1992L0029 — MT — 11.12.2008 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/29/KEE

tal-31 ta' Marzu 1992

dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti

(ĠU L 113, 30.4.1992, p.19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M2

DIRETTIVA 2007/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

  L 165

21

27.6.2007

►M3

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/29/KEE

tal-31 ta' Marzu 1992

dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 118a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ), stabbilita wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-programm tagħha li jikkonċerna s-sigurtà, l-iġjene, u saħħa fuq il-post tax-xogħol ( 4 ) tikkunsidra miżuri sabiex tiżgura trattament mediku fuq il-baħar;

Billi s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema abbord bastiment, li jkun jikkostitwixxi post tax-xogħol li jinvolvi firxa kbira ta' riskji, waqt li żżomm f'moħħha, inter alia, l-iżolazzjoni ġeografika, fejn ikun xieraq, jeħtieġu attenzjoni speċjali;

Billi l-bastimenti għandhom ikollhom provvisti adegwati ta' mediċina, miżmumin f'kondizzjoni tajba u kkontrollati f'intervalli regolari, sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jiksbu t-trattament mediku meħtieġ fuq il-baħar;

Billi, sabiex ikun żgurat trattament mediku xieraq fuq il-baħar, għandu jkun imħeġġeġ it-taħriġ tal-baħħara u t-tixrid ta' l-informazzjoni għall-baħħara fir-rigward ta' użu ta' provvisti ta' mediċina;

Billi l-użu ta' metodu ta' konsultazzjoni medika ta' distanza twila tikkostitwixxi mod effiċjenti ta' kontribuzzjoni għall-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, it-termini segwenti għandhom ikollhom it-tifsiriet li ġejjin:

(a)  bastiment: kull bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew hu irreġistrat taħt ġurisdizzjoni plenarja ta' Stat Membru, tas-sajd tal-baħar jew dak estwarju, ta' propjetà privata jew pubblika, minbarra:

 bastimenti ta' navigazzjoni interna,

 bastimenti tal-gwerra,

 dgħajjes tad-divertiment għal użu mhux kummerċjali li ma jkollhomx ekwipaġġ professjonali,

 vapuri ta' l-irmonk (tugs) li jaħdmu fil-portijiet.

Bastimenti għandhom jiġu kklassifikati fi tliet kategoriji skond l-Anness 1;

(b)  ħaddiem: kull persuna li tagħmel xogħol abbord bastiment, inklużi dawk li jkunu qegħdin jitħarrġu jew apprentisti, iżda piloti tal-portijiet u persunal tax-xatt li jkunu qegħdin jagħmlu xogħol abbord il-bastiment waqt li jkun sorġut max-xatt huma esklużi;

(ċ)  sid: is-sid irreġistrat tal-bastiment sakemm il-bastiment ma jkunx mikri jew immexxi, sew jekk parzjalment u sew jekk kollu kemm hu, minn persuna naturali jew legali għajr is-sid irreġistrat taħt it-termini ta' qbil amministrattiv; f'dak il-każ is-sid għandu jitqies bħala il-kerrej jew bħala il-persuna naturali jew legali li timmaniġġja l-bastiment kif xieraq;

(d)  provvisti ta' mediċina: mediċini, tagħmir mediku u antidoti, li lista mhux eżawrjenti tagħhom hija mogħtija fl-Anness II;

(e)  antidotu: sustanza użata sabiex tipprevieni jew għat-trattament ta' effett jew effetti ħżiena, diretta jew indiretta, ta' sustanza waħda jew aktar inkluża fil-lista ta' sustanzi perikolużi fl-Anness III.

L-Artikolu 2

Mediċini u tagħmir mediku — Infermerija — Tabib

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

1. 

(a) kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew li jkun irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu dejjem iġorr abbord provvisti tal-mediċina li għallinqas jissodisfaw, fit-termini ta' kwalità, l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-Anness II,it-Taqsimiet I u II għall-kategorija ta' bastiment li għaliha jkun jappartieni;

(b) il-kwantitajiet ta' prodotti mediċinali u tagħmir mediku li għandhom jinġarru ikunu jiddependu fuq in-natura tal-vjaġġ — b'mod partikolari il-portijiet li jżur, id-destinazzjoni, it-tul — it-tip ta' xogħol li għandu jitwettaq jew it-tipi ta' xogħol li għandhom jitwettqutul il-vjaġġ, in-natura tal-merkanzija u n-numru ta' ħaddiema;

(ċ) il-kontenut tal-mediċini u t-tagħmir mediku inkluż fil-provvisti tal-mediċina ikunu ddettaljati fuq lista ta' kontroll li għallinqas tkun tikkorrispondi għall-qafas ġenerali stabbilit fl-Artikolu IV, it-Taqsimiet A, B u Ċ II 1 u II 2;

2. 

(a) għall-kull ċattra jew dgħajsa ta' emerġenza, kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu jġorr kaxxa bil-mediċina, issiġillata b'mod li ma tixxarrabx li jkun fiha il-provvisti speċifikati fl-Anness II, it-Taqsimiet I u II, għall-bastimenti ta' kategorija Ċ;

(b) il-kontenut ta' dawn il-kaxxi ikun iddettaljat ukoll fuq il-lista ta' kontroll imsemmija fil- paragrafu 1(ċ);

3. Kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu, ta' aktar minn 500 tunnellata grossa rreġistrati, b'ekwipaġġ ta' ħmistax-il ħaddiem jew aktar u impenjat fi vjaġġ ta' tlett ijiem jew aktar, ikollu infermerija li fiha jkun jista' jingħata trattament mediku taħt kondizzjonijiet materjali u iġjeniċi sodisfaċenti;

4. Kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu, b'ekwipaġġ ta' 100 ħaddiem jew iktar u impenjat fuq vjaġġ internazzjonali ta' tlett ijiem jew iktar, ikollu tabib responsabbli għall-kura medika tal-ħaddiema abbord.

