01994L0062 — MT — 04.07.2018 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 94/62/KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994

dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(ĠU L 365 31.12.1994, p. 10)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M2

ID-DIRETTIVA 2004/12/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Frar 2004

  L 47

26

18.2.2004

►M3

ID-DIRETTIVA 2005/20/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Marzu 2005

  L 70

17

16.3.2005

 M4

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M5

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/2/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-7 ta’ Frar 2013

  L 37

10

8.2.2013

►M6

DIRETTIVA (UE) 2015/720 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tad-29 ta' April 2015

  L 115

11

6.5.2015

►M7

DIRETTIVA (UE) 2018/852 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-30 ta’ Mejju 2018

  L 150

141

14.6.2018




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 94/62/KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994

dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ



L-Artikolu 1

Għanijiet

1.  Din id-Direttiva għandha bħala għan l-armonizzazzjoni tal-miżuri nazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ sabiex, min-naħa l-waħda, ma jkun hemm l-ebda impatt minn dawn fuq l-ambjent ta’ l-ebda Stat Membru jew ta’ terzi pajjiżi jew sabiex jitnaqqas l-impatt, biex b’hekk jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, u sabiex, min-naħa l-oħra, tiġi żgurata l-funzjoni tas-suq intern u jiġu evitati t-tfixkil tal-kummerċ u distorsjonijiet u restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni fil-Komunità.

▼M7

2.  Għal dak il-għan, din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati, bħala l-ewwel prijorità, lejn il-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u, bħala prinċipji fundamentali addizzjonali, l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ, lejn ir-riċiklaġġ u lejn forom oħra tal-irkupru tal-iskart mill-imballaġġ u, għalhekk, lejn it-tnaqqis tal-qerda finali ta’ dan l-iskart sabiex tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

▼B

L-Artikolu 2

Il-kamp ta’ l-applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tkopri l-imballaġġ kollu mqiegħed fis-suq tal-Komunità u l-iskart mill-imballaġġ kollu, kemm jekk jigi użat kemm jekk jinħareg fil-livell ta’ l-industrija, tal-kummerċ, ta’ l-uffiċini, tal-ħwienet, ta’ xi servizzi, domestiku jew ta’ xi livell ieħor, ikun xi jkun il-materjal użat.

2.  Din id-Direttiva għandha tgħodd mingħajr preġudizzju għal ħtiġiet eżistenti tal-kwalità għall-imballaġġ bħalma huma dawk li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà, mal-protezzjoni tas-saħħa u ma’ l-iġjene tal-prodotti imballati jew għal ħtiġiet eżistenti tat-trasport jew għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar l-iskart perikoluż ( 1 ).

L-Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva

1. “l-imballaġġ” għandu jfisser il-prodotti kollha magħmula minn kull materjal tkun xi tkun in-natura tiegħu sabiex jintużaw għaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġjar, it-twassil u l-preżentazzjoni tal-merkanzija, minn materja prima sa prodotti pproċessati, mill-produttur sa l-utent jew il-konsumatur. Il-prodotti li mhumiex maħsubin sabiex jerġgħu jinġabru li jiġu wżati għall-istess skopijiet għandhom jitqiesu bħala imballaġġ ukoll.

“L-imballaġġ” jikkonsisti biss fi-:

(a) imballaġġ għall-bejgħ jew imballaġġ primarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi unità ta’ bejgħ lill-utent jew lill-konsumatur finali fil-post fejn jinxtara;

(b) imballaġġ ta’ prodotti fi gruppi jew imballaġġ sekondarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi fil-post fejn jinxtara gruppi ta’ ċertu numru ta’ unitajiet tal-bejgħ kemm jekk dawn ta’ l-aħħar jiġu mibjugħa b’dan il-mod lill-utent jew lill-konsumatur finali kemm jekk iservu biss bħala mezz biex jimtlew l-ixkafef fil-post tal-bejgħ; jista’ jitneħħa mill-prodott mingħajr ma jaffettwa l-karatteristiċi tiegħu;

(ċ) imballaġġ għat-trasport jew imballaġġ terzjarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jiġu mħeffa l-immaniġġjar u t-trasport ta’ numru ta’ unitajiet tal-bejgħ jew imballaġġ ta’ prodotti fi gruppi sabiex ma ssirx ħsara mill-immaniġġjar fiżiku u waqt it-trasport. L-imballaġġ tat-trasport ma jinkludix il-kontejners li jinġarru fuq il-vetturi ta’ l-art, fuq il-ferrovija, fuq il-bastimenti jew fuq l-ajruplani.

▼M2

Id-definizzjoni ta' “ippakkjar” għandha tiġi bażata wkoll fuq il-kriterji stabbiliti hawn taħt. L-oġġetti msemmija f'Anness I huma eżempji illustrati ta' l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji.

(i) L-oġġetti għandhom jiġu konsidrati bħala ippakkjar jekk jaderixxu mad-definizzjoni hawn fuq imsemmija mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet oħra li jista' jagħmel l-ippakkjar, kemm-il darba l-oġġett mhux parti integrali ta' prodott u huwa neċessarju li dak il-prodott jinżamm, jiġi sostnut jew priservat fit-tul taż-żmien tiegħu u l-elementi kollha huma intiżi li jintużaw, jiġu ikkonsmati jew mormija flimkien.

(ii) L-oġġetti mfassla u ntiżi biex jimtlew fil-ħin tal-bejgħ tagħhom u l-oġġetti li ma jerġgħux jintużaw li jkunu mibjugħa, mimlija jew mfassla u intiżi biex jimtlew fil-ħin tal-bejgħ tagħhom għandhom jiġu ikkonsidrati bħala ippakkjar sakemm jaderixxu mal-funzjoni ta' ippakkjar.

(iii) Komponenti ta' l-ippakkjar u elementi anċillari integrati fl-ippakkjar għandhom jiġu konsidrati bħala parti mill-ippakkjar li huma mdaħħla fih. L-elementi anċillari mdendla direttament fuq, jew imwaħħla mal-prodott u li jwettqu funzjoni ta' l-ippakkjar għandhom jiġu konsidrati bħala ippakkjar kemm-il darba m'humiex parti integrali ta' dan il-prodott u l-elementi kollha huma intiżi biex jiġu konsmati u mormija flimkien.

▼M7 —————

▼M6

1a. “plastik” għandha tfisser polimer fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), li miegħu jistgħu jkunu żdiedu addittivi jew sustanzi oħra, u li kapaċi jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-basktijiet;

1b. “basktijiet tal-plastik” għandha tfisser basktijiet bil- jew mingħajr widna, magħmula mill-plastik, li huma fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ ta' oġġetti jew prodotti;

1c. “basktijiet tal-plastik ħfief” għandha tfisser basktijiet tal-plastik […] bi ħxuna ta' inqas minn 50 mikroni […];

1d. “basktijiet tal-plastik ħfief ħafna” għandha tfisser basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 15 mikroni u li huma meħtieġa għal skopijiet ta' iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ primarju għal ikel sfuż meta dan jgħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel;

1e. “basktijiet tal-plastik ossodegradabbli” għandha tfisser basktijiet tal-plastik magħmula minn materjali tal-plastik li jinkludu addittivi li jikkatalizzaw il-frammentazzjoni tal-materjal tal-plastik f'mikroframmenti;

