1994R2965 — MT — 01.10.2003 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2965/94

tat-28 ta' Novembru 1994

li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea

(ĠU L 314, 7.12.1994, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2610/95 tat-30 ta' Ottubru 1995

  L 268

1

10.11.1995

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1645/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003

  L 245

13

29.9.2003




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2965/94

tat-28 ta' Novembru 1994

li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi, segwentement għad-deċiżjoni tad-29 ta' Ottubru 1993 meħud bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, jiltaqgħu fuq il-livell tal-Gvernijiet u l-Kapijiet ta' l-Istati, fuq il-lokazzjoni taċ-ċentri ta' ċerti entitajiet u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej u ta' l-Europol ( 1 ), ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri adottaw bi ftehim komuni dikjarazzjoni fuq l-istabbiliment ta' ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni fid-dipartimenti tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni lokalizzati fil-Lussemburgu biex jipprovdi għas-servizzi tat-traduzzjoni neċessarji għall-operazzjoni ta' l-entitajiet fejn iċ-ċentri tagħhom ġew determinati mid-deċiżjoni tad-29 ta' Ottubru 1993, bl-eċċezzjoni ta' l-Istitut Monetarju Ewropew;

Billi l-istabbiliment ta' ċentru uniku speċjalizzat jipprovdi soluzzjoni prattika għal problema tat-tlaħħiq tal-bżonnijiet tat-traduzzjoni ta' numru kbir ta' entitajiet f'postijiet differenti madwar l-Unjoni;

Billi r-regoli li jigvernaw liċ-ċentru tat-Traduzzjoni għandhom jħalluh jipprovdi għas-servizzi lill-entitajiet li għandhom personalità legali, indipendenza amministrattiva u budget proprju, u fl-istess ħin iżomm għaqda operazzjonali mal-Kummissjoni;

Billi t-Trattat ma jipprovdix għas-setgħet ta' l-azzjoni speċifiċi għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, barra dawk li jkunu jinsabu fl-Artikolu 235,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni (hawnhekk iżjed il quddiem imsejjaħ “iċ-ċentru”) huwa hawnhekk stabbilit.

▼M1

Artikolu 2

1.  Iċ-Ċentru għandu jipprovdi s-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-operazzjoni ta' l-aġenziji u uffiċċji li ġejjin:

 L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent,

 Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ,

 Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Droga,

 L-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali,

 L-Aġenzija għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol,

 L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks, disinji u mudelli),

 l-Uffiċċju tal-Pulizija Ewropew (Europol) u t-Taqsima tad-Drogi ta' l-Europol.

Iċ-Ċentru u kull waħda mill-aġenziji u uffiċċji msemmija hawn fuq għandhom jikkonkludu arranġamenti li jkopru l-modi li bihom ser jikkooperaw.

2.  Aġenziji u uffiċċji stabbiliti mill-Kunsill għajr dawk msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkollhom aċċess għas-servizzi taċ-Ċentru fuq il-bażi ta' arranġamenti li għandhom jiġu konklużi maċ-Ċentru.

3.  L-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni li diġà għandhom is-servizz tat-traduzzjoni tagħhom jistgħu, fuq bażi volontarja, ikollhom aċċess għaċ-Ċentru skond l-arranġamenti li għandhom jiġu miftehma bejn il-partijiet biex ikunu jistgħu jagħmlu użu mis-servizzi tiegħu.

4.  Iċ-Ċentru għandu jipparteċipa b'mod sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali għat-Traduzzjoni.

▼B

Artikolu 3

1.  Iċ-ċentru għandu jkollu personalità legali.

2.  Għall-għajnuna fil-prestazzjoni tal-kompiti assenjati, iċ-ċentru għandu, fl-Istati Membri kollha jkollu l-iktar kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni legali taħt il-liġijiet tagħhom.

Artikolu 4

▼M1

1.  Iċ-Ċentru għandu jkollu Bord Amministrattiv kompost minn:

(a) rappreżentant minn kull waħda mill-aġenziji u uffiċċji elenkati fl-Artikolu 2(1); kull arranġament msemmi fl-Artikolu 2(2) jista' jipprevedi rappreżentanza ta' l-aġenzija jew l-uffiċċju li huwa parti għal dak l-arranġament;

(b) rappreżentant minn kull wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea;

(ċ) żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni; u

(d) rappreżentant wieħed mill-istituzzjonijiet u l-korpi li għandhom s-servizz ta' traduzzjoni tagħhom iżda li kkonkludew ftehim maċ-Ċentru għall-kollaborazzjoni fuq bażi volontarja.