L-Artikolu 3

Antidoti

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

1. kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu u li jġorr xi waħda mis-sustanzi perikolużi fl-Anness III jġorr abbord provvisti tal-mediċina li jinkludu għallinqas l-antidoti mniżżla fit-Taqsima III ta' l-Anness II;

2. fuq kull tip ta' bastiment ta' ġarr ta' passiġġierili jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu, li l-kondizzjonijiet ta' ħidma tiegħu mhux dejjem jagħmluha possibbli li wieħed ikun jaf tajjeb bil-quddiem in-natura tas-sustanzi perikolużi li jkunu qegħdin jiġu trasportati, jkollu provvisti tal-mediċina li jkunu jinkludu għallinqas antidoti mniżżla fit-Taqsima III ta' l-Anness II.

Madanakollu, fejn b'mod regolari, il-vjaġġ għandu jieħu inqas minn sagħtejn, l-antidoti jistgħu ikunu llimitati għal dawk li għandhom jiġu amministrati f'każijiet ta' emerġenza estrema f'perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx it-tul normali tal-vjaġġ;

3. il-kontenut tal-provvisti tal-mediċina, fir-rigward ta' antidoti, għandhom ikunu ddettaljati fuq lista ta' kontroll li tikkorrispondi għallinqas mal-kuntest ġenerali stabbilit fl-Anness IV, it-Taqsimiet A, B u Ċ, II 3.

L-Artikolu 4

L-Allokazzjoni tar-responsabbilitajiet

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

1. 

(a) il-forniment u l-mili mill-ġdid ta' provvisti tal-mediċina ta' kull bastiment li jtajjar il-bandiera jew hu irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu isiru fuq ir-responsabbilità esklużiva tas-sid, mingħajr l-ebda ħlas mill-ħaddiema;

(b) l-amministrazzjoni tal-provvisti tal-mediċina taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-kaptan tal-bastiment; huwa jista', mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità tiegħu, jiddelega l-użu u l-manteniment tal-provvisti tal-mediċina lil ħaddiem wieħed jew iktar maħtura b'mod speċjali skond il-kompetenza tagħhom;

2. Il-provvisti tal-mediċina jinżammu f'kondizzjoni tajba u jerġgħu jiġu mimlija u/jew mibdula kull meta jkun possibbli, u f'kull każ bħala parti ta' prijorità fil-proċedura normali ta' forniment mill-ġdid;

3. F'każ ta' emerġenza stabbilita mill-kaptan, sakemm ikun possibbli wara li tkun miksuba opinjoni medika, il-mediċini, tagħmir mediku u antidoti meħtieġa li ma jkunux disponibbli abbord ikunu magħmula disponibbli mill-iktar fis possibbli.

L-Artikolu 5

Informazzjoni u taħriġ

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

1. il-provvisti tal-mediċina jkunu akkumpanjati b'manwal wieħed jew iktar għall-użu tagħhom, inklużi struzzjonijiet għall-użu ta' għallinqas l-antidoti meħtieġa fl-Anness II, it-Taqsima III;

2. il-persuni kollha li jingħataw taħriġ profesjonali marittimu u li jkollhom il-ħsieb li jaħdmu abbord vapur ikunu ġew mogħtija taħriġ bażiku f'miżuri tal-mediċina u ta' emerġenza li għandhom jittieħdu immedjatament f'każ ta' aċċident jew emerġenza medika serja;

3. il-kaptan u kull ħaddiem jew ħaddiema li lilu (lilhom) huwa jkun iddelega l-użu ta' provvisti tal-mediċina skond l-Artkolu 4(1)(b) jkunu rċevew taħriġ speċjaliaġġornat perjodikament, għallinqas kull ħames snin, waqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni r-riskji speċifiċi u l-bżonnijiet marbuta mal-kategoriji differenti tal-bastiment u skond il-linji ta' gwida maħruġa fl-Anness V.

L-Artikolu 6

Konsultazzjonijiet tal-mediċina bir-radju

1.  Sabiex ikun żgurat trattament ta' emerġenza għall-ħaddiema, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

(a) jkun innominat ċentru wieħed jew aktar sabiex jipprovdu parir mediku bir-radju lill-ħaddiema;

(b) uħud mit-tobba li jagħtu s-servizzi tagħhom għaċ-ċentri ta' konsultazzjoni bir-radju ikunu ġew imħarrġa f'kondizzjonijiet speċjali li jipprevalu abbord il-vapur.

2.  Sabiex itejbu l-parirmogħti, iċ-ċentri ta' konsultazzjoni bir-radju għandhom iżommu records tal-mediċina, bil-qbil tal-ħaddiema kkonċernati.

Records bħal dawn għandhom jinżammu konfidenzjali.

L-Artikolu 7

L-Ispezzjoni

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li persuna kompetenti jew l-awtorità kompetenti twettaq spezzjoni annwali sabiex tikkontrolla li fuq kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu:

 il-provvisti tal-mediċina jissodisfaw il-ħtiġiet minimi ta' din id-Direttiva;

 il-lista ta' kontroll li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 2(1) (ċ) tikkonferma li l-provvisti tal-mediċina jaqblu ma' dawk il-ħtiġiet minimi;

 il-provvisti tal-mediċina huma miżmumab'mod korrett;

 kull data ta' skadenza ta'mediċina tkun ġiet irrispettata.

2.  Spezzjonijiet fuq provvisti tal-mediċina miżmuma fuq ċattri ta' emerġenza għandhom isiru matul il-perjodu ta' manutenzjoni annwali taċ-ċattri ta' emerġenza.

Dawk l-ispezzjonijiet jistgħu jiġu eċċezzjonalment posposti sa mhux aktar minn ħames xhur.

