1992L0057 — MT — 27.06.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/57/KEE

ta' l-24 ta' Ġunju 1992

dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(ĠU L 245, 26.8.1992, p.6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2007/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

  L 165

21

27.6.2007




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/57/KEE

ta' l-24 ta' Ġunju 1992

dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 118a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ), sottomessa wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsulattiv dwar is-Sigurta', l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-saħħa fuq ix-Xogħol,

B'koperazzjoni mal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-Artikolu 118a tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta, permezz ta' direttivi, ħtiġiet minimi biex jiġi inkoraġġit titjib, speċjalment fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jiġi assigurat livell aħjar għall-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

Billi, skond il-kondizzjonijiet ta' dak l-Artikolu, dawk id-Direttivi għandhom jevitaw li jimponu rbit amministrattiv, finanzjarju u ġuridiku b'tali mod li kien iżomm lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju.

Billi l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-programm tagħha li jikkonċerna s-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa fuq ix-xogħol ( 4 ) tipprovdi għall-adozzjoni tad-Direttiva maħsuba sabiex tiggarantixxi s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji u mobbli;

Billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Diċembru 1987 dwar is-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol ( 5 ), il-Kunsill ħa nota ta' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżentalu f'qasir żmien ħtiġiet minimi li jikkonċernaw il-postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli;

Billi il-postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli jikkostitwixxu qasam tax-xogħol li jesponi l-ħaddiema għal riskji ta' livell partikolarment għoli;

Billi għażliet arkitettoniċi u/jew organizzattivi mhux sodisfaċenti jew ippjanar ħażin fl-elaborazzjoni ta' proġett tax-xogħol kellhom rwol f'aktar minn nofs l-inċidenti tax-xogħol li seħħu fuq postijiet ta' kostruzzjoni fil-Komunità;

Billi f'kull Stat Membru l-awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol għandhom ikunu infurmati, qabel il-bidu tax-xogħlijiet, bl-esekuzzjoni tax-xogħlijiet li l-iskala tagħhom taqbeż ċerta għatba;

Billi, meta ikun qed jitwettaq proġett, in-nuqqas fil-koordinazzjoni speċjalment meta jkun hemm iktar minn impriża waħda fl-istess ħin jew suċċessivament fl-istess post ta' kostruzzjoni temporanja jew mobbli jista' jġib numru għoli ta' inċidenti fuq ix-xogħol;

Billi huwa għalhekk neċessarju li tittejjeb il-koordinazzjoni bejn il-partijiet varji mdaħħla fl-elaborazzjoni tal-proġett tax-xogħol kif ukoll fir-realizzazzjoni tiegħu;

Billi l-konformità mal-ħtiġiet minimi maħsuba sabiex jiggarantixxu standard aħjar ta' sigurtà u saħħa fuq postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli hija essenzjali sabiex tassigura is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

Billi, barra minn hekk, persuni li jaħdmu għal rashom kif ukoll persuni li jimpjegaw, meta jeżerċitaw huma stess attività professjonali f'post ta' kostruzzjoni temporanju jew mobbli, jistgħu fix-xogħol tagħhom stess iqiegħdu fil-perikolu s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

Billi huwa għalhekk neċessarju li jiġi estiż għall-persuni li jaħdmu għall-rashom u għal nies li jimpjegaw meta huma jeżerċitaw personalment attività professjonali fil-post tal-kostruzzjoni, ċerti dispożizzjoniet pertinenti tad-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE tat-30 ta' Novembru 1989 li jikkonċernaw il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa għall-użu ta' l-apparat tax-xogħol minn ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali) ( 6 ), u tad-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta' Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi tas-saħħa u sigurtà għall-użu minn ħaddiema ta' apparat personali ta' protezzjoni fuq il-post tax-xogħol (t-tielet Direttiva Individwali) ( 7 );

Billi din id-Direttiva hija Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol ( 8 ); billi, għalhekk, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva msemmija huma kompletament applikabbli għal postijiet ta' kostruzzjoni temporanji u mobbli, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti u/jew speċifiċi li jinsabu f'din id-Direttiva;

Billi din id-Direttiva tikkostitwixxi pass prattiku fil-kwadru tar-realizzazzjoni tad-dimensjoni soċjali ta' suq intern partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-materja msemmija fid-Direttiva 89/106/KEE tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 relattiva għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari amministrattivi ta' l-Istati Membri, il-prodotti tal-kostruzzjoni ( 9 ) u l-materja msemmija fid-Direttiva 89/440/KEE tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 1989 li temenda d-Direttiva 71/305/KEE li tikkonċerna l-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi tax-xogħol ( 10 );

Billi, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/325/KEE ( 11 ), Il-Kumitat Konsulattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol huwa kkonsultat mill-Kummissjoni bil-ħsieb ta' l-elaborazzjoni ta' proposti f'dan il-qasam,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

L-Iskop

1.  Din id-Direttiva, li hija t-tmien Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-sigurtá u s-saħħa għall-postijiet ta' kostruzzjoni temporanji u mobbli, kif definiti fl-Artikolu 2(a).

2.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal tħaffir u estrazzjoni fl-industriji estrattivi fis-sens ta' l-Artikolu 1(2)(tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/326/KEE tas-27 ta' Ġunju 1974 dwar l-estensjoni tal-kompetenza ta' l-organu permanenti għas-Sigurtà u s-Saħħa fil-Minjieri tal-faħam għall-industriji kollha ta' estrazzjoni. ( 12 ).

3.  Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE japplikaw fl-intier għall-qasam kollu imsemmi f'paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għall-dispożizzjonijiet aktar strettii u/jew speċifiċi fid-Direttiva preżenti.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

(a) “postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli” (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa “postijiet ta' kostruzzjoni”) tfisser kull post ta' kostruzzjoni li fih isiru xogħlijiet ta' bini jew ta' inġinerija ċivili murija fil-lista mhux eżawrijenti fl-Anness I;

(b) “klijent” jfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li għaliha jitwettaq il-proġett;

(ċ) “persuna li tissorvelja proġett” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika resposabbli għad-disinn u/jew l-esekuzzjoni u/jew is-sorveljanza ta' l-eżekuzzjoni ta' proġett, li taġixxu għall-klijent;

(d) “persuna li taħdem għal rasha” tfisser kull persuna ta' xort' oħra minn dawk msemmija fl-Artikolu 3(a) u (b) tad-Direttiva 89/391/KEE li l-attività professjonali tagħha tikkonkorri għar-realizzazzjoni tal-proġett;

(e) “koordinatur għal kwistjonijiet tas-sigurtà u tas-saħħa fl-istadju tal-preparazzjoni tal-proġett” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika inkarigata mill-klijent u/jew persuna li tissorvelja l-proġett, waqt preparazzjoni tad-disinn tal-proġett, li tesegwixxi d-doveri msemmija fl-Artikolu 5;

(f) “koordinatur għal kwistjonijiet tas-sigurtá u tas-saħħa fl-istadju tar-realizzazzjoni tal-proġett” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fdata mill-klijent u/jew persuna li tissorvelja l-proġett, waqt l-esekuzzjoni tal-proġett, li tesegwixxi d-doveri msemmija fl-Artikolu 6.

L-Artikolu 3

Il-Ħatra ta' koordinaturi — pjan ta' Sigurtá u saħħa — Notifika minn qabel

1.  Il-klijent jew il-persuna li tissorvelja il-proġett għandha taħtar koordinatur wieħed jew aktar għall-kwistjonijiet tas-sigurtá u tas-saħħa, kif definiti fl-Artikolu 2(e) u (f), għal kull post ta' kostruzzjoni li fih hemm preżenti iktar minn kuntrattur wieħed.

2.  Il-klijent u l-persuna li tissorvelja l-proġett għandhom jassiguraw qabel ma jinbeda x-xogħol fil-post tal-kostruzzjoni li jitfassal pjan ta' sigurtà u saħħa skond l-Artikolu 5(b).

L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw kemm l-amministrazzjoni u kemm il-forza tax-xogħol, jippermettu derogi għad-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel paragrafu, ħlief meta ix-xogħol ikkonċernat jinvolvi riskji partikolari kif imniżżla fl-Anness II.