▼B

2.  Alternattivi għar-rappreżentanti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu maħtura biex jissostiwixxu r-rappreżentati fl-assenza tagħhom.

3.  Il-Bord tal-Maniġment għandu jkun ippresjedut minn wieħed mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Artikolu 5

1.  Membri tal-Bord tal-Maniġment għandhom jiġu maħtura għal tlett snin.

2.  Il-ħatra ta' membri tal-Bord tal-Maniġment għandhu jkun jista' jiġġedded.

Artikolu 6

1.  Il-President għandu jsejjaħ laqgħa tal-Bord tal-Maniġment mill-inqas darbtejn fis-sena u jekk mhux inqas minn terz tal-membri msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) jitolbu għaliha huma stess.

2.  Deċiżjonijiet tal-Bord tal-Maniġment għandhom jittieħdu minn maġġoranza ta' żewġ terzi.

3.  Kull membru tal-Bord tal-Maniġment għandu jkollu vot wieħed.

4.  Il-President m'għandux jivvota.

Artikolu 7

Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura proprji.

Artikolu 8

1.  Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta il-program annwali ta' xogħol taċ-ċentru fuq il-bażi ta' l-abbozz preparat mid-Direttur.

2.  Il-programm jista' jiġi adattat matul is-sena bil-proċedura msemmija fil-paragrafu 1.

▼M2

3.  Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jadotta r-rapport ta' kull sena dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru u jibgħatu mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u il-korpi msemmija fl-Artikolu 2.

4.  Iċ-Ċentru għandu, ta' kull sena, jgħaddi lill-awtorita' tal-baġit kull informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċess ta' l-evalwazzjoni.

▼B

Artikolu 9

1.  Iċ-ċentru għandu jkun taħt l-awtorità ta' Direttur maħtur mill-Bord tal-Maniġment fuq proposta tal-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin; il-ħatra għandha tiġi mġedda.

2.  Id-Direttur għandu jkun ir-rappreżentattiv taċ-ċentru. Hu jew hi jkunu responsabbli għal:

 preparazzjoni u l-implimentazzjoni korretta tal-programm ta' xogħol u tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord tal-Maniġment,

 l-amministrazzjoni ta' kuljum,

 prestazzjoni tal-kompiti assenjati liċ-ċentru,

 l-implimentazzjoni tal-budget,

 kull kwistjoni tal-persunal, u

 il-preparazzjoni tal-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment.

3.  Id-Direttur għandu jkun marbut li jagħti rendikont lill-Bord tal-Maniġment.

Artikolu 10

1.  Stimi għandhom jiġu mfassla fuq l-introjtu u l-infiq taċ-ċentru għal kull sena finanzjarja, li għandha tikkorispondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu mdaħħla fil-budget taċ-ċentru.

▼M1

2.  

(a) L-introjtu u l-ispejjeż murija fil-budget taċ-Ċentru għandhom ikunu f'bilanċ.

▼M2

(b) L-Introjtu taċ-Ċentru għandu jikkomprendi pagamenti magħmula mill-korpi li għalihom iċ-Ċentru jaħdem u mill-istituzzjonijiet u l-organi li magħhom hemm ftejhiem ta' kollaborazzjoni bħala skabju għax-xogħol magħhmul miċ-Ċentru inklużi l-attivitajiet interistituzzjonali u sussidju tal-Komunità.

▼M2 —————

▼B

3.  L-infiq taċ-ċentru għandu jinkludi remunerazzjoni ta' l-istaff, spiżi amministrattivi u infrastrutturali u spiżi operazzjonali.

▼M1

Artikolu 11

1.  Qabel ir-reviżjoni prevista fl-Artikolu 19, kull aġenzija jew uffiċċju msemmifl-Artikolu 2(1) li qiegħed jesperjenza diffikultajiet partikolari b'konnessjoni mal-provvediment ta' servizzi miċ-Ċentru jista' javviċina ċ-Ċentru sabiex jikseb l-aktar soluzzjonijiet xierqa għal dawk id-diffikultajiet.

