet, b'mod partikolari),

 lista ta' laboratorji approvati bid-dettalji tal-kapaċità tagħhom għall-ipproċessar tal-kampjuni,

 tolleranzi nazzjonali għal sostanzi awtorizzati meta ebda livelli massimi residwi Komunitarji ma ġew stabbiliti taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 u d-Direttiva 86/363/KEE ( 16 ),

 lista tas-sustanzi li għandhom jinstabu, il-metodi ta' analiżi, l-istandards għall-interpretazzjoni tas-sejbiet u, fil-każ tas-sustanzi mniżżla fl-Anness I, in-numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu, bir-raġunijiet għal dan in-numru,

 in-numru ta' kampjuni uffiċjali li għandhom jittieħdu vis à vis in-numru ta' annimali ta' l-ispeċi kkonċernati mbiċċra fis-snin preċedenti skond il-livelli ta' kampjuni u l-frekwenzi stabbiliti fl-Anness IV,

 id-dettalji tar-regoli li jikkontrollaw il-kollezzjoni ta' kampjuni uffiċjali, u b'mod partikolari r-regoli li jikkonċernaw id-dettalji li għandhom jidhru fuq dawn il-kampjuni uffiċjali,

 it-tip ta' miżuri stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti fejn għandhom x'jaqsmu annimali jew prodotti fejn instabu r-residwi.

Artikolu 8

1.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet inizjali mgħoddija skond l-Artikolu 5 (1) biex taċċerta jekk jikkonformawx ma' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' ssaqsi Stat Membru jimmodifika jew jissupplimenta dawn il-pjanijiet biex jikkonformaw.

▼M4

Ladarba l-Kummissjoni tkun stabbiliet il-konformità tagħhom, għandha tissottometti l-pjanijiet għall-approvazzjoni f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3).

Sabiex jittieħed kont tal-bidliet fis-sitwazzjoni fi Stat Membru jew f’reġjun tiegħu, tar-riżultati tal-inkjesti nazzjonali jew tal-investigazzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-Artikoli 16 u 17, il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2), li tapprova emenda jew addizzjoni għal pjan qabel approvat skont il-paragrafu 2.

▼B

2.  Emendi annwali għall-pjanijiet inizjali kkomunikati mill-Istati Membri, b'mod partikolari fid-dawl tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 4 (2) (d), għandhom jitgħaddew mill-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħrajn ladarba l-Kummissjoni tkun stabbiliet il-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandu jkollhom 10 ijiem utli mill-irċevuta ta' dawk l-emendi biex jinfurmaw lill-Kummissjoni b'xi kummenti.

Jekk ma hemm ebda kummenti mill-Istati Membri, l-emendi għall-pjanijiet għandhom jitqiesu approvati.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'din l-approvazzjoni immedjatament.

▼M4

Meta hemm kummenti mill-Istati Membri jew meta l-Kummissjoni ma’ tqisx l-aġġornament f’konformità jew tqisu insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha tissottometti l-pjanijiet aġġornati lill-Kumitat Permanenti Veterinarju, li għandu jaġixxi f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3).

▼B

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 u 4 għandhom japplikaw għall-pjanijiet aġġornati.

3.  Kull sitt xhur, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn fi ħdan il-Kumitat Permanenti Veterinarju bl-implimentazzjoni tal-pjanijiet approvati skond il-paragrafu 2 jew bl-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Meta neċessarju, għandu japplika l-paragrafu 4. Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu kull sena, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni r-riżultati tal-pjanijiet tagħhom li jsibu r-residwu u s-sustanzi u l-miżuri ta' kontroll tagħhom.

▼A1

Ir-Repubblika Ceka, l-Estonja, Cipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija,Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, ghall-ewwel darba sal-31 ta'Marzu 2005, ghandhom jibaghtu lill-Kummissjoni r-riżultati tal-pjanijiettaghhom biex isibu r-residwi u s-sustanzi u tal-miżuri ta' kontrolltaghhom.

▼C1

Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom, għall-ewwel darba sal-31 ta' Marzu 2008, jippreżentaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-pjanijiet tagħhom biex isibu r-residwi u s-sustanzi u tal-miżuri ta’ kontroll tagħhom.

▼M5

Il-Kroazja għandha, għall-ewwel darba sal-31 ta' Marzu 2014, tippreżenta lill-Kummissjoni r-riżultati tal-pjanijiet tagħha biex issib ir-residwi u s-sustanzi u tal-miżuri ta’ kontroll tagħha.

▼B

L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubbliku r-riżultat ta' l-implimentazzjoni tal-pjanijiet.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri, fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Permanenti, bl-iżviluppi fis-sitwazzjoni fil-varji reġjuni tal-Komunità.

4.  Kull sena, jew kull meta tqisu neċessarju skond raġunijiet dwar is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti Veterinarju dwar ir-riżultat ta' l-eżamijiet u l-inkjesti msemmija fil-paragrafu 3, b'mod partikolari dwar:

 l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali,

 l-iżviluppi fis-sitwazzjoni fil-varji reġjuni tal-Komunità.

5.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill komunikazzjoni kull sena dwar ir-riżultati ta' azzjoni meħuda fuq livell reġjonali, nazzjonali jew Komunitarju, b'kont miżmum tar-rapport u l-kummenti ta' l-Istati Membri dwaru.



KAPITOLU III

Il-monitoraġġ proprju u l-ko-responsabbiltà minn naħa ta' l-operaturi

Artikolu 9

A. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

1. kull razzett li jqiegħed bhejjem fis-suq u kull persuna ġuridika u legali involuta fin-negozju f'dawn l-annimali tirreġistra minn qabel ma' l-awtoritajiet kompetenti u tieħu fuqha li timxi skond ir-regoli Komunitarji u nazzjonali relevanti, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 u 12 tad-Direttiva 90/425/KEE;

2. il-propjetarji jew il-persuni inkarigati bl-ipproċessar inizjali ta' prodotti primarji ta' oriġini mill-annimali jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, b'mod partikolari billi jwettqu l-kontrolli tagħhom stess, biex

(a) jaċċettaw — kemm jekk b'kunsinna diretta jew permezz ta' intermedjarju - biss dawk l-annimali li għalihom il-produttur jista' jiggarantixxi li l-ħinijiet ta' rtirar ġew osservati;

(b) jissodisfaw lilhom infushom li l-bhejjem jew il-prodotti miġjuba fl-istabbiliment

(i) ma jikkontjenux livelli ta' residwu li jeċċedu l-limiti massimi permessi;

(ii) ma jikkontjenu ebda traċċa ta' sustanzi jew prodotti pprojbiti;

3.

 

(a) il-prodotti jew il-persuni fil-kariga msemmija fil-punti 1 u 2 jqiegħdu fis-suq biss:

(i) annimali li lilhom ebda sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati ma ġew amministrati jew li ma ħadux trattament illegali fis-sens ta' din id-Direttiva;

(ii) annimali li għalihom, meta prodotti jew sustanzi awtorizzati ġew amministrati, il-perjodi ta' rtirar preskritti għal dawn il-prodotti jew sustanzi ġew osservati;

(iii) prodotti derivati mill-annimali msemmija f'(i) u (ii);

(b) meta annimal hu ppreżentat fi stabbiliment ta' l-ipproċessar ta' l-ewwel stadju minn persuna fiżika jew ġuridika ta' xort' oħra mill-produttur, l-obbligi stabbiliti f'(a) huma r-responsabbiltà ta' dan ta' l-aħħar.

B. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tal-punt A, l-Istati Membri għandhom jassiguraw, mingħajr preġudizzju għall-konformità mar-regoli stabbiliti fid-Direttivi li jikkontrollaw it-tqegħid fis-suq tal-prodotti varji konċernati, li:

 il-prinċipju tal-monitoraġġ ta' kwalità tal-katina tal-produzzjoni mill-partijiet differenti involuti hu stabbilit fil-leġislazzjoni tagħhom,

 il-miżuri ta' monitoraġġ proprju li għandhom jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet għal ditti jew tikketti huma mtejba.

Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, fuq it-talba tagħhom, bid-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan il-lat u b'mod partikolari bid-dispożizzjonijiet adottati għal tfittix dwar il-punt A (3) (a) (i) u (ii).

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-termini ta' referenza u r-responsabbilitajiet tal-veterinarji li jagħmlu monitoraġġ fuq l-irziezet huma estiżi għall-monitoraġġ tal-kondizzjonijiet ta' trobbija u l-forom ta' trattament imsemmija f'din id-Direttiva.

Fi ħdan dan il-qafas, il-veterinarju għandu jagħmel iskrizzjoni f'reġistru miżmum fir-razzett ta' l-informazzjoni u n-natura ta' kull trattament preskritt jew amministrat, l-identifikazzjoni ta' l-annimali trattati u l-perjodu ta' rtirar korrispondenti.

Il-bidwi għandu jagħmel iskrizzjoni fir-reġistru, li jista' jkun ir-reġistru previst fid-Direttiva 90/676/KEE ( 17 ), ta' l-informazzjoni u n-natura tat-trattament amministrat. Għandu jissodisfa lilu nnifsu li l-perjodi ta' rtirar ġew osservati u jżomm il-preskrizzjonijiet biex jipprova dan għal ħames snin.

Il-bdiewa u l-veterinarji għandhom ikunu meħtieġa jfornu kull informazzjoni lill-awtorità kompetenti, fuq it-talba tagħha, u b'mod partikolari jfornu informazzjoni lill-veterinarju uffiċjali tal-biċċerija, li għandha x'taqsam mal-konformità ta' razzett mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.



KAPITOLU IV

Miżuri uffiċjali ta' kontroll

Artikolu 11

1.  Mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mwettqa f'konnessjoni ma' l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 5 jew għall-kontrolli previsti fid-Direttivi speċifiċi, l-Istati Membri jista' jkollhom kontrolli uffiċjali każwali kondotti fuqhom:

(a) matul il-fabbrikazzjoni tas-sustanzi inklużi fil-Grupp A fl-Anness I u matul l-immaniġġar, l-irfigħ, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-bejgħ jew il-kisba tagħhom;

(b) f'kull punt fil-produzzjoni ta' għalf ta' l-annimali u tal-katina tad-distribuzzjoni;

(ċ) tul il-katina ta' produzzjoni ta' annimali u materjali mhux ipproċessati ta' oriġini mill-annimali koperti b'din id-Direttiva.

2.  Il-kontrolli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kondotti minħabba b'mod partikolari tas-sejbien tal-pussess jew tal-preżenza ta' sustanzi jew prodotti pprojbiti li hu intenzjonat li jiġu amministrati lill-annimali għall-iskopijiet ta' tħaxxin jew trattament illegali.

3.  Meta hemm suspett ta' frodi, u fil-każ ta' riżultat pożittiv minn kull kontroll imsemmi fil-paragrafu 1, l-Artikoli 16 sa 19 u l-miżuri previsti fil-Kapitolu V għandhom japplikaw.

Il-kontrolli previsti fil-biċċerija jew ma' l-ewwel bejgħ ta' l-annimali ta' l-akkwakultura u tal-prodotti tas-sajd jistgħu jitnaqqsu biex jieħdu kont tal-fatt li r-razzett ta' oriġini jew tluq jappartjeni għal network ta' sorveljanza epidemoloġika jew sistema ta' monitoraġġ ta' kwalità kif imsemmi fl-ewwel inċiż ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9 (B).

Artikolu 12

Il-kontrolli previsti f'din id-Direttiva għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mingħajr notifika minn qabel.

Il-proprjetarju, il-persuna inkarigata biex tiddisponi mill-annimali jew ir-rappreżentant tagħhom għandhom ikunu obbligati li jiffaċilitaw operazzjonijiet ta' ispezzjoni qabel it-tbiċċir, u b'mod partikolari li jassistu lill-veterinarju uffiċjali jew lil staff awtorizzat f'kull manipulazzjoni aġġudikata neċessarja.

Artikolu 13

L-awtorità kompetenti għandha:

(a) meta hemm is-suspett ta' trattament illegali, tistaqsi lill-proprjetarju jew lill-persuna fil-kariga ta' l-annimali jew lill-veterinarju fil-kariga tar-razzett biex jipprovdu xi dokumentazzjoni li tiġġustifika n-natura tat-trattament;

(b) meta din l-inkjesta tikkonferma trattament illegali jew meta sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati ġew użati, jew meta hemm raġunijiet għal suspett ta' l-użu tagħhom, tikkonduċi jew tkun ikkonduċiet:

 kontrolli fuq il-post fuq annimali jew fl-irziezet tagħhom ta' oriġini jew tluq, b'mod partikolari minħabba is-sejbien ta' dan l-użu u b'mod partikolari xi traċċi ta' impjanti; dawn il-kontrolli jistgħu jinkludu kampjuni uffiċjali,

 kontrolli għas-sejbien ta' sustanzi li l-użu tagħhom huwa pprojbit jew ta' sustanzi mhux awtorizzati jew ta' prodotti f'irziezet fejn l-annimali jiġu mrobbija, miżmuma jew imħaxxna (inklużi azjendi amministrattivament konnessi ma' dawn l-irziezet) jew fl-irziezet ta' l-oriġini jew tat-tluq ta' l-annimali. Kampjuni uffiċjali ta' ilma għax-xorb u għalf għall-annimali huma neċessarja għal dak l-iskop.

 kontrolli fuq il-post fuq għalf għall-annimali f'irziezet ta' l-oriġini jew tat-tluq tagħhom, u fuq l-ilma għax-xorb tagħhom jew — għal annimali ta' l-akkwakultura — mill-ilmijiet li fihom jinqabdu,

 il-kontrolli previsti fl-Artikolu 11 (1) (a),

 kull kontroll meħtieġ biex jikkjarifika l-oriġini tas-sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati jew dik ta' l-annimali trattati;

(ċ) meta l-livelli massimi stabbiliti mir-regoli Komunitarji jew, fl-istennija ta' din il-leġislazzjoni, il-livelli stabbiliti mill-leġislazzjoni nazzjonali jkunu nqabżu, twettaq kull miżura jew investigazzjoni li tista' tqis approprjata fejn għandha x'taqsam is-sejba konċernata.

Artikolu 14

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar mill-inqas laboratorju nazzjonali wieħed ta' referenza. Residwu jew grupp ta' residwu ma jistax jiġi assenjat lil iktar minn laboratorju nazzjonali ta' referenza wieħed.

Madanakollu, sal-31 ta' Diċembru 2000, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jippermettu kontrolli għall-istess residwu jew grupp ta' residwi għal diversi laboratorji nazzjonali li nnominaw qabel id-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.

▼M4

Lista ta’ dawn il-laboratorji nnominati għandha titfassal f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3).

▼B

Dawn il-laboratorji għandhom ikunu responsabbli għall-:

 kordinament tax-xogħol tal-laboratorji nazzjonali oħrajn responsabbli għall-analiżi tar-residwu, b'mod partikolari permezz tal-kordinament ta' l-istandards u l-metodi ta' analiżi għal kull residwu jew grupp ta' residwu kkonċernat,

 assistenza lill-awtorità kompetenti fl-organizzazzjoni tal-pjan għall-monitoraġġ tar-residiwi,

 li perjodikament jorganizzaw testijiet komparativi għal kull residwu jew grupp ta' residwu assenjat lilhom,

 assigurazzjoni li l-laboratorji nazzjonali josservaw il-limiti stabbiliti,

 disseminazzjoni ta' l-informazzjoni fornita lill-laboratorji Komunitarji ta' referenza,

 li jassiguraw li l-istaff tagħhom jistgħu jieħdu parti f'korsijiet ta' iktar stħarriġ organizzati mill-Kummissjoni jew minn laboratorji ta' referenza tal-Kummissjoni.