▼M7

2. “skart mill-imballaġġ” tfisser kull imballaġġ jew materjal tal-imballaġġ li tkopri d-definizzjoni ta’ skart stipulata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE, esklużi residwi ta’ produzzjoni;

▼M7

2a. “imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża” tfisser imballaġġ li nħoloq, li ġie ddisinjat u li tqiegħed fis-suq biex matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jwettaq diversi vjaġġi jew rotazzjonijiet billi jimtela mill-ġdid jew jintuża mill-ġdid għall-istess skop li għalih kien inħoloq;

2b. “imballaġġ imħallat” tfisser imballaġġ magħmul minn żewġ saffi jew aktar ta’ materjali differenti, u li ma jistax jiġi separat bl-idejn u jiffurma unità integrali waħda, li tikkonsisti minn reċipjent intern u interkjużura esterna, li hija mimlija, maħżuna, trasportata u żvujtjata bħala tali;

2c. id-definizzjonijiet ta’ “skart”, “maniġġar tal-iskart”, “ġbir”, “ġbir separat”, “prevenzjoni”, “użu mill-ġdid”, “trattament”, “irkupru”, “riċiklaġġ”, “rimi”, u “skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur” stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom japplikaw;

▼M7 —————

▼B

11. “l-operaturi ekonomiċi” fir-rigward ta’ l-imballaġġ għandhom ifissru l-fornituri tal-materjali ta’ l-imballaġġ, il-produtturi ta’ l-imballaġġ u dawk li jimlew l-imballaġġ u l-utenti, l-importaturi, in-negozjanti u d-distributuri, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet statutorji;

12. “ftehim volontarju” għandu jfisser il-ftehim formali milħuq bejn l-awtoritajiet kompetenti pubbliċi ta’ l-Istati Membri u s-setturi ekonomiċi interessati, li jrid ikun miftuħ għall-imsieħba kollha li jixtiequ jilħqu l-kondizzjonijiet tal-ftehim fil-ħsieb li jaħdmu ghall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

▼M2

L-Artikolu 4

Prevenzjoni

▼M7

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, flimkien mal-miżuri meħuda skont l-Artikolu 9, huma implimentati miżuri oħra preventivi biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jimminimizzaw l-impatt ambjentali tal-imballaġġ.

Dawn il-miżuri preventivi differenti jistgħu jikkonsistu fi programmi nazzjonali, inċentivi permezz ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, sabiex jonqos kemm jista’ jkun l-impatt ambjentali tal-imballaġġ, jew azzjonijiet simili li jiġu adottati, jekk xieraq, f’konsultazzjoni mal-operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u dawk ambjentali, u maħsubin biex jiġbru flimkien u jiġu sfruttati l-bosta inizjattivi meħudin fi ħdan l-Istati Membri fejn tidħol il-prevenzjoni.

L-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart bħal dawk imsemmija fl-Anness IVa għad-Direttiva 2008/98/KE jew strumenti u miżuri oħra xierqa.

▼M6

1a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief fit-territorju tagħhom […].

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta' miri ta' tnaqqis nazzjonali, li jżommu jew jintroduċu strumenti ekonomiċi kif ukoll restrizzjonijiet kummerċjali b'deroga mill-Artikolu 18, dment li dawn ir-restrizzjonijiet ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji.

Tali miżuri jistgħu jvarjaw skont l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta dawn jiġu rkuprati jew mormija, il-proprjetajiet ta' kompostjar tagħhom, it-tul ta' żmien jew l-użu maħsub speċifiku.

Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għandhom jinkludu waħda minn jew it-tnejn li ġejjin:

(a) l-adozzjoni ta' miżuri li jiżguraw li l-livell ta' konsum annwali ma jeċċedix 90 basket tal-plastik ħfief kull persuna sal-31 ta' Diċembru 2019 u 40 basket tal-plastik ħfief kull persuna sal-31 ta' Diċembru 2025, jew miri ekwivalenti stabbiliti bil-piż. Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jistgħu jiġu esklużi minn objettivi nazzjonali tal-konsum;

(b) l-adozzjoni ta' strumenti li jiżguraw li, sal-31 ta' Diċembru 2018, il-basktijiet tal-plastik ħfief ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti jew tal-prodotti, ħlief jekk jiġu implimentati strumenti effettivi b'mod ekwivalenti. Il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jistgħu jiġu esklużi minn dawn il-miżuri.

Mis-27 ta' Mejju 2018 l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar il-konsum annwali ta' basktijiet tal-plastik ħfief meta jipprovdu dejta lill-Kummissjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ f'konformità mal-Artikolu 12.

Sas-27 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-konsum annwali ta' basktijiet tal-plastik ħfief kull persuna u li jadatta l-formati adottati taħt l-Artikolu 12(3). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).

1b.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri bħal strumenti ekonomiċi u miri ta' tnaqqis nazzjonali, fir-rigward ta' kwalunkwe tip ta' basket tal-plastik, irrispettivament mill-ħxuna tagħhom.

1c.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, tal-inqas matul l-ewwel sena wara s-27 ta' Novembru 2016, jinkoraġġixxu b'mod attiv kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni pubbliċi dwar l-impatt ambjentali negattiv tal-użu eċċessiv ta' basktijiet tal-plastik ħfief.

▼M2

2.  Il-Kummissjoni għandha tgħin fil-promozzjoni tal-prevenzjoni billi tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' standards adattati Ewropej, skond l-Artikolu 10. L-istandards għandhom jimmiraw biex inaqqsu l-impatt ambjentali ta' l-ippakkjar skond l-Artikoli 9 u 10.

▼M7 —————

▼M7

Artikolu 5

Użu mill-ġdid

1.  F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stipulata fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu żieda fis-sehem ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li jitqiegħed fis-suq u ta’ sistemi għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġ b’mod ambjentalment korrett u f’konformità mat-Trattat, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, inter alia:

(a) l-użu ta’ skemi ta’ imballaġġ ritornabbli;

(b) l-istabbiliment ta’ miri kwalitattivi jew kwantitattivi;

(c) l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi;

(d) l-istabbiliment ta’ perċentwal minimu ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li jitqiegħed fis-suq kull sena għal kull fluss ta’ imballaġġ.

2.  Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jilħaq livell aġġustat tal-miri msemmija fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 6(1) għal dik is-sena billi jitqies is-sehem medju, fit-tliet snin preċedenti, tal-imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba u użat mill-ġdid bħala parti minn sistema biex l-imballaġġ jintuża mill-ġdid.

Il-livell aġġustat għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:

(a) mill-miri stabbiliti fil-punti (f) u (h) tal-Artikolu 6(1), is-sehem tal-imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fl-imballaġġ tal-bejgħ kollu mqiegħed fis-suq, u

(b) mill-miri stabbiliti fil-punti (g) u (i) tal-Artikolu 6(1), is-sehem tal-imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, magħmul mill-materjal tal-imballaġġ rispettiv, fl-imballaġġ tal-bejgħ kollu magħmul mill-materjal imqiegħed fis-suq.

Mhux aktar minn ħames punti perċentwali ta’ sehem bħal dan għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-livell aġġustat rispettiv.

3.  Stat Membru jista’ jieħu inkunsiderazzjoni l-ammonti tal-imballaġġ tal-injam li huwa msewwi għall-użu mill-ġdid fil-kalkolu tal-miri stabbiliti fil-punt (f), il-punt (g)(ii), il-punt (h) u l-punt (i)(ii) tal-Artikolu 6(1).