▼M3

L-Artikolu 8

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat sabiex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi ta' l-Annessi ta' din id-Direttiva, fid-dawl tal-progress tekniku jew ta' bidliet f'regolamenti jew speċifikazzjonijiet internazzjonali u ta' skoperti ġodda fil-qasam.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fil-paragrafu 2. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fil-paragrafu 3.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼B

L-Artikolu 9

Id-Dispożizzjonijiet finali

1.  L-Istati Membri għandħom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 1994. Għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, miżuri bħal dawn għandhom ikun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif isiru referenzi bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet ta' liġi nazzjonali li huma jkunu diġà adottaw jew liema jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

▼M2 —————

▼M2

L-Artikolu 9a

Rapport ta’ implimentazzjoni:

Kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva fil-forma ta’ kapitolu speċifiku tar-rapport uniku msemmi fl-Artikolu 17 a(1), (2) u (3), tad-Direttiva 89/391/KEE li jservi ta’ bażi għall-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 17a (4) ta’ dik id-Direttiva.

▼B

L-Artikolu 10

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

KATEGORIJI TA' BASTIMENTI

(L-Artikolu 1(a))

A. Bastimenti tal-baħar jew tas-sajd tal-baħar, mingħajr limitazzjoni fuq it-tul tal-vjaġġi.

B. Bastimenti tal-baħar jew tas-sajd li jagħmlu vjaġġi ta' inqas minn 150 mil nawtiku mill-eqreb port b'tagħmir mediku adegwat ( 5 ).

Ċ. Bastimenti, dgħajjes u bċejjeċ tal-baħar ta' ġewwa l-port li jibqgħu qrib ix-xatt jew mingħajr akkomodazzjoni f'kabina għajr fejn hemm it-tmun.




L-ANNESS II

PROVVISTI TAL-MEDIĊINA (LISTA MHUX EŻAWRJENTI)

(L-Artikolu 1(d))

I.   MEDIĊINI



Kategoriji ta' bastimenti

 

A

B

Ċ

1.  Kardjovaskolari

(a)  Analettiċi Kardjo – ċirkolatorji — Sympathomimetics

×

×

 

(b)  Preparazzjonijiet kontra l-anġina

×

×

×

(ċ)  Dijurettiċi

×

×

 

(d)  Anti-emorrarġiċi inklużi uterotoniċi meta jkun hemm nisa abbord

×

×

×

(e)  Anti-ipertensjoni

×

 
 

2.  Sistema gastro-intestinali

(a)  Mediċini għal diżordnijiet gastriċi u duwodenali

 
 
 

—  Riċettaturi Histamine H2 antagonisti anti-ulċeri

×

 
 

—  Taħlit kontra aċidu mukuż

×

×

 

(b)  Kontra l-vomtu

×

×

×

(ċ)  Lassativi lubrikanti

×

 
 

(d)  Kontra d-dijarea

×

×

×

(e)  Antisettiċi intestinali

×

×

 

(f)  Preparazzjonijiet għall-emerrojdi

×

×

 

3.  Analġessiċi u anti-spasmodiċi

(a)  Analġessiċi, anti-pyretics u preparazzjonijiet kontra l-infjammazjoni

×

×

×

(b)  Analġessiċi qawwija

×

×

 

(ċ)  Spasmolitiċi

×

×

 

4.  Sistema nervuża

(a)  Ansjolitiċi

×

×

 

(b)  Nevralettiċi

×

×

 

(ċ)  Rimedji kontra l-mard tal-baħar

×

×

×

(d)  Anti-epilettiċi

×

 
 

5.  Kontra l-allerġija u anti-anaphylactics

(a)  H1 Anti-histaminics

×

×

 

(b)  Glucocorticoids li jittieħdu bis-siringa

×

×

 

6.  Sistema respiratorja

(a)  Taħlit għall-bronkospasmu

×

×

 

(b)  Anti-tussivi

×

×

 

(ċ)  Mediċini użati għall-irjieħat jew sinusite

×

×

 

7.  Kontra l-infezzjonijiet

(a)  Antibijotiċi (għallinqas żewġ familji)

×

×

 

(b)  Sulfamidu għal kontra l-batterji

×

×

 

(ċ)  Antisettiċi urinarji

×

 
 

(d)  Kontra l-parassiti

×

×

 

(e)  Kontra infezzjonijiet intestinali

×

×

 

(f)  Tlaqqim kontra t-tetnu u immunuglobulini

×

×

 

8.  Taħlitiet li jgħinu r-ri-idratazzjoni, t-teħid ta' kaloriji u l-espansjoni tal-plasma

×

×

 

9.  Mediċini għal użu estern

(a)  Mediċini tal-ġilda

—  Soluzzjonijiet antisettiċi

×

×

×

—  Ingwenti antibijotiċi

×

×

 

—  Ingwenti kontra infjammazzjonijiet u analġessiċi

×

×

 

—  Kremi tal-ġilda anti-mikotiċi

×

 
 

—  Preparazzjonijiet għal kontra l-ħruq

×

×

×

(b)  Mediċini ta' l-għajnejn

—  Qtar antibijotiċi

×

×

 

—  Qtar antibijotiċi u konta l-infjammazjoni

×

×

 

—  Qtar anestetiku

×

×

 

—  Qtar ipotoniku mijotiku

×

×

 

(ċ)  Mediċini tal-widnejn

—  Soluzzjonijiet antibijotiċi

×

×

 

—  Soluzzjonijiet anestetiċi u konta l-infjammazjoni

×

×

 

(d)  Mediċini għal infezzjonijiet tal-ħalq u tal-griżmejn

—  Ħasil tal-ħalq antibijotiiku u antisettiku

×

×

 

(e)  Anestetiċi lokali

—  Anestetiċi lokali bl-użu tal-friża

×

 
 

—  Anestetiċi lokali mogħtija b'injezzjoni taħt ix-xaħam tal-ġilda

×

×

 

—  Anestetiku u taħlit antisettiċi dentali

×

×

 

