1991R3922 — MT — 08.04.2012 — 008.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3922/91

tas-16 ta' Diċembru 1991

dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili

(ĠU L 373, 31.12.1991, p.4)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 2176/96 of 13 November 1996 (*)

  L 291

15

14.11.1996

 M2

COMMISSION REGULATION (EC) No 1069/1999 of 25 May 1999 (*)

  L 130

16

26.5.1999

 M3

COMMISSION REGULATION (EC) No 2871/2000 of 28 December 2000 (*)

  L 333

47

29.12.2000

►M4

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1592/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Lulju 2002

  L 240

1

7.9.2002

►M5

REGOLAMENT (KE) Nru 1899/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Diċembru 2006

  L 377

1

27.12.2006

►M6

REGOLAMENT (KE) Nru 1900/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-20 ta' Diċembru 2006

  L 377

176

27.12.2006

 M7

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 8/2008 tal-11 ta' Diċembru 2007

  L 10

1

12.1.2008

►M8

REGOLAMENT (KE) Nru 216/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-20 ta' Frar 2008

  L 79

1

19.3.2008

 M9

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 859/2008 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2008

  L 254

1

20.9.2008



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3922/91

tas-16 ta' Diċembru 1991

dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi, kif previst fl-Artikolu 8a tat-Trattat, għandhom jiġu adottati miżuri bil-għan li jiġi stabbilit progressivament is-suq intern fuq perjodu li jagħlaq fil-31 ta' Diċembru 1992; billi s-suq intern se tkun żona mingħajr fruntieri interni li fiha il-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital hu assigurat;

Billi kull livell ġenerali għoli ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa għandu jinżamm u ħtiġijiet tekniċi preżenti u proċeduri amministrattivi fl-Istati Membri għandhom jittellgħu sa l-ogħla standards li preżentement intlaħqu fil-Komunità;

Billi s-sigurtà hi fattur kruċjali fit-trasport bl-ajru tal-Komunità; billi għandha tittieħed konsiderazzjoni tal-Konvenzjoni dwar Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944, li tipprovdi għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jassiguraw l-operat sigur ta' l-inġenji ta' l-ajru;

Billi r-restrizzjonijiet preżenti dwar it-trasferiment ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti ta' l-avjazzjoni u ta' ċerti servizzi fil-qasam ta' l-avjazzjoni bejn Stati Membri sejrin jikkawżaw distorzjoni fis-suq intern;

Billi l-Awtoritajiet ta' l-Avjazzjoni Konġunta (JAA), korp assoċjat tal-Konferenza dwar Avjazzjoni Ċivili Ewropea (ECAC) ikkonkludew arranġamenti biex jikkooperaw fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' ħtiġijiet konġunti ta' l-avjazzjoni (JARs) fl-oqsma kollha li jirreferu għas-sigurtà ta' l-inġenji ta' l-ajru u l-operat tagħhom;

Billi, skond il-politika komuni dwar trasport, ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi li jirreferu għas-sigurtà ta' l-inġenji ta' l-ajru u l-operat tagħhom għandhom jiġu armonizzati abbażi tal-kodiċi JAR tal-JAA;

Billi s-sħubija ta' kull Stat Membru fil-JAA u l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fil-proċeduri tagħha tista' tiffaċilita dik l-armonizzazzjoni;

Billi, sabiex jintlaħqu l-miri tal-Komunità għar-rigward tal-libertà ta' ċirkolazzjoni ta' persuni u prodotti kif ukoll għar-rigward il-politika komuni dwar it-trasport, Stati Membri għandhom jaċċettaw l-attestazzjoni ta' prodotti u ta' korpi u persuni interessati fid-disinn, fil-manifattura, fiż-żamma u fil-ħidma ta' prodotti, mingħajr aktar xogħol tekniku jew evalwazzjoni, meta l-prodott, l-organizzazzjoni jew il-persuna jkunu ġew attestati b'mod konformi mal-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri ammistrattivi;

