1991L0440 — MT — 04.12.2007 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tad-29 ta' Lulju 1991

dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità

(91/440/KEE)

(ĠU L 237, 24.8.1991, p.25)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA 2001/12/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL KUNSILL tas-26 ta' Frar 2001

  L 75

1

15.3.2001

►M2

DIRECTIVE 2004/51/EC OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL of 29 April 2004

  L 164

164

30.4.2004

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/103/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

344

20.12.2006

►M4

DIRETTIVA 2007/58/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Ottubru 2007

  L 315

44

3.12.2007


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tad-29 ta' Lulju 1991

dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità

(91/440/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod speċjali l-Artikolu 75 dwar dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku ( 3 ),

Billi l-integrazzjoni akbar tas-settur tat-trasport tal-Komunità hija element essenzjali tas-suq intern, u billi l-linji tal-ferrovija huma kull parti essenzjali tas-settur tat-trasport tal-Komunità;

Billi l-effiċjenza tas-sistema tal-linji tal-ferrovija trid titjieb, sabiex tiddaħħal f'suq kompetittiv, billi tqis il-karatteristiċi speċjali tal-linji tal-ferrovija;

Billi, sabiex it-trasport tal-ferrovija jkun effiċjenti u kompetittiv meta mqabbel ma' mezzi oħra ta' trasport, l-Istati Membri jridu jiggarantixxu li l-impriżi sottoskritti mal-ferrovija jkunu jistgħu jitħaddmu minn operaturi indipendenti li jaħdmu b'kull manjiera kummerċjali u jadattaw ruħhom għall-bżonnijiet tas-suq;

Billi l-iżvilupp fil-ġejjieni u t-tħaddim effiċjenti tas-sistema tal-ferrovija tista' teħfief jekk issir kull distinzjoni bejn il-ħolqien tas-servizzi tat-trasport u t-tħaddim ta' l-infrastruttura; billi minħabba din is-sitwazzjoni, jeħtieġ li dawn iż-żewġ attivitajiet ikunu mmmexxija b'mod separat u jkollhom żewġ kontijiet separati;

Billi, sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni fit-tmexxija tas-servizz tal-ferrovija rigward il-kumdità mtejba u s-servizzi offruti lil min jużaha, jeħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli b'mod ġenerali ta' l-iżvilupp ta' l-infrastruttura xierqa tal-ferrovija;

Billi, fin-nuqqas ta' regoli komuni dwar l-allokazzjoni ta' spejjeż ta' l-infrastruttura, l-Istati Membri, wara li jikkonsultaw lit-tmexxija ta' l-infrastruttura, iridu jistabilixxu regoli li jaħsbu għall-ħlas minn impriżi tal-ferrovija u l-gruppi tagħhom għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferrovija; billi dawk il-ħlasijiet iridu jaqblu mal-prinċipju li ma jiddiskriminax bejn l-impriżi tal-ferrovija;

Billi l-Istati Membri jridu jiżguraw b'mod partikulari li l-impriżi eżistenti tat-trasport li huma tal-pubbliku jew ikkontrollati jingħataw struttura finanzjarja b'saħħitha, filwaqt li jieħdu ħsieb kull arranġament mill-ġdid finanzjarju jekk ikun hemm bżonn skond ir-regoli relevanti stabbiliti fit-Trattat;

Billi, sabiex jeħfief it-trasport bejn l-Istati Membri, l-impriżi tal-ferrovija jridu jkunu jistgħu jiffurmaw gruppi ma' l-impriżi tal-ferroviji stabbiliti fi Stati Membri oħra;

Billi, dawk il-gruppi internazzjonali jridu jingħataw id-dritt ta' l-aċċess u ċ-ċaqliq fl-Istati Membri tat-twaqqif ta' l-impriżi kostitwenti tagħhom, kif ukoll drittijiet ta' ċaqliq fi Stati Membri oħra kif meħtieġ għas-servizz internazzjonali konċernat;

Billi, biex ikun imħajjar it-trasport imħallat, ikun jixraq li l-aċċess għall-infrastruttura tal-ferrovija ta' l-Istati Membri l-oħra tingħata lill-impriżi tal-ferroviji mdaħħla fil-ġarr internazzjonali mħallat tal-merkanzija;

