1992L0042 — MT — 26.09.2013 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/42/KEE

tal-21 ta’ Mejju 1992

dwar il-ħtiġiet ta’ effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti likwidi jew gassużi

(ĠU L 167, 22.6.1992, p.17)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/68/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993

  L 220

1

30.8.1993

 M2

ID-DIRETTIVA 2004/8/KE TAL-PALAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Frar 2004

  L 52

50

21.2.2004

 M3

ID-DIRETTIVA 2005/32/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Lulju 2005

  L 191

29

22.7.2005

 M4

DIRETTIVA 2008/28/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008

  L 81

48

20.3.2008

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013

  L 239

136

6.9.2013




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/42/KEE

tal-21 ta’ Mejju 1992

dwar il-ħtiġiet ta’ effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti likwidi jew gassużi



▼M5 —————

▼B

Artikolu 7

▼M5 —————

▼B

2.  Il-konformità ta’ kaldaruni manifatturati f’serje għandha tiġi ċertifikata minn:

 eżami ta’ l-effiċjenza tat-tip ta’ kaldarun skond il-modulu B kif deskritt fl-Anness III,

 dikjarazzjoni ta’ konformità mat-tip approvat b’mod konformi mal-modulu Ċ, D jew E kif deskritt fl-Anness IV.

Fir-rigward ta’ kaldaruni li jaħarqu karburanti gassużi, il-proċeduri sabiex tiġi evalwata l-konformità tagħhom għandhom ikunu dawk użati biex jevalwaw il-konformità mal-ħtiġiet tas-sigurta’ stipulati fid-Direttiva 90/396/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’ jaqsmu ma’ apparat li jaħraq karburanti gassużi.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 8

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li huma nnominaw sabiex iwettqu l-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7 flimkien ma’ xogħlijiet speċifiċi li dawn il-korpi ġew nominati sabiex iwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-korpi notifikati flimkien man-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u x-xogħlijiet li għalihom ġew notifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-kriterji minimi stipulati fl-Anness V għall-ħatra ta’ dawn il-korpi. Il-korpi li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati korrispondenti għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-kriterji stipulati f’dak l-Anness.

3.  Stat Membru li jkun innotifika korp partikolari għandu jirtira dik in-notifikazzjoni jekk isib li l-korp konċernat ma jissodisfax il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2. Huwa għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill- Kummissjoni u għandu jirtira n-notifika.

▼M5 —————

▼B




ANNESS III

Modulu B: Eżami tat-tip KE

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li permezz tagħha l-korp notifikat jista’ jivverifika u jiċċertifika li kampjun, li huwa rappresentattiv tal-produzzjoni maħsuba, jissodisfa d-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva.

2.

L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip KE tintbagħat mill-manifattur jew mir-rappreżentant tiegħu stabbilit fil-Komunità lill-korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-isem u l-indirizz tal-manifattur, jekk l-applikazzjoni tintbagħat mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz b’żieda ma’,

 dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazjoni ma tkunx intbagħtet lil xi korp notifikat ieħor,

 id-dokumenti tekniċi, kif deskritti fis-taqsima 3.

L-applikant għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-korp notifikat eżempju kampjun rappresentattiv tal-produzzjoni maħsuba, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ “tip”. Il-korp notifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk dawn ikunu meħtieġa għat-twettiq tat-test tal-programm.

3.

Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li ssir evalwazzjoni tal-konformità ta’ l-apparat mal-ħtiġiet tad-Direttiva. Dawn għandhom, sal-limitu li huwa relevanti għal din l-evalwazzjoni, ikopru d-disinn, il-manifattura u t-tħaddim ta’ l-apparat, u għandu ikun fihom, sal-limitu li jkun relevanti għall-evalwazzjoni:

 deskrizzjoni ġenerali tat-tip,

 tpinġijiet konċettwali tad-disinn u tal-manifattura u diagrammi tal-komponenti, sub- immuntar, ċirkwiti, eċċ.,

 id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jifhem it-tpinġijiet u d-diagrammi u kif jaħdem il-prodott,

 lista ta’ l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(2), applikati bi sħiħ jew f’parti, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet addottati sabiex jiġu mħarsa l-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati,

 ir-riżultati ta’ kalkoli magħmula fuq id-disinn, l-eżamijiet imwettqa, eċċ.,

 rapporti tat-testijiet.