II.   TAGĦMIR MEDIKU



Kategoriji ta' bastimenti

 

A

B

Ċ

1.  Tagħmir ta' risuxxitazzjoni

—  Strument ta' risuxxitazzjoni manwali

×

×

 

—  Strument għall-amministrazzjoni ta' ossiġnu b'valv li jnaqqas il-pressjoni sabiex l-ossiġnu industrijali tal-vapur ikun jista' jigi użat, jew kontenitur ta' l-ossiġnu

×

× (1)

 

—  Aspiratorju mekkanizzat biex jiġu miftuħa passaġġi respiratorji ta' fuq

×

×

 

—  Pajp użat għar-risuxxitazzjoni minn ħalq għal ħalq

×

×

×

2.  Tagħmir tal-medikatura u tas-sutura

—  Stejpler tas-sutura li tintuża darba jew kit tas-sutura bil-labar

×

×

 

—  Faxex elastiċi adesivi

×

×

×

—  Strippi tal-garża

×

 
 

—  Garża f'forma ta' tubu għall-faxex tas-swaba

×

 
 

—  Kompressi ta' garża sterilizzata

×

×

×

—  Tajjar

×

×

 

—  Liżar sterilizzat għall-vittmi ta' ħruq

×

×

 

—  Faxxa trijangulari (sling)

×

×

 

—  Ingwanti tal-polietelin li jintużaw darba

×

×

×

—  Faxex adesivi

×

×

×

—  Faxex ta' kompressjoni sterilizzati

×

×

×

—  Suturi adesivi jew faxex ta' ossidu taż-żingu

×

×

×

—  Suturi mhux assorbenti bil-labar

×

 
 

—  Garża bil-vażelina

×

×

 

3.  Strumenti

—  Lanzetti li jintużaw darba

×

 
 

—  Kaxxa ta' l-istrumenti ta' l-istainless-steel

×

×

 

—  Imqass

×

×

 

—  Pinzetti tat-tiflil

×

×

 

—  Pinzetti Haemostatic

×

×

 

—  Pinzetti tal-labar

×

 
 

—  Xfafar li jintużaw darba

×

 
 

4.  Apparat ta' eżaminazzjoni u moniteraġġ

—  Depressuri ta' l-ilsien li jintużaw darba

×

×

 

—  Strixxi rejattivi għall-analiżi ta' l-urina

×

 
 

—  Tabelli tat-temperatura

×

 
 

—  Lożor għal evakwazzjoni medika

×

×

 

—  Stetoskopju

×

×

 

—  Spigmomanometru anerojdu

×

×

 

—  Termometru mediku standard

×

×

 

—  Termometru ipotermiku

×

×

 

5.  Tagħmir għall-injezzjoni, tifrigħ, titqib u kateterizzazzjoni

—  Strumenti għad-drenaġġ intern

×

 
 

—  Sett tad-drip tar-rektum

×

 
 

—  Filtru ta' infużjoni li jintuża darba

×

 
 

—  Borża għal drenaġġ urinali

×

 
 

—  Siringi u labar li jintużaw darba

×

×

 

—  Kateter

×

 
 

6.  Tagħmir mediku ġenerali

—  Tapsina

×

 
 

—  Flixkun ta' l-ilma sħun

×

 
 

—  Flixkun ta' l-urina

×

 
 

—  Borża tas-silġ

×

 
 

7.  Tagħmir ta' immobilizzar u stabilizzazzjoni

—  Qassaba malleabbli tas-swaba

×

×

 

—  Qassaba malleabbli għad-driegħ jew għall-id

×

×

 

—  Qassaba li tintefaħ

×

×

 

—  Qassaba għall-koxxa

×

×

 

—  Kullar għall-immobilizzazjoni ta' l-għonq

×

×

 

—  Qassaba Thomas jew saqqu bit-toqob żgħar

×

 
 

8.  Diżinfettazjoni, diżinsettitazzjoni u profilassi

—  Taħlita ta' diżinfettazzjoni ta' l-ilma

×

 
 

—  Insettiċida likwidu

×

 
 

—  Trab insettiċida

×

 
 

(1)   Taħt il-kondizzjonijiet ta' l-użu preskritti mil-liġijiet u/jew prattiki nazzjonali.

III.   ANTIDOTI

1.   Mediċini

 Ġenerali

 Kardjovaskolari

 Sistema gastro-intestinali

 Sistema nervuża

 Sistema respiratorja

 Anti-infettiva

 Għal użu estern

2.   Tagħmir mediku

 Neċessarju għall-amministrazzjoni ta' l-ossiġenu (li jinkludi rekwisiti tal-manutenzjoni)

Nota

Għall-implimentazzjoni ddettaljata tat-Taqsima III, l-Istati Membri jistgħu jirreferu għall-Gwida Medika għall-Ewwel Għajnuna ta' l-IMO għall-użu f'aċċidenti li jinvolvu oġġetti perikolużi (MFAG) li tinsab fl-edizzjoni kkonsolidata ta' l-1990 tal-Kodiċi Internazzjonali Marittimi ta' Oġġetti Perikolużi ta' l-IMO.

Kull adattament tat-Taqsima III fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 8 jista' jagħti każ, inter alia, ta' kull aġġornament tal-MFAG.




L-ANNESS III

SUSTANZI PERIKOLUŻI

(L-Artikolu 1(e) u l-Artikolu 3(1))

Is-sustanzi elenkati f'dan l-Anness għandhom jiġu meqjusa f'kull mod li jiġu ttrasportati abbord, inkluż f'forma ta' skart jew residwi ta' merkanzija.