Billi jeħtieġ li jitwaqqaf kull kumitat li jagħti pariri li jkun jissorvelja u jgħin lill-Kummissjoni fit-twettiq ta' din id-Direttiva;

Billi, minħabba f'hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 75/327/KEE ta' l-20 ta' Mejju 1975 dwar it-titjib tas-sitwazzjoni ta' l-impriżi tal-ferrovija u l-armonizzazzjoni tar-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn dawk l-impriżi u l-Istati ( 4 ) għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



IT-TAQSIMA 1

▼M1

Qasam ta

▼M1 —————

▼B

L-Artikolu 2

1.  Din id-Direttiva se tapplika għat-tmexxija ta' l-infrastruttura tal-ferrovija u għall-attivitajiet tat-trasport bil-ferrovija ta' l-impriżi tal-ferrovija stabbiliti jew li se jkunu stabbiliti f'kull Stat Membru.

2.  Impriżi ferrovjarji li l-attività tagħhom hija limitata biss għall-għoti ta' servizzi urbani, suburbani jew reġjonali għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

▼M1

3.  Impriżi li l-operazzjonijiet ferrovjarji tagħhom huma limitati biex jipprovdu biss servizzi shuttle għal vetturi tat-triq minn ġol-Mina tal-Kanal huma esklużi mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għajr għall-Artikoli 6(1), 10 u 10a.

▼M4

4.  L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva kwalunkwe servizz tal-linji ferrovjarji mwettaq madwar il-Komunità u li jibda u jispiċċa barra mill-Komunità.

▼B

L-Artikolu 3

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

▼M1

 “impriża ferrovjarja” għandha tfisser impriża pubblika jew privata liċenzjata skond il-leġislazzjoni tal-Komunità applikabbli, li n-negozju ewlieni tagħha jkun li tipprovdi servizzi għat-trasport ta' oġġetti u/jew passiġġieri bil-ferrovija b'kondizzjoni li l-impriża trid tassigura trazzjoni, din tinkludi wkoll impriżi li jipprovdu trazzjoni biss,

 “amministratur ta' l-infrastruttura” għandha tfisser kull korp jew impriża responsabbli b'mod partikolari biex tistabbilixxi u żżomm l-infrastruttura ferrovjarja. Din tista' tinkludi wkoll l-amministrazzjoni ta' sistemi infrastrutturali ta' kontroll u sigurtà. Il-funzjonijiet ta' l-amministratur ta' l-infrastruttura fuq network jew parti minn network jistgħu jiġu allokati lil korpi jew impriżi differenti,

▼B

 “infrastruttura tal-ferroviji'” se tfisser kull ħaġa elenkat fl-Anness I.A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2598/70 tat-18 ta' Diċembru 1970 li jispeċifika l-affarijiet li jridu jitniżżlu taħt it-titoli differenti fil-forom ta' rapporti murija fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70 ( 5 ), ħlief għall-aħħar inċiż li, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva biss, se tinqara kif ġej: “Bini użat mid-dipartiment ta' l-infrastruttura'”,

 “gruppi internazzjonali'” se tfisser kull assoċjazzjoni ta' mill-inqas żewġ impriżi tal-ferroviji stabbiliti fi Stati Membri differenti bl-iskop li joffru servizzi ta' trasport internazzjonali bejn l-Istati Membri,

▼M1

 “servizz ta'merkanzija internazzjonali” għandu jfisser servizzi ta' trasport fejn ferrovija taqsam ta' mill-anqas fruntiera waħda ta' Stat Membru; il-ferrovija tista' tkun marbuta u/jew mifruda u s-sezzjonijiet differenti jista' jkollhom oriġini u destinazzjonijiet differenti kemm-il darba l-vaguni kollha jaqsmu ta' mill-anqas fruntiera waħda,

▼M4

 “servizz internazzjonali tal-passiġġieri” għandu jfisser servizz għal passiġġieri fejn il-ferrovija taqsam mill-anqas fruntiera waħda ta’ Stat Membru u fejn l-iskop prinċipali tas-servizz hu li jġorr passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti; il-ferrovija tista’ tkun magħquda u/jew maqsuma, u sezzjonijiet differenti jista’ jkollhom oriġini u destinazzjonijiet differenti sakemm il-vaguni kollha jaqsmu mill-anqas fruntiera waħda,