Billi problemi ta' sigurtà jistgħu jirriżultaw, f'dak il-każ, Stati Membri għandhom jieħdu kull miżura xierqa b'urġenza; billi dawk il-miżuri għandhom ikunu hekk iġġustifikati kif imiss u, meta l-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi jipprovdu nuqqasijiet, ikun għall-Kummissjoni, li teżerċita l-poteri ta' implimentazzjoni tagħha, biex tadotta l-emendi meħtieġa;

▼M5

L-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' servizz jistgħu jirriżultaw f'interruzzjonijiet sinifikattivi ta' rosters għal intrapriżi li l-mudelli operattivi tagħhom ikunu esklussivament ibbażati fuq operazzjoni matul il-lejl. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' evidenza pprovduta mill-partijiet konċernati, tagħmel evalwazzjoni u tipproponi aġġustament tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' servizz sabiex jittieħed kont ta' dawn il-mudelli speċjali ta' operazzjoni;

▼B

Billi hu mixtieq li finanzjament mill-Istati Membri għal riċerka biex tiġi mtejba s-sigurtà ta' l-avjazzjoni jiġi kkoordinat biex jiġi assigurat l-aħjar użu ta' riżorsi u biex ikun possibbli li jinkiseb benefiċċju massimu;

▼M5

Sas-16 ta' Jannar 2009, l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għandha tlesti evalwazzjoni xjentifika u medika tas-Sub-parti Q u, fejn ikun relevanti, tas-Sub-parti O ta' l-Anness III. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' din l-evalwazzjoni, u konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tfassal u tippreżenta bla dewmien proposti sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tekniċi relevanti;

Fir-reviżjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8a għandha tinżamm id-direzzjoni lejn aktar armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet ta' taħriġ ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li s'issa ġew adottati, sabiex ikun iffaċilitat il-moviment liberu tal-persunal ta' l-ekwipaġġ tal-kabina fil-Komunità. F'dan il-kuntest, għandha tiġi eżaminata mill-ġdid il-possibbiltà ta' aktar armonizzazzjoni tal-kwalifiki ta' l-ekwipaġġ tal-kabina;

▼M5

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 4 ),

▼B

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



L-Artikolu 1

▼M5

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-armonizzazzjoni ta' ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili relatati ma' l-operazzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji ta' l-ajru u ma' persuni u organizzazzjonijiet involuti f'tali xogħlijiet.

▼B

2.  Il-ħtiġijiet tekniċi armonizzati u proċeduri amministrattivi li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-inġenji ta' l-ajru kollha mħaddma minn operaturi kif imfissra fl-Artikolu 2(a), kemm jekk irreġistrati fi Stat Membru kemm jekk f'pajjiż terz.

▼M5

3.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibiltà tinftiehem bħala mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward ta' kwistjonijiet dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport.

4.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport tal-Ġibiltà għandha tiġi sospiża sakemm l-arranġamenti inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987 jidħlu fis-seħħ. Il-Gvernijiet ta' Spanja u tar-Renju Unit għandhom javżaw lill-Kunsill dwar tali data ta' dħul fis-seħħ.

▼B

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) “operatur” tfisser persuna naturali li toqgħod fi Stat Membru jew persuna legali stabbilita fi Stat Membru li tuża xi inġenji ta' l-ajru jew aktar b'mod konformi mar-regolamenti applikabbli f'dak l-Istat Membru, jew trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità kif imfisser fil-leġislazzjoni tal-Komunità;

(b) “prodott” tfisser inġenji ta' l-ajru ċivili, magna, skrun jew tagħmir;

(ċ) “apparat” tfisser kull strument, tagħmir, mekkaniżmu, apparatus jew aċċessorju użat jew maħsub li jintuża biex jiġu mħaddma inġenji ta' l-ajru f'titjira, kemm jekk installat fi, maħsub li jkun installat fi, jew imwaħħal ma', inġenji ta' l-ajru ċivili, iżda li ma jagħmilx parti minn airframe, magna jew skrun;

(d) “komponent” tfisser materjal, parti jew sub-assembly mhux kopert bit-tifsira f'(b) jew (ċ) għall-użu fl-inġenji ta' l-ajru ċivili, magni, skrejjen jew tagħmir;