4.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi fl-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-31 ta’ Marzu 2019 atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data, u għall-kalkolu tal-miri skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).

5.  Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina d-data dwar imballaġġ li jista’ jintuża mill-ġdid pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 12 u l-Anness III bil-ħsieb li tiġi kkunsidrata l-fattibbiltà tal-issettjar ta’ miri kwantitattivi dwar l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ, inklużi r-regoli tal-kalkolu, u kwalunkwe miżura oħra għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva,

▼M2

L-Artikolu 6

Irkuprar u riċiklaġġ

1.  Biex ikunu konformi mal-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu l-miri li ġejjin li jkopru t-territorju kollu tagħhom:

(a) mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001 bejn 50 % bħala minimu u 65 % bħala massimu bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi rkuprat jew maħruq f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;

(b) mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 mill-inqas 60 % bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi rkuprat jew maħruq f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;

(ċ) mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001 bejn 25 % bħala minimu u 45 % bħala massimu bl-użin tat-total tal-materjali ta' l-ippakkjar li jkunu fl-iskart ta' l-ippakkjar għandhom jiġu riċiklati b'minimu ta' 15 % bl-użin għal kull materjal ta' l-ippakkjar;

(d) mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 bejn 55 % bħala minimu u 80 % bħala massimu bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi riċiklat;

(e) mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 il-miri minimi li ġejjin għar-riċiklaġġ tal-materjali misjuba fl-iskart ta' l-ippakkjar għandhom jiġu miksuba:

(i) 60 % bl-użin għall-ħġieġ;

(ii) 60 % bl-użin għall-karta u għat-tavla;

(iii) 50 % bl-użin għall-metalli;

(iv) 22,5 % bl-użin għall-plastik, waqt li jiġi mgħoddi biss il-materjal riċiklat lura għall-plastik;

(v) 15 % bl-użin għall-injam;

▼M7

(f) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, minimu ta’ 65 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jkun riċiklat;

(g) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinstabu fl-iskart mill-imballaġġ:

(i) 50 % tal-plastik;

(ii) 25 % tal-injam;

(iii) 70 % tal-metall ferruż;

(iv) 50 % tal-aluminju;

(v) 70 % tal-ħġieġ;

(vi) 75 % tal-karta u tal-kartun;

(h) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030 minimu ta’ 70 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jiġi riċiklat;

(i) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ:

(i) 55 % tal-plastik;

(ii) 30 % tal-injam;

(iii) 80 % tal-metall ferruż;

(iv) 60 % tal-aluminju;

(v) 75 % tal-ħġieġ;

(vi) 85 % tal-karta u tal-kartun.

1a.  Mingħajr preġudizzju għall-punti (f) u (h) tal-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri msemmija fil-punt (g)(i) sa (vi) u l-punt (i)(i) sa (vi) tal-paragrafu 1 sa massimu ta’ ħames snin, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) id-deroga hija limitata għal massimu ta’ 15-il punt perċentwali minn mira unika jew maqsuma bejn żewġ miri,

(b) bħala riżultat tad-deroga, ir-rata ta’ riċiklaġġ għal mira unika ma titnaqqasx taħt it-30 %;

(c) bħala riżultat tad-deroga, ir-rata ta’ riċiklaġġ għal mira unika msemmija fil-punt (g)(v) u (vi) u l-punt (i)(v) u (vi) tal-paragrafu 1 ma titnaqqasx taħt is-60 %, u

(d) sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza rispettiva stabbilita fil-punt (g) jew (i) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jipposponi l-iskadenza rispettiva u jissottometti pjan ta’ implimentazzjoni skont l-Anness IV ta’ din id-Direttiva. L-Istat Membru jista’ jgħaqqad dak il-pjan flimkien ma’ pjan ta’ implimentazzjoni sottomess skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2008/98/KE.

1b.  Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-pjan ta’ implimentazzjoni ppreżentat skont il-punt (d) tal-paragrafu 1a, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru jirrevedi dak il-pjan jekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta pjan rivedut fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni.

1c.  Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-miri stabbiliti fil-punti (h) u (i) fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li jinżammu jew, jekk ikun il-każ, iżżidhom. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq minn proposta leġiżlattiva.

▼M7 —————

▼M2

4.  L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu l-użu ta' materjal miksub mir-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għall-manifattura ta' l-ippakkjar u prodotti oħra billi:

(a) jtejbu l-kondizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;

(b) jirrevedu r-regolamenti eżistenti li jipprevenu l-użu ta' dawn il-materjali.

▼M7 —————

▼M2

6.  Il-miżuri u l-miri msemmija fil-paragrafu1 għandhom jiġu pubblikati mill-Istati Membri u għandhom ikunu s-suġġett ta' kampanja ta' informazzjoni għall-pubbliku ġenerali u għall-operaturi ekonomiċi.

7.  Il-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall jistgħu, minħabba s-sitwazzjonijiet speċifiċi tagħhom, li huma rispettivament in-numru kbir ta' gżejjer ċkejkna, il-preżenza ta' żoni rurali u muntanjużi u l-livell baxx preżenti ta' konsum ta' l-ippakkjar, jiddeċiedu biex:

(a) jilħqu, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001, miri aktar baxxi minn dawk stabbiliti fil-paragrafi 1(a) u (ċ), imma għandhom jilħqu bħala minimu 25 % għall-irkuprar jew l-inċinerazzjoni f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;

(b) fl-istess żmien jipposponu l-kisba tal-miri tal-paragrafi 1(a) u (ċ) għal terminu perentorju li jkun aktar tard li iżda m'għandux ikun aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005;

(ċ) jipposponu l-kisba tal-miri msemmija fil-paragrafi 1(b), (d) u (e) sa data magħżula minnhom stess li ma tkunx aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.

▼M7 —————

▼M2

10.  L-Istati Membri li għamlu, jew ser jagħmlu, programmi li jmorru ‘l-hinn mill-miri ta' paragrafu 1 u li jipprovdu f'dak ir-rigward kapaċitajiet xierqa għar-riċiklaġġ u għall-irkuprar għandhom jingħataw permess biex jilħqu dawk il-miri fl-interess tal-livell għoli tal-protezzjoni ambjentali, bil-kondizzjoni li dawn il-miżuri jevitaw distorsjonijiet fis-suq intern u ma jtellfux il-konformità ta' Stati Membri oħra ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dawn il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tikkonferma dawn il-miżuri, wara li tkun ivverifikat, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, li huma konsistenti mal-konsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq u ma jinkludux mezzi arbitrarji ta' diskriminazzjoni jew xi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

▼M3

11.  L-Istati Membri li aderew ma' l-Unjoni Ewropea bis-saħħa tat-Trattat ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 jistgħu jipposponu il-kisba tal-miri msemmija fil-paragrafu 1 il-punti (b), (d) u (e) sa data ta' l-għażla tagħhom li m'għandhiex tkun aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 għar-Repubblika ċeka, l-Estonja, ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, is-Slovenja u s-Slovakkja; il-31 ta' Diċembru 2013 għal Malta; il-31 ta' Diċembru 2014 għal-Polonja; u l-31 ta' Diċembru 2015 għal-Latvja.