▼B

 “servizzi urbani u suburbani'” se jfissru servizzi ta' trasport imħaddma biex jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta' ċentru urban jew żona urbana estiża, kif ukoll il-bżonnijiet tat-trasport bejn iċ-ċentru jew żona urbana estiża u l-inħawi tal-madwar,

▼M4

 “transitu” għandu jfisser il-qsim tat-territorju Komunitarju li jiġi mwettaq mingħajr tagħbija jew ħatt ta’ prodotti u/jew mingħajr ma jittellgħu jew jitniżżlu passiġġieri fit-territorju Komunitarju,

▼B

 “servizzi reġjonali'” se jfissru s-servizzi ta' trasport mogħtija biex jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta' reġjun.



IT-TAQSIMA II

▼M1

L-indipendenza ta' l-amministrazzjoni

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu ċert li fir-rigward tat-tmexxija, l-amministrazzjoni u l-kontroll intern fuq kwistjonijiet amministrattivi, ekonomiċi u ta' kontabilità l-impriżi ferrovjarji jkollhom status indipendenti li b'konformità miegħu huma jżommu, b'mod partikolari, assi, budgets u kontijiet li huma separati minn dawk ta' l-Istat.

2.  Waqt li jirrispettaw l-qafas u r-regoli speċifiċi dwar tariffi u allokazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri, l-amministratur infrastrutturali għandu jkollu responsabbiltajiet għat-tmexxija, l-amministrazzjoni u l-kontroll intern tiegħu stess.

▼B

L-Artikolu 5

1.  L-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impriżi tal-ferroviji jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom mas-suq u jmexxu dawk l-attivitajiet taħt ir-responsabbiltà tal-korpi tat-tmexxija tagħhom, fl-interess li jagħtu servizz effiċjenti u xieraq bl-inqas prezz possibbli għas-servizz meħtieġ.

Impriżi tal-ferrovija se jkunu mmexxija b'mod konformi mal-prinċipji li jgħoddu għall-kumpanniji kummerċjali; dan se jgħodd wkoll għall-obbligazzjonijiet tas-servizzi pubbliċi tagħhom imposti mill-Istati u għall-kuntratti tas-servizzi pubbliċi li huma jiffirmaw ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru.

2.  L-impriżi tal-ferroviji jridu jiddeterminaw il-pjanijiet tad-dħul u nfiq tagħhom, inkluż l-investiment tagħhom u l-iffinanzjar tal-programmi. Dawn il-pjanijiet iridu jkunu ddisinjati biex jiksbu l-ekwilibriju finanzjarju ta' l-impriżi u l-għanijiet l-oħra tekniċi, kummerċjali u finanzjarji tat-tmexxija; dawn iridu jistabbilixxu wkoll il-metodu tat-twettiq.

3.  Fil-kuntest tal-linji-gwidi tal-politika ġenerali stabbilita mill-Istat u meta jitqiesu l-pjanijiet ta' rendikont nazzjonali u l-kuntratti (li jistgħu jkunu multiannwali) inkluż il-pjanijiet ta' investiment u ta' finanzjar, l-impriżi tal-ferroviji għandhom, ikunu ħielsa biex:

 iwaqqfu ma' waħda jew aktar mill-impriżi tal-ferroviji kull gemellaġġ internazzjonali;

 iwaqqfu l-organizzazzjoni interna tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-provedimenti tat-Taqsima III;

 jikkontrollaw il-provista u l-bejgħ tas-servizzi u jistabilixxu l-prezz tagħhom, mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri rigward l-obbligazzjoni li hemm fil-kunċett tas-servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi ta' l-ilma intern ( 6 );

 jieħdu deċiżjonijiet dwar l-impjegati, l-assi u l-ksib tagħhom;

 ikabbru s-sehem tagħhom fis-suq, jiżviluppaw teknoloġiji ġodda u servizzi ġodda u jadottaw kull metodu tat-tmexxija innovatiiva;

 iwaqqfu attivitajiet ġodda fl-oqsma marbuta mal-kummerċ tal-ferroviji.