(e) “attestazzjoni” (ta' kull prodott, servizz, organizzazzjoni jew persuna) tfisser kull forma ta' rikonoxximent legali li kull prodott, servizz, korp jew persuna tikkonforma mal-ħtiġijiet applikabbli. Dik l-attestazzjoni tinkludi żewġ atti:

(i) l-att ta' ċċekkjar li teknikament il-prodott, servizz, organizzazzjoni jew persuna jikkonformaw mal-ħtiġijiet applikabbli; dan l-att hu magħruf bħala “tiftix tas-sejbiet tekniċi”;

(ii) l-att ta' rikonoxximent formali ta' dik il-konformità mal-ħtiġijiet applikabbli permezz tal-ħruġ ta' ċertifikat, liċenza, approvazzjoni jew dokument ieħor bil-mod meħtieġ minn liġijiet u proċeduri nazzjonali; dan l-att hu magħruf bħala “tiftix tas-sejbiet legali”;

(f) “manutenzjoni” tfisser l-ispezzjonijiet, servicing, modifiki u kull tiswija tul il-ħajja ta' inġenji ta' l-ajru meħtieġ biex jiġi assigurat li l-inġenji ta' l-ajru jibqgħu jikkonformaw maċ-ċertifikazzjoni tat-tip u joffri livell għoli ta' sigurtà fiċ-ċirkostanzi kollha; dan għandu jinkludi b'mod partikolari modifiki imposti mill-awtoritajiet li jkunu parti mill-arranġamenti li għalihom saret referenza f'(h) skond il-kunċetti ta' ċċekkjar għal airworthiness;

(g) national variant” tfisser kull ħtieġa nazzjonali jew regolament impost minn pajjiż b'żieda ma' jew minflok JAR;

(h) “arranġamenti” tfisser arranġamenti żviluppati taħt l-awspiċi tal-Konferenza ta' l-Avjazzjoni Ċivili Ewropea (ECAC) dwar kooperazzjoni fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' ħtiġijiet konġunti f'kull qasam li jirrerferu għas-sigurtà u operazzjoni bla periklu ta' inġenji ta' l-ajru. Dawn l-arranġamenti huma speċifikati fl-Anness I;

▼M5

(i) “l-Awtorità” fl-Anness III tfisser l-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat ta' operatur ta' l-ajru (AOC).

▼M5

Artikolu 3

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi applikabbli fil-Komunità fir-rigward ta' trasport kummerċjali permezz ta' l-ajruplan għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Anness III.

2.  Ir-referenzi li jsiru għas-Sub-parti M ta' l-Anness III jew għal xi waħda mid-dispożizzjonijiet tagħha għandhom jirriferu għall-Parti M tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 ta' l-20 ta' Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol ( 5 ) jew għad-dispożizzjonijiet relevanti tiegħu.

▼B

L-Artikolu 4

▼M5

1.  Fir-rigward ta' l-oqsma mhux koperti mill-Anness III, il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 80(2) tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq u mill-aktar fis possibbli, tressaq proposti adegwati f'dawn l-oqsma.

▼B

2.  Sakemm dawn il-proposti li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 jiġu adottati Stati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti tar-regolamenti nazzjonali eżistenti tagħhom.

L-Artikolu 5

Stati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni ċivili tagħhom jonoraw il-kondizzjonijiet għal sħubija tal-JAA speċifikati fl-arranġamenti u għandhom jiffirmaw dawk l-arranġamenti mingħajr riserva qabel l-1 ta' Jannar 1992.

▼M5

Artikolu 6

Ajruplani mħaddma taħt awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru skond il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi jistgħu jiġu mħaddma taħt l-istess kondizzjonijiet fl-Istati Membri oħra, mingħajr ħtiġijiet jew valutazzjonijiet tekniċi oħrajn minn dawk l-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikazzjoni mogħtija skond dan ir-Regolament minn Stat Membru ieħor jew minn korp li jaġixxi f'ismu, lil korpi jew persuni mqiegħda taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jew taħt l-awtorità tiegħu, li jkunu kkonċernati bil-manutenzjoni ta' prodotti bl-operat ta' inġenji ta' l-ajru.