▼M2

2.  Il-laboratorji ta' referenza tal-Komunità għandhom ikunu dawk imsemmija fil-parti relevanti ta' l-Anness VII li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar kontrolli uffiċjali imwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali ( 18 ).

▼B

Artikolu 15

1.  Il-kampjuni uffiċjali għandhom jittieħdu skond l-Annessi III u IV sabiex jiġu eżaminati f'laboratorji approvati.

▼M4

Ir-regoli dettaljati biex jittieħdu kampjuni uffiċjali u l-metodi ta’ rutina u referenza li għandhom jiġu impjegati għall-analiżi ta’ dawn il-kampjuni uffiċjali għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(4).

▼B

Kull meta tinħareġ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodott veterinarju mediċinali intenzjonat għall-amministrazzjoni lil speċi li l-laħam jew il-prodott tiegħu hu intenzjonat għall-konsum uman, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu l-metodi ta' analiżi ta' rutina kif stabbiliti fl-Artikolu 5, it-tieni subparagrafu, il-punt 8 tad-Direttiva 81/851/KEE ( 19 ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 lill-Komunità u lill-laboratorji nazzjonali ta' referenza għas-sejbien ta' residwi.

2.  Għal sustanzi ta' Grupp A, is-sejbiet pożittivi kollha rreġistrati wara l-applikazzjoni ta' metodu ta' rutina minflok metodu ta' referenza għandhom jiġu kkonfermati minn laboratorju approvat bl-użu tal-metodi ta' referenza stabbiliti skond il-paragrafu 1.

Għas-sustanzi kollha, jekk sfidati fuq il-bażi ta' analiżi kontradittorja, dawk ir-riżultati għandhom jiġu kkonfermati mil-laboratorju nazzjonali ta' referenza skond l-Artikolu 14 (1) għas-sustanza jew ir-residwu in kwestjoni. Din il-konferma għandha titwettaq għall-ispiża ta' l-attur fil-każ ta' konferma.

3.  Meta l-eżami ta' kampjun uffiċjali juri trattament illegali, l-Artikoli 16 sa 19 għandhom japplikaw, flimkien mal-miżuri stabbiliti fil-Kapitolu V.

Meta l-eżami juri l-preżenza ta' residwi ta' sustanzi awtorizzati jew kontaminanti li jaqbżu l-livelli stabbiliti mir-regoli Komunitarji jew, fl-istennija ta' din il-leġislazzjoni, il-livelli stabbiliti mil-leġislazzjoni nazzjonali, l-Artikoli 18 u 19 għandhom japplikaw.

Meta l-eżami msemmi f'dan il-paragrafu jkopri annimali jew prodotti ta' oriġini mill-annimali minn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini għandha tapplika l-Artikoli 16 (2), 17, 18 u 19 u l-miżuri previsti fil-Kapitolu V lir-razzett jew l-istabbiliment ta' oriġini jew tluq, wara t-talba raġjunata ta' l-awtorità kompetenti li tkun wettqet l-eżami.

Meta l-eżami jkopri prodotti jew annimali impurtati minn pajjiż terz, l-awtorità kompetenti li tkun wettqet dak l-eżami għandha tirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni, li għandha tieħu l-miżuri previsti fl-Artikolu 30.

Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, meta huma akkwistati riżultati pożittivi kif deskritt fl-Artikolu 15:

1. l-awtorità kompetenti għandha tikseb mingħajr dewmien:

(a) l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tidentifika l-annimal u r-razzett ta' oriġini jew tluq;

(b) id-dettalji kollha ta' l-eżami u r-riżultat tiegħu. Jekk il-kontrolli mwettqa fi Stat Membru juru l-bżonn għal investigazzjoni jew azzjoni oħra fi Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew iktar, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkordina l-miżuri approprjati meħudha fl-Istati Membri meta investigazzjoni jew azzjoni oħra tidher neċessarja.

2. l-awtorità approprjata għandha twettaq:

(a) investigazzjoni fir-razzett ta' oriġini jew tluq, kif approprjat, biex tiddetermina r-raġunijiet għall-preżenza tar-residwi;

(b) fil-każ ta' trattament illegali, investigazzjoni tas-sors jew is-sorsi tas-sustanzi jew tal-prodotti kkonċernati fl-istadju tal-fabbrikazzjoni, l-immaniġġar, il-ħażna, it-trasport, l-amministrazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ, kif approprjat;

(ċ) kull investigazzjoni oħra li l-awtorità tikkunsidra neċessarja;

3. annimali li minnhom ittieħdu kampjuni huma identifikati b'mod ċar. Ma jistgħu f'ebda ċirkustanza jħallu r-razzett sakemm ir-riżultati tal-kontrolli huma disponibbli.

Artikolu 17

Meta hu stabbilit trattament illegali, l-awtorità kompetenti għandha tassigura li l-bhejjem ikkonċernati fl-investigazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ta' l-Artikolu 13 huma immedjatament imqiegħda taħt kontroll uffiċjali. Għandha barra minn hekk tassigura li l-annimali kollha kkonċernati jkollhom marka jew identifikazzjoni uffiċjali u li, bħala l-ewwel pass, jittieħed kampjun uffiċjali minn kampjun statistiku rappreżentattiv, fuq bażijiet xjentifiċi magħrufa internazjonalment.

Artikolu 18

1.  Meta hemm evidenza ta' residwi ta' sustanzi jew prodotti awtorizzati ta' livell li jaqbeż il-limitu massimu għar-residwi, l-awtorità kompetenti għandha twettaq investigazzjoni fir-razzett ta' oriġini jew tluq, kif applikabbli, biex tiddetermina għalfejn il-limitu hawn fuq ġie maqbuż.

Skond ir-riżultati ta' dik l-investigazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri neċessarja kollha għas-salvagwardja tas-saħħa pubblika li jistgħu jinkludu l-projbizzjoni ta' l-annimali milli jħallu r-razzett ikkonċernat jew tal-prodotti milli jħallu r-razzett jew l-istabbiliment ikkonċernat għal perjodu stabbilit.

2.  Fil-każ ta' ksur ripetut tal-limiti massimi tar-residwi meta l-annimali jitqiegħdu fis-suq minn bidwi jew il-prodotti jitqiegħdu fis-suq minn bidwi jew stabbiliment li jipproċessa, għandhom jitwettqu kontrolli intensifikati fuq l-annimali u l-prodotti mir-razzett u/jew l-istabbiliment konċernat, mill-awtoritajiet kompetenti għal perjodu ta' mill-inqas sitt xhur, u l-prodotti u l-karkassi magħluqa f'maqiel fl-istennija tar-riżultati ta' l-analiżi tal-kampjuni.

Kull riżultat li juri li l-limitu massimu tar-residwu ġie maqbuż għandu jwassal li l-karakassi jew il-prodotti kkonċernati jiġu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum uman.

Artikolu 19

1.  L-ispejjeż ta' l-investigazzjonijiet u l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 16 għandhom jitwieżnu mill-proprjetarju jew mill-persuna fil-kariga ta' l-annimali.

Meta l-investigazzjoni tikkonferma li s-suspett kien ġustifikat, l-ispejjeż ta' l-analiżi mwettqa taħt l-Artikoli 17 u 18 għandhom jitwieżnu mill-proprjetarju jew mill-persuna fil-kariga ta' l-annimali.

2.  Mingħajr preġudizzju għal penali kriminali jew amministrattivi, l-ispiża tal-qerda ta' l-annimali li taw riżultat pożittiv jew l-annimali li tqiesu pożittivi skond l-Artikolu 23 għandha titwieżen mill-proprjetarju ta' l-annimali mingħajr indemnità jew kumpens.