4.

Il-korp notifikat għandu:

4.1.

jeżamina d-dokumenti tekniċi, jivverifika li t-tip ikun ġie manifatturat b’mod konformi ma’ dawk id-dokumenti, u jidentifika l-elementi li jkunu ġew iddisinjati b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(2), kif ukoll il-komponenti li jkunu ġew iddisinjati mingħajr ma jkunu ġew applikati d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dawk l-istandards;

4.2.

jagħmel jew ikun għamel l-eżamijiet u t-testijiet meħtieġa sabiex jikkontrolla jekk, f’każ li ma jkunux ġew applikati l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(2), is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva;

4.3.

jagħmel jew ikun għamel l-eżamijiet u t-testijiet meħtieġa sabiex jivverifika jekk, f’kas li l-manifattur ikun għażel li japplika l-istandards relevanti, dawn ikunux attwalment ġew applikati;

4.4.

jiftiehem ma’ l-applikant dwar il-post fejn għandhom isiru l-eżamijiet u t-testijiet meħtieġa.

5.

Meta t-tip jissodisfa d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ din id-Direttiva, l-korp notifikat joħroġ ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat juri l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjoni ta’ l-eżami u l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Lista tal-partijiet relevanti tad-dokumenti tekniċi hija annessa maċ-ċertifikat u għandha tinżamm kopja mill-korp notifikat.

Jekk il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità jiġi miċħud ċertifikat tat-tip, il-korp notifikat għandu jagħti r-raġunijiet dettaljati għal din iċ-ċaħda.

Għandu jsiru provvedimenti dwar proċedura ta’ appell.

6.

L-applikant jinforma lill-korp notifikat li jżomm id-dokumenti tekniċi li jirrigwardaw iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-KE, dwar il-modifikazzjonijiet kollha għall-applikazzjoni approvata li trid tirċievi approvazzjoni addizzjonali kull meta dawn il-bidliet jistgħu jaffettwaw il-konformità mal-ħtiġiet essenzjali jew mal-kondizzjonijiet preskritti għall-użu tal-prodott. Din l-approvazjoni addizzjonali hija mogħtija fil-forma ta’ żieda maċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-eżami tat-tip tal-KE.

7.

Kull korp notifikat għandu jikkomunika lill-korpi notifikati l-oħrajn l-informazzjoni relevanti li tirrigwarda ċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u ż-żidiet maħruġa u rtirati.

8.

Il-korpi notifikati l-oħrajn jistgħu jirċievu kopji taċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip tal-KE u/jew taż-żiediet tagħhom. L-Annessi li jinsabu maċ-ċertifikati għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-korpi notifikati l-oħrajn.

9.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu iżomm mad-dokumenti tekniċi kopji taċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u ż-żidiet tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta’ manifattura tal-prodott konċernat.

Jekk la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkun stabbilit fil-Komunità, l-obbligazzjoni li jinżammu disponibbli d-dokumenti tekniċi hija r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità.




ANNESS IV

Modulu Ċ: Konformità mat-tip

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li permess tagħha l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jiżgura u jiddikjara li l-apparati konċernati jikkonformaw mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE, u jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Diretiva li japplikaw għalihom. ►M1  Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull strument u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. ◄

2.

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassigura li l-proċess ta’ manifattura jassigura li l-apparati manifatturati jikkonformaw mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE u mal-ħtiġiet ta’ effiċjenza tad-Direttiva.

3.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu iżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta’ manifattura tal-prodott konċernat.

Jekk la l-manifatturjew lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkun stabbiliti fil-Komunità, l-obbligazzjoni li jinżammu disponibbli d-dokumenti tekniċi hija r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità.

4.

Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq jew għandu jkun wettaq l-eżamijiet tal-prodott f’intervalli kif jiġi jiġi. Kampjun addattat tal-prodotti finali, meħuda fuq il-post mill-korp notifikat, għandu jiġi eżaminat u testijiet xierqa, kif definiti skond l-istandard jew standards applikabbli msemmija fl-Artikolu 5(2) jew testijiet ekwivalenti għandhom isiru sabiex tiġi kontrollata l-konformità tal-prodott mal-ħtiġiet tad-Direttiva relattiva. F’kas li kampjun wieħed jew iżjed minn dawk eżaminati ma jikkonformax, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri xierqa.