IT-TAQSIMA III

Firda bejn it-tmexxija ta' l-infrastruttura u l-ħidmiet tat-trasport

▼M1

Artikolu 6

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jassiguraw li accounts ta' profitt u telf u paġni tal-bilanċ jinżammu u jkunu ppubblikati, minn naħa għall-kummerċ irrelatat mal-provvediment ta' servizzi ta' trasport minn impriżi ferrovjarji u, minn naħa l-oħra, għall-kummerċ irrelatat ma' l-immaniġġjar ta' l-infrastruttura ferrovjarja. Fondi pubbliċi mħallsa lil waħda minn dawn iż-żewġ oqsma ta' attività ma jistgħux jiġu trasferiti lill-oħra.

Il-kontijiet għal dawn iż-żewġ oqsma ta' attività għandhom jinżammu b'mod li jirrifletti din il-projbizzjoni.

2.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll li din is-separazzjoni għandha teħtieġ l-organizzazzjoni ta' diviżjonijiet distinti f'impriża waħda jew li l-infrastruttura għandha tkun immexxija minn entità separata.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu ċert li l-funzjonijiet li jiddeterminaw aċċess ekwu u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura, elenkati fl-Anness II, jkunu fdati lill-korpi jew lid-ditti li ma jipprovdux huma stess xi servizzi ta' trasport ferrovjarju. Irrispettivament mill-istrutturi organizzattivi, irid jinwera li dan l-oġġettiv jkun inkiseb.

L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jassennjaw lill-impriżi ferrovjarji jew lil kwalunkwe korp ieħor il-ġbir tal-ħlasijiet u r-responsabbiltà ta' l-amministrazzjoni ta' l-infrastruttura ferrovjarja, bħall-investiment, il-manutenzjoni u l-iffinanzjar.

4.  L-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandha tkun soġġetta għal rapport mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 10b, li għandu jiġi sottomess sal-15 ta' Marzu 2006.

Artikolu 7

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura tal-ferrovija nazzjonali tagħhom waqt li jikkunsidraw, fejn meħtieġ, il-ħtiġijiet ġenerali tal-Komunità.

▼M2 —————

▼M1

3.  L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu lill-maniġer ta' l-infrastruttura, waqt li jikkunsidraw kif imiss l-Artikoli 73, 87 u 88 tat-Trattat, finanzjament konsistenti ma' l-inkarigi, id-daqs u r-rekwiżiti finanzjarji, b'mod partikolari sabiex ikopru investimenti ġodda.

4.  Fil-qafas ta' politika ġenerali stabbilita mill-Istat, l-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jagħmel pjan kummerċjali li jinkludi programmi ta' investiment u dawk finanzjarji. Il-pjan għandu jkun iddisinjat biex jassigura l-użu u l-iżvilupp ottimu u effiċjenti ta' l-infrastruttura waqt li jassigura bilanċ finanzjarju u jipprovdi mezzi biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi.

▼B

L-Artikolu 8

L-amministratur ta' l-infrastruttura jrid jimposta kull ħlas għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferrovija li hu responsabbli minnha, li jitħallas mill-impriżi tal-ferroviji u mill-gruppi internazzjonali li jużaw dik l-infrastruttura. Wara li jikkonsultaw lill-amministratur, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu r-regoli biex jistabbilixxu dan il-ħlas.

Il-ħlas ta' min juża, li se jkun ikkalkulat b'tali mod li ma jkunx hemm kull diskriminazzjoni bejn l-impriżi tal-ferroviji, jista' b'mod partikulari jqis il-mili, il-binja tal-ferrovija u kull ħtieġa speċifika marbuta ma' fatturi bħal veloċità, piż fuq il-fus u l-ammont jew il-perjodu ta' l-użu ta' l-infrastruttura.



IT-TAQSIMA IV

Titjieb tal-qagħda finanzjarja

L-Artikolu 9

1.  Flimkien ma' l-impriżi eżistenti tal-ferrovija li huma tal-pubbliku jew ikkontrollati, l-Istati Membri jridu jwaqqfu strutturi xierqa biex inaqqsu d-dejn ta' dawk l-impriżi fuq kull livell li ma jfixkilx it-tmexxija finanzjarja tajba u li jtejjeb il-qagħda finanzjarja tagħhom.

2.  Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jitolbu li jkun hemm unit separat li bil-mod imewwet id-dejn li jrid ikun imwaqqaf fid-dipartimenti tar-rendikonti ta' dawk l-impriżi.