Artikolu 20

1.  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta' Novembru 1989 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarja u żootekniċi ( 20 ) għandha tapplika għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

2.  Meta Stat Membru jikkunsidra li, fi Stat Membru ieħor, il-kontrolli previsti f'din id-Direttiva mhumiex qed jiġu mwettqa, jew waqfu milli jitwettqu, għandu jinforma lill-awtorità ċentrali kompetenti b'dak l-Istat. Wara investigazzjoni mwettqa skond il-punt 2 ta' l-Artikolu 16, dik l-awtorità għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarja u għandha, fl-eqreb opportunità tinnotifika lill-awtorità ċentrali kompetenti, ta' l-ewwel Stat Membru bid-deċiżjonijiet meħuda u bir-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet.

Jekk l-ewwel Stat Membru jibża' li dawn il-miżuri mhumiex qed jittieħdu jew huma inadegwati, għandu, flimkien ma' l-Istat Membru li ġie sfidat, ifittex mezzi għar-rimedju tas-sitwazzjoni; jekk approprjat, dan jista' jinvolvi spezzjoni fuq il-post.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-tilwimiet u bis-soluzzjonijiet li jkunu waslu għalihom.

Jekk l-Istati Membri involuti f'tilwima ma jistgħux jilħqu ftehim, wieħed minnhom għandu jġib il-kwistjoni għan-notifika tal-Kummissjoni fi żmien raġjonevoli, u ta' l-aħħar għandu jagħti struzzjonijiet lill-espert wieħed jew iktar biex jagħtu opinjoni.

Fl-istennija ta' dik l-opinjoni, l-Istat Membru tad-destinazzjoni jista' jwettaq kontrolli fuq prodotti li jiġu mill-istabbiliment(i) jew l-azjenda(i) li għandha x'taqsam magħha/hom din it-tilwima u, jekk ir-riżultat hu pożittiv, jieħu miżuri simili għal dawk previsti fl-Artikolu 7 (1) (b) tad-Direttiva 89/662/KEE ( 21 ).

▼M4

Fid-dawl tal-opinjoni tal-esperti, jistgħu jittieħdu miżuri approprjati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2).

▼B

Dawk il-miżuri jistgħu jiġu riveduti skond l-istess proċedura, fid-dawl ta' opinjoni ġdida ta' l-esperti kkunsinnata fi żmien 15-il ġurnata.

Artikolu 21

1.  Sa fejn hu neċessarju li jkun hemm assigurazzjoni ta' applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, u f'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, l-esperti veterinarja tal-Kummissjoni jistgħu jivverifikaw fuq il-post li l-pjanijiet u s-sistema għall-kontroll tal-pjanijiet mill-awtoritajiet kompetenti ġew implimentati b'mod uniformi. L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu titwettaq verifika għandu jagħti l-assistenza neċessarja kollha lill-esperti fit-twettiq tad-doveri tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bir-riżultati tal-verifiki mwettqa.

▼M4

L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri neċessarja biex jieħu kont tar-riżultati ta’ dawk il-verifiki u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri meħuda huma insuffiċjenti, għandha, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru konċernat u wara li tqis il-miżuri neċessarji għas-salvagwardja tas-saħħa pubblika, tieħu l-miżuri approprjati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.  Ir-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, speċjalment fejn għandhom x’jaqsmu l-frekwenza u l-metodu ta’ twettiq tal-verifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 (inkluża l-koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti), għandhom jiġi stabbiliti, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3).

▼B



KAPITOLU V

Miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' ksur

Artikolu 22

Meta sustanzi mhux awtorizzati jew prodotti jew sustanzi mniżżla fil-Grupp A u fil-Grupp B (1) u (2) ta' l-Anness I jinstabu fil-pussess ta' persuni mhux awtorizzati, dawk is-sustanzi jew il-prodotti mhux awtorizzati għandhom jitqiegħdu taħt kontroll uffiċjali sakemm jittieħdu miżuri approprjati mill-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-imposizzjoni possibbli ta' penali fuq il-ħati(ja).

Artikolu 23

1.  Matul il-perjodu li fih l-annimali huma miżmuma kif previst fl-Artikolu 17, l-annimali mir-razzett konċernat ma jistgħux iħallu r-razzett ta' oriġini jew jintraddu lura lil xi persuna oħra ħlief taħt kontroll uffiċjali. L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri approprjati ta' prekawzjoni skond in-natura tas-sustanza jew tas-sustanzi identifikati.

2.  Wara li jkun ittieħed il-kampjun skond l-Artikolu 17, jekk hemm konferma ta' każ ta' trattament illegali, l-annimal jew l-annimali li nstabu pożittivi għandhom jinqatlu immedjatament fuq il-post jew jittieħdu immedjatament lill-biċċerija msemmija jew fil-post tan-negozju tan-knacker b'ċertifikat uffiċjali veterinarju sabiex jitbiċċru hemmhekk. L-annimali hekk imbiċċra għandhom jintbagħtu lill-impjant ta' pproċessar ta' riskju għoli kif definit mid-Direttiva 90/667/KEE ( 22 ).

Kif ukoll, il-kampjuni għandhom jittieħdu bl-ispiża tar-razzett mill-lott sħiħ ta' annimali li jappartjeni għar-razzett li fih twettqu l-kontrolli u li jistgħu jiġu suspetti.

3.  Madanakollu, jekk nofs jew iktar mill-kampjuni meħuda minn kampjun rappreżentattiv skond l-Artikolu 17 huma pożittivi, lill-bidwi tista' titħalla għażla bejn kontroll fuq l-annimali kollha preżenti fir-razzett li jistgħu jiġu suspetti, jew it-tbiċċir ta' dawn l-annimali.

4.  Għal perjodu ta' mill-inqas 12-il xahar, ir-razzett/l-irziezet li jappartjeni għall-istess sid għandu jkun suġġett għal kontrolli iktar iebsa għar-residwi in kwestjoni. Meta tkun twaqqfet sistema organizzata ta' monitoraġġ, din il-faċilità għandha tiġi rtirata mill-bidwi għal dak il-perjodu.

5.  Minħabba l-ksur irreġistrat, l-irziezet jew l-istabbilimenti li jfornu l-azjenda kkonċernata għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli flimkien ma' dawk previsti fl-Artikolu 11 (1) biex tiġi determinata l-oriġini tas-sustanza konċenata. L-istess għandu japplika għall-irziezet u l-istabbilimenti fl-istess katina ta' forniment ta' annimali u għalf għall-anninali bħar-razzett ta' oriġini jew tluq.

Artikolu 24

Il-veterinarju uffiċjali tal-biċċerija għandu:

1. jekk jissuspetta jew ikollu xiehda li l-annimali kkonċernati ġew suġġetti għal trattament illegali jew li sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati ġew amministrati lilhom:

(a) jirranġa li l-annimali jiġu mbiċċra separatament minn lottijiet oħrajn ta' annimali li jaslu fil-biċċerija;

(b) jieħu pussess tal-karkassi u l-interjuri tagħhom u jwettaq il-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni neċessarja kollha għas-sejbien tas-sustanzi konċernati;

(ċ) jekk huma ottenuti riżultati pożittivi, jibgħat il-laħam u l-interjuri f'impjant ta' pproċessar ta' riskju ogħli kif definit mid-Direttiva 90/667/KEE, mingħajr indemnità jew kumpens.

F'dak il-każ, l-Artikoli 20 sa 23 għandhom japplikaw;

2. jekk jissuspetta jew ikollu xiehda li l-annimali kkonċernati ġew suġġetti għal trattament awtorizzat imma li ma kienx hemm konformità mal-perjodi ta' rtirar, jipposponi t-tbiċċir ta' l-annimali sakemm jista' jkun sodisfatt li l-kwantità tar-residwi ma taqbiżx il-livelli permessi.

Dan il-perjodu ma jista' f'ebda ċirkostanzi jkun inqas mill-perjodu ta' rtirar stabbilit fil-punt (b) ta' l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 96/22/KE għas-sustanzi in kwestjoni, jew mill-perjodi ta' rtirar previsti fl-awtorizzazzjoni tal-marketing.