3.  Fil-każ ta' postijiet ta' kostruzzjoni:

 li fihom ix-xogħol huwa maħsub li jdum aktar minn 30 jum utli u li fuqhom aktar minn 20 ħaddiem jaħdmu simultanjament, jew

 li fihom il-volum ta' xogħol huwa maħsub li jaqbeż 500 ġurnata tax-xogħol ta' persuna,

il-klijent jew il-persuna li tissorvelja l-proġett għandha tikkomunika notifika mfassla skond l-Anness III lill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jibda x-xogħol.

In-notifika minn qabel għandha tkun imwaħħla fejn jidher fil-post ta' kostruzzjoni u jekk neċessarju, tkun aġġornata perjodikament.

L-Artikolu 4

L-Istadju tal-preparazzjoni tal-proġett: prinċipji ġenerali

Il-klijent, u jekk ikun il-każ, il-persuna, li tissorvelja l-proġett għandhom matul il-fażi ta' disinn, studju u elaborazzjoni tal-proġett iżommu quddiemhom il-prinċipji ġenerali tal-prevenzjoni dwar is-sigurtà u s-saħħa skond id-Direttiva 89/391/KEE u b'mod partikolari:

 meta jkunu qed jiġu deċiżi aspetti arkitettoniċi, tekniċi u/jew ta' organizzazzjoni, sabiex jipprogramma ix-xogħlijiet differenti jew il-fażijiet tax-xogħol kif ikun qegħdin jiżviluppaw simultanjament jew suċċessivament.

 meta jiġi vvalutat il-perjodu meħtieġ għar-realizzazzjoni ta' xogħlijiet differenti jew fażijiet tax-xogħol. Kull darba li dan jidher neċessarju, għandhom jiġu kkunsidrati, il-pjanijiet kollha dwar is-sigurtá u s-saħħa u ta' dokumentazzjoni mfassla skond l-Artikolu 5(b) jew (ċ) jew aġġustata skond l-Artikolu 6(ċ).

L-Artikolu 5

L-Istadju tal-preparazzjoni tal-proġett: dmirijiet tal-koordinaturi

Il-koordinatur(i) f'materja ta' sigurtá u saħħa fl-istadju ta' l-elaborazzjoni tal-proġett nominat skond l-Artikolu 3(1):

(a) jikkoordinaw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4;

(b) jistabbilixxu jew iġiegħlu min jistabbilixxi pjan ta' sigurtà u ta' saħħa li jindika r-regoli applikabbli għal post ta' kostruzzjoni kkonċernat li jieħu kont jekk ikun il-każ ta' l-attivitajiet ta' l-isfruttament li jkunu qed isiru fuq il-post; dan il-pjan għandu, barra minn hekk, ikun fih il-miżuri speċifiċi li jikkonċernaw ix-xogħlijiet li huma kompriżi f'waħda jew iktar mill-kategoriji ta' l-Anness II;

(ċ) jippreparaw dokumentazzjoni approprjata għall-karatteristiċi tal-proġett li għandu informazzjoni relevanti dwar is-sigurtá u s-saħħa li għandhom jiġu kkunsidrati waqt xogħlijiet sussegwenti.

L-Artikolu 6

Stadju tar-realizzazzjoni tal-proġett: dmirijiet tal-koordinaturi

Il-koordinatur(i) għall-kwistjonijiet tas-sigurtá u saħħa waqt l-istadju tar-realizzazzjoni tal-proġett nominati skond l-Artikolu 3(1) għandu/għandhom:

(a) jikkoordinaw l-implementazzjoni tal-prinċipji ġenerali dwar il-prevenzjoni u s-sigurtà:

 meta aspetti tekniċi u/jew ta' organizzazzjoni jkunu qed jiġu deċiżi, sabiex jiġu pjanati ix-xogħlijiet jew il-fażijiet tax-xogħol differenti li jkunu sejrin isiru simultanjament jew suċċessivament,

 meta jiġi vvalutat il-perjodu meħtieġ għar-realizzazzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet jew fażijiet ta' xogħol differenti;

(b) jikkoordina(w) l-implementazzjoni ta' dispożizzjonijiet relevanti sabiex jassiguraw li min jimpjiega u , jekk neċessarju għall-protezzjoni tal-ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom:

 japplikaw il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 8 b'mod koerenti,

 meta meħtieġa, isegwu l-pjan ta'sigurtá u saħħa msemmi fl-Artikolu 5(b);

(ċ) jagħmlu, jew jikkawżaw li jsiru, aġġustamenti meħtieġa għall-pjan tas-sigurtà u saħħa msemmi fl-Artikolu 5(b) u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(ċ) skond kif żviluppaw ix-xogħlijiet u il-modifiki eventwali li jkunu saru sadanittant;

(d) jorganizzaw kooperazzjoni u koordinazzjoni ta' l-attivitajiet bejn min iħaddem, inklużi nies li jħaddmu suċċessivament fl-istess post bil-ħsieb li jipproteġu l-ħaddiema u jipprevjenu inċidenti u perikoli għas-saħħa fuq ix-xogħol u l-għoti ta' informazzjoni reċiproka kif previst fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 89/391/KEE, u b'hekk jintegraw jekk ikun il-każ dawk li jaħdmu għal rashom;

(e) jikkoordinaw arranġamenti sabiex jikkontrollaw li l-proċeduri tax-xogħol qed jiġu implementati b'mod korrett;

(f) jieħdu l-passi neċessarji sabiex jassiguraw li l-persuni awtorizzati biss jitħallew jidħlu fil-post tal-kostruzzjoni.

L-Artikolu 7

Ir-Responsabbilitajiet tal-klijenti, tan-nies li jissorveljaw proġetti u tan-nies li jimpjegaw

1.  Meta klijent jew persuna li tissorvelja proġett tkun innominata koordinatur jew koordinturi sabiex iwettqu d-dmirijiet imsemmija fl-Artikoli 5 u 6, dan ma jeħlisx lill-klijent jew lill-persuna li tissorvelja l-proġett mir-responsabbilitajiet tiegħu f'dak ir-rigward.

2.  L-implementazzjoni ta' l-Artikoli 5 u 6, u tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhiex taffetwa l-prinċipju tar-responsabbilità tan-nies li jimpjiegaw kif previst fid-Direttiva 89/391/KEE.

L-Artikolu 8

L-Implementazzjoni ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/391/KEE

Meta x-xogħol ikun qed isir, il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/391/KEE għandhom jiġu applikati, b'mod partikolari għar-rigward:

(a) iż-żamma tal-post ta' kostruzzjoni f'ordni tajba u fi stat sodisfaċenti ta' ndafa;

(b) l-għażla tal-post ta' postazzjonijiet tax-xogħol wara konsiderazzjoni ta' l-aċċess għalihom, u d-determinazzjoni ta' rotot jew arji għall-ispostazzjoni jew iċ-ċirkolazzjoni;

(ċ) il-kundizzjonijiet li taħthom il-varji materjali jinżammu;

(d) il-mautenzjoni teknika, kontrolli ta' qabel ix-xogħol u kontrolli regolari fuq installazzjonijiet u apparat biex jiġu kkoreġuti difetti li jistgħu jaffettwaw is-sigurtá u s-saħħa tal-ħaddiema;

(e) id-demarkazzjoni u l-maniġġ ta' arji għall-ħażna u d-depożitu ta' materjali varji, b'mod partikolari meta għandhom x'jaqsmu materjali jew sostanzi perikolużi;

(f) il-kondizzjonijiet li taħthom il-materjali perikolużi użati jitneħħew;

(g) il-ħażna, il-qerda jew it-tneħħija ta' skart u debris;

(h) l-addattament, skond l-iżvilupp tax-xogħol fuq il-post, taż-żmien effettiv li għandu jiġi allokat lit-tipi differenti ta' xogħol jew fażi ta' xogħol;

(i) kooperazzjoni bejn nies li jħaddmu u nies li jaħdmu għal rashom;

(j) interazzjoni ma' l-attivitajiet ta' sfruttament fl-intern jew ħdejn il-post fejn ikun qed isir ix-xogħol ta' kostruzzjoni.