 Sustanzi u oġġetti splussivi,

 Gassijiet: kompressati, likwidifikati jew maħlula taħt pressjoni,

 Likwidi infjammabbli,

 Solidi infjammabbli,

 Sustanzi li jistgħu joħolqu kombustjoni spontanja,

 Sustanzi li, f'kuntatt ma' l-ilma, joħolqu gassijiet infjammabbli,

 Sustanzi kombustibbli,

 Perossidiorganiċi,

 Sustanzi tossiċi,

 Sustanzi infettivi,

 Sustanzi radjoattivi,

 Sustanzi korrużivi,

 Sustanzi varji perikolużi, i.e. kull sustanza oħra li l-esperjenza uriet, jew tista' turi, li hija perikoluża, b'tali mod li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 jeħtieġu li jiġu applikati.

Nota

Għall-implimentazzjoni ddettaljata ta' dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu jirreferu għall-edizzjoni kkonsolidata ta' l-1990 tal-Kodiċi Internazzjonali ta' Oġġetti Marittimi Perikolużi ta' l-IMO.

Kull adattament ta' dan l-Anness fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 8 jista' jagħti każ, inter alia, ta' kull aġġornament tal-Kodiċi Internazzjonali ta' Oġġetti Marittimi Perikolużi ta' l-IMO.




L-ANNESS IV

STRUTTURA ĠENERALI GĦALL-ISPEZZJONI TAL-PROVVISTI TAL-MEDIĊINA TAL-BASTIMENTI

(L-Artikolu 2(1)(ċ), l-Artikolu 3(3))

IT-TAQSIMA A. BASTIMENTI TA' KATEGORIJA A

I.   Dettalji tal-bastimenti

Isem: …

Bandiera: …

Port fejn il-bastiment ikun stazzjonat: …

II.   Provvisti tal-mediċina



 

Kwantitajiet meħtieġa

Kwantitajiet fil-fatt imġarra abbord

Rimarki (b'mod partikolari, kull data ta' skadenza)

1.  MEDIĊINA

1.1.  Kardjovaskolari

(a)  Analettiċi kardjo-ċirkulatorji —Sympathomimetics

0

0

0

(b)  Preparazzjonijiet kontra l-anġina

0

0

0

(ċ)  Djuretiċi

0

0

0

(d)  Anti-emorrarġiċi inklużi uterotoniċi jekk ikun hemm nisa abbord

0

0

0

(e)  Kontra l-ipertensjoni

0

0

0

1.2.  Sistema gastro-intestinali

(a)  Mediċini għal disordnijiet gastriċi u duwodenali

 
 
 

—  Riċettaturi Histamine H2 antagonisti anti-ulċeri

0

0

0

—  Duwa kontra aċidu mukuż

0

0

0

(b)  Kontra l-vomtu

0

0

0

(ċ)  Lassattivi lubrikanti

0

0

0

(d)  Kontra d-dijarea

0

0

0

(e)  Antisettiċi intestinali

0

0

0

(f)  Preparazzjonijiet għall-emorrojdi

0

0

0

1.3.  Analġessiċi u anti-spasmodiċi

(a)  Analġessiċi, anti-pyretics u preparazzjonijiet kontra l-infjammazzjoni

0

0

0

(b)  Analġessiċi qawwija

0

0

0

(ċ)  Spasmolitiċi

0

0

0

1.4.  Sistema nervuża

(a)  Ansjolitiċi

0

0

0

(b)  Nevralettiċi

0

0

0

(ċ)  Rimedji kontra l-mard tal-baħar

0

0

0

(d)  Anti-epilettiċi

0

0

0

1.5.  Kontra l-allerġiji u anti-anaphylactics

(a)  H1 Anti-histaminics

0

0

0

(b)  Glucocorticoids li jittieħdu bis-siringa

0

0

0

1.6.  Sistema respiratorja

(a)  Preparazzjonijiet għal bronkospasmu

0

0

0

(b)  Anti-tussivi

0

0

0

(ċ)  Mediċini użati għall-irjieħat jew għal sinusite

0

0

0

1.7.  Kontra l-infezzjonijiet

(a)  Antibijotiċi (għallinqas żewġ familji)

0

0

0

(b)  Sulfamidu għal kontra l-batterji

0

0

0

(ċ)  Antisettiċi urinarji

0

0

0

(d)  Kontra l-parassiti

0

0

0

(e)  Kontra infezzjonijiet intestinali

0

0

0

(f)  Tlaqqim kontra t-tetnu u immunoglobuli

0

0

0

1.8.  Taħlit li jgħinu r-ri-idratazzjoni, teħid ta' kaloriji u espansjoni tal-plasma

0

0

0

1.9.  Mediċini għal użu estern

(a)  Mediċini tal-ġilda

—  Soluzzjonijiet antisettiċi

0

0

0

—  Ingwenti antibijotiċi

0

0

0

—  Ingwenti kontra infjammazzjonijiet u analġessiċi

0

0

0

—  Kremi tal-ġilda anti-mikotiċi

0

0

0

—  Preparazzjonijiet għal kontra l-ħruq

0

0

0

(b)  Mediċini ta' l-għajnejn

—  Qtar antibijotiċi

0

0

0

—  Qtar antibijotiċi u kontra l-infjammazzjoni

0

0

0

—  Qtar anestetiċi

0

0

0

—  Qtar ipotoniku mijotiku

0

0

0

(ċ)  Mediċini tal-widnejn

—  Soluzzjonijiet antibijotiċi

0

0

0

—  Soluzzjonijiet anestetiċi u kontra l-infjammazzjoni

0

0

0

(d)  Mediċini għal infezzjonijiet tal-ħalq u tal-griżmejn

—  Ħasil tal-ħalq antibijotiku u antisettiku

0

0

0

(e)  Anestetiċi lokali

—  Anestetiċi lokali bl-użu tal-friża

0

0

0

—  Anestetiċi lokali mogħtija permezz ta' injezzjoni fix-xaħam ta' taħt il-ġilda

0

0

0

—  Anestetiċi dentali u taħlit antisettiku

0

0

0

2.  TAGĦMIR MEDIKU

2.1.  Tagħmir tar-risuxxitazzjoni

—  Apparat manwali ta' risuxxitazzjoni

0

0

0

—  Strument għall-amministrazzjoni ta' ossiġnu b'valv li jnaqqas il-pressjoni sabiex l-ossiġnu industrijali tal-vapur ikun jista' jiġi użat, jew kontenitur ta' l-ossiġnu