Madanakollu, f'emerġenza jew meta meħtieġ għall-benessri ta' l-annimali, jew jekk l-infrastruttura jew it-tagħmir tal-biċċerija huma tali li t-tbiċċir ma jistax jiġi diferit, l-annimali jistgħu jiġu mbiċċra qabel l-aħħar tal-projbizzjoni jew tal-perjodu ta' posponiment. Il-laħam u l-interjuri għandhom jinżammu fl-istennija ta' kontrolli uffiċjali mwettqa mill-veterinarju uffiċjali tal-biċċerija. Biss il-laħam u l-interjuri li jikkontjenu kwantità ta' residwi li ma taqbiżx il-livelli permessi għandhom jintużaw għall-konsum uman.

3. jiddikjara mhux tajba għall-konsum uman il-karkassi u l-prodotti fejn il-livell tar-residwu jaqbeż il-livelli awtorizzati mir-regolamenti Komunitarji jew nazzjonali.

Artikolu 25

Mingħajr preġudizzju għall-penali kriminali, meta l-azjenda, l-użu jew il-fabbrikazzjoni ta' sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati fl-istabbiliment tal-fabbrikazzjoni huma konfermati, kull awtorizzazzjoni jew arranġament uffiċjali ta' approvazzjoni gawduta mill-istabbiliment ikkonċernat għandha tiġi sospiża għal perjodu li tulu l-istabbiliment għandu jiġi soġġett għal kontrolli iktar iebsa.

Fil-każ ta' offiża ripetuta, dawn l-awtorizzazzjonijiet jew arranġamenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu rtirati b'mod permanenti.

Artikolu 26

Id-Drittijiet ta' appell permessi mil-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikoli 23 u 24 m'għandhomx jiġu effettwati minn din id-Direttiva.

Artikolu 27

Mingħajr preġudizzju għall-penali kriminali, jew għall-penali imposti minn korpi professjonali, miżuri amministrattivi approprjati għandhom jittieħdu kontra persuna meta hija responsabbli, kif jista' jagħti l-każ, għat-trasferiment jew l-amministrazzjoni ta' sustanzi jew prodotti pprojbiti jew għall-amministrazzjoni ta' sustanzi jew prodotti awtorizzati għal skopijiet ta' xort' oħra minn dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni kurrenti.

Artikolu 28

Kull nuqqas ta' koperazzjoni ma' l-awtorità kompetenti u kull tfixkil mill-persunal tal-biċċerija jew mis-superviżur tal-biċċerija jew, fil-każ ta' intrapriża privata, mill-proprjetarju jew proprjetarji tal-biċċerija, jew mill-proprjetarju ta' l-annimali jew mill-persuna inkarigata minnhom, matul l-ispezzjoni u t-teħid ta' kampjuni kif meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-monitoraġġ ta' residwi u tul l-investigazzjonijiet u l-kontrolli previsti f'dan ir-Regolament, għandu jirriżulta f'penali kriminali u/jew amminsitrattivi xierqa imposti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

Jekk tingħata xiehda li l-propjetarju jew is-superviżur tal-biċċerija qegħdin jgħinu biex jaħbu l-użu illegali ta' sustanzi pprojbiti, l-Istat Membru għandu jiċħad lill-parti kolpevoli kull opportunità li jirċievi jew li japplika għall-għajnuna Komunitarja għal perjodu ta' 12-il xahar.



KAPITOLU VI

L-Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Artikolu 29

1.  L-inklużjoni u ż-żamma fuq il-lista tal-pajjiżi terzi previsti fil-leġislazzjoni Komunitarja li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti ta' l-annimali koperti mid-Direttiva għandhom ikunu soġġetti għal sottomissjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat ta' pjan li jistabbilixxi l-garanziji li joffri fejn jidħol il-monitoraġġ ta' gruppi ta' residwi u sustanzi msemmija fl-Anness I. Dan il-pjan għandu jiġi aġġornat fuq it-talba tal-Kummissjoni, b'mod partikolari meta l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 3 jagħmluh neċessarju.

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 li jikkonċernaw il-limiti ta' żmien għas-sottomissjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet għandhom japplikaw għall-pjanijiet li għandhom jiġu sottomessi minn pajjiżi terzi.

Il-garanziji għandu jkollhom effett mill-inqas ekwivalenti għal dak previst f'din id-Direttiva u għandhom, b'mod partikolari, jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4 u jispeċifikaw id-dettalji stabbiliti fl-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva u jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 11 (2) tad-Direttiva 96/22/KE.

▼M4

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-pjan f’ konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3). Skont l-istess proċedura, garanziji għajr għal dawk riżultanti mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jistgħu jkunu aċċettati.

2.  Meta m’hemmx konformità mal-ħtiġijiet tal-paragrafu 1, l-inklużjoni ta’ pajjiż terz fil-listi tal-pajjiżi terzi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew bħala riżultat tal-benefiċċju ta’ elenkar minn qabel tista’ tiġi sospiża f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3), fuq talba ta’ Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva proprja tagħha.

▼B

3.  Il-konformità mal-ħtiġiet ta' u l-adeżjoni għall-garanziji offerti mill-pjanijiet sottomessi minn pajjiżi terzi għandha tiġi vverifikata permezz ta' kontrolli msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 72/462/KEE ( 23 ) u l-kontrolli previsti fid-Direttivi 90/675/KEE ( 24 ) u 91/496/KEE ( 25 ).

4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena bir-riżultati tal-kontrolli residwi mwettqa fuq annimali u prodotti ta' l-annimali impurtati minn pajjiżi terzi, skond id-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE.

Artikolu 30

1.  Meta l-kontrolli previsti mid-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE juru l-użu ta' prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati għat-trattament ta' l-annimali fil-lott — lott fis-sens ta' l-Artikolu 2 (2) (e) tad-Direttiva 91/496/KEE — jew il-preżenza ta' dawn il-prodotti jew sustanzi fil-lott kollu jew parti minnu li joriġina fl-istess stabbiliment, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri li ġejjin fejn għandhom x'jaqsmu l-annimali u l-prodotti involuti f'dan l-użu:

 għandha tinforma lill-Kummissjoni bin-natura tal-prodotti użati u l-lott konċernat; il-Kummissjoni għandha mbagħad tinforma l-postazzjonijiet kollha fuq il-fruntieri,

 l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli iktar iebsa fuq il-lottijiet kollha ta' annimali jew prodotti mill-istess fonti. B'mod partikolari, l-10 lottijiet li jmiss mill-istess fonti għandhom jinżammu — u depożitu jiġi alloġġat kontra l-ispejjeż ta' l-ispezzjoni — fil-postazzjoni ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera għal kontroll fuq residwi billi jittieħed kampjun rappreżentattiv ta' kull lott jew ta' parti mil-lott.

▼M2

 Fejn verifiki juru l-presenza ta' sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati jew fejn jinqabżu l-limiti massimi, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (KE) 882/2004 għandhom japplikaw.

▼B

 il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bir-riżultat tal-kontrolli iktar iebsa u fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni għandha tagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarja, għall-identifikazzjoni tar-raġunijiet għal u l-oriġini tal-ksur li jinstab.

2.  Meta l-kontrolli previsti mid-Direttiva 90/675/KEE juru li l-limiti massimi tar-residwu ġew maqbuża, għandu jsir użu mill-kontrolli msemmija fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1.

▼M4

3.  Jekk, f’każijiet li jinvolvu pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ekwivalenti mal-Komunità, il-Kummissjoni, wara li tagħmel inkjesti tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, tikkonkludi li naqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom u l-garanziji mogħtija mill-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 29(1), għandha tieqaf milli tippermetti lill-pajjiż ikkonċernat, taħt il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2), jibbenefika mill-ftehim imsemmija għall-annimali u l-prodotti konċernati sakemm dak il-pajjiż terzikun għamel tajjeb għan-nuqqasijiet tiegħu. Is-sospensjoni għandha tiġi rrevokata taħt l-istess proċedura.