L-Artikolu 9

Obbligi tan-nies li jħaddmu

Sabiex tiġi ppreservata s-sigurtá u s-saħħa fuq il-post tal-kostruzzjoni, taħt il-kundizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 6 u 7, min iħaddem għandu:

(a) b'mod partikolari meta jimplementa l-Artikolu 8, jieħu miżuri skond il-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness IV;

(b) jieħu kont tad-direzzjonjiet mill-koordinatur(i) f' materji tas-sigurtá u saħħa.

L-Artikolu 10

Obbligi ta' gruppi oħra ta' persuni

1.  Sabiex jippreservaw is-sigurtá u saħħa fil-post ta' kostruzzjoni, dawk li jaħdmu għal rashom għandhom:

(a) jikkonformaw b'mod partikolari ma' dan li ġej mutatis mutandis:

(i) il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 89/391/KEE u l-Artikolu 8 u l-Anness IV ta' din id-Direttiva;

(ii) l-Artikolu 4 tad-Direttiva 89/655/KEE u d- dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Anness tiegħu;

(iii) l-Artikolu 3, l-Artikolu 4 (1) sa (4) u (9) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 89/656/KEE;

(b) jieħdu kont tad-direzzjonijiet mill-koordinatur(i) f' materji tas-sigurtà u saħħa.

2.  Sabiex jippreservaw is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post, meta min iħddem ikun personalment involut fl-attività tax-xogħol fuq il-post tal-kostruzzjoni, għandhom:

(a) jikkonformaw b'mod partikolari ma' dan li ġej mutatis mutandis:

(i) l-Artikolu 13 tad-Direttiva 89/391/KEE;

(ii) l-Artikolu 4 tad-Direttiva 89/655/KEE u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Anness tiegħu;

(iii) l-Artikoli 3, 4(1), (2), (3), (4), (9), u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 89/656/KEE;

(b) jieħdu kont tad-direzzjonijiet tal-koordinatur(i) għas-sigurtá u s-saħħa.

L-Artikolu 11

Informazzjoni għall-ħaddiema

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu infurmati bil-miżuri kollha li għandhom jittieħdu dwar sigurtá u s-saħħa fuq il-post ta' kostruzzjoni.

2.  L-informazzjoni għandha tkun tinftiehem mill-ħaddiema kkonċernati.

L-Artikolu 12

Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Il-Konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom għandhom isiru skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar kwistjonijiet koperti minn Artikolu 6,8 u 9 ta' din id-Direttiva, u jassiguraw kull meta huwa neċessarju koordinazzjoni kif suppost bejn il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema f'impriżi li jmexxu l-attivitajiet tagħhom fuq il-post tax-xogħol, għar-rigward il-grad ta' riskju u l-importanza tax-xogħol.

L-Artikolu 13

Emendi ta' l-Annessi

1.  L-Emendi għall-Annessi I, II u III għandhom jiġu addottati mill-Kunsill skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 118a tat-Trattat.

2.  Adattamenti strettament tekniċi ta' l-Anness IV bħala riżultat ta':

 l-adozzjoni tad-direttivi dwar l-armonizzazzjoni teknika u l-standardizzazzjoni rigward postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli, u/jew

 il-progress tekniku, bidliet f'regolamenti jew speċifikazzjonijiet internazzjonali jew tagħrif fil-qasam ta' postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli

għandhom jiġu addottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE.

L-Artikolu 14

Dispożizzjonijiet finali

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, l-aktar tard,.sal-31 ta' Diċembru 1993

Għandhom imbagħad jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni.

2.  Meta L-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma diġà adottaw jew sejrin jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

▼M1 —————

▼B

L-Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

LISTA MHIX EŻAWRJENTI TAX-XOGĦLIJIET TAL-BINI U TA' L-INĠINERIJA ĊIVILI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(A) TAD-DIRETTIVA

1. It-Tħaffir

2. It-Twittija ta' l-art

3. Ilid-Kostruzzjoni

4. L-Assemblaġġ u l-iżmontar ta' elementi prefabbrikati

5. Ir-Ristrutturazzjoni jew l-armar

6. It-Tibdil

7. Ir-Renovazzjoni

8. It-tiswija

9. Iż-Żarmar

10. Demolizzjoni

11. Il-Manutenzjoni

12. Xogħol ta' żebgħa u tindif

13. Xogħlijiet sanitarji




L-ANNESS II

LISTA MHUX EŻAWRJENTI TA' XOGĦOL LI JINVOLVI RISKJI PARTIKOLARI GĦAS-SIGURTÀ U S-SAĦĦA TAL-ĦADDIEMA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(2), IT-TIENI PARAGRAFU TAD-DIRETTIVA

1. Xogħol li jqiegħed lill-ħaddiem f'riskju li jintradam, jegħreq fl-ilma mistagħdar jew jaqa' mill-għoli, meta r-riskju huwa partikolarment aggravat minħabba n-natura tax-xogħol jew proċessi użati jew mill-ambjent fil-post tax-xogħol jew tal-proġett ( 13 )

2. Xogħol li jqiegħed lill-ħaddiema f'riskju minn sostanzi kimiċi jew bijoloġiċi, li jikkostitwixxu perikolu partikolari għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema jew jinvolvu ħtieġa legali għall-monitoraġġ tas-saħħa.

3. Xogħol b'radjazzjoni jonizzanti li jirrikjedi speċifikazzjoni ta' arji kontrollati jew sorveljati skond id-definizzjoni ta' l-Artikolu 20 tad-Direttiva 80/836/Euratom ( 14 ).

4. Xogħol viċin linji ta' l-elettriku b'vultaġġ għoli.

5. Xogħol li jqiegħed lill-ħaddiema fir-riskju ta' l-għarqa.

6. Xogħol fi bjar, taħt l-art u fil-mini.

7. Xogħol magħmul minn bugħaddasa b' sistema ta' fornitura ta' l-arja.

8. Xogħol magħmul minn ħaddiema f' caisson b' arja kompressa.

9. Xogħol li jinvolvi l-użu ta' esplosivi.

10. Xogħol li jinvolvi l-assemblaġġ jew l-iżmuntar ta' komponenti tqal prefabbrikati.




L-ANNESS III

IL-KONTENUT TAL-PREAVVIŻ IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3(3), L-EWWEL PARAGRAFU TAD-DIRETTIVA I

1. Id-data ta' l-avviż: …

2. L-Indirizz eżatt tal-post tal-kostruzzjoni: …

3. Il-Klijent(i) (isem/ismijiet u indirizz(i)): …

4. It-Tip ta' proġett: …

5. L-Isem/ismijiet tal-persuna/i u l-indirizz/i tal-persuni li jissorvelja/w il-proġett: …

6. Il-Koordinatur(i) tas-sigurtà u s-saħħa fl-istadju tal-preparazzjoni tal-proġett (isem/ismijiet u indirizz(i)): …

7. Il-Koordinatur(i) għal materji tas-sigurtà u s-saħħa fl-istadju tar-realizzazzjoni tal-proġett (isem/ismijiet u indirizz(i)): …

8. Id-Data ppjanata għall-bidu tax-xogħol fuq il-post ta' kostruzzjoni:

9. It-tul tax-xogħol ippjanat fuq il-post tal-kostruzzjoni: …

10. In-numru massimu stmat ta' ħaddiema fuq il-post ta' kostruzzjoni:

11. In-Numru ppjanat ta' kuntratturi u nies li jaħdmu għal rashom fuq il-post tal-kostruzzjoni: …

12. Id-Dettalji tal-kuntratturi diġà magħżula: …




L-ANNESS IV

ĦTIĠIET MINIMI TA' SIGURTÀ U SAĦĦA GĦALL-POSTIJIET TA' KOSTRUZZJONI

msemmija fl-Artikolu 9(a) u l-Artikolu 10(1)(a)(i) tad-Direttiva.

Rimarki preliminari

L-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness japplikaw kull darba li l-karatteristiċi tal-post ta' kostruzzjoni jew ta' l-attività inkella ċ-ċirkostanzi jew ir-riskju hekk jitolbu.

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness, 'postijiet' tkopri, inter alia, akkomodazzjoni f'barrakki.

IL PARTI A

ĦTIĠIET MINIMI ĠENERALI GĦAL POSTIJIET TAX-XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI

1.