▼M7

Artikolu 6a

Regoli għall-kalkolu tal-ilħiq tal-miri

1.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk intlaħqux il-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) u l-Artikolu 6(1):

(a) L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat u riċiklat f’sena kalendarja partikolari. Il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ fi Stat Membru tista’ titqies li tkun daqs l-ammont ta’ imballaġġ li jitpoġġa fis-suq fl-istess sena, fi ħdan dak l-Istat Membru;

(b) il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jiġi kkalkulat bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ li sar skart li, wara li jkun għadda mill-verifiki, is-separazzjonijiet u operazzjonijiet preliminari oħra kollha meħtieġa biex jitneħħew il-materjali tal-iskart li mhumiex immirati mir-riproċessar sussegwenti u biex jiġi żgurat riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ fejn il-materjali tal-iskart huma fil-fatt ipproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi.

2.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jitkejjel meta l-iskart jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat jista’ jitkejjel fl-output ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ separazzjoni, sakemm:

(a) tali output ta’ skart huwa sussegwentement riċiklat;

(b) il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi li jitneħħew minn operazzjonijiet ulterjuri qabel l-operazzjoni ta’ riċiklaġġ u mhumiex sussegwentement riċiklati mhuwiex inkluż fil-piż tal-iskart rrappurtat bħala riċiklat.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ, sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (a) fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Biex tiġi żgurata affidabbiltà u akkuratezza fid-data miġbura dwar l-iskart mill-imballaġġ riċiklat, is-sistema tista’ tikkonsisti minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-iskart separat, jew rati medji ta’ telf għall-iskart isseparat għal diversi tipi ta’ skart u prattiki ta’ mmaniġġjar tal-iskartrispettivament. Ir-rati medji ta’ telf għandhom jintużaw biss f’każijiet fejn id-data affidabbli ma tistax tinkiseb b’mod ieħor u għandhom jiġu kkalkolati abbażi tar-regoli ta’ kalkolu stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 11a (10) tad-Direttiva 2008/98/KE.

4.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk il-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 6(1) intlaħqux, l-ammont ta’ skart mill-imballaġġ bijodegradabbli li jsirlu trattament aerobiku u anerobiku jista’ jingħadd bħala riċiklat meta dak it-trattament jiġġenera kompost, diġestat jew output ieħor bi kwantità simili ta’ kontenut riċiklat meta mqabbel mal-input, li għandu jintuża bħala prodott, materjal jew sustanza riċiklati. Meta l-output huwa użat fuq l-art, l-Istati Membri jistgħu jgħodduh bħala riċiklat biss jekk dan l-użu jirriżulta f’benefiċċji għall-agrikoltura jew titjib ekoloġiku.

5.  L-ammont ta’ materjali tal-iskart mill-imballaġġ li waqaf milli jkun skart b’riżultat ta’ operazzjoni ta’ tħejjija qabel ma jiġi pproċessat mill-ġdid, jista’ jingħadd bħala skart riċiklat sakemm tali materjali jkunu maħsuba għal ipproċessar sussegwenti mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi li huma destinati għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Madankollu, materjali tat-tmiem tal-iskart li jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, jew sabiex ikunu inċinerati, jintradmu jew jintremew f’landfills, ma għandhomx jingħaddu fil-kalkolu tal-kisba tal-miri tar-riċiklaġġ.

6.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk ikunu intlaħqu l-miri stipulati fil-punti (f) sa (i), fl-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli separati wara l-inċinerazzjoni tal-iskart proporzjonalment mas-sehem tal-iskart mill-imballaġġ inċinerat, sakemm il-metalli riċiklati jilħqu ċerti kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 11a(9) tad-Direttiva 2008/98/KE.

7.  L-iskart mill-imballaġġ mibgħut lil Stat Membru ieħor għall-finijiet ta’ riċiklaġġ f’dak l-Istat Membru l-ieħor jista’ jingħadd biss lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 6(1) mill-Istat Membru fejn l-iskart mill-imballaġġ ikun inġabar.

8.  L-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni għandu jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva mill-Istat Membru fejn ikun inġabar biss jekk ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u jekk, skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), l-esportatur jista’ jagħti prova li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament u li t-trattament tal-iskart mill-imballaġġ barra mill-Unjoni jkun sar f’kundizzjonijiet ġeneralment ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni.

9.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-31 ta’ Marzu 2019 atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data, b’mod partikolari fir-rigward tal-piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 6b

Rapport ta’ twissija bikrija

1.  Bi sħab mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti dwar il-progress lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) fl-Artikolu 6(1), sa mhux aktar tard minn tliet snin qabel kull skadenza stipulata hemm.

2.  Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu li ġej:

(a) stima dwar l-ilħiq tal-miri minn kull Stat Membru;

(b) lista tal-Istati Membri bir-riskju li ma jiksbux il-miri fl-iskadenzi rispettivi, akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet xierqa għall-Istati Membri kkonċernati;

(c) eżempji tal-aħjar prattiki li jintużaw fl-Unjoni kollha li jistgħu jipprovdu gwida għall-ipproċessar lejn l-ilħiq tal-miri.

▼M7

Artikolu 7

Is-sistemi tar-ritorn, tal-ġbir u tal-irkupru

1.  Sabiex jilħqu l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprovdu:

(a) għar-ritorn u/jew għall-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew l-iskart mill-imballaġġ mingħand il-konsumatur, utent finali ieħor, jew mill-ġabra finali tal-iskart sabiex jiġi mgħoddi lis-sistemi alternattivi tal-immaniġġjar tal-iskart l-aktar addattati;

(b) għall-użu mill-ġdid jew l-irkupru inkluż ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ miġbur.

Dawk is-sistemi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tas-setturi interessati u għall-partiċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti importati, taħt kundizzjonijiet mhux diskriminatorji, inklużi l-arranġamenti dettaljati u kull tariffa imposta għall-aċċess għas-sistemi, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw xkiel għall-kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f’konformità mat-Trattat.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għall-imballaġġ kollu skont l-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE.

3.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiffurmaw parti minn politika li tkopri l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ kollu u għandha tqis, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti rigward il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza u l-iġjene, il-protezzjoni tal-kwalità, l-awtentiċità u l-karatteristiċi tekniċi tal-prodotti imballati u materjali użati, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali u kummerċjali.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tal-iskart mill-imballaġġ u biex jissodisfaw l-istandards ta’ kwalità meħtieġa għas-setturi rilevanti tar-riċiklaġġ. Għal dak il-għan, l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2008/98/KE għandu japplika għall-iskart mill-imballaġġ, inkluż mill-imballaġġ imħallat.

▼B

L-Artikolu 8

Is-sistema ta’ l-immarkar u ta’ l-identifikazzjoni

1.  Il-Kunsill għandu, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bit-Trattat, jiddeċiedi fuq l-immarkar ta’ l-imballaġġ mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

▼M2

2.  Biex jiffaċilita l-ġbir, l-użu mill-ġdid u l-irkuprar inkluż ir-riċiklaġġ, l-ippakkjar għandu jindika għall-iskopijiet tiegħu ta' identifikazzjoni u klassifikazzjoni bl-industrija konċernata n-natura tal-materjal(i) użat(i) għall-ippakkjar fuq bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/129/KE ( 4 ).

▼B

3.  L-imballaġġ għandu jġorr l-immarkar addattat fuq l-imballaġġ innifsu jew fuq it-tikketta. Għandu jkun jidher ċar u jinqara bil-ħeffa. L-immarkar għandu jkun jiflaħ għall-istrapazz u jservi kif suppost, inkluż meta jinfetaħ l-imballaġġ.