Il-balance sheet tal-unit tista' tkun imġiegħla tħallas, sakemm jitmewwet, kull dejn li tagħmel l-impriża kemm biex tiffinanzja l-investiment kif ukoll biex tkopri l-ispiża eċċessiva biex topera minħabba n-negozju tat-trasport tal-ferrovija jew minħabba t-tmexxija ta' l-infrastruttura tal-ferrovija. Id-djun li jkunu kkawżati minn ħidmiet sussidjarji ma jistgħux jitqiesu.

▼M1

3.  Għajnuna mogħtija minn Stati Membri biex tħassar id-djun li hemm referenza għalihom f'dan l-Artikolu għandha tingħata skond l-Artikoli 73, 87 u 88 tat-Trattat.

▼M1

4.  Fil-każ ta' impriżi ferrovjarji l-kontijiet ta' qligħ u ta' telf, u jew il-karti tal-bilanċ jew il-prospetti annwali ta' assi jew responsabbiltajiet għandhom jinżammu u jiġu ppubblikati għal kummerċ irrelatat mal-forniment ta' servizzi tat-trasport ta' merkanzija bil-ferrovija. Fondi mħallsa għal attivitajiet irrelatati mal-forniment tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bħal dħul minn servizz pubbliku għandhom jintwerew separatament fil-kontijiet separati rilevanti u ma jistgħux jiġu trasferiti għal attivitajiet irrelatati mal-provvista ta' servizzi tat-trasport oħra jew xi kummerċ ieħor.

▼B



IT-TAQSIMA V

Aċċess għall-infrastruttura tal-ferrovija

▼M1

Artikolu 10

1.  Gruppi internazzjonali għandhom jingħataw drittijiet ta' aċċess u ta' transitu fl-Istati Membri ta' l-istabbiliment ta' l-impriżi ferrovjarji kostitwenti, kif ukoll drittijiet ta' transitu fi Stati Membri oħra, għal servizzi internazzjonali bejn l-Istati Membri fejn l-impriżi li jikkostitwixxu l-imsemmija gruppi huma stabbiliti.

2.  Impriżi ferrovjarji li jaqgħu taħt l-iskop ta' l-Artikolu 2 għandhom jingħataw, fuq kondizzjonijiet ekwi, aċċess għall-infrastruttura fl-Istati Membri l-oħra għall-iskop li joperaw servizzi magħquda tat-trasport ta' oġġetti.

▼M2

3.  Railway undertakings within the scope of Article 2 shall be granted, on equitable conditions, access to the Trans-European Rail Freight Network defined in Article 10a and in Annex I and, at the latest by 1 January 2006, to the entire rail network, for the purpose of operating international freight services.

In addition, at the latest by 1 January 2007, railway undertakings within the scope of Article 2 shall be granted, on equitable conditions, access to the infrastructure in all Member States for the purpose of operating all types of rail freight services.

▼M4

3a.  Impriżi ta’ linji ferrovjarji fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2, għandhom jingħataw sa l-1 ta’ Jannar 2010, d-dritt ta’ aċċess għall-infrastruttura fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi operat is-servizz tal-ferrovija internazzjonali tal-passiġġieri sal-1 ta’ Jannar 2010. Impriżi ta’ linji ferrovjarji għandhom, matul is-servizz għal passiġġieri internazzjonali, ikollhom id-dritt li jtellgħu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab fuq ir-rotta internazzjonali u jniżżluhom f’ieħor, inklużi l-istazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru.

Id-dritt ta’ aċċess għall-infrastruttura ta’ l-Istati Membri li għalihom is-sehem ta’ trasport internazzjonali ta’ passiġġiera bil-ferrovija jikkostitwixxi iktar min-nofs tat-turnover ta’ impriżi ta’ linji ferrovjarji f’dak l-Istat Membru għandu jiġi garantit sa l-1 ta’ Jannar 2012.

Jekk l-iskop prinċipali tas-servizz hux it-trasport ta’ passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti għandu jkun determinat mill-korp jew kopri regolatorji relevanti msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE wara talba mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u/jew mill-impriżi tas-servizzi ferrovjarji interessati.