L-Istabbilità u s-solidità

1.1.

Il-Materjali, it-tagħmir u, aktar ġenerali, kull komponent li, meta jispostjaw ruħhom bi kwalunkwe mod, jistgħu jaffettwaw is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema għandhom jiġu ffissati b'manjiera apparoprjata u żgura.

1.2.

L-Aċċess għal kull superfiċi magħmul minn materjal li ma joffrix resistenza suffiċjenti m'għandux ikun awtorizzat jekk ma jkunx mgħammar b'mod approprjat biex ix-xogħol jista' jsir fuqu b'manjiera żgura.

2.

Installazjonijiet ta' distribuzzjoni ta' enerġija

2.1.

L-installazzjonijiet għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u użati sabiex ma jikkawżawx perikolu ta' ħruq jew ta' esplużjoni u b'mod li l-persuni ikunu protetti adegwatament kontra r-riskju ta' xokk ikkawżat minn kuntatt dirett jew indirett.

2.2.

Id-disinn, il-bini u l-għażla ta' materjal u mezzi ta' protezzjoni għandhom jieħdu kont tat-tip u tal-qawwa ta' l-enerġija ddistribwita, tal-kondizzjonijiet esterni li jinfluwenzawha u tal-kompetenza ta' persuni li jkollhom aċċess għall-partijiet ta' l-installazzjoni.

3.

Rotot u ħruġ ta' emerġenza

3.1.

Ir-rotot u l-ħrug ta' emerġenza għandhom jiqbgħu liberi u jwasslu direttament kemm jista' jkun għal żona ta' sigurtà.

3.2.

F'każ ta' perikolu, għandu jkun possibli għall-ħaddiema li jevakwaw il-postazzjonijiet kollha malajr u f'kondizzjonijiet ta' sigurtà massima għall-ħaddiema.

3.3.

In-numru, id-distribuzzjoni u r-rotot ta' emerġenza u ħruġ jiddependu fuq l-użu, it-tagħmir u d-dimensjonijiet tal-post u tal-kmamar u n-numru massimu ta' persuni illi jistgħu jkunu preżenti.

3.4.

Ir-Rotot u ħruġ speċifiċi ta' emerġenza għandhom jiġu indikati b'senjalazzjoni skond ir-regolamenti nazzjonali li jimplementaw id-Direttiva 77/576/KEE ( 15 ).

Dawn is-sinjali għandhom ikunu reżistenti biżejjed u għandhom jitqiegħdu f'postijiet approprjati.

3.5.

Ir-Rotot u l-ħruġ ta' emerġenza, u r-rotot tat-ċirkolazzjoni u l-bibien li jagħtu aċċess għalihom, għandhom ikunu liberi minn kull ostakoli sabiex huma jkunu jistgħu jiġu użati f'kull hin mingħajr tfixkil.

3.6.

Ir-Rotot u ħruġ ta' emerġenża li jeħtieġu illuminazzjoni għandhom jiġu pprovduti b'dawl ta' emerġenza ta' intensità adegwata fil-każ li jmur id-dawl.

4.

Kif tiskopri u tikkumbatti l-ħruq

4.1.

Skond il-karatteristiċi tal-post, id-dimensjonijiet u l-użu tal-kmamar, it-tagħmir fuq il-post, il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tas-sustanzi jew materjali preżenti u n-numru massimu potenzjali ta' nies li jkunu preżenti, għandu jkun hemm numru adegwat ta' mezzi ta' tifi tan-nar approprjati u, meta meħtieġ, għandhom jiġu pprovduti apparat li jiskopri n-nar u sistemi ta' allarm.

4.2.

Dawn il-mezzi ta' kontra n-nar , l-apparat li jiskopri n-nar u sistema ta' allarm għandhom jiġu kkontrollati u miżmuma tajjeb regolarment.

Testijiet u eżerċizzji approprjati għandhom isiru f'intervalli regolari.

4.3.

Tagħmir kontra n-nar mhux awtomatiku jrid jkun faċilment aċċessibli u sempliċi biex jintuża.

Dan it-tagħmir għandu jiġi indikat b'sinjali skond ir-regolamenti nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 77/576/KEE.

Dawn is-sinjali għandhom ikunu reżistenti biżejjed u jitqiegħdu f'punti approprjati.

5.

Il-Ventilazzjoni

Għandhom jittieħdu passi biex jiġi assigurat illi hemm biżżejjed arja friska, b'kunsiderazzjoni għall-metodi tax-xogħol użati u l-bżonnijiet fiżiċi imposti fuq il-ħaddiema.

Jekk hi użata sistema ta' ventilazzjoni furzata, għandha tkun taħdem u m'għandhiex tesponi lill-ħaddiema għal kurrenti li mhumiex tajbin għas-saħħa.

Għandu jkun hemm sistema ta' kontroll li tindika kull ħsara meta dan huwa neċessarju għas-saħħa tal-ħaddiema

6.

L-Espożizzjoni għar-riskji partikolari

6.1.

Il-ħaddiema m'għandhomx jiġu esposti għal livelli perikoluzi ta' ħoss jew għall-influwenzi esterni ta' ħsara (e.ż. gassijiet, fwar, trab).

6.2.

Jekk il-ħaddiema jkollhom jidħlu f'arji fejn l-atmosfera x'aktarx tikkontjeni sustanzi tossiċi u ta' ħsara jew jkollhom nuqqas ta' livell ta' ossiġnu jew ikunu infjammabbli, l-atmosfera magħluqa għandha tkun ikkontrollata u għandhom jittieħdu passi approprjati biex jipprevjenu kull perikolu.

6.3.

Ħaddiem ma jista' f'ebda ċirkustanza jiġi espost għall-atmosfera magħluqa ta' riskju għoli.

Għandu jkun almenu kkontrollat il-ħin kollu minn barra u għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha adegwati biex jista' jingħata sokkors effikaċi u immedjat.

7.

It-Temperatura

Waqt il-ħinijiet tax-xogħol, it-temperatura għandha tkun approprjata għall-bnedmin, b'kunsiderazzjoni tal-metodi ta' xogħol użati u l-ħtiġiet fiżiċi imposti fuq il-ħaddiema.

8.

Dawl naturali u artifiċjali ta' postijiet tax-xogħol, kmamar u rotot tat-ċirkolazzjoni fuq il-post.

8.1.

Il-Postijiet tax-xogħol, il-kmamar u r-rotot taċ-ċirkolazzjoni għandhom kemm jista' jkun, ikollhom dawl naturali biżżejjed u jkunu mdawla artifiċjalment b'mod approprjat u suffiċjenti bil-lejl u meta d-dawl naturali ma jkunx biżżejjed; meta neċessarju, fonti tad-dawl li jinġarru u mhux suxxettibbli għad-daqqiet għandhom ikunu provduti.

Il-kulur tad-dawl artifiċjali użat m' għandux ibiddel jew jinfluwenza il-mod kif jidhru is-sinjali jew it-tabelli ta' senjalazzjoni.

8.2.

L-Installazzjonijiet ta' dawl għall-kmamar, il-postijiet tax-xogħol u r-rotot tat-ċirkolazzjoni għandhom jitqiegħdu b'mod li ma jkun hemm ebda riskju ta' inċident għall-ħaddiema bħala riżultat ta' fejn jitqiegħdu.

8.3.

Il-Kmamar, il-postijiet tax-xogħol u r-rotot ta' ċirkolazzjoni meta l-ħaddiema huma speċjalment esposti għar-riskji fil-każ ta' dawl artifiċjali għandhom jiġu pprovduti b'dawl ta' emerġenza ta' intensità adegwata.

9.

Il-Bibien u x-xtiebi

9.1.

Bibien li jiżżerżqu għandu jkollhom apparat ta' sigurtà li jżommhom milli joħorġu minn posthom u jaqgħu.

9.2.

Il-Bibien u x-xtiebi li jinfetħu 'l fuq għandu jkollhom mekkaniżmu li jżommhom milli jaqgħu lura.

9.3.

Il-Bibien u x-xtiebi tul rotot ta' emerġenza għandhom jiġu mmarkati kif xieraq.

9.4.