▼M6

Artikolu 8a

Miżuri speċifiċi għal basktijiet tal-plastik bijodegradabbli u kompostabbli

Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tat-tikketti jew il-marki biex jiġi żgurat rikonoxximent fl-Unjoni kollha tal-basktijiet tal-plastik bijodegradabbli jew kompostabbli u biex il-konsumaturi jiġu pprovduti b'informazzjoni korretta dwar il-proprjetajiet ta' kompostjar ta' dawn il-basktijiet. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).

Mhux iktar tard minn tmintax-il xahar wara l-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li basktijiet tal-plastik bijodegradabbli jew kompostabbli jkunu ttikkettjati skont l-ispeċifikazzjonijiet provduti f'dak l-att ta' implimentazzjoni.

▼B

L-Artikolu 9

Il-ħtiġiet essenzjali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-imballaġġ ikun jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk jikkonforma mal-ħtiġiet essenzjali kollha definiti f’din id-Direttiva inkluż l-Anness II.

2.  L-Istati Membri għandhom, mid-data stabbilita fl-Artikolu 22(1), jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali kollha stabbiliti f’din id-Direttiva inkluż fl-Anness II fil-każ ta’ l-imballaġġ li jikkonforma:

(a) ma’ l-istandards armonizzati relevanti, li n-numri tar-referenza tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw in-numri tar-referenza ta’ l-istandards nazzjonali li jittrasponu dawn l-istandards armonizzati;

(b) ma’ l-istandards nazzjonali relevanti riferiti fil-paragrafu 3 sakemm, fl-oqsma koperti b’dawn l-istandards, l-ebda standards armonizzati ma jeżistu.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ l-istandards nazzjonali tagħhom, riferiti fil-paragrafu 2(b), li jidhrilhom illi jikkonformaw mal-ħtiġiet riferiti f’dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn it-testijiet mill-aktar fis lill-Istati Membri l-oħra.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta’ dawn l-istandards. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

4.  Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkonsidraw li l-istandards riferiti fil-paragrafu 2 ma jilħqux għal kollox il-ħtiġiet essenzjali riferiti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru interessat għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 83/189/KEE u jagħti r-raġunijiet għaliha. Dan il-Kumitat għandu jaghti opinjoni mingħajr dewmien.

Fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri jekk ikunx meħtieġ illi jiġu rtirati dawk l-istandards mill-pubblikazzjonijiet riferiti fil-paragrafi 2 u 3.

▼M7

5.  Sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha teżamina l-fattibbiltà li ssaħħaħ mill-ġdid ir-rekwiżiti essenzjali bil-ħsieb li, inter alia, ittejjeb id-disinn għall-użu mill-ġdid u tippromwovi riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, kif ukoll issaħħaħ l-infurzar tagħhom. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

▼B

L-Artikolu 10

L-istandardizzazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tmexxi ’l quddiem, kif xieraq, il-preparazzjoni ta’ standards Ewropej li għandhom x’jaqsmu mal-ħtiġiet essenzjali riferiti fl-Anness II.

Il-Kummissjoni għandha tmexxi ’l quddiem, b’mod partikolari, il-preparazzjoni ta’ standards Ewropej li għandhom x’jaqsmu ma’:

 il-kriterji u l-metodoloġiji għall-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ l-imballaġġ,

 il-metodi biex tiġi mkejla u vverifikata l-preżenza ta’ metalli tqal u sustanzi oħra ta’ periklu fl-imballaġġ u l-ħruġ tagħhom mill-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għal ġo l-ambjent,

 il-kriterji għall-kontenut minimu ta’ materjal riċiklat fl-imballaġġ għat-tipi addattati ta’ l-imballaġġ,

 il-kriterji għall-metodi tar-riċiklaġġ,

 il-kriterji għall-metodi tal-kompostjar u l-kompost prodott,

 il-kriterji għall-immarkar ta’ l-imballaġġ.

L-Artikolu 11

Il-livelli tal-konċentrazzjoni tal-metalli tqal preżenti fl-imballaġġ

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi s-somma tal-livelli tal-konċentrazzjoni tac-ċomb, tal-kadmju, tal-merkurju, u tal-kromju eksavalenti preżenti fl-imballaġġ jew fil-komponenti ta’ l-imballaġġ m’għandhomx jaqbżu dak li ġej:

 600 ppm skond il-piż sentejn wara d-data riferita fl-Artikolu 22(i);

 250 ppm skond il-piż tliet snin wara d-data riferita fl-Artikolu 22(i);

 100 ppm skond il-piż ħames snin wara d-data riferita fl-Artikolu 22(i).

2.  Il-livelli tal-konċentrazzjoni riferiti fil-paragrafu 1 m’għandhomx jgħoddu għall-imballaġġ magħmul kollu kemm hu mill-ħġieġ tal-kristall biċ-ċomb definit fid-Direttiva 69/493/KEE ( 5 ).

▼M7

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiddetermina l-kundizzjonijiet skont liema l-livelli tal-konċentrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal materjali riċiklati u ċrieki ta’ prodotti li jkunu f’katina magħluqa u ikkontrollata, kif ukoll billi tiddetermina t-tipi ta’ imballaġġ li huma eżenti mir-rekwiżit imsemmi fit-tielet inċiż tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

L-Artikolu 12

▼M7

Sistemi ta’ informazzjoni u rappurtar

▼B

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi d-databases fuq l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ jiġu mibnija, fejn mhux diġà jeżistu, fuq bażi armonizzata sabiex jgħinu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-monitorjar ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva.

▼M7

2.  Il-bażijiet tad-data msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu d-data bbażata fuq l-Anness III, u għandhom jipprovdu b’mod partikolari informazzjoni dwar id-daqs, il-karatteristiċi u l-evoluzzjoni tal-flussi tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ fil-livell tal-Istati Membri individwali, inkluża l-informazzjoni dwar it-tossiċità jew il-periklu tal-materjali tal-imballaġġ u l-komponenti użati għall-manifattura tagħhom.

▼M7 —————

▼M7

3a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja, id-data dwar l-implimentazzjoni tal-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 6(1) u d-data dwar l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża.

Għandhom jirrappurtaw id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni abbażi tal-Anness III skont il-paragrafu 3d ta’ dan l-Artikolu.

L-ewwel perijodu ta’ rappurtar, fir-rigward tal-miri stabbiliti fil-punti (f) sa (i) fl-Artikolu 6(1) u d-data dwar l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 3d ta’ dan l-Artikolu, u għandu jkopri d-data għal dak il-perjodu ta’ rappurtar.

3b.  Id-data rrappurtata mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika tal-kwalità, u rapport dwar il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 6a(3) u (8), inkluża informazzjoni dettaljata dwar ir-rati medji ta’ telf meta applikabbli.

3c.  Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid id-data rrappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultati tal-eżami mill-ġdid tagħha. Ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta’ dik id-data. Il-valutazzjoni tista’ tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal wara l-ewwel rappurtar tad-data mill-Istati Membri u kull erba’ snin wara dan.

3d.  Sal-31 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għar-rappurtar tad-data skont il-paragrafu 3a ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom juzaw il-format stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE ( 6 ). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2) ta’ din id-Direttiva.

▼B

4.  Meta jipprovdu informazzjoni ddettaljata l-Istati Membri għandhom iqisu l-problemi partikolari ta’ l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju.

▼M7 —————

▼B

6.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operaturi kollha involuti jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha dwar is-settur tagħhom kif meħtieġ f’dan l-Artikolu.