0

0

0

—  Aspiratorju mekkaniku sabiex jiftaħ il-passaġġi respiratorji ta' fuq

0

0

0

—  Pajp użat għar-risuxxitazzjoni minn ħalq għal ħalq

0

0

0

2.2.  Tagħmir tal-medikatura u ta' sutura

—  Stejpler tas-sutura li tintuża darba jew kit tas-sutura bil-labar

0

0

0

—  Faxex elastiċi adesivi

0

0

0

—  Strippi tal-garża

0

0

0

—  Garża f'forma ta' tubu għal faxex tas-swaba

0

0

0

—  Kompressi ta' garża sterilizzata

0

0

0

—  Tajjar

0

0

0

—  Liżar sterilizzat għall-vittmi ta' ħruq

0

0

0

—  Faxxa trijangulari (sling)

0

0

0

—  Ingwanti tal-polietelin li jintużaw darba

0

0

0

—  Faxex adesivi

0

0

0

—  Faxex ta' kompressjoni sterilizzati

0

0

0

—  Suturi adesivi jew faxex ta' ossidu taż-żingu

0

0

0

—  Suturi mhux assorbenti bil-labar

0

0

0

—  Garża bil-vażelina

0

0

0

2.3.  Strumenti

—  Lanzetti li jintużaw darba

0

0

0

—  Kaxxa ta' l-istrumenti ta' l-istainless steel

0

0

0

—  Imqass

0

0

0

—  Pinzetti tat-tiflil

0

0

0

—  Pinzetti haemostatic

0

0

0

—  Pinzetti tal-labar

0

0

0

—  Xfafar li jintużaw darba

0

0

0

2.4.  Apparat ta' eżaminazzjoni u moniteraġġ

—  Depressuri ta' l-ilsien li jintużaw darba

0

0

0

—  Strixxi reattivi għall-analżi ta' l-urina

0

0

0

—  Tabelli tat-temperatura

0

0

0

—  Lożor ta' l-evakwazzjoni medikali

0

0

0

—  Stetoskopju

0

0

0

—  Sfigmomanometru anerojdu

0

0

0

—  Termometru mediku standard

0

0

0

—  Termometru ipotermiku

0

0

0

2.5.  Apparat għall-injezzjoni, tifrigħ, titqib u kateterizzazzjoni

—  Strumenti għad-drenaġġ intern

0

0

0

—  Sett tad-drip tar-rektum

0

0

0

—  Filtru ta' infużjoni li jintuża darba

0

0

0

—  Borża għal drenaġġ urinali

0

0

0

—  Siringi u labar li jintużaw darba

0

0

0

—  Kateter

0

0

0

2.6.  Tagħmir mediku ġenerali

—  Tapsina

0

0

0

—  Flixkun ta' l-ilma sħun

0

0

0

—  Flixkun ta' l-urina

0

0

0

—  Borża tas-silġ

0

0

0

2.7.  Tagħmir ta' immobilizzazzjoni u ta' stabilizzazzjoni

—  Qassaba malleabbli tas-swaba

0

0

0

—  Qassaba malleabbli tad-driegħ jew ta' l-id

0

0

0

—  Qassaba li tintefaħ

0

0

0

—  Qassaba għall-koxxa

0

0

0

—  Kullar għall-immobilizzazzjoni ta' l-għonq

0

0

0

—  Qassaba Thomas jew saqqu bit-toqob żgħar

0

0

0

2.8.  Diżinfettazjoni, diżinsettitazzjoni u profilassi

—  Taħlita ta' diżinfettazzjoni ta' l-ilma

0

0

0

—  Insettiċida likwidu

0

0

0

—  Trab insettiċida

0

0

0

3.  ANTIDOTI

3.1.  Ġenerali

0

0

0

3.2.  Kardjo-vaskolari

0

0

0

3.3.  Sistema gastro-intestinali

0

0

0

3.4.  Sistema nervuża

0

0

0

3.5.  Sistema respiratorja

0

0

0

3.6.  Anti-infettiva

0

0

0

3.7.  Għal użu estern

0

0

0

3.8.  Oħrajn

0

0

0

3.9.  Meħtieġa għall-amministrazzjoni ta' l-ossiġnu

0

0

0

Post u data: …

Firma tal-kaptan: …

Approvazzjoni tal-persuna jew ta' l-awtorità kompetenti: …

IT-TAQSIMA B. BASTIMENTI TA' KATEGORIJA B

I.   Dettalji tal-bastiment

Isem: …

Bandiera: …

Port fejn il-bastiment ikun stazzjonat: …

II.   Provvisti tal-mediċina



 

Kwantitajiet meħtieġa

Kwantitajiet fil-fatt imġarra abbord

Rimarki (b'mod partikolari, kull data ta' skadenza)

1.  MEDIĊINA

1.1.  Kardjovaskolari

(a)  Analettiċi kardjo – ċirkulatorji — Sympathomimetics

0

0

0

(b)  Preparazzjonijiet kontra l-anġina

0

0

0

(ċ)  Dijurettiċi

0

0

0

(d)  Anti-emorrarġiċiinklużi uterotoniċi jekk ikun hemm nisa abbord

0

0

0

1.2.  Sistema gastro-intestinali

(a)  Mediċini għal disordnijiet gastriċi u duwodenali

 
 
 