Fil-viċinanza mmedjata ta' xtiebi maħsuba għat-ċirkolazzjoni primarja tal-vetturi, għandu jkun hemm passaġġi għaċ-ċirkolazzjoni tan-nies jekk il-passaġġ ma jkunx żgur għalihom biex jaqsmu; dawn il-bibien għandhom ikunu mmarkati b'mod viżibbli u jitħallew liberi f'kull ħin.

9.5.

Bibien u xtiebi mekkaniċi għandhom jaħdmu mingħajr riskju ta' inċident għall-ħaddiema.

Għandu jkollhom apparat għal waqfien b'emerġenza li jkun faċilment identifikat u aċċessibbli u, sakemm ma jinfetħux awtomatikament fil-każ ta' qtugħ ta' dawl, għandu jkun possibbli li jinfetħu manwalment.

10.

Ir-Rotot tat-ċirkolazzjoni — arji ta' perikolu

10.1.

Ir-Rotot ta' ċirkolazzjoni, inkluż it-taraġ, is-slielem imwaħħla u spazji u rampi għat-tagħbija, għandhom jiġu kkalkulati, allokati, stabbiliti u aċċessibbli biex jiġu faċilment utilizzati b'mod żgur u konformi għall-iskop tagħhom u li l-ħaddiema li jkunu qribhom fir-rotot ta' ċirkolazzjoni ma jiġu esposti għall-ebda perikolu.

10.2.

Ir-Rotot użati għaċ-ċirkolazzjoni ta' persuni u /jew ta' merkanzija inklużi dawk użati għat-tagħbija u l-ħatt għandhom ikunu maħsuba għan-numru ta' dawk li potenzjalment jużawhom u għat-tip ta' attività partikolari.

Jekk il-mezz ta' trasport huwa użat fuq rotot ta' ċirkolazzjoni, wisa' suffiċjenti għal sigurtà jew mezzi prottetivi adegwati għandhom jiġu pprovduti għal utenti oħrajn tal-post.

Ir-rotot għandhom jiġu mmarkati b'mod ċar, ikkontrollati regolarment u miżmuma sewwa.

10.3.

Għandha titħalla wisa' suffiċjenti bejn rotot ta' ċirkolazzjoni tal-vetturi u bibien, xtiebi, passaġġi għall-persuni, kurituri u turġien.

10.4.

Jekk il-post jinkludi arji ta' aċċess limitat, dawn għandhom ikunu mgħammra b' mezzi li jżommu ħaddiema mhux awtorizzati milli jidħlu.

Miżuri approprjati għandhom jittieħdu biex jipproteġu lill-ħaddiema li huma awtorizzati li jidħlu fl-arji ta' perikolu.

L-arji ta' perikolu għandhom ikunu mmarkati b'mod li jidher sewwa.

11.

Bankini u rampi tat-tagħbija

11.1.

Bankini u rampi tat-tagħbija għandhom ikunu addattati għad-dimensjonijiet tat-tagħbijiet li għandhom jiġu ttrasportati.

11.2.

Il-bankini tat-tagħbija għandu jkollhom almenu punt wieħed minn fejn joħorġu.

11.3.

Ir-rampi tat-tagħbija għandhom ikunu sikuri biżżejjed biex iżommu l-ħaddiema milli jaqgħu.

12.

Il-Libertà ta' moviment fil-post tax-xogħol

Il-Post tax-xogħol għandu jkollu wisa' biżżejjed biex il-ħaddiema jkollhom libertà suffiċjenti ta' moviment għall-attivitajiet tagħhom meħud kont tat-tagħmir u l-materjal neċessarjament fuq il-post.

13.

L-ewwel għajnuna

13.1.

Huwa obbligu ta' min impjiega li jara li tista' dejjem tingħata l-ewwel għajnuna minn persuni li jkunu imħarrġa għal dan ix-xogħol.

Għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġi assigurat li l-ħaddiema li kellhom xi inċident jew li ħasshom ħażin jistgħu jittieħdu għal trattament mediku.

13.2.

Għandha tiġi pprovduta kamra waħda jew aktar ta' l-ewwel għajnuna meta l-iskala tax-xogħlijiet jew it-tipi ta' attivitajiet li jkunu qed jitwettqu jeħtieġu hekk.

13.3.

Il-Kmamar ta' l-ewwel għajnuna għandu jkollhom installazzjonijiet essenzjali ta' l-ewwel għajnuna u jkunu faċilment aċċessibbli għal stretchers.

Għandhom jiġu mmarkati skond ir-regolamenti nazzjonali li jimplementaw id-Direttiva 77/576/KEE.

13.4.

F'addizzjoni, it-tagħmir ta' l-ewwel għajnuna għandu jkun disponibbli fil-postijiet kollha meta l-kondizzjonijiet tax-xogħol jeħtieġu hekk.

Dan it-tagħmir għandu jkun immarkat kif xieraq u jkun faċilment aċċessibbli.

L-indirizz u n-numru tat-telefon tas-servizz lokali ta' emerġenza għandu jkun esebit b'mod ċar.

14.

Tagħmir sanitarju

14.1.

Kmamar għat-tibdil u armarji.

14.1.1.

Kmamar tat-tibdil approprjati għandhom jiġu provduti għall-ħaddiema jekk huma jkollhom jilbsu ilbies speċjali tax-xogħol u jekk, għar-raġunijiet tas-saħħa jew diċenza, ma jkunux mistennija li jbiddlu f'arja oħra.

Il-kmamar tat-tibdil għandhom ikunu faċilment aċċessibbli, ta' kapaċita' suffiċenti u jkunu provduti b'fejn tpoġġi.

14.1.2.

Il-kmamar tat-tibdil għandhom ikunu kbar biżejjed u jkollhom faċilitajiet biex kull ħaddiem ikun jista', meta neċessarju, jinixxef il-ħwejjeġ tax-xogħol tiegħu kif ukoll il-ħwejjeġ tiegħu personali u jkun jista' jsakkarhom.

Jekk iċ-ċirkustanzi jeħtieġu hekk (e.ż. sustanzi perikolużi, umdità, ħmieġ), għandhom jiġu provduti faċilitajiet biex il-ħwejjeġ tax-xogħol jkunu jistgħu jinżammu f'post separat mill- ħwejjeġ personali tal-ħaddiema.

14.1.3.

Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-kmamar tat-tibdil separati jew għall-użu separat ta' kmamar tat-tibdil għall-irġiel u n-nisa.

14.1.4.

Jekk il-kmamar tat-tibdil mhumiex meħtieġa kif imsemmi fil-punt 14.1.1, l-ewwel paragrafu, kull ħaddiem għandu jkun ipprovdut b'post li fih hu jkun jista' jagħlaq il-ħwejjeġ u l-effetti personali tiegħu.

14.2.

Doċoċ u sinkijiet

14.2.1.

Doċoċ addattati f'numri suffiċjenti għandhom jiġu pprovduti għall-ħaddiema jekk ikun meħtieġ min-natura tax-xogħol tagħhom jew għal raġunijiet ta' saħħa.

Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-kmamar bid-doċoċ separati jew għall-użu separat ta' kmamar bid-doċoċ għall-irġiel u n-nisa.

14.2.2.

Il-kmamar tad-doċoċ għandhom ikunu kbar biżejjed biex jippermettu lil kull ħaddiem li jinħasel mingħajr tfixkil f'kondizzjonijiet ta' livell approprjat ta' iġene.

Id-Doċoċ għandhom ikunu mgħammra b'ilma sħun u kiesaħ

14.2.3.

Meta d-doċoċ m'humiex meħtieġa taħt l-ewwel paragrafu ta' l-14.2.1, numru suffiċjenti ta' sinkijiet addattati bl-ilma ġieri (ilma sħun jekk neċessarju) għandu jiġi pprovdut fil-viċinanzi tal-postijiet tax-xogħol u l-kmamar ta' tibdil.

Għandhom isiru dispożizzjonijiet għal sinkijiet separati, jew l-użu separat tas-sinkijiet għall-irġiel u n-nisa meta hekk meħtieġ għar-raġunijiet ta' deċenza.

14.2.4.

Meta l-kmamar li jkollhom id-doċoċ jew is-sinkijiet huma separati mill-kmamar tat-tibdil, għandu jkun hemm komunikazzjoni faċli bejniethom.