Modulu D: Assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permess tagħha l-manifattur li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tat-taqsima 2 jassigura u jiddikjara li l-apparati konċernati jikkonformaw mat-tip, skond kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżamii tat-tip KE, u li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. ►M1  Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull strument u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. L-immarkar CE huwa akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-investigazzjonijiet li hemm referenza għalihom fit-Taqsima 4. ◄

2.

Il-manifattur għandu jħaddem sistema ta’ kwalità approvata ta’ produzzjoni, spezzjoni u testijiet finali ta’ l-apparat kif speċifikat fit-taqsima 3. Huwa soġġett għall-verifiki msemmija fit-taqsima 4.

3.

Sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur jippresenta applikazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sistema ta’ kwalità tiegħu, lill-korp notifikat li jagħżel hu stess, għall-apparati konċernati.

L-applikazjoni għandha tinkludi:

 l-informazzjoni relevanti kollha għall-kategorija ta’ apparati maħsuba,

 id-dokumenti li jirrigwardaw is-sistema ta’ kwalità,

 id-dokumenti tekniċi li għandhom x’jaqsmu mat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura l-konformità ta’ l-apparati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE u mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi, il-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumenti tas-sistema ta’ kwalità għandhom jippermettu interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords ta’ kwalità.

Għandu jkun fiha b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

 l-għanijiet ta’ kwalità u l-istruttura, ir-responsabbiltajiet u l-poteri ta’ l-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ l-istrumenti,

 il-metodi tat-teknika tal-manifattura, tal-kontroll ta’ kwalità u ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità, l-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li sejrin jintużaw,

 l-eżamijiet u t-testijiet li sejrin jiġu mwettqa qabel, matul u wara l-manifattura, kif ukoll il-frekwenza li biha għandhom jiġu mwettqa,

 ir-rekords tal-kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u tagħrif dwar it-testijiet, tagħrif dwar il- kalibrazzjoni, rapporti tal-kwalifikazzjoni ta’ l-impjegati konċernati, eċċ.,

 il-mezzi ta’ sorveljar għall-kisba tal-kwalità meħtieġa ta’ l-apparat u t-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġiet msemmija fit-taqsima 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk il-ħtiġiet fir-rigward ta’ sistemi ta’ kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat relevanti. Il-grupp ta’ awdituri għandu ikollu ta’ mill-inqas membru wieħed li jkollu esperjenza meta tiġi evalwata t-teknoloġija relevanti tal-prodott. Il-proċedura ta’ evalwazzjoni tinkludi żjara ta’ spezzjoni fil-fond tal-manifattur.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni debitament sostanzjata.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpennja ruħu li jissodisfa l-obbligazzjonijiet li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità kif approvata, u li jżommha f’livell adegwat u effiċjenti.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu iżomm lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità nfurmat dwar kull bidla proposta fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa l-bidliet proposti u għandu jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità mibdula tibgħax tissodisfa l-ħtiġiet msemmija f’3.2 jew jekk hux meħtieġa ri- evalwazzjoni.

Huwa għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifikazzjoni għandu kun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni sostanzjata.

4.

Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat.

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza hu li jiġi żgurat li l-manifattur debitament iwettaq l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema ta’ kwalità approvata.

4.2.

Il-manifattur għandu jippermetti lill-korp notifikat l-aċċess għall-għanijiet ta’ spezzjoni għall-post tal-manifattura, spezzjoni, ta’ fejn isiru t-testijiet, u tal-ħażna, u għandu jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

 id-dokumenti tas-sistema ta’ kwalità,

 ir-rekords ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u tagħrif dwar it-testijiet, tagħrif dwar il- kalibrazzjoni, rapporti ta’ kwalifikazzjoni ta’ l-impjegati konċernati, eċċ.,

4.3.

Il-korp notifikat għandu perjodikament iwettaq verifika biex jassigura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u jipprovdi rapport tal-verifika lill-manifattur.

4.4.

B’żieda, l-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux imħabbra lill-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat il-korp notifikat jista’ jwettaq testijiet jew iġiegħel li jitwettqu biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità tkun qiegħda taħdem sew; fejn meħtieġ, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk ikun sar test, b’rapport tat-test.

5.

Il-manifattur għandu, għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta’ manifattura tal-prodott, iżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

 id-dokument imsemmi fit-tieni inċiż ta’ 3.1,

 l-aġġornar imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ 3.4,

 id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li huma msemmija fil-paragrafu finali ta’ 3.4, u fi 4.3 u 4.4.

6.

Kull korp notifikat għandu jagħti lill-korpi notifikati l-oħrajn l-informazzjoni relevanti li tirrigwarda l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa u rtirati.

Modulu E: Assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodotti

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permess tagħha l-manifattur li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tat-taqsima 2 jassigura u jiddikjara li l-kaldaruni u l-apparati konċernati jikkonformaw mat-tip, skond kif huwa deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE. ►M1  Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull kaldarun u strument u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. L-immarkar CE għandu jiġi akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-inivestigazzjonijiet li hemm referenza għalihom fit-Taqsima 4. ◄

2.

Il-manifattur għandu iħaddem sistema ta’ kwalità approvata għall-ispezzjoni u l-ittestjar finali tal-kaldarun u ta’ l-apparati kif speċifikat fit-taqsima 3. Huwa għandu jkun soġġett għall-verifiki msemmija fit-taqsima 4.

3.

Sistema tal-kwalità

3.1.

Il-manifattur jippresenta applikazzjoni lill-korp notifikat ta’l-għażla tiegħu għall-evalwazzjoni tas-sistema ta’ kwalità, għall-kaldaruni u għall-apparati tiegħu.

L-applikazjoni għandha tinkludi:

 l-informazzjoni kollha relevanti għall-kategorija ta’ kaldarun jew apparat maħsuba,

 id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

 id-dokumenti tekniċi li għandhom x’ jaqsmu mat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip tal-KE.

3.2.

Taħt is-sistema ta’ kwalità, kull kaldarun jew apparat jiġi eżaminat u testijiet xierqa kif definiti fl-istandard/s relevanti msemmija fl-Artikolu 5 jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu sabiex tiġi verifikata l-konformità tagħhom mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva. L-elementi kollha, il-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti li l-programm, il-pjanijiet, il-manwali u r-rekords ta’ kwalità jiġu interpretati b’mod uniformi.

B’mod partikolari, għandu jkun fihom deskrizzjoni adegwata ta’:

 l-għanijiet ta’ kwalità u l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat ta’ l-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-prodott,

 l-eżami u t-testijiet li għandhom jiġu mwettqa wara l-manifattura,

 il-mezz ta’ kif għandha tiġi sorveljata l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kwalità,

 ir-rekords ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u informazzjoni li tirriżulta minn tagħrif dwar it-testijiet, tagħrif dwar il-kalibrazzjoni, rapporti ta’ kwalifikazzjoni ta’ l-impjegati konċernati, eċċ.,

3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jistabbilixxi jekk ikunx jissodisfa l-ħtiġiet msemmija fit-taqsima 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk il-ħtiġiet fir-rigward tas-sistemi ta’ kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat relevanti.

Il-grupp ta’ awdituri jrid ikollu ta’ mill-inqas membru wieħed li jkollu esperjenza meta tiġi evalwata t-teknoloġija relevanti tal-prodott. Il-proċedura ta’ evalwazzjoni għandha tinkludi żjara ta’ spezzjoni fil-fond tal-manifattur.

Il-manifattur għandu jiġi notifikat bid-deċiżjoni. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni sostanzjata.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jissodisfa l-obbligazzjonijiet li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità kif approvata, u li jżommha f’livell adegwat u effiċjenti.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità nfurmat dwar kull bidla proposta fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa l-bidliet proposti u għandu jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità mibdula tistgħax tissodisfa l-ħtiġiet msemmija f’3.2 jew jekk hijiex meħtieġa ri- evalwazzjoni.

Huwa għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni sostanzjata.

4.

Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat.

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza hu li jiġi żgurat li l-manifattur debitament iwettaq l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema ta’ kwalità approvata.

4.2.

Il-manifattur għandu jippermetti li l-korp notifikat ikollu aċċess għal skopijiet ta’ spezzjoni fil-fond ta’ spezzjoni, ta’ l-ittestjar u tal-ħażna u li jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

 id-dokumenti tas-sistema ta’ kwalità,

 id-dokumenti tekniċi,

 ir-rekords ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u tagħrif dwar it-testijiet, tagħrif dwar il- kalibrazzjoni, rapporti tal-kwalifikazzjoni ta’ l-impjegati konċernati, eċċ.,

4.3.

Il-korp notifikat għandu perjodikament iwettaq verifiki sabiex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u jipprovdi rapport tal-verifiki lill-manifattur.

4.4.

B’żieda, l-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux imħabbra lill-manifattur. Matul dawn iż- żjarat il-korp notifikat jista’ jagħmel testijiet jew iġeigħel li dawn jitwettqu sabiex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità tkun qiegħda taħdem sew; fejn meħtieġ, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk ikun sar test, b’rapport tat-test.

5.

Il-manifattur għandu, għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-kaldarun jew apparat, iżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

 id-dokumenti msemmija fit-tieni inċiż ta’ 3.1,

 il-bidliet imsemmija fit-tieni paragrafu ta’ 3.4,

 id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li huma msemmija fil-paragrafu finali ta’ 3.4, u fl- 4.3 u 4.4.

6.

Kull korp notifikat għandu jibgħat lill-korpi notifikati l-oħrajn l-informazzjoni relevanti li tirrigwarda l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa u rtirati.




ANNESS V

Il-kriterji minimi li għandu jingħata kont tagħhom mill-Istati Membri għan-notifikazzjoni tal-korpi.

1.

Il-korp, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli biex iwettqu t-testijiet ta’ verifikazzjoni ma jistgħux ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur jew il-persuna responsabbli għall-installazzjoni ta’ l-apparati li jispezzjonaw, u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Ma jistgħux jinvolvu ruħhom direttament jew bħala rappreżentanti awtorizzati fid-disinn, fil-kostruzzjoni, fit-tqegħid fis-suq jew fil-manutenzjoni ta’ dawn il-kaldaruni jew apparati. Dan ma jipprekludix il-possibiltà li jsir bdil ta’ informazzjoni teknika bejn il-manifattur u l-korp.

2.

Il-korp u l-impjegati tiegħu għandhom iwettqu t-testijiet ta’ verifikazzjoni bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni jew suġġerimenti, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom tar-riżultati ta’ l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew minn gruppi ta’ persuni li għandhom interess fir-riżultat tal-verifikazzjonijiet.

3.

L-organu għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-impjegati meħtieġa u għandu jipposjedi l-faċilitajiet meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq sew id-dmirijiet amministrattivi u tekniċi marbuta mal-verifikazzjoni; għandu jkollu aċċess ukoll għall-apparat meħtieġ għall-verifikazzjoni speċjali.

4.

L-impjegati responsabbli għal spezzjoni għandu jkollhom:

 taħriġ tekniku u professjonali sod,

 għarfien sodisfaċenti tal-ħtiġiet tat-testijiet li jwettqu u l-esperjenza adegwata ta’ dawk it-testijiet,

 il-kapaċità li jħejju ċ-ċertifikati, ir-rekords u r-rapporti meħtieġa sabiex jawtentikati it-twettieq ta’ dawk it-testijiet.

5.

L-imparzjalità ta’ l-impjegati ta’ spezzjoni għandha tiġi garantita. Il-ħlas tagħhom m’ għandux jiddependi fuq in-numru ta’ testijiet imwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ dawk it-testijiet.

6.

Il-korp għandu jagħmel assigurazzjoni dwar ir-responsabbiltà, ħlief jekk ir-responsabbiltà tiegħu taqa’ fuq l-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew jekk l-Istat Membru nnifsu jkun direttament responsabbli għat-testijiet.

7.

L-impjegati tal-korp għandhom ikunu marbuta li josservaw s-segretezza professjonali (ħlief fir-rigward ta’ l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istat li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu) taħt din id Direttiva jew kull dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li tagħtiha effett.