L-Artikolu 13

Tagħrif għall-utenti ta’ l-imballaġġ

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, fi żmien sentejn mid-data riferita fl-Artikolu 22(1), biex jiżguraw illi l-utenti ta’ l-imballaġġ, inklużi b’mod partikolari l-konsumaturi, jiksbu t-tagħrif meħtieġ dwar:

 is-sistemi tar-ritorn, tal-ġbir u ta’ l-irkupru disponibbli għalihom,

 ir-rwol tagħhom fil-kontribuzzjoni lejn l-użu mill-ġdid, l-irkupru u r-riċiklaġġ ta’ l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ,

 it-tifsira ta’ l-immarkar fuq l-imballaġġ li jkun fis-suq,

 l-elementi li jgħoddu tal-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ riferiti fl-Artikolu 14.

▼M2

L-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll l-informazzjoni għall-konsumatur u l-kampanji li jqajmu kuxjenza.

▼B

L-Artikolu 14

Il-pjanijiet għall-immaniġġjar

Filwaqt li jsegwu l-għanijiet u l-miżuri riferiti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart meħtieġa skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 75/442/KEE, kapitolu speċifiku dwar l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ, inklużi l-miżuri meħuda skond l-Artikoli 4 u 5.

L-Artikolu 15

L-istrumenti ekonomiċi

Waqt li jaġixxi fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, il-Kunsill jadotta strumenti ekonomiċi biex imexxi ’l quddiem l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva. Fin-nuqqas ta’ miżuri bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jimplimentaw dawn l-għanijiet, skond il-prinċipji li jirregolaw il-politika ambjentali tal-Komunità, fost ħwejjeġ oħra, il-prinċipju li min iniġġeż iħallas, u l-obbligazzjonijiet taħt it-Trattat.

L-Artikolu 16

In-notifikazzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 83/189/KEE, qabel ma jadottaw miżuri bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tal-miżuri li jkunu bi ħsiebhom jadottaw fil-qafas ta’ din id-Direttiva, minbarra l-miżuri ta’ natura fiskali, iżda inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi magħquda ma’ miżuri fiskali li jinkoraġġixxu l-konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi bħal dawn, sabiex jippermettu lil din ta’ l-aħħar illi teżaminahom fid-dawl tad-dispożizzjonijiet eżistenti filwaqt li ssegwi f’kull każ il-proċedura taħt id-Direttiva msemmija fuq.

2.  Jekk il-miżura proposta hija wkoll kwistjoni teknika fit-tifsira tad-Direttiva 83/189/KEE, l-Istat Membru interessat jista’ jindika, waqt li jsegwi l-proċeduri tan-notifika riferiti f’din id-Direttiva, li n-notifikazzjoni hija valida wkoll għad-Direttiva 83/189/KEE.

▼M7 —————

▼B

L-Artikolu 18

Il-libertà tat-tqegħid fis-suq

L-Istati Membri m’għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq tat-territorju tagħhom ta’ l-imballaġġ li jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

▼M7

Artikolu 19

L-addattament għall-progress xjentifiku u tekniku

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jkun hemm bżonn biex tadatta s-sistema ta’ identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2) u fl-Artikolu 10, it-tieni paragrafu, is-sitt inċiż, għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).

2.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a li jemendaw l-eżempji illustrattivi mogħtija għad-definizzjoni tal-imbalaġġ elenkati fl-Anness I.

Artikolu 20

Miżuri speċifiċi

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a sabiex temenda din id-Direttiva meta jkun meħtieġ biex tindirizza xi diffikultajiet li jinqalgħu fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari, għall-materjali tal-imballaġġ inerti li jitqiegħdu fis-suq fi kwantitajiet żgħar ħafna (jiġifieri ta’ madwar 0,1 % bil-piż) fl-Unjoni, għall-imballaġġ primarju tal-apparat mediku u l-prodotti farmaċewtiċi, għall-imballaġġ żgħir u għall-imballaġġ lussuż.

▼M6

Artikolu 20a

Rapport dwar basktijiet tal-plastik ħfief

1.  Sas-27 ta' Novembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-effettività tal-miżuri fl-Artikolu 4(1a) fil-livell tal-Unjoni, fil-ġlieda kontra l-iskart, il-bidla fl-imġiba tal-konsumatur u biex tiġi promossal-prevenzjoni tal-iskart. Jekk il-valutazzjoni turi li l-miżuri adottati mhumiex effettivi, il-Kummissjoni għandha teżamina modi possibbli oħra biex jinkiseb it- tnaqqis fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, inkluż l-istabbiliment ta' miri realistiċi u li jistgħu jinkisbu fil-livell tal-Unjoni, u tippreżenta proposta leġislattiva, jekk xieraq.

2.  Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jeżamina l-impatt tal-użu ta' basktijiet tal-plastik ossodegradabbli fuq l-ambjent u tippreżenta proposta leġislattiva, jekk xieraq.

3.  Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatti ta' possibbilitajiet differenti għat-tnaqqis tal-konsum ta' basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, u tippreżenta proposta leġislattiva jekk adatt.

▼M7

Artikolu 21

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva Nru 2008/98/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M7

Artikolu 21a

L-eżerċitar tad-delega

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 11(3) u 19(2) u l-Artikolu 20, għal perjodu ta’ ħames snin mill-4 ta’ Lulju 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 11(3) u 19(2) u l-Artikolu 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma tolqotx il-validità ta’ xi atti delegati diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma’ esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 8 ).

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 11(3) u 19(2) u l-Artikolu 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

L-Artikolu 22

L-implimentazzjoni fil-liġi nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-30 ta’ Ġunju 1996. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi sabiex issir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.  Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha adottati fil-kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

▼M6

3a.  Dment li l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 6 jintlaħqu, l-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4(1a) u 7 permezz ta' ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi konċernati.

▼M2

Dawn il-ftehim għandhom ikollhom il-ħtiġiet li ġejjin:

(a) il-ftehim għandhom ikunu tat-tip li jiġu nfurzati;

(b) il-ftehim għandhom jispeċifikaw l-għanijiet bit-termini perentorji korrispondenti;

(ċ) il-ftehim għandhom jiġu pubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew f'dokument uffiċjali li jkun ugwalment aċċessibli għall-pubbliku, u mibgħut lill-Kummissjoni;

(d) ir-riżultati miksuba għandhom jiġu kontrollati b'mod regolari, rapportati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u mqegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-ftehim;

(e) l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-progress miksub skond dan il-ftehim jiġi eżaminat;

(f) F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-ftehim, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw d-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva permezz ta' miżuri leġislattivi, regulatorji u amministrattivi.

▼B

4.  Il-ħtiġiet għall-fabbrikazzjoni ta’ l-imballaġġ m’għandhom fl-ebda każ jgħoddu għall-imballaġġ użat għal prodotti specifikati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

5.  L-Istati Membri għandhom, għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ l-imballaġġ iffabbrikat qabel din id-data u li huwa f’konformità mal-liġi nazzjonali eżistenti.

L-Artikolu 23

Id-Direttiva 85/339/KEE hija b’dan irrevokata b’effett mid-data riferita fl-Artikolu 22(1).