▼B

Jekk neċessarju, sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid il-benefiċċju li jifilħu l-ftehim imsemmija, deputazzjoni Komunitarja li tinkludi esperti mill-Istati Membri għandha żżur il-pajjiż ikkonċernat, għall-ispejjeż tal-pajjiż proprju, sabiex jiġi vverifikat li dawn il-miżuri ttieħdu.



KAPITOLU VII

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 31

Il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jemenda d-Direttiva 85/73/KEE ( 26 ) qabel l-1 ta' Lulju 1997 sabiex jipprovdi għat-talba ta' pagament biex ikopri monitoraġġ imwettaq skond din id-Direttiva.

Fl-istennija ta' dik id-deċiżjoni mill-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jitolbu pagamenti nazzjonali biex ikopru l-ispejjeż attwali ta' dan il-monitoraġġ.

▼M4 —————

▼M4

Artikolu 33

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorita’ Ewropea dwar is-Sigurta’ fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurta’ tal-ikel ( 27 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE ( 28 ), b’konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal ħmistax-il ġurnata.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

4.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 34

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 (2), Annessi I, III, IV u V jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati mill- […] Kummissjoni. B’mod partikolari, l-Annessi msemmija hawn fuq jistgħu jkunu emendati […], bil-għan li jiġi evalwat ir-riskju tal-fatturi li ġejjin:

 it-tossiċità potenzjali ta’ residwi fl-affarijiet tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali;

 kemm x’aktarx ikun hemm residwi fl-affarijiet tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali.

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(4).

Artikolu 35

Il-Kumitat jista’ jadotta miżuri transizzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti stipulati minn din id-Direttiva.

Miżuri tranżizzjonali ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b’ elementi mhux essenzjali ġodda, u partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stipulati fid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, se jkunu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(4).

Miżuri tranżitorji oħra jistgħu jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2).

▼B

Artikolu 36

1.  Id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE huma hawnhekk imħassra mill-1 ta' Lulju 1997.

2.  Dawn li ġejjin huma wkoll imħassra mid-data msemmija:

(a) l-Artikolu 4 (3) tad-Direttiva 71/118/KEE;

(b) l-Artikolu 5 (3) u (4) tad-Direttiva 89/437/KEE;

(ċ) l-aħħar subparagrafu tal-punt II.3.B tal-Kapitolu V ta' l-Anness mad-Direttiva 91/493/KEE;

(d) l-Artikolu 11 (1) tad-Direttiva 92/45/KEE;

(e) l-Artikolu 15 (1) tad-Direttiva 92/46/KEE.

3.  Ir-Referenzi għad-Direttivi u d-Deċiżjonijiet li tħassru għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 37

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarja biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 1997.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 38

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 39

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

GRUPP A   Sustanzi li jkollhom effett anaboliku u sustanzi mhux awtorizzati

(1) Stilbeni, derivattivi ta' l-istilbeni, u l-minerali u l-esteri tagħhom

(2) Aġenti antithyroid

(3) L-isterojdi

(4) Lattoni aċidi resorċikliki inkluż iż-żeranol

(5) Beta-agonisti

(6) Komposti inkluż l-Anness IV mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990

GRUPP B   Drogi ( 29 ) u kontaminanti veterinarji

(1) Sostanzi antibatteriċi, inklużi s-sulfonimidi, u l-kwinoloni

(2) Drogi veterinarji oħrajn

(a) Antelmintiċi

(b) Antioċċidjali, inklużi nitriomidażoli

(ċ) Karbamati u piretrojdi

(d) Sedativi

(e) Drogi anti-infjammatorji mhux ta' sterojdi (NSAID)

(f) Sostanzi attivi farmakoloġiċi oħrajn

(3) Sostanzi oħrajn u kontaminanti ambjentali

(a) Komposti organokloriċi inklużi PcBs

(b) Komposti organofosfori

(ċ) Elementi kimiċi

(d) Mikotossiċi

(e) Żebgħat

(f) Oħrajn




ANNESS II



IL-GRUPP TA' SUSTANZA JEW RESIDWU LI GĦANDU JINSTAB SKOND IT-TIP TA' ANNIMAL, L-GĦALF TAGĦHOM, INKLUÆ L-ILMA GĦAX-XORB, U L-PRODOTTI PRIMARJI TA' L-ANNIMALI

Il-Grupp ta' sustanza skondit-tip ta' annimal,l-għalf jewil-prodottita' l-annimali

Annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, ekwini

It-Tjur

L-Annimali ta' l-akkwakultura

Il-Ħalib

Il-Bajd

Il-laħam tal-fenek u l-laħam tal-bhejjem selvaġġi (1) utal-bhejjem imrobbija

L-Għasel

A1

X

X

X

 

 

X

 

2

X

X

 

 

 

X

 

3

X

X

X

 

 

X

 

4

X

X

 

 

 

X

 

5

X

X

 

 

 

X

 

6

X

X

X

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B 1

X

X

X

X

X

X

X

2a

X

X

X

X

 

X

 

b

X

X

 

 

X

X

 

ċ

X

X

 

 

 

X

X

d

X

 

 

 

 

 

 

e

X

X

 

X

 

X

 

f

 

 

 

 

 

 

 

3a

X

X

X

X

X

X

X

b

X

 

 

X

 

 

X

ċ

X

X

X

X

 

X

X

d

X

X

X

X

 

 

 

e

 

 

X

 

 

 

 

f

 

 

 

 

 

 

 

(1)   L-elementi kimiċi biss huma rilevanti meta l-bhejjem selvaġġi huma kkonċernati.




ANNESS III

L-ISTRATEĠIJA TA' KIF JITTIEĦDU L-KAMPJUNI

1.

Il-pjan tal-kontroll tar-residwu hu mmirat li jagħmel inkjesti fuq u juri r-raġunijiet għal perikoli ta' residwu f'ikel ta' oriġini mill-annimali fl-irziezet, fil-biċċeriji, f'dairies, f'impjanti ta' l-ipproċessar tal-ħut, u fi stazzjonijiet fejn jiġbru u jippakkjaw il-bajd.

Il-kampjuni uffiċjali għandhom jittieħdu skond il-kapitolu relevanti ta' l-Anness IV.

Kull meta jittieħdu kampjuni uffiċjali, dan m'għandux ikun previst, mistenni u effettwat f'ħin fiss u f'ebda jum partikolari tal-ġimgħa. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex jasiguraw li l-element ta' sorpiża fil-kontrolli huwa dejjem mantnut.

2.

Għal sostanzi tal-Grupp A, is-sorveljanza għandha tkun immirata għas-sejbien ta' l-amministrazzjoni illegali ta' sostanzi pprojbiti u ta' l-amministrazzjoni abużiva ta' sostanzi approvati, rispettivament. L-emfasi fuq kif jittieħdu dawn il-kampjuni għandu jkun ikkonċentrat skond il-kapitolu relevanti ta' l-Anness IV.

Il-kampjuni għandhom ikunu mmirati li jieħdu kont tal-kriterji minimi li ġejjin: is-sess, l-età, l-ispeċi, is-sistema ta' tħaxxin, l-informazzjoni kollha disponibbli fl-isfond, u kull xiehda ta' użu ħażin jew abbuż tas-sustanzi ta' dan il-grupp.

Id-dettalji ta' dawn il-kriterji jiġu stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni prevista fl-Artikolu 15 (1).

3.

Għas-sustanzi tal-Grupp B, is-sorveljanza għandha tkun immirata b'mod partikolari lejn il-kontroll tal-konformità ma' l-MRL għal residwi ta' prodotti veterinarji mediċinali ffissati fl-Annessi I u III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, u għall-livelli massimi ta' pestiċidi ffissati fl-Anness III mad-Direttiva 86/363/KEE, u għall-monitoraġġ tal-konċentrazzjoni ta' kontaminanti ambjentali.