2.  Jekk jirriżulta mpossibli li jasal għal tali soluzzjoni fi żmien tliet xhur, l-aġenzija jew l-uffiċċju in kwistjoni jista' jibgħat komunikazzjoni ssostanzjata kif suppost lill-Kummissjoni, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tieħu dawk il-miżuri meħtieġa u, jekk ikun xieraq, torganizza, taħt l-awspiċi taċ-ċentru u bl-assistenza tiegħu, modi aktar sistematiċi biex iddur fuq terzi persuni għat-traduzzjoni tad-dokumenti kkonċernati.

▼B

Artikolu 12

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi liċ-ċentru, fuq il-bażi ta' l-arranġamenti li jiġu konklużi maċ-ċentru, għar-rimborż ta' l-infiq, bl-assistenza segwenti:

1. servizzi ta' sostenn: terminoloġija, databases, dokumentazzjoni, traduzzjoni mekkanizzata, taħriġ u reġistrazzjoni ta' tradutturi freelance kif ukoll is-sekondar ta' uffiċjali għal postijiet fiċ-ċentru;

2. l-amministrazzjoni ta' servizzi amministrattivi bażiċi: ħlas ta' salarji, forniment ta' l-assigurazzjoni tas-saħħa, skemi tal-pensjoni, organizzazzjoni tas-servizzi soċjali.

▼M2

Artikolu 13

1.  Stimi ta' l-introjtu u ta' l-infieq taċ-Ċentru għandhom jkunu ppreparti għall-kull sena finanzjarja, li tikkorispondi mas-sena kalendarja, u għandhom jidhru fil-baġit taċ-Ċentru li għandu jinkludi pjan ta' finanzjaru.

2.  L-introjtu u l-infieq murija fil-baġit taċ-Ċentru għandhom jkunu f'bilanċ.

3.  Kull sena il-Bord ta' l-amministrazzjoni, a bazi ta' abbozz mħejji mid-Direttur, għandu jipproduċċi stima ta' l-introjtu u ta' l-infieq għaċ-Ċentru għas-sena li gejja. Din l-istima, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan finanzjarju, għandha tintbgħat mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu.

4.  L-istima għandha tintbgħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejaħ l-“awtorita tal-baġit”;) flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit generali ta' l-Unjoni Ewropea.

5.  A bażi tal-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, l-istima li hi tqies neċessarja għall-pjan finanzjaru/pjan ta' initjativi u l-ammont tas-sussidju li għandu jkun addebitat kontra l-baġit ġenerali, li għandhom jkunu mqiegħda quddiem l-awtorità ta l-baġit skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

6.  L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju liċ-Ċentru.

L-awtorità ta' l-baġit għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għaċ-Ċentru.

7.  Il-baġit taċ-Ċentru għandu jkun adottat mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn xieraq, għandu jkun emendat skond il-kaz.

8.  Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, għandu malli jkun possibli, jinnotifika l-awtorità tal-baġitt bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjoni finanzjarja sinjifikanti fuq il-fondi tal-baġit, b'mod partikolari kwalunkwe proġett relatat ma' propjeta' bħal-kiri jew ix-xiri ta' bini. Għandu jinforma l-Kummissjoni b'dan.

Fejn fergħa ta' l-awtorità tal-baġit innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, din għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni fiż-żmien sitt gimgħat mid-data tan-notifika ta' l-proġett.

▼B

Artikolu 14

1.  Id-Direttur għandu jimplimenta l-budget taċ-ċentru.

▼M2

2.  Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet taċ-Ċentru għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar il-baġit u l-Amministrazzjoni Finanzjarja għall-dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji ta' l-istituzzjonijiet u tal-korpi diċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

3.  Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji taċ-Ċentru lill-Qorti ta' l-awdituri flimkien ma' rapport dwar il-baġit u l-Amministrazzjoni Finanzjarja għall-dik is-sena finanzjarja.. Ir-rapport dwar il-baġit u l-Amministrazzjoni Finanzjarja għas-sena finanzjarja għandu jiġi mibgħut ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.  Malli jirċievi l-osservazzjonijiet ta' l-Qorti ta' l-Awdituri' dwar il-kontijiet proviżorji taċ-Ċentru, skond l-artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur għandu jħejji l-kontijiet finali taċ-Ċentru taħt ir-responabilita' tiegħu u jissottomettihom lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni għall-opinjoni.