—  Taħlit kontra aċidu mukuż

0

0

0

(b)  Kontra l-vomtu

0

0

0

(ċ)  Kontra d-dijarea

0

0

0

(d)  Antisettiċi intestinali

0

0

0

(e)  Preparazzjonijiet għall-emerrojdi

0

0

0

1.3.  Analgessiċi u anti-spasmodiċi

(a)  Analġessiċi, anti-pyretics u preparazzjonijiet kontra l-infjammazzjoni

0

0

0

(b)  Analġessiċi qawwija

0

0

0

(ċ)  Spasmolitiċi

0

0

0

1.4.  Sistema nervuża

(a)  Ansjolitiċi

0

0

0

(b)  Nevralettiċi

0

0

0

(ċ)  Rimedji kontra l-mard tal-baħar

0

0

0

1.5.  Kontra l-allerġija u anti-anaphylactics

(a)  H1 Anti-histaminics

0

0

0

(b)  Glucocorticoids li jittieħdu bis-siringa

0

0

0

1.6.  Sistema respiratorja

(a)  Preparazzjonijiet għal bronkospasmu

0

0

0

(b)  Anti-tussivi

0

0

0

(ċ)  Mediċini użati għall-irjieħat jew għal sinusite

0

0

0

1.7.  Kontra l-infezzjonijiet

(a)  Antibijotiċi (għallinqas żewġ familji)

0

0

0

(b)  Sulfamidu għal kontra l-batterji

0

0

0

(ċ)  Kontra l-parassiti

0

0

0

(d)  Kontra infezzjonijietintestinali

0

0

0

(e)  Tlaqqim kontra t-tetnu u immunoglobuli

0

0

0

1.8.  Taħlit li jgħinu r-ri-idratazzjoni, teħid ta' kaloriji u espansjoni tal-plasma

0

0

0

1.9.  Mediċini għal użu estern

(a)  Mediċini tal-ġilda

—  Soluzzjonijiet antisettiċi

0

0

0

—  Ingwenti antibijotiċi

0

0

0

—  Ingwenti kontra infjammazzjonijiet u analġessiċi

0

0

0

—  Preparazzjonijiet għal kontra l-ħruq

0

0

0

(b)  Mediċini ta' l-għajnejn

—  Qtar antibijotiċi

0

0

0

—  Qtar antibijotiċi u kontra l-infjammazzjoni

0

0

0

—  Qtar anestetiċi

0

0

0

—  Qtar ipotoniku mijotiku

0

0

0

(ċ)  Mediċini tal-widnejn

—  Soluzzjonijiet antibijotiċi

0

0

0

—  Soluzzjonijiet anestetiċi u konta l-infjammazzjoni

0

0

0

(d)  Mediċini għal infezzjonijiet tal-ħalq u tal-griżmejn

—  Ħasil tal-ħalq antibijotiiku u antisettiku

0

0

0

(e)  Anestetiċi lokali

—  Anestetiċi lokali mogħtija permezz ta' injezzjoni fix-xaħam ta' taħt il-ġilda

0

0

0

—  Anestetiċi dentali u taħlit antisettiku

0

0

0

2.  TAGĦMIR MEDIKU

2.1.  Tagħmir ta' risuxxitazzjoni

—  Apparat manwali ta' risuxxitazzjoni

0

0

0

—  Strument għall-amministrazzjoni ta' ossiġnu b'valv li jnaqqas il-pressjoni sabiex l-ossiġnu industrijali tal-vapur jkun jista' jiġi użat, jew kontenitur ta' l-ossiġnu.

0

0

0

—  Aspiratorju mekkaniku sabiex jiftaħ il-passaġġi respiratorji ta' fuq

0

0

0

—  Pajp użat għar-risuxxitazzjoni minn ħalq għal ħalq

0

0

0

2.2.  Tagħmir tal-medikatura u ta' sutura

—  Stejpler tas-sutura li tintuża darba jew kit tas-sutura bil-labar

0

0

0

—  Faxex elastiċi adesivi

0

0

0

—  Kompressi ta' garża sterilizzata

0

0

0

—  Tajjar

0

0

0

—  Liżar sterilizzat għall-vittmi ta' ħruq

0

0

0

—  Faxxa trijangulari (sling)

0

0

0

—  Ingwanti tal-polietelin li jintużaw darba

0

0

0

—  Faxex adesivi

0

0

0

—  Faxex ta' kompressjoni sterilizzati

0

0

0

—  Suturi adesivi jew faxex ta'ossidu taż-żingu

0

0

0

—  Garża bil-vażelina

0

0

0

2.3.  Strumenti

—  Kaxxa ta' l-istrumenti ta' l-istainless steel

0

0

0

—  Imqass

0

0

0

—  Pinzetti tat-tiflil

0

0

0

—  Pinzetti haemostatic

0

0

0

2.4.  Apparat ta' eżaminazzjoni u moniteraġġ

—  Depressuri ta' l-ilsien li jintużaw darba

0

0

0

—  Lożor ta' l-evakwazzjoni medikali

0

0

0

—  Stetoskopju

0

0

0

—  Sfigmomanometru anerojdu

0

0

0

—  Termometru mediku standard

0

0

0

—  Termometru ipotermiku

0

0

0

2.5.  Apparat għall-injezzjoni, tifrigħ, titqib u kateterizzazzjoni

—  Siringi u labar li jintużaw darba

0

0

0

2.6.  Tagħmir ta' immobilizzazzjoni u ta' stabilizzazzjoni

—  Qassaba malleabbli tas-swaba

0

0

0

—  Qassaba malleabbli tad-driegħ jew ta' l-id

0

0

0

—  Qassaba li tintefaħ

0

0

0

—  Qassaba għall-koxxa

0

0

0

—  Kullar għall-immobilizzazzjoni ta' l-għonq

0

0

0

3.  ANTIDOTI

3.1.  Ġenerali

0

0

0

3.2.  Kardjo – vaskolari

0

0

0

3.3.  Sistema gastro – intestinali

0

0

0

3.4.  Sistema nervuża

0

0

0

3.5.  Sistema respiratorja

0

0

0

3.6.  Anti-infettiva

0

0

0

3.7.  Għal użu estern

0

0

0

3.8.  Oħrajn

0

0

0

3.9.  Meħtieġa għall-amministrazzjoni ta' l-ossiġnu

0

0

0

Post u data: …

Firma tal-Kaptan: …

Awtorizzazzjoni mill-persuna jew mill-awtorità kompetenti: …

IT-TAQSIMA Ċ. BASTIMENTI TA' KATEGORIJA Ċ

I.   Dettalji tal-bastiment

Isem: …

Bandiera: …

Port fejn il-bastiment ikun stazzjonat: …

II.   Provvisti tal-mediċina



 