L-Artikolu 24

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 25

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M5




ANNESS I

EŻEMPJI ILLUSTRATTIVI GĦALL-KRITERJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (i)

Imballaġġ

Kaxxi tal-ħelu

Tgeżwira tal-plastik madwar kaxxa ta’ CD

Boroż tal-posta għall-katalgi u għar-rivisti (b’rivista ġo fihom).

Forom tal-karta għal madwar il-kejkijiet li jinbiegħu bil-kejk magħhom

Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli (pereżempju film tal-plastik, aluminju, karta), għajr rollijiet, tubi u ċilindri intenzjonati bħala parts tal-makkinarju tal-produzzjoni u mhux biex jintużaw għall-preżentazzjoni ta’ prodott bħala unità ta’ bejgħ

Qsari maħsubin biex jintużaw biss għall-bejgħ u għat-trasportazzjoni tal-pjanti u mhux biex jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha

Fliexken tal-ħġieġ għas-soluzzjonijiet tal-injezzjonijiet

Mgħażel tas-CD (CD spindles) (li jinbiegħu bis-CDs, mhux maħsubin biex jintużaw għall-ħżin)

Spallieri (li jinbiegħu bil-ħwejjeġ)

Kaxxi tas-sulfarini

Sistemi ta’ iżolament sterili (boroż, trejs u materjali meħtieġa għall-preservazzjoni tal-isterilità tal-prodott)

Kapsuli tal-magni tax-xarbiet (pereżempju kafè, kawkaw, ħalib) li jitħallew vojta wara l-użu

Ċilindri tal-azzar li jistgħu jerġgħu jimtlew użati għal tipi differenti ta’ gass, minbarra ċ-ċilindri għat-tifi tan-nar

Mhux imballaġġ

Qsari maħsuba biex jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha

Kaxxi tal-għodda

Boroż tat-tè

Saffi tax-xema’ madwar il-ġobon

Ġilda taz-zalzett

Spallieri (li jinbiegħu separatament)

Kapsuli tal-kafè tal-magni tax-xarbiet, boroż tal-fojl tal-kafè, u karta tal-filtru għall-imżiewed tal-kafè li tintrema’ flimkien mal-prodott tal-kafè użat

Kartriġis għall-printers

Kaxxi tas-CD, tad-DVD u tal-vidjo (li jinbiegħu b’CD, DVD jew vidjo ġo fihom)

Mgħażel tas-CD (li jinbiegħu vojta, maħsubin biex jintużaw għall-ħżin)

Boroż li jistgħu jinħallu għad-deterġenti

Dwal għall-oqbra (kontenituri għax-xemgħat)

Mitħna tal-id mekkanika għat-tħin (integrata f’reċipjent li jista’ jerġa’ jimtela, pereżempju mitħna tal-bżar li tista’ terġa’ timtela)

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (ii)

Imballaġġ, jekk ikun imfassal u maħsub biex jimtela mal-bejgħ

Boroż tal-ġarr tal-karti jew tal-plastik

Platti u kikkri għar-rimi wara l-użu

Cling film

Boroż għas-sandwiċis

Fojl tal-aluminju

Fojl tal-plastik għall-ħwejjeġ imnaddfin fil-londri

Mhux imballaġġ

Oġġett li jħawwad

Pożati għar-rimi wara l-użu

Karta tat-tgeżwir (li tinbiegħ separatament)

Forom tal-karta għas-sajran fil-forn (li jinbiegħu vojta)

Forom tal karta għal madwar il-kejkijiet mingħajr il-kejk

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (iii)

Imballaġġ

Tikketti mdendla direttament ma’ prodott jew imwaħħla miegħu

Parti mill-imballaġġ

Pinzell tal-maskara li jifforma parti mis-sistema tal-għeluq tal-kontenitur

Tikketti adesivi mwaħħla ma’ oġġett ieħor ta’ imballaġġ

Stejpils

Koperturi tal-plastik

Apparat għall-kejl tad-doża li jifforma parti mis-sistema tal-għeluq tal-kontenituri tad-deterġenti.

Mitħna tal-id mekkanika għat-tħin (integrata f’reċipjent li ma jistax jerġa’ jimtela, li jkun mimli bi prodott, pereżempju mitħna tal-bżar mimlija bil-bżar)

Mhux imballaġġ

Tikketti għall-identifikazzjoni permezz tal-frekwenza tar-radju (RFID)

▼B




L-ANNESS II

IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI DWAR IL-KOMPOŻIZZJONI U N-NATURA TA’ L-IMBALLAĠĠ ILLI JISTA’ JERGA’ JINTUŻA’ MILL-ĠDID JEW JIĠI RKUPRAT, INKLUŻ IRRIĊIKLAT

1.   Il-ħtiġiet speċifiċi għall-fabbrikazzjoni u l-komposizzjoni ta’ l-imballaġġ

 L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi l-volum u l-piż ta’ l-imballaġġ jigu llimitati għall-ammont minimu adegwat sabiex jinżamm il-livell meħtieġ tas-sigurtà, ta’ l-iġjene u ta’ l-aċċettazzjoni tal-prodott imballat u għall-konsumatur.

▼M7

 L-imballaġġ għandu jiġi ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat b’mod li jippermetti l-użu mill-ġdid jew l-irkupru tiegħu, inkluż ir-riċiklaġġ, skont il-ġerarkija tal-iskart, u li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent meta jinqerdu l-iskart mill-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart mill-imballaġġ.

▼B

 L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi l-preżenza bħala kostitwenti tal-materjal ta’ l-imballaġġ jew ta’ xi komponenti ta’ l-imballaġġ ta’ sustanzi li jagħmlu l-ħsara u ta’ materjali oħra perikolużi tiġi mminimizzata fl-emissjonijiet, fl-irmied jew fil-lissija meta l-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet ta’ l-immaniġġjar jew ta’ l-iskart mill-imballaġġ jinħarqu jew jiġu mirduma.

2.   Il-ħtiġiet speċifiċi għan-natura ta’ l-imballaġġ li tippermetti l-użu mill-ġdid

Il-ħtiġiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti fl-istess ħin:

 il-kwalitajiet u l-karatteristiċi fiżiċi ta’ l-imballaġġ għandhom jippermettu numru ta’ vjaġġi jew rotazzjonijiet f’kondizzjonijiet ta’ l-użu li normalment jistgħu jitbassru,

 il-possibbiltà ta’ l-ipproċessar ta’ l-imballaġġ użat sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema,

 jigu osservati l-ħtiġiet speċifiċi għall-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat meta l-imballaġġ ma jibqax jerga’ jintuża u għalhekk isir skart.

3.   Il-ħtiġiet speċifiċi għall-imballaġġ illi jista’ jigi rkuprat

(a)  L-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat fil-forma ta’ materjal riċiklat

L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi jippermetti r-riċiklaġġ ta’ ċertu percentwal skond il-piż tal-materjali użati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti li jistghu jitqieghdu fis-suq, f’konformità ma’ l-istandards korrenti fil-Komunità. L-ghażla ta’ dan il-percentwal tista’ tvarja, skond ix-xorta ta’ materjal li minnu l-imballaġġ ikun maghmul.

(b)  L-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat fil-forma ta’ irkupru ta’ l-enerġija

L-iskart mill-imballaġġ proċessat għall-iskop ta’ l-irkupru ta’ l-enerġija għandu jkollu valur minimu kalorifiku inferjuri sabiex jippermetti l-aħjar irkupru ta’ l-enerġija.