Sakemm ma jiġix iġġustifikat it-teħid ta' kampjuni bl-addoċċ mill-Istati Membri meta jippreżentaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni, il-kampjuni kollha għandhom jiġu mmirati skond il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni prevista fl-Artikolu 15 (1).




ANNESS IV

IL-LIVELLI U L-FREKWENZA TAL-KAMPJUNI

L-iskop ta' dan l-Anness hu li jiddefinixxi n-numru minimu ta' annimali li minnhom għandhom jittieħdu l-kampjuni.

Kull kampjun jista' jiġi analizzat biex isib il-preżenza ta' sustanza waħda jew iktar.

KAPITOLU 1

Annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

1.   Annimali bovini

In-numru minimu ta' annimali li għandu jiġi kkontrollat kull sena għal kull tip ta' residwi u sustanzi għandu jkun mill-inqas ugwali għal 0,4 % ta' l-annimali bovini mbiċċra s-sena ta' qabel, bit-tqassim li ġej:

Il-Grupp A: 0,25 % maqsuma kif ġej:

 nofs il-kampjuni għandhom jittieħdu minn annimali ħajjin fuq l-azjenda;

 (b'deroga, 25 % tal-kampjuni analizzati għar-riċerka tas-sustanzi tal-Grupp A 5 jistgħu jittieħdu minn materjal approprjat (għalf, ilma għax-xorb, eċċ. ))

 nofs il-kampjuni għandhom jittieħdu fil-biċċerija.

Kull sub-grupp fil-Grupp A għandu jiġi kkontrollat kull sena bl-użu ta' minimu ta' 5 % tan-numru totali ta' kampjuni li għandhom jinġabru għall-Grupp A.

Il-bilanċ għandu jiġi allokat skond l-esperjenza u l-informazzjoni fl-isfond ta' l-Istat Membru.

Il-Grupp B: 0,15 %

30 % tal-kampjuni għandhom jiġu kkontrollati għal sustanzi tal-Grupp B 1.

30 % tal-kampjuni għandhom jiġu kkontrollati għal sustanzi tal-Grupp B 2.

10 % tal-kampjuni għandhom jiġu kkontrollati għal sustanzi tal-Grupp B 3.

Il-bilanċ għandu jiġi allokat skond is-sitwazzjoni ta' l-Istat Membru.

2.   L-Annimali Porċini

In-numru minimu ta' annimali li għandu jiġi eżaminat kull sena għal kull tip ta' residwi u sustanzi għandu jkun mill-inqas ekwivalenti għal 0,05 % tal-majjali mbiċċra s-sena ta' qabel, bit-tqassim li ġej:

Il-Grupp A: 0,02 %

F'dawk l-Istati Membri li jieħdu l-kampjuni ta' l-annimali fil-biċċerija, kif ukoll, l-analiżi ta' l-ilma għax-xorb, ta' l-għalf, tal-ħmieġ, jew tal-parametri approprjati l-oħrajn kollha għandhom jittieħdu fuq il-livell ta' razzett. F'dak il-każ, in-numru minimu ta' rziezet li għandu jiġi viżitat kull sena għandu jirrappreżenta mill-inqas razzett għal kull 100 000 majjal imbiċċer fis-sena ta' qabel.

Kull sub-grupp fil-Grupp A għandu jiġi kkontrollat kull sena bl-użu ta' minimu ta' 5 % tan-numru totali ta' kampjuni li għandhom jinġabru għall-Grupp A.

Il-bilanċ jiġi allokat skond l-esperjenza u l-informazzjoni fl-isfond ta' l-Istat Membru.

Il-Grupp B: 0,03 %

L-istess tqassim għal kull sub-grupp bħal dak għall-annimali bovini għandu jiġi rispettat. Il-bilanċ għandu jiġi allokat skond is-sitwazzjoni ta' l-Istat Membru.

3.   In-nagħaġ u l-mogħoż

In-numru minimu ta' annimali li għandhom jiġu kkontrollati għal kull tip ta' residwi u sustanzi għandu jkun ekwivalenti għal mill-inqas 0,05 % tan-ngħaġ u l-mogħoż 'il fuq minn tliet xhur imbiċċra s-sena ta' qabel, bit-tqassim li ġej:

Il-Grupp A: 0,01 %

Kull sub-grupp tal-Grupp A għandu jiġi eżaminat kull sena bl-użu ta' minimu ta' 5 % tan-numru totali ta' kampjuni li għandhom jinġabru għall-Grupp A.

Il-bilanċ għandu jiġi allokat skond l-esperjenza u l-informazzjoni fl-isfond ta' l-Istat Membru.

Il-Grupp B: 0,04 %

L-istess tqassim għal kull sub-grupp bħal dak għall-annimali bovini għandu jiġi rispettat. Il-bilanċ għandu jiġi allokat skond l-esperjenza ta' l-Istat Membru.

4.   L-annimali ekwini

In-numru ta' kampjuni għandu jiġi stabbilit minn kull Stat Membru skond il-problemi indentifikati.

KAPITOLU 2

Flieles brojler, tiġieġ spent, dundjani, tjur oħrajn

Kampjun jikkonsisti f'annimal wieħed jew iktar jiddependi mill-ħtiġiet tal-metodi analitiċi.

Għal kull kategorija ta' tjur ikkunsidrata (flieles brojler, tiġieġ spent, dundjani, u tjur oħrajn), in-numru minimu ta' kampjuni li għandu jittieħed fis-sena għandu jkun ekwivalenti għal mill-inqas 200 tunnellata metrika ta' produzzjoni annwali (piż mejjet), b'minimu ta' 100 kampjun għal kull grupp ta' sustanzi jekk il-produzzjoni annwali tal-kategorija ta' l-għasafar ikkunsidrata hi iktar minn 500 tunnellata metrika.

It-tqassim li ġej għandu jiġi rispettat:

Il-Grupp A: 50 % tal-kampjuni totali

L-ekwivalenti ta' wieħed minn ħamsa ta' dawn il-kampjuni għandu jittieħed fil-livell tar-razzett.

Kull sub-grupp tal-Grupp A għandu jiġi eżaminat kull sena bl-użu ta' minimu ta' 5 % tan-numru totali ta' kampjuni li għandhom jinġabru għall-Grupp A.

Il-bilanċ jiġi allokat skond l-esperjenza u l-informazzjoni fl-isfond ta' l-Istat Membru.



Il-Grupp B:

50 % tal-kampjuni totali,

30 % għandhom jiġu eżaminati għal sustanzi tal-Grupp B 1,

30 % għandhom jiġu eżaminati għal sustanzi tal-Grupp B 2,

10 % għandhom jiġu eżaminati għal sustanzi tal-Grupp B 3.

Il-bilanċ jiġi allokat skond is-sitwazzjoni ta' l-Istat Membru.

KAPITOLU 3

Il-Prodotti ta' l-Akkwakultura

1.   Prodotti tat-trobbija tal-ħut

Kampjun huwa ħuta waħda jew iktar, skond id-daqs tal-ħuta in kwestjoni u tal-ħtiġiet tal-metodu analitiku.

L-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-livelli minimi tal-kampjuni u l-frekwenzi mogħtija hawn taħt, jiddependi fuq il-produzzjoni tal-ħut imrobbi (espress f'tunnellati metriċi).

In-numru minimu ta' kampjuni li għandhom jinġabru kull sena għandu jkun mill-inqas 1 għal kull 100 tunnellata metrika ta' produzzjoni annwali.

Il-komposti mfittxa u l-kampjuni magħżula għall-analiżi għandhom jintgħażlu skond kemm x'aktarx jintużaw dawn is-sustanzi.