3b.  L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt ta’ aċċess definit fil-paragrafu 3(a) dwar servizzi bejn post ta’ tluq u ta’ destinazzjoni li huma koperti minn kuntratt ta’servizz pubbliku wieħed jew aktar b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ. Tali limitazzjoni jista’ ma jkollhiex l-effett li tnaqqas id-dritt li jittellgħu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab fuq ir-rotta ta’ servizz internazzjonali u li jitniżżlu f’ieħor inklużi stazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru, minbarra fejn l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku.

Jekk l-ekwilibriju ekonomiku jkunx kompromess għandu jkun determinat mill-korp jew korpi regolatorju/i relevanti msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE abbażi ta’ analiżi ekonomika objettiba u abbażi ta’ kriterji determinati minn qabel, wara talba minn:

 l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw il-kuntratt ta’ servizz pubbliku;

 kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata bid-dritt li tillimita l-aċċess taħt dan l-Artikolu;

 il-maniġer ta’ l-infrastruttura; jew

 l-intrapriża tal-linji ferrovjarji li qed twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku.

L-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi tal-linji ferrovjarji li jipprovdu s-servizzi pubbliċi għandhom jipprovdu lill-korp jew korpi regolatorju/i relevanti bl-informazzjoni meħtieġa b’mod raġonevoli biex tinlaħaq deċiżjoni. Il-korp regolatorju għandu jikkunsidra l-informazzjoni provduta, jikkonsulta l-partijiet rilevanti kollha kif xieraq, u għandu jinforma lill-partijiet rilevanti bid-deċiżjoni raġunata tiegħu fi żmien pre-determinat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-korp regolatorju għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jispeċifikaw il-perijodu ta’ żmien u l-kondizzjonijiet li fihom,

 l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti rilevanti,

 il-maniġer ta’ l-infrastruttura,

 l-intrapriża tal-linji ferrovjarji li qed twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku, jew

 l-intrapriża tal-linji ferrovjarji li qiegħda tfittex aċċess

jistgħu jitolbu l-konsiderazzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni.

3ċ.  L-Istati Membri jistgħu wkoll jillimitaw id-dritt li jittellgħu u jitniżżlu passiġġieri fi stazzjonijiet fl-istess Stat Membru fuq ir-rotta ta’ servizz internazzjonali għall-passiġġieri fejn dritt esklussiv li jitwasslu passiġġieri bejn dawk l-istazzjonijiet ġie mogħti taħt kuntratt ta’ konċessjoni qabel l-4 ta’ Diċembru 2007 abbażi tal-proċedura ta’ offerti ta’ kuntratti ġusta u kompetittiva u b’mod konformi mal-prinċipji tal-liġi Komunitarja. Din il-limitazzjoni tista’ tkompli tul iż-żmien oriġinali tal-kuntratt, jew għall-15-il sena, skond liema hu l-iqsar.

3d.  Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx jeħtieġu li Stat Membru jagħti, qabel l-1 ta’ Jannar 2010, id-dritt għal aċċess imsemmi fil-paragrafu 3a għall-impriżi tal-linji ferrovjarji u s-sussidjarji kkontrollati indirettament u direttament tagħhom, bil-liċenzja fi Stat Membru fejn drittijiet ta’ aċċess ta’ natura simili m’humiex mogħtija.

3e.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-deċiżonijiet imsemmija f’ paragrafi 3b, 3ċ u 3d huma soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.

3f.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3b, l-Istati Membri jistgħu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu, jawtorizzaw lil awtorità responsabbli għat-trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri sabiex timponi imposta fuq impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizzi tal-passiġġieri għall-operat ta’ rotot li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni ta’ dik l-awtorità u li huma operati bejn żewġ stazzjonijiet f’dak l-Istat Membru.

F’dak il-każ, impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizz domestiku jew internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija għandhom ikunu suġġetti għall-istess imposta fl-operat ta’ dawk ir-rotot li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ dik l-awtorità.

L-imposta hija maħsuba biex tikkumpensa l-awtorità għal obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti f’kuntratti ta’ servizz pubbliku mogħtija skond il-liġi Komunitarja. Il-dħul magħmul minn tali imposta u mħallas bħala kumpens m’għandux jisboq dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispiża kollha jew parti minnha li ssir fl-obbligi ta’ servizz pubbliku rilevanti filwaqt li jitqiesu l-iriċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għall-eżekuzzjoni ta’ dawk l-obbligi.