▼M7

(c)  L-imballaġġ li jista’ jiġi rkuprat fil-forma ta’ kompostjar

L-iskart mill-imballaġġ ipproċessat għall-iskop tal-kompostjar għandu jkun ta’ natura bijodegradabbli li ma jfixkilx il-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar li fihom jiddaħħal.

(d)  Imballaġġ bijodegradabbli

L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta’ natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li l-biċċa l-kbira mill-kompost li jibqa’ fl-aħħar jiddekomponi f’diossidu tal-karbonju, bijomassa u ilma. L-imballaġġ tal-plastik ossodegradabbli m’għandux jitqies bħala bijodegradabbli.

▼B




L-ANNESS III

L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DATABASES DWAR IMBALLAĠĠ U L-ISKART TA’ L-IMBALLAĠĠ (SKOND IT-TABELLI 1 SA 4)

1.

Għall-imballaġġ primarju, sekondarju u terzjarju:

(a) il-kwantitajiet, għal kull kategorija wiesgħa tal-materjal, ta’ l-imballaġġ ikkonsumat fil-pajjiż (prodott + importat – esportat) (Tabella 1);

(b) il-kwantitajiet użati mill-ġdid (Tabella 2).

2.

Għall-iskart mill-imballaġġ domestiku u mhux domestiku:

(a) il-kwantitajiet, għal kull kategorija wiesgħa tal-materjal, irkuprati u meqruda fil-pajjiż (prodott + importat – esportat) (Tabella 3);

(b) il-kwantitajiet riċiklati u l-kwantitajiet irkuprati għal kull kategorija wiesgħa tal-materjal (Tabella 4).



IT-TABELLA 1

Il-kwantità ta’ imballaġġ (primarju, sekondarju u terzjarju) ikkonsumat fit-territorju nazzjonali

 

It-tunnellaġġ prodott

- It-tunnellaġġ esportat

+ It-tunnellaġġ importat

= It-total

Il-ħġieġ

 

 

 

 

Il-plastik

 

 

 

 

Il-karta/il-kartun

(inklużi dawk komposti)

 

 

 

 

▼M7

Metall ferruż

 

 

 

 

Aluminju

 

 

 

 

▼B

L-injam

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

It-total

 

 

 

 



IT-TABELLA 2

Il-kwantità ta’ l-imballaġġ (primarju, sekondarju u terzjarju) użat mill-ġdid fit-territorju nazzjonali

 

►M7  Tunnellaġġ ta’ imballaġġ imqiegħed fis-suq għall-ewwel darba ◄

►M7  Imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża ◄

►M7  Imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża ◄

It-tunnellaġġ

Il-percentwal

►M7  Tunnellaġġ ◄

►M7  Perċentwal ◄

Il-ħġieġ

 

 

 

 

 

Il-plastik

 

 

 

 

 

Il-karta/il-kartun

(inklużi dawk komposti)

 

 

 

 

 

▼M7

Metall ferruż

 

 

 

 

 

Aluminju

 

 

 

 

 

▼B

L-injam

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

It-total

 

 

 

 

 



IT-TABELLA 3

Il-kwantità ta’ l-iskart mill-imballaġġ irkuprat u meqrud fit-territorju nazzjonali

 

It-tunnellaġġ ta’ l-iskart prodott

- It-tunnellaġġ ta’ l-iskart esportat

+ It-tunnellaġġ ta’ l-iskart importat

= It-total

L-iskart domestiku

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-ħġieġ

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-plastik

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-karta/tal-kartun

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-kartun kompost

 

 

 

 

▼M7

Imballaġġ tal-metall ferruż

 

 

 

 

Imballaġġ tal-aluminju

 

 

 

 

▼B

L-imballaġġ ta’ l-injam

 

 

 

 

It-total ta’ l-imballaġġ ta’ l-iskart domestiku

 

 

 

 

L-iskart mhux domestiku

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-ħġieġ

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-plastik

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-karta/tal-kartun

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-kartun kompost

 

 

 

 

▼M7

Imballaġġ tal-metall ferruż

 

 

 

 

Imballaġġ tal-aluminju

 

 

 

 

▼B

L-imballaġġ tal-injam

 

 

 

 

It-total ta’ l-imballaġġ ta’ l-iskart mhux domestiku

 

 

 

 



IT-TABELLA 4

Il-kwantità ta’ l-iskart mill-imballaġġ riċiklat jew irkuprat fit-territorju nazzjonali

 

It-tunnellaġġ totali rkuprat u meqrud

Il-kwantità riċiklata

Il-kwantità rkuprata

It-tunnellaġġ

Il-percentwal

It-tunnellaġġ

Il-percentwal

L-iskart domestiku

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-ħġieġ

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-plastik

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-karta/kartun

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-kartun kompost

 

 

 

 

 

▼M7

Imballaġġ tal-metall ferruż

 

 

 

 

 

Imballaġġ tal-aluminju

 

 

 

 

 

▼B

L-imballaġġ ta’ l-injam

 

 

 

 

 

It-total ta’ l-imballaġġ ta’ l-domestiku

 

 

 

 

 

L-iskart mhux domestiku

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-ħġieġ

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-plastik

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-karta/kartun

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-kartun kompost

 

 

 

 

 

▼M7

Imballaġġ tal-metall ferruż

 

 

 

 

 

Imballaġġ tal-aluminju

 

 

 

 

 

▼B

L-imballaġġ ta’ l-injam

 

 

 

 

 

It-total ta’ l-imballaġġ ta’ l-iskart mhux domestiku

 

 

 

 

 

▼M7




ANNESS IV

PJAN TA’ IMPLIMENTAZZJONI LI GĦANDU JIĠI PPREŻENTAT SKONT IL-PUNT (D) TAL-ARTIKOLU 6(1 A)

Il-pjan ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (d) tal-Artikolu 6(1a) għandu jinkludi dan li ġej:

1. valutazzjoni tar-rati passati, attwali u mbassra tar-riċiklaġġ, tar-rimi f’landfills u trattament ieħor tal-iskart mill-imballaġġ u l-flussi li huwa kompost minnhom;

2. valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart fis-seħħ skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;

3. ir-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru jikkunsidra li jista’ ma jirnexxilux jilħaq il-mira rilevanti stipulati fil-punti (g) u (i) fl-Artikolu 6(1) fi żmien l-iskadenza stipulati hemmhekk u valutazzjoni tal-estensjoni taż-żmien meħtieġa biex tintlaħaq dik il-mira;

4. miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stipulati fil-punti (g) u (i) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva li huma applikabbli għall-Istat Membru matul l-estensjoni taż-żmien, li jinkludu strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stipulata fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Anness IVa tagħha;

5. skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati fil-punt 4, id-determinazzjoni tal-korp kompetenti għall-implimentazzjoni tagħhom u valutazzjoni tal-kontribuzzjoni individwali tagħhom biex jintlaħqu l-miri applikabbli fil-każ ta’ estensjoni taż-żmien;

6. informazzjoni dwar il-finanzjament għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas;

7. miżuri biex titjieb il-kwalità tad-data, kif xieraq, bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni tal-ippjanar u tal-monitoraġġ tal-immaniġġjar tal-iskart.



( 1 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20.

( 2 ) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).

( 4 ) ĠU L 50, 20.2.97, p. 28.

( 5 ) ĠU L 326, tad-29.12.1969, p. 36.

( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE tat-22 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-bażi tad-dejta skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 86, 5.4.2005, p. 6).

( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 8 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.