It-tqassim li ġej għandu jiġi rrispettat:

Il-Grupp A

:

wieħed minn tlieta tal-kampjuni totali:

il-kampjuni kollha għandhom jittieħdu fil-livell tar-razzett, fuq ħut fl-istadji kollha ta' trobbija ( 30 ), inkluż ħut li hu lest biex jitqiegħed fis-suq għall-konsum.

il-Grupp B

:

żewġ terzi tal-kampjuni totali:

il-kampjuni għandhom jittieħdu:

(a) preferibbilment fir-razzett, fuq ħut lest biex jitqiegħed fis-suq għall-konsum;

(b) jew fl-impjant ta' l-ipproċessar, jew f'livell ta' bejgħ bl-ingross, fuq ħut frisk, fuq kondizzjoni li l-intraċċar lura għar-razzett ta' l-oriġini, fil-każ ta' riżultati pożittivi, jista' jsir.

Fil-każijiet kollha, il-kampjuni meħuda fil-livell tas-suq għandhom jittieħdu minn minimu ta' 10 % ta' postijiet tal-produzzjoni rreġistrati.

2.   Prodotti oħrajn ta' l-akkwakultura

Meta l-Istati Membri jkollhom raġuni biex jemmnu li l-mediċina jew il-kimika veterinarja qed jiġu applikati għall-prodotti oħrajn ta' l-akkwakultura, jew meta hemm suspett ta' kontaminazzjoni ambjentali, allura dawn l-ispeċi għandhom jiġu inklużi fil-pjan tat-teħid tal-kampjuni fil-proporzjon tal-produzzjoni tagħhom bħala kampjuni addizzjonali għal dawk meħuda għal prodotti ta' finfish farming.

▼M2 —————

▼B




ANNESS VI



Tabella ta' Korrelazzjoni

Din id-Direttiva

Id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE

Artikolu 1

 

Artikolu 2

Artikolu 2

86/469/KEE

Artikolu 3

Artikolu 1

86/469/KEE

Artikolu 2

85/358/KEE

Artikolu 4

Artikolu 3

86/469/KEE

Artikolu 5

Artikolu 4 (1) l-ewwel u t-tieni inċiż

86/469/KEE

Artikolu 6

 

Artikolu 7

Artikolu 4 (1) ħlief għall-ewwel u t-tieni inċiż

86/469/KEE

Artikolu 8

Artikolu 4 (2) sa 4 (5)

86/469/KEE

Artikolu 12

86/469/KEE

Artikolu 9

85/358/KEE

Artikolu 9

 

Artikolu 10

 

Artikolu 11

Artikolu 1

85/358/KEE

Artikolu 12

 

Artikolu 13

Artikolu 3

85/358/KEE

Artikolu 10

86/469/KEE

Artikolu 14 (1)

Artikolu 8 (1) (b)

86/469/KEE

Artikolu 14 (2)

Artikolu 8 (2)

86/469/KEE

Id-Deċiżjoni

 

Id-Deċiżjoni

 

Artikolu 15 (1)

Artikolu 8 (3)

86/469/KEE

Artikolu 5 (2)

85/358/KEE

Artikolu 15 (2)

Artikolu 8 (3)

86/469/KEE

Artikolu 5 (3)

85/358/KEE

Artikolu 15 (3)

Artikolu 9

86/469/KEE

Artikolu 16

Artikolu 9 (1) u Artikolu 9 (2)

86/469/KEE

Artikolu 6 (1) u Artikolu 6 (2)

85/358/KEE

Artikolu 17

Artikolu 9 (3) (a)

86/469/KEE

Artikolu 6 (3) (a)

85/358/KEE

Artikolu 18

Artikolu 9 (3) (ċ) u (d)

86/469/KEE

Artikolu 19

 

Artikolu 20 (1)

 

Artikolu 20 (2)

Artikolu 11

86/469/KEE

Artikolu 21

Artikolu 5

86/469/KEE

Artikolu 22

Artikolu 7

85/358/KEE

Artikolu 23

Artikoli 9 (3) (b) (ċ) (d) u 9 (4), 9 (5)

86/469/KEE

Artikoli 6 (3) (b) (ċ) (d) u 6 (4)

85/358/KEE

Artikolu 24

Artikolu 4

85/358/KEE

Artikolu 25

 

Artikolu 26

 

Artikolu 27

 

Artikolu 28

 

Artikolu 29

Artikolu 7

86/469/KEE

Artikolu 13

85/358/KEE

Artikolu 30

 

Artikolu 31

Artikolu 12

85/358/KEE

Artikolu 32

Artikolu 14

86/469/KEE

Artikolu 11

85/358/KEE

Artikolu 33

Artikolu 15

86/469/KEE

Artikolu 10

85/358/KEE

Artikolu 34

Artikolu 13

86/469/KEE

Artikolu 35

 

Artikolu 36

 

Artikolu 37

 

Artikolu 38

 

Artikolu 39

 

Anness I

Anness I

86/469/KEE

Anness II

 

Anness III

 

Anness IV

Anness II

86/469/KEE

Anness V Kapitolu 1

Id-Deċiżjoni

 

Anness V Kapitolu 2

Id-Deċiżjoni

 

Anness VI

 



( 1 ) ĠU C 302, tad-9.11.1993, pġ. 12, u ĠU C 222, ta’ l-10.8.1994, pġ. 17.

( 2 ) ĠU C 128, tad-9.5.1994, pġ. 100.

( 3 ) ĠU C 52, tad-19.2.1994, pġ. 30.

( 4 ) Ara p. 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 5 ) ĠU L 191, tat-23.7.1985, pġ. 46. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

( 6 ) ĠU L 275, tas-26.9.1986, pġ. 36. Id-Direttiva kif emendata mill-Att ta' Sħubija ta' l-1994.

( 7 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/96 (ĠU L 37, tal-15.2.1996, pġ. 12).

( 8 ) ĠU L 55, tat-8.3.1971, pġ. 23. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att tas-Sħubija ta' l-1994.

( 9 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 15. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/71/KE (ĠU L 332, tat-30.12.1995, pġ. 40).

( 10 ) ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Sħubija ta' l-1994.

( 11 ) ĠU L 212, tat-22.7.1989, pġ. 87. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Sħubija ta' l-1994.

( 12 ) ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 35. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Sħubija ta' l-1994.

( 13 ) ĠU L 66, ta’ l-10.3.1989, pġ. 37.

( 14 ) ĠU L 368, tal-31.12.1991, pġ. 17.

( 15 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/65/KEE (ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ. 54).

( 16 ) ĠU L 221, tas-7.8.1986, pġ. 43. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/39/KE (ĠU L 197, tat-22.8.1995, pġ. 29).

( 17 ) ĠU L 373, tal-31.12.1990, pġ. 15.

( 18 ) ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1.

( 19 ) ĠU L 317, tas-6.11.1981, pġ. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 93/40/KEE (ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, pġ. 31).

( 20 ) ĠU L 351, tat-2.12.1989, pġ. 34.

( 21 ) ĠU L 395, tat-30.12.1989, pġ. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/67/KEE (ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ. 73).

( 22 ) ĠU L 363, tas-27.12.1990, pġ. 51. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Sħubija ta' l-1994.

( 23 ) ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Sħubija ta' l-1994.

( 24 ) ĠU L 373, tal-31.12.1990, pġ. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/52/KE (ĠU L 265, tat-8.11.1995, pġ. 16).

( 25 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 56. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Sħubija ta' l-1994.

( 26 ) ĠU L 32, tal-5.2.1985, pġ. 14. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/24/KE (ĠU L 243, tal-11.10.1995, pġ. 14).

( 27 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

( 28 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.;

( 29 ) Inklużi sustanzi mingħajr liċenzja li jistgħu jintużaw għal skopijiet veterinarji.

( 30 ) Għal sea-farming, fejn il-kondizzjonijiet għat-teħid tal-kampjuni jistgħu jkunu speċjalment diffiċli, il-kampjuni jistgħu jittieħdu millgħalf minflok minn kampjuni tal-ħut.