14.3.

Toilettes u sinkijiet

Faċilitajiet speċjali b'numru adegwat ta' toilettes u sinkijiet għandhom jiġu pprovduti għall-ħaddiema fil-viċinazi tal-postijiet tax-xogħol, tal-kmamar tal-mistrieħ, tal-kmamar tat-tibdil u l-kmamar tad-doċoċ jew tas-sinkijiet.

Għandhom isiru dispożizzjonijiet għal toilettes separati jew l-użu separat ta' toilettes għall-irġiel u n-nisa.

15.

Kmamar tal-mistrieħ u/jew arji ta' akkomodazzjoni

15.1.

Meta s-sigurtà jew is-saħħa tal-ħaddiema, b'mod partikolari minħabba t-tip ta' attività mwettqa jew il-preżenza ta' aktar minn ċertu numru ta' impjegati kif ukoll ‘il bogħod, hekk jeħtieġu, ħaddiema għandhom jiġu pprovduti bi-kmamar ta' mistrieħ u/jew ta' akkomodazzjoni faċilment aċċessibbli.

15.2.

Il-kmamar tal-mistrieħ u/jew arji ta' akkomodazzjoni għandhom ikunu kbar biżejjed u mgħammra b'numru adegwat ta' mwejjed u siġġijiet bid-dahar skond in-numru ta' ħaddiema ikkonċernati.

15.3.

Jekk m'hemmx faċilitajiet ta' dan it-tip, faċilitajiet oħrajn għandhom jiġu mqiegħda għad-dispożizzjoni biex il-ħaddiema jkunu jistgħu joqogħodu fihom waqt interruzzjoni fix-xogħol.

15.4.

Arji ta' akkomodazzjoni fissa sakemm mhux użati biss f'każijiet eċċezzjonali, għandu jkollhom tagħmir sanitarju suffiċjenti, kamra għall-ikel u kamra ta' mistrieħ.

Għandhom ikunu mgħmmra b'sodod, armarji, mwejjed u siġġijiet bid-dahar skond in-numru ta' ħaddiema, u jiġu allokati jekk ikun il-każ, skond jekk hemmx ħaddiema taż-żewġ sessi.

15.5.

Għandhom jittieħdu miżuri approprjati għall-protezzjoni ta' dawk li ma jpjepux kontra l-iskumdità kkawżata mit-tipjip tat-tabakk fil-kmamar tal-mistrieħ u/jew arji ta' akkomodazzjoni.

16.

Nisa inċinti u ommijiet li jreddgħu

Nisa inċinti u ommijiet li jreddgħu għandhom jkunu jistgħu jimteddu biex jistrieħu f''kondizzjonijiet approprjati.

17.

Ħaddiema b'diżabiltà

Il-postijiet tax-xogħol għandhom ikunu organizzati biex jieħdu inkunsiderazzjoni ħaddiema b'dizabiltà, jekk neċessarju.

Din id-dispożizzjoni tapplika partikolarment għal bibien, passaġġi, turġien, doċoċ, sinkijiet, toilettes u l-postijiet tax-xogħol użati jew okkupati direttament minn persuni b'diżabiltà.

18.

Dispożizzjonijiet mixxellanji

18.1.

L-inħawi u l-perimetru tal-post għandhom jiġu mmarkati u stabbiliti sabiex jkunu jidhru u jkunu identifikabbli b'mod ċar.

18.2.

Il-ħaddiema għandhom jiġu pprovduti fuq il-post bi kwantità suffiċjenti ta' ilma għax-xorb u jekk jista' jkun xorb mhux alkoħoliku ieħor xieraq fil-kmamar okkupati kif ukoll fil-viċinanzi tal-postijiet tax-xogħol.

18.3.

il-ħaddiema għandhom:

 jiġu provduti b'faċilitajiet li jippermettulhom jieklu l-ikel tagħhom f'kondizzjonijiet soddisfaċenti

 Meta approprjat, jiġu pprovduti bil-faċilitajiet li jippermettulhom jippreparaw l-ikel tagħhom f'kondizzjonijiet sodisfaċenti.

IL-PARTI B

ĦTIĠIET MINIMI SPEĊIFIĊI GĦALL-ISTAZZJONIJIET TAX-XOGĦOL FUQ IL-POST

Rimarki preliminari

Jekk sitwazzjonijiet speċjali jitolbu hekk, il-klassifika ta' dawn il-ħtiġiet minimi f'żewġ sezzjonijiet, kif indikat taħt, m'għandhiex tiġi kkunsidrata obbligatorja.

It-Taqsima 1

Postijiet tax-xoghol fuq ġewwa

1.

L-Istabbiltà u s-solidità

Il-Postijiet għandu jkollhom struttura u stabbiltà approprjata għan-natura ta' l-użu tagħhom.

2.

Bibien ta' l-emerġenza

Il-bibien ta' l-emerġenza għandhom jinfetħu 'l barra

Il-bibien ta' l-emerġenza m'għandhomx jiġu magħluqa b'tali mod li ma jkunux jistgħu jinfetħu faċilment u immedjatament minn persuna li jista' jkollha bżonn tużahom f'emerġenza.

Bibien li jiżżerżqu jew bil-boxxla m'humiex permessi jekk huma maħsuba bħala ħruġ ta' emerġenza.

3.

Ventilazzjoni

Jekk l-arja ikkondizzjonata jew l-instalazzjonijiet tal-ventilazzjoni mekkanika huma użati, għandhom jiġu operati b'tali mod li l-ħaddiema ma jkunux esposti għall-kurrenti illi jikkawżaw skonfort.

Kull depożitu jew trab li x'aktarx jikkreja perikolu immedjat għas-saħħa tal-ħaddiem billi jniġġess l-atmosfera għandu jitneħħa mingħajr dewmien.

4.

Temperatura

4.1.

It-temperatura f'arji tal-mistrieħ, kmamar ta' persunal fuq xogħol permanenti, faċilitajiet sanitarji, canteens u kmamar ta' l-ewwel għajnuna għandhom ikunu approprjati għall-iskop partikolari ta' dawn l-arji.

4.2.

It-Twieqi, it-tamboċċi u paravendi tal-ħġieġ għandhom jevitaw li jdaħħlu dawl tax-xemx eċċessiv, b'kunsiderazzjoni għan-natura tax-xogħol u l-użu tal-kamra.

5.

Dawl naturali u artifiċjali

Il-postijiet tax-xogħol għandhom kemm jista' jkun ikollhom dawl naturali biżejjed u jkunu mgħammra bil-mezzi li jipprovdu dawl artifiċjali li hu adekwat għall-iskopijiet tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

6.

Il-Paviment, il-ħitan, is-soqfa tal-kmamar

6.1.

Il-pavimenti tal-postijiet tax-xogħol m'għandhomx ikollhom ħotob, toqob u dislivelli, stabbli u li ma jiżolqux.

6.2.

L-uċuħ tal-pavimenti, il-ħitan u s-soqfa fil-kmamar għandhom ikunu magħmulin b'tali mod li jkunu jistgħu jitnaddfu jew jinbidlu biex jiġi ottenut livell approprjat ta' iġene.

6.3.

Ħitan trasparenti jew transluċidi, partikolarment il-paravendi kollha tal-ħġieġ, fi kmamar jew fil-viċinanza tal-postijiet tax-xogħol u r-rotot ta' ċirkolazzjoni għandhom jiġu mmarkati b'mod ċar u magħmula minn materjal ta' sigurtà jew ikunu protetti minn dawn il-postijiet jew rotot ta' ċirkolazzjoni biex jevitaw li ħaddiema jiġu f'kuntatt mal-ħitan jew milli jweġgħu jekk jiġġarrfu l-ħitan.

7.

It-Twieqi u t-tamboċċi

7.1.

Għandu jkun possibli għall-ħaddiema li jiftħu, jagħlqu, jaġġustaw jew jissikkaw it-twieqi, it-tamboċċi l-ventilaturi b'mod sikur.

Meta miftuħa, m'għandhomx ikunu mqiegħda b'mod li jkunu ta' perikolu għall-ħaddiema.

7.2.