L-imposta għandha tiġi imposta skond il-liġi tal-Komunità, u għandha tirrispetta b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ġustizzja, trasparenza, non-diskriminazzjoni u proporzjonalità, b’mod partikolari bejn il-prezz medju tas-servizz għall-passiġġier u l-livell tal-imposta. L-imposti totali imposti skond dan il-paragrafu m’għandhomx jipperikolaw il-vijabiltà ekonomika tas-servizz tat-trasport tal-passiġieri bil-ferrovija li fuqhom ikunu imposti.

L-awtoritajiet rilevanti għandhom iżommu l-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li l-oriġini tal-imposti u l-użu tagħhom jistgħu jiġu traċċati. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’din l-informazzjoni.

▼M1

4.  Fuq talba ta' Stati Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha, f'każ speċifiku, teżamina l-applikazzjoni u l-enforzar ta' dan l-Artikolu, u fi żmien xahrejn minn meta tirċievi talba ta' din ix-xorta u wara li tikkonsulta lill-Kumitat li għalih issir referenza fl-Artikolu 11a(2), tiddeċiedi jekk il-miżura rrelatata tistax tkompli tiġi applikata. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 226 tat-Trattat, kwalunkwe Stat Membru jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien limitu ta' xahar. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista', f'ċirkustanzi eċċezzjonali jieħu deċiżjoni differenti fi żmien perjodu ta' xahar.

▼M2

5.  Any railway undertaking engaged in rail transport services shall conclude the necessary agreements on the basis of public or private law with the infrastructure managers of the railway infrastructure used. The conditions governing such agreements shall be nondiscriminatory and transparent, in conformity with the provisions of Directive 2001/14/EC of the European Parliament and of the Council of 26 February 2001 on the allocation of railway infrastructure capacity and the levying of charges for the use of railway infrastructure and safety certification ( 7 ).

6.  Track access to, and supply of services in, the terminals and ports linked to rail activities referred to in paragraphs 1, 2 and 3, serving or potentially serving more than one final customer, shall be provided to all railway undertakings in a non-discriminatory and transparent manner and requests by railway undertakings may be subject to restrictions only if viable alternatives by rail under market conditions exist.

▼M1

7.  Mingħajr preġudizzju għar-regolamenti Komunitarji u nazzjonali li jirrigwardaw il-politika ta' kompetizzjoni u l-istituzzjonijiet b'responsabbiltà f'dak il-qasam, il-korp regolatorju stabbilit taħt l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2000/14/KE, jew kwalunkwe korp ieħor li jgawdi l-istess grad ta' indipendenza għandu jissorvellja l-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji, inkluż is-suq tat-trasport ferrovjarju ta' merkanzija.

Dak il-korp għandu jkun stabbilit skond ir-regoli ta' l-Artikolu 30 (1) ta' l-imsemmija Direttiva. Kull applikant jew parti interessata tista' tippreżenta lment ma' dan il-korp jekk iħoss li jkun ġie trattat inġustament, kien soġġett għal diskriminazzjoni jew ġie b'xi mod inġurjat. Fuq il-bażi ta' l-ilment u, fejn xieraq, fuq l-inizzjattiva tiegħu stess, il-korp regolatorju għandu jiddeċiedi kemm jista' jkun malajr dwar miżuri xierqa biex jiġu kkoreġuti xi żviluppi mhux mixtieqa f'dawn is-swieq. Sabiex jassigura l-possibbiltà meħtieġa ta' kontroll ġudizzjarju u l-kooperazzjoni rekwiżita bejn il-korpi regolatorji nazzjonali, l-Artikolu 30 (6) u l-Artikolu 31 ta' l-imsemmija Direttiva għandhom japplikaw f'dan il-kuntest.

▼M4

8.  Sa l-1 ta’ Jannar 2009, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Dan ir-rapport għandu jindirizza:

 l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri, u b’mod partikulari l-impatt tagħha fl-Istati Membri kif jingħad fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3a u l-funzjonament effettiv tal-bosta korpi involuti;

 l-iżviluppi tas-suq, b’mod partikolari tendenzi tat-traffiku internazzjonali, attivitajiet u qsim tas-suq ta’ l-atturi kollha tas-suq, inklużi operaturi ġodda.