5.  Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali taċ-Ċentru.

6.  Id-Direttur għandu sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord ta' l-Aamministrazzjoni.

7.  Il-kontijiet finali għandhom jkunu ppublikati.

8.  Id-Direttur għandu jibgħat lill-Qorti ta' l-Awdituri risposta għall-osservazzjonijiet sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Din ir-risposta għandha tkun mibgħuta wkoll lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni.

9.  Id-Direttur għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtiega ghall-applikazzjoni bla xkiel ta' proċedura ta' twettieq għas-sena finanzjarja in kwistjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzarju ġenerali.

10.  Il-Parlament Ewropew, fuq il-rakommandazzjoni tal-Kunsill li jagixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2, jagħti l-approvazzjoni lid-direttur fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-baġit għas-sena N.

Artikolu 15

Ir-regoli finanzjarji li japplikaw ghaċ-Ċentru għandhom jkunu adottati mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni wara li tkun ġiet kkonsultata l-Kummissjoni. Ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 ta' 19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas ta' r-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija f l-Artikolu 185 ta' r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 2 ) kemm-il darba dan mhux meħtieg għall-operat taċ-Ċentru u bil-kunsens minn qabel ta' l-Kummissjoni.

▼B

Artikolu 16

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu jgħodd għaċ-ċentru.

Artikolu 17

1.  L-istaff taċ-ċentru għandu jkun soġġett għar-regoli u regolamenti li japplikaw għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

2.  Dwar il-persunal tiegħu, iċ-ċentru għandu jeżerċita s-setgħet li ġew devoluti lill-awtorità li tappunta.

3.  Il-Bord tal-Maniġment, fi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta id-disposizzjoniijet ta' l-implimentazzjoni neċessarji biex jassigura, inter alia, il-konfidenzjalita' ta' ċertu xogħol.

Artikolu 18

1.  Ir-responsabbiltà kuntrattwali taċ-Ċentru għanda tkun regolata mill-liġi applikabbli għall-kuntratt in kwestjoni.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha l-ġurisdizzjoni biex tagħti ġudizzji skond kull klawsola ta' l-arbitraġġ li tkun tinstab f'kuntratti konklużi miċ-Ċentru.

2.  F'każ ta responsabbiltà mhux kuntrattwali, iċ-Ċentru għandu, skond il-prinċipji ġenerali komuni għall-liġijiet ta' l-Istati Membri jgħamel tajjeb għad-danni kawżati mill-impjegati tiegħu fil-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħhom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha jkollha ġurisdizzjoni f'kull kwistjoni dwar ħlas għad-danni.

3.  Ir-responsabbiltà personali ta' l-impjegati taċ-Ċentru għandha tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw għalihom.

▼M2

Artikolu 18a

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 3 ) għandhom jgħoddu ghad-dokumenti miżmuma miċ-Ċentru.

2.  Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta arranġamenti pratiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fiż-żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1645/2003 ta' 18 ta' Ġunju 2003 li jemenda Regolament (KE) Nru 2965/94 li jistabbilixxi ċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea ( 4 ).

3.  Id-Deċiżjonijiet meħuda miċ-Ċentru skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jwasslu biex jkun ppreżentat ilment lill-Ombudsman jew jsiru s-suġġett ta' kawża quddiem Qorti tal-Ġustizzja taht il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 195 u 23 rispetivament tat-Trattat'.

▼B

Artikolu 19

Il-proċeduri ta' l-operazzjoni taċ-Ċentru kif definiti f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu reviżjonati mill-Kunsill fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni u wara Opinjoni tal-Parlament Ewropew ikun ġie mogħti, mhux iktar tard minn tlett snin wara t-tmiem tal-perjodu inizjali taċ-Ċentru, li mgħandiex teċċedi tlett snin ta' budget.

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU C 323, tat-30.11.1993, p. 1.

( 2 ) ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 72, bil-Korriġendum fl-ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39.

( 3 ) ĠU L 145, 31.05.01, p. 43.

( 4 ) ĠU L 245, 29.09.03, p. 13.