It-Twieqi u t-tamboċċi għandhom ikunu ddisinjati flimkien mat-tagħmir jew ikunu mgħammra b'disposittivi li jippermettu li jiġu mnaddfin mingħajr perikolu għall-ħaddiema li jwettqu dan ix-xogħol jew għall-ħaddiema preżenti.

8.

Il-Bibien u x-xtiebi

8.1.

Il-pożizzjoni, in-numru, il-materjali u d-dimensjonijiet tal-bibien u x-xtiebi użati għandhom jiġu determinati min-natura u mill-użu tal-lokal.

8.2.

Bibien trasparenti għandhom ikunu mmarkati b'mod approprjat fejn jidher.

8.3.

Il-bibien u xtiebi bil-molla għandhom ikunu trasparenti jew ikollhom panewwijiet trasparenti.

8.4.

Jekk uċuħ ta' bibien u xtiebi huma trasparenti jew transluċenti u m'humiex magħmulin minn materjal ta' sigurtà u jekk hemm perikolu li l-ħaddiema jistgħu jweġġgħu jekk il-bieb jew ix-xatba kellhom jinkisru, l-uċuħ għandhom jiġu protetti biex ma jisfrundawx.

9.

Ir-Rotot ta' ċirkolazzjoni

Meta l-użu u t-tagħmir ta' kmamar jirrikjedi dan għall-protezzjoni tal-ħaddiema, ir-rotot ta' ċirkolazzjoni għandhom jiġu identifikati b'mod ċar.

10.

Miżuri speifiċi għall-escalators u travelators

L-escalators u travelators għandhom jiffunzjonaw b'sigurtà.

Għandhom ikunu mgħammra bil-mezzi neċessarji kollha ta' sigurtà.

Għandu jkollhom disposittivi biex jieqfu li jkunu faċilment identifikabbli u aċċessibbli.

11.

Dimensjonijiet tal-kmamar u l-ispazju ta' l-arja fil-kmamar.

Il-kmamar tax-xogħol għandu jkollhom biżejjed spazju fil-wiċċ u fl-għoli biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu mingħajr riskju għas-sigurtà, is-saħħa jew il-benesseri tagħhom.

It-Taqsima II

Postazzjonijiet tax-xogħol fuq barra tal-kmamar.

1.

L-Istabbilità u s-solidità

1.1.

Postijiet ta' xogħol mobbli jew fissi kemm fil-għoli u kemm fil-baxx għandhom ikunu solidi u stabbli, meta jitqiesu:

 in-numru ta' ħaddiema li jokkupawhom,

 it-tagħbijiet massimi li huma jifilħu u t-tqassim tat-toqol,

 l-influwenzi ta' barra li jistgħu jkunu suġġetti għalihom.

Jekk l-appoġġ u komponimenti l-oħrajn ta' dawn il-postijiet mhumiex minnhom infushom stabbli, l-istabilità tagħhom għandha tiġi assigurata b'metodi approprjati u sikuri li jiffissawhom biex jiġi evitat kull moviment mhux f'ħinu jew involontarju tal-postijiet tax-xogħol kollha jew partijiet minnhom.

1.2.

Il-Kontroll

L-istabilità u s-solidità għandhom jiġu eżaminati b'mod approprjat u speċjalment wara modifikazzjoni fl-għoli jew il-fond tal-postazzjoni tax-xogħol.

2.

Installazzjonijiet ta' distribuzzjoni ta' l-enerġija

2.1.

L-installazzjonijiet ta' distribuzzjoni ta' l-enerġija fuq il-post, speċjalment dawk li huma suġġetti għall-influwenzi minn barra, għandhom jiġu kkontrollati u miżmuma regolarment.

2.2.

L-installazzjonijiet li diġà kienu jeżistu qabel il-bidu tax-xogħlijiet għandhom jiġu identifikati, ikkontrollati u senjalati b'mod ċar.

2.3.

Kull meta hu possibli, meta jeżistu fili ta' l-elettriku fl-għoli, jew għandhom għandhom jiġu ri-diretti lil hinn mill-post tax-xogħol jew inkella il-kurrent għandu jinqata'.

Jekk dan ma jkunx possibli, ikun hemm barrieri jew notifiki biex jassiguraw li l-vetturi u l-installazzjonijiet jinżammu ‘l bogħod.

Twissijiet xierqa u protezzjonijiet sospiżi għandhom jiġu pprovduti meta l-vetturi jkollhom jgħaddu minn taħt il-fili.

3.

Influwenzi atmosferiċi

Il-ħaddiema għandhom jkunu protetti kontra influwenzi atmosferiċi li jistgħu jeffettwaw is-saħħa u s-sigurtà tagħhom.

4.

Oġġetti li jaqgħu

Kull meta jkun teknikament possibli, il-ħaddiema għandhom jiġu protetti b'metodi kollettivi kontra oġġetti li jistgħu jaqgħu.

Il-materjali u t-tagħmir għandhom jitqiegħdu jew jitgħabbew b'mod li jżommhom milli jaqgħu jew jinqalbu.

Meta neċessarju, għandu jkun hemm passaġġi mgħottija fuq il-post tax-xogħol jew l-aċċess għall-arji ta' perikolu għandu jiġi magħmul impossibli.

5.

Waqgħat mill għoli

5.1.

Il-waqgħat mill-għoli għandhom jiġu fiżikament evitati b'mod partikolari b'mezzi ta' rpar solidi li huma għoljin biżżejjed u li għandhom almenu zokklu, poġġaman prinċipali u poġġaman intermedju jew alternattiva ekwivalenti.

5.2.

Fil-prinċipju, xogħol fl-għoli għandu jitwettaq biss b'tagħmir approprjat u bl-użu ta' strumenti kollettivi ta' protezzjoni kolletivi bħal irpar, pjattaformi u xbieki tas-sigurtà.

Jekk l-użu ta' dan it-tagħmir mhuwiex possibbli minħabba n-natura tax-xogħol, mezzi approprjati ta' aċċess għandhom jiġu provduti u ċineg ta' sigurtà jew metodi oħra ta' ankoraġġ għandhom jintużaw.

6.

Impalkaturi u slielem ( 16 )

6.1.

L-impalkaturi kollha għandhom jiġu ddisinjati, mibnija u mantenuti b'mod li jevitaw li jisfrundaw jew jiċċaqilqu inċidentalment.

6.2.

Il-pjattaformi, il-passerelli u t-turgien ta' l-impalkaturi għandhom jinbnew, ikollhom id-dimensjoni u l-protezzjoni u l-utilizzazzjoni b'manjiera tali li jiġi evitat li jaqgħu minnhom persuni jew li jkunu esposti għal waqgħa ta' oġġetti.

6.3.

L-impalkaturi għandhom jiġu spezzjonati minn persuna kompetenti:

(a) qabel ma' jintużaw;

(b) sussegwentement, f'intervalli perjodiċi;

(ċ) wara kull modifika, perjodu ta' l-inutilizzazzjoni, espożizzjoni għall-intemperji jew għal skossi tat-terremoti, jew kull ċirkostanza oħra li setgħet effettwat is-saħħa jew l-istabilità tagħhom.

6.4.

Is-slielem għandom ikunu b'saħħithom biżżejjed u mantenuti kif suppost.

Għandhom jintużaw kif suppost, f'postijiet approprjati u skond l-użu li għalih huma intiżi.

6.5.

L-Impalkaturi mobbli għandhom jiġu assigurati kontra movimenti involontarji.

7.

Tagħmir għall-irfigħ (16) 

7.1.

It-tagħmir u l-aċċessorji kollha għall-irfigħ, inkluż l-partijiet komponenti, l-annessi, l-ganċijiet u s-sostenn tagħhom għandhom ikunu:

(a) iddisinjati u mibnija kif xieraq u b'saħħithom biżejjed għall-użu li jkun qed isir minnhom;

(b) installati u użati kif xieraq;

(ċ) mantenuti f'kondizzjoni tajba biex jaħdmu,

(d) ikkontrollati u soġġetti għal testijiet perjodiċi u spezzjonijiet skond il-leġislazzjoni kurrenti;

(e) mħaddma minn ħaddiema kkwalifikati li rċevew taħriġ approprjat.

7.2.