▼M4

9.  Sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 3a sa 3f.

L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi ta’ rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni sentejn wara d-data tal-ftuħ tas-suq għal servizzi internazzjonali tal-passiġġieri.

Dan ir-rapport għandu wkoll jivvaluta l-iżvilupp tas-suq inkluż l-istat ta’ preparazzjoni ta’ ftuħ akbar tas-suq ferrovjarju. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha wkoll tanalizza il-mudelli differenti għall-organizzazzjoni ta’ dan is-suq u l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq kuntratti ta’ servizz pubbliku u l-finanzjament tagħhom. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 ( 8 ) u d-differenzi intrinsiċi bejn l-Istati Membri (densita tan-netwerks, numru ta’ passiġġieri, distanza medja ta’ vjaġġar). Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri kumplimentari, sabiex tiffaċilita kwalunkwe ftuħ bħal dan, u għandha tivvaluta l-impatt ta’ kwalunkwe miżuri bħal dawn.

▼M1

Artikolu 10a

1.  In-Network Trans-Ewropea ta' Trasport ta' Merkanzija bil-Ferrovija tikkonsisti fl-elementi li ġejjin:

a) Linji ferrovjarji kif indikat fil-mapep fl-Anness I.

b) Rotot ta' diverżjoni, fejn approprjat, partikolarment madwar infrastruttura fejn hemm konġestjoni skond it-tifsira tad-Direttiva 2000/14/KE. Meta jiġu offruti dawn ir-rotot, il-ħinijiet totali tal-vjaġġi kollha għandhom jiġu salvagwardjati sa fejn dan ikun vijabbli.

ċ) Aċċess tal-linji għat-terminals li jservu jew li potenzjalment iservu iktar minn klijent wieħed u għal siti u faċilitajiet oħrajn, inklużi l-linji li jwasslu lejn jew joħorġu minn dawn.

d) Aċċess għal-linji lejn jew minn portijiet kif elenkati fl-Anness I, inklużi l-linji li jgħaqqdu.

2.  Il-linji li jgħaqqdu msemmija fil-paragrafu 1(ċ) u (d) jkopru f'kull tarf tal-vjaġġ 50 km jew 20 % tat-tul tal-vjaġġ fuq il-linji ferrovjarji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a), skond liema minnhom huwa l-ikbar.

Il-Belġju u l-Lussemburgu, bħala Stati Membri b'network relattivament żgħira, jistgħu jillimitaw it-tul tal-linji li jgħaqqdu fl-ewwel sena wara l-15 ta' Marzu 2003 sa minimu ta' 20 km u sa l-aħħar tat-tieni sena b'minimu ta' 40 km.



IT-TAQSIMA Va

Xogħol ta' sorvelljanza tal-Kummissjoni

Artikolu 10b

1.  Sa mhux iktar tard mill-15 ta' Settembru 2001 il-Kummissjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tissorvelja l-kondizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi u l-iżviluppi tas-suq tat-trasport ferrovjarju Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ċert li r-riżorsi adegwati jkunu disponibbli biex jippermettu s-sorvelljanza effettiva ta' dan is-settur.

2.  F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tinvolvi mill-qrib lir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u tas-setturi kkonċernati fix-xogħol tagħha, inklużi l-utenti, sabiex ikunu kapaċi jissorveljaw aħjar l-iżvilupp tas-settur ferrovjarju u l-evoluzzjoni tas-suq, jevalwaw l-effett tal-miżuri adottati u janalizzaw l-impatt tal-miżuri pjanati mill-Kummissjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-użu tan-networks u l-evoluzzjoni tal-kondizzjonijiet ippjanati għas-settur ferrovjarju, partikolarment l-iċċarġjar ta' l-infrastruttura, l-allokazzjoni tal-kapaċità, ir-regolament tas-sigurtà u l-illiċenzjar u l-grad ta' l-armonizzazzjoni li tevolvi. Hija għandha tassigura kooperazzjoni attiva bejn il-korpi regolatorji approprjati fl-Istati Membri.

4.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

a) l-evoluzzjoni tas-suq intern fis-servizzi ferrovjarji

b) il-kondizzjonijiet ta' l-istruttura

▼M2

c) the state of the European railway network

▼M1

d) l-utilizzazzjoni tad-drittijiet ta' l-aċċess

e) l-ostakli għal servizzi ferrovjarji iktar effettivi

f