Artikolu 8

1.  Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 3 sa 7 m'għandhomx jimpedixxu Stat Membru milli jirreaġixxi fil-pront f'każ ta' problema ta' sigurtà li tinvolvi prodott, persuna jew organizzazzjoni suġġetti għal dan ir-Regolament.

Jekk il-problema ta' sigurtà tirriżulta minn livell mhux adegwat ta' sigurtà previst mill-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi, jew nuqqasijiet f'dawn il-ħtiġijiet u proċeduri, l-Istat Membru għandu javża minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri li ttieħdu u r-raġunijiet għalihom.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), jekk livell mhux adegwat ta' sigurtà jew nuqqas fil-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi jiġġustifikawx il-kontinwazzjoni ta' l-applikazzjoni tal-miżuri adottati skond l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tieħu wkoll il-passi neċessarji sabiex temenda l-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi kkonċernati skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 11. Jekk jinstab li l-miżuri ta' l-Istat Membru mhumiex ġustifikati, l-Istat Membru għandu jħassar dawn il-miżuri.

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-ħtiġijiet tekniċi u mill-proċeduri amministrattivi speċifikati minn dan ir-Regolament fil-każ ta' ċirkostanzi operattivi urġenti u mhux mistennija jew bżonnijiet operattivi għal tul limitat.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu avżati dwar kwalunkwe eżenzjoni mogħtija b'mod ripetut, jew għal perjodu itwal minn xahrejn.

Meta l-Kummissjoni u Stati Membri oħra jiġu avżati dwar l-eżenzjonijiet mogħtija minn Stat Membru skond it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-eżenzjonijiet jikkonformawx ma' l-għanijiet ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament jew ma' kull regola oħra relevanti tal-liġi Komunitarja.

Jekk il-Kummissjoni ssib li l-eżenzjonijiet mogħtija ma jikkonformawx ma' l-għanijiet ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament jew ta' kull regola oħra relevanti tal-leġislazzjoni Komunitarja, hija għandha tiddeċiedi dwar miżuri ta' salvagwardja skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 12a.

F'tali każ, l-Istat Membru għandu jħassar l-eżenzjoni.

3.  F'każijiet fejn jista' jintlaħaq, permezz ta' mezzi oħra, livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak milħuq permezz ta' l-applikazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness III, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità ta' l-applikanti u b'kont meħud tal-bżonn li ma tiġix distorta l-kompetizzjoni, jagħtu approvazzjoni li tidderoga minn dawn id-dispożizzjonijiet.

F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru konċernat għandu javża lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jagħti din l-approvazzjoni, ir-raġunijiet għaliha u l-kondizzjonijiet stipulati sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq livell ekwivalenti ta' sigurtà.

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 3 xhur wara n-notifika minn Stat Membru, tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2) sabiex tiddeċiedi jekk l-approvazzjoni proposta tistax tingħata.

▼M6

F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-Istati Membri kollha, li għandu jkollhom id-dritt li japplikaw dik il-miżura. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness III jistgħu ukoll jiġu emendati bi qbil ma' l-Artikolu 11, b'tali mod li jirriflettu dik il-miżura.

▼M5

L-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw għal din il-miżura.

4.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi (1), (2) u (3), l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet relatati ma' OPS 1.1105 punt 6, OPS 1.1110 punti 1.3 u 1.4.1, OPS 1.1115 u ma' OPS 1.1125 punt 2.1 tas-Sub-parti Q fl-Anness III sakemm jiġu stabbiliti r-regoli Komunitarji bbażati fuq għarfien xjentifiku u l-aħjar prattika.

L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet li huma jiddeċiedu li jżommu.

Għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' l-OPS 1 imsemmija fl-ewwel sub-paragrafu, li l-Istati Membri jkollhom il-ħsieb li jadottaw wara d-data ta' applikazzjoni ta' l-Anness III, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur wara n-notifika minn Stat Membru, tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2) sabiex tiddeċiedi jekk dawn id-dispożizzjonijiet jaqblux ma' l-għanijiet ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament u ta' regoli oħra tal-leġislazzjoni Komunitarja, u jekk dawn jistgħux isiru applikabbli.

▼M6

F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha, li għandu jkollhom id-dritt li japplikaw dik il-miżura. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness III jistgħu ukoll jiġu emendati bi qbil ma' l-Artikolu 11, b'tali mod li jirriflettu dik il-miżura.

▼M5

L- Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw għal din il-miżura.

▼M5

Artikolu 8a

1.  Sas-16 ta' Jannar 2009, l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għandha tikkonkludi evalwazzjoni xjentifika u medika tad-dispożizzjonijiet tas-Sub-parti Q u, fejn ikun relevanti, tas-Sub-parti O ta' l-Anness III.

2.  Bla ħsara għall-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea, l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea ( 6 ) għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' proposti għall-modifika tad-dispożizzjonijiet tekniċi applikabbli tas-Sub-parti O u tas-Sub-parti Q ta' l-Anness III.

▼B

L-Artikolu 9

Stati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkoordinaw il-programmi ta' riċerka tagħhom biex itejbu s-sigurtà ta' inġenji ta' l-ajru ċivili u l-operat tagħhom u biex jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Wara li tikkonsulta l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tieħu kull inizjattiva relevanti biex tinkoraġġixxi dawk il-programmi ta' riċerka nazzjonali.

L-Artikolu 10

Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a) b'kull ħtieġa jew proċedura emendata ġdida żviluppata jew adottata b'mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fl-Arranġamenti; u

(b) b'kull modifika ta' l-Arranġamenti; u

(ċ) bir-riżultati tal-konsultazzjonijiet ma' l-industrija u korpi oħra interessati.

L-Artikolu 11

▼M6

1.  Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, li saru neċessarji minħabba progress xjentifiku u tekniku u li jemendaw ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi komuni msemmija fl-Anness III, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). Minħabba raġunijiet ta' urġenza imperattivi, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 12(4).

▼B

2.  Meta l-emendi li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 jinkludu l-varjant nazzjonali għal Stat Membru il-Kummissjoni, li taġixxi mal-proċedura stabbilita ►M6  fl-Artikolu 12(3) ◄ , għandha tiddeċiedi jekk għandhiex jew le tinkludi dak il-varjant fil-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi.

▼M6

Artikolu 12

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sigurtà ta' l-Ajru (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a)(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4.  F'każ fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a)(1), (2), (4) u (6), kif ukoll l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼M5

Artikolu 12a

Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandha tapplika l-proċedura ta' salvagwardja msemmija fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Qabel tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 6(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

Meta ssir referenza lill-Kunsill minn Stat Membru ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien tliet xhur.

▼B

L-Artikolu 13

1.  Stati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u biex issir sorveljanza ta' l-implimentazzjoni tiegħu.

2.  Bħala parti mill-assistenza reċiproka li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jaqsmu b'mod regolari kull informazzjoni disponibbli dwar:

 ksur ta' dan ir-Regolament minn dawk mhux residenti u penali imposti f'dan ir-rigward,

 penali imposti fuq ir-residenti tiegħu minn kull Stat Membru għar-rigward ta' dawk il-ksur magħmula fi Stati Membri oħra.

L-Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1992.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS I

Arranġamenti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 2(1)(h)

“Arranġamenti li jikonċernaw l-Iżvilupp, l-Aċċettazzjoni u l-Implimentazzjoni tal-Ħtiġijiet ta' l-Avjazzjoni Konġunta (JAR)”, konklużi ġewwa Ċipru fil-11 ta' Settembru 1990.

▼M4 —————

▼M8 —————



( 1 ) ĠU C 270, tas-26.10.1990, p. 3.

( 2 ) ĠU C 267, ta' l-14.10.1991, p. 154.

( 3 ) ĠU C 159, tas-17.6.1991, p. 28.

( 4 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p.23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

( 5 ) ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.

( 6 ) ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).