Il-mezzi kollha ta' rfigħ u l-aċċessoriji tagħhom għandhom juru b'mod ċar il-valuri massimi tat-tagħbija li jistgħu jieħdu.

7.3.

It-tagħmir li jerfa' u l-aċċessorji tiegħu ma jistgħux jintużaw għall-skopijiet oħrajn barra dawk intiżi għalihom.

8.

Vetturi u inġenji ta' twittija u maniġġ tal-materjali (16) 

8.1.

Il-Vetturi u l-inġenji kollha ta' twittija u maniġġ tal-materjali għandhom ikunu:

(a) iddisinjati u mibnija kif suppost b'kont meħud, sa fejn possibbli, tal-prinċipji ta' l-ergonomija;

(b) jinżammu f'kondizzjoni li tajba biex jaħdmu,

(ċ) użati kif suppost.

8.2.

Is-sewwieqa u l-operaturi ta' vetturi u nġenji ta' twittija u maniġġ ta' materjali għandhom jiġu mħarrġa speċjalment.

8.3.

Għandhom jittieħdu miżuri ta' prevenzjoni biex jassiguraw li ma jaqgħux vetturi u inġenji ta' twittija u maniġġ ta' materjali fl-iskavi jew fl-ilma.

8.4.

Meta approprjat, vetturi u inġenji ta' twittija u maniġġ ta' materjali għandhom ikollhom magħhom strutturi biex jipproteġu s-sewwieq mir-riskju li jiġi mgħaffeġ jekk il-magna tinqaleb, jew jaqgħu oġġetti.

9.

Installazjonijiet, makkinarju, tagħmir (16) 

9.1.

L-installazzjonijiet, il-makkinarju u t-tagħmir, iklużi għodod tal-idejn li jaħdmu bil-mutur jew le, għandhom ikunu:

(a) iddisinjati u mibnija kif suppost b'kont meħud sa fejn possibbli, tal-prinċipji ta' l-ergonomija;

(b) mantenuti f'kondizzjoni tajba biex jaħdmu,

(ċ) użati biss għax-xogħol li għalih kienu intiżi;

(d) mħaddma minn ħaddiema li rċevew taħriġ approprjat.

9.2.

L-installazzjonijiet u t-tagħmir taħt pressjoni għandhom jiġu kkontrollati u suġġetti għal testijiet u spezzjonijiet skond il-leġislazzjonijiet eżistenti.

10.

L-iskavi, il-bjar, ix-xogħol taħt l-art, il-mini u t-twittija

10.1.

Prekawzjonijiet xierqa għandhom jittieħdu fi skavi, bjar, xogħol taħt l-art, jew fil-mina:

(a) bl-użu ta' sostenn xieraq jew moll;

(b) biex jiġu evitati perikoli involuti fil-waqgħa ta' persuna, materjali jew oġġetti, jew għargħar;

(ċ) biex tiġi pprovduta ventilazzjoni fil-postijiet ta' xogħol kollha sabiex jiġu assigurati atmosferi respirabbli li mhumiex perikolużi jew ta' ħsara għas-saħħa;

(d) biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jilħqu s-sigurtà fil-każ ta' nar jew għargħar jew dħul tal-materjal.

10.2.

Qabel ma' tibda l-eskavazzjoni, għandhom jittieħdu miżuri biex jidentifikaw u jnaqqsu għall-minimu kull perikoli dovut għal cables taħt l-art u sistemi oħra ta' distribuzzjoni.

10.3.

Rotot ta' sigurtà għal jew 'il barra minn fejn qed isiru l-iskavi gandhom jiġu pprovduti.

10.4.

Munzelli ta' ħamrija, materjali u vetturi mobbli għandhom jinżammu 'l bogħod mill-eskavazzjoni; barrieri xierqa għandhom jinbnew jekk neċessarju.

11.

Xogħol ta' demolizzjoni

Meta d-demolizzjoni ta' bini jew struttura tista' tirrapprezenta perikolu:

(a) għandhom jiġu addotatti prekawzjonijiet, metodi u proċeduri approprjati;

(b) ix-xogħol għandu jkun ippjanat u mwettaq biss taħt is-sorveljanza ta' persuna kompetenti.

12.

Soqfa ta' metall jew konkrit, shutters u komponimenti tqal prefabbrikati

12.1.

Is-Soqfa ta' metall u konkrit u l-komponimenti tagħhom, shutterings, komponimenti prefabbrikati jew sostenn temporanju, u puntelli għandhom jinbnew u jiżżarmaw biss taħt is-sorveljanza ta' persuna kompetenti.

12.2.

Prekawzjonijiet adegwati għandhom jittieħdu biex jipproteġu l-ħaddiema kontra riskji minn fraġilità jew instabbiltà temporanji ta' l-istruttura.

12.3.

Shutterings, sostenni temporanji u puntelli għandhom jinbnew u jiġu ddisinjati, kkalkolati, installati u mantenuti sabiex jifilħu mingħajr riskju għal kull sforz u pressjoni li jista' jitqiegħdu fuqhom

13.

“Cofferdams” u “caissons”

13.1.

Il-cofferdams u l-caissons kollha għandhom jkunu:

(a) mibnija sew, minn materjal, approprjat u solidu ta' saħħa adegwata;

(b) mgħammar kif approprjat biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jistkennu f'każ ta' irrużjoni ta' ilma u materjali.

13.2.

Il-kostruzzjoni, l-installazzjoni, t-trasformazzjoni jew iż- żarmar ta' cofferdam jew caisson għandhom jsiru biss taħt is-sorveljanza ta' persuna kompetenti.

13.3.

Il-cofferdams u caissons għandhom jiġu spezzjonati minn persuna kompetenti f'intervalli regolari.

14.

Xogħol fuq soqfa

14.1.

Meta neċessarju biex jiġi evitat riskju jew meta l-għoli jew id-dislivell jaqbeż il-valuri stabbiliti mill Istati Membri, għandhom jittieħdu miżuri preventivi kollettivi biex jipprevjenu l-ħaddiema, u l-għodda jew oġġetti jew materjali oħrajn, milli jaqgħu.

14.2.

Meta l-ħaddiema jkollhom jaħdmu fuq jew viċin saqaf jew superfiċi ieħor magħmul minn materjali fraġili li minnhom huwa possibbli li wieħed jaqa', għandhom jittieħdu miżuri ta' prevenzjoni biex jiġi evitat li huma jaqgħu mingħajr ma jindunaw fuq is-superfiċi fraġili jew għall-art.



( 1 ) ĠU C 213, tat-28.8.1990, p. 2 u ĠU C 112, tas-27.4.1991, p. 4.

( 2 ) ĠU C 78, tat-18.3.1990, p. 172 u ĠU C 150, tal-15.6.1992.

( 3 ) ĠU C 120, tas-6.5.1991, p. 24.

( 4 ) ĠU C tat-28, 3.2.1988, p. 3.

( 5 ) ĠU C tat-28, 3.2.1988, p. 1.

( 6 ) ĠU L 393, tat-30.12.1989, p. 13.

( 7 ) ĠU L 393, tat-30.12.1989, p. 18.

( 8 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

( 9 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

( 10 ) ĠU L 210, tal-21.7.1989, p. 1. Emendati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/380/KEE (ĠU L 187, tad-19.7.1990, p. 55).

( 11 ) ĠU L 185, tad-9.7.1974, p. 15. L-aħħar emendati mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1985.

( 12 ) ĠU L 185, tad-9.7.1974, p. 18.

( 13 ) Fl-implimentazzjoni tal-punt 1, l-Istati Membri għandhom l-għażla li jistabilixu figuri għal sitwazzjonijiet individwali.

( 14 ) ĠU L 246, tas-17.9.1980, p.1. L-aħħar emendat bid-Direttiva 84/467/Euratom (ĠU L 265, tal-5.10.1984, p. 4).

( 15 ) ĠU L 229, tas-7.9.1977, p. 12. L-aħħar emendat mid-Direttiva 79/640/KEE (ĠU L 183, tad-19.7.1979, p. 1).

( 16 ) Dan il-punt ikun speċifikat fil-qafas tad-Direttiva futura li temenda d-Direttiva 89/655/KEE, b'mod partikolari bl-iskop li tissupplimenta l-punt 3 ta' l-anness magħha.