Kwantitajiet meħtieġa

Kwantitajiet fil-fatt imġarra abbord

Rimarki (b'mod partikolari, kull data ta' skadenza)

1.  MEDIĊINA

1.1.  Kardjovaskolari

(a)  Preparazzjonijiet kontra l-anġina

0

0

0

(b)  Anti-emorrarġiċi inklużi uterotoniċi jekk ikun hemm nisa abbord

0

0

0

1.2.  Sistema gastro-intestinali

(a)  kontra l-vomtu

0

0

0

(b)  kontra d-dijarea

0

0

0

1.3.  Analġessiċi u anti-spasmodiċi

—  Analġessiċi, anti-pyretics u preparazzjonijiet kontra l-infjammazzjoni

0

0

0

1.4.  Sistema nervuża

—  Rimedji għal kontra l-mard tal-baħar

0

0

0

1.5.  Mediċini għal użu estern

—  Mediċini tal-ġilda

0

0

0

—  Soluzzjonijiet antisettiċi

0

0

0

—  Preparazzjonijiet għal kontra l-ħruq

0

0

0

2.  TAGĦMIR MEDIKU

2.1.  Tagħmir ta' risuxxitazzjoni

—  Pajp użat għar-risuxxitazzjoni minn ħalq għal ħalq

0

0

0

2.2.  Tagħmir ta' medikatura u ta' sutura

—  Faxex elastiċi adesivi

0

0

0

—  Kompressi ta' garża sterilizzata

0

0

0

—  Ingwanti tal-polietelin li jintużaw darba

0

0

0

—  Medikaturi adesivi

0

0

0

—  Faxex ta' kompressjoni sterilizzati

0

0

0

—  Suturi adesivi jew faxes ta' ossidu taż-żingu

0

0

0

3.  ANTIDOTI

3.1.  Ġenerali

0

0

0

3.2.  Kardjo-vaskolari

0

0

0

3.3.  Sistema gastro-intestinali

0

0

0

3.4.  Sistema nervuża

0

0

0

3.5.  Sistema respiratorja

0

0

0

3.6.  Anti-infettiva

0

0

0

3.7.  Għal użu estern

0

0

0

3.8.  Oħrajn

0

0

0

3.9.  Meħtieġa għall-amministrazzjoni ta' l-ossiġnu

0

0

0

Post u data: …

Firma tal-kaptan: …

Awtorizzazzjoni tal-persuna jew ta' l-awtorità kompetenti: …




L-ANNESS V

TAĦRIĠ MEDIKU TAL-KAPTAN U TAL-ĦADDIEMA MAĦTURA

(L-Artikolu 5(3))

I. 

1. Fehim bażiku tal-fisjoloġija, simptomatoloġija u terapewtiċi.

2. Elementi ta' mediċina ta' prevenzjoni, prinċipalment ta' iġjene individwali u kollettiva, u elementi ta' miżuri profilattiċi possibbli.

3. Abilità ta' twettiq ta' tipi bażiċi ta' trattament u sorveljanza ta' żbark ta' emerġenza fil-baħar.

Il-persuna responsabbli għat-trattament abbord bastimenti ta' kategorija A għandha jekk ikun possibbli tirċievi taħriġ prattiku fi sptarijiet.

4. Tagħrif iddettaljat ta' kif jintużaw il-faċilitajiet varji ta' konsultazzjoni medika remota.

II. Dan it-taħriġ għandu jagħti każ tal-programmi ta' struzzjonijiet iddettaljati f'dokumenti internazzjonali relevanti riċenti.



( 1 ) ĠU Ċ 183, ta' l-24. 7. 1990, p. 6 u

ĠU Ċ 74, ta' l-20. 3. 1991, p. 11.

( 2 ) ĠU Ċ 48, tal-25. 2. 1991, p. 154 u

ĠU Nru C 326, tas-16. 12. 1991, p. 72.

( 3 ) ĠU Ċ 332, tal-31. 12. 1990, p. 165.

( 4 ) ĠU Ċ 28, tat-3. 2. 1988, p. 3.

( 5 ) Il-Kategorija B għandha tiġi estiża għall-bastimenti tat-tbaħħir jew tas-sajd li jagħmlu vjaġġi ta' anqas min 175 mil nawtiku mill-eqreb port b'tagħmir mediku adegwat u li jibqgħu kontinwament fil-medda li fiha jaħdmu l-elikotteri tas-salvataġġ. Għall-dan l-iskop, kull Stat Membru għandu jgħaddi informazzjoni aġġornata dwar iż-żoni li fihom jiġu pprovduti servizzi ta' salvataġġ bl-elikotteri, u fiċ-ċirkostanzi li fihom jaħdmu:

(a) lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni; u

(b) lill-kaptani ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jew li huma irreġisatrati taħt il-ġuridizzjoni plenarja tiegħu li huma, jew probabbli li jkunu, kkonċernati mill-applikazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu ta' din in-nota tal-qiegħ; l-informazzjoni għandha tingħadda bl-iktar mod xieraq, per eżempju minn ċentri ta' konsultazzjoni bir-radju, ċentri ta' koordinazzjoni għas-salvataġġ jew stazzjonijiet tar-radju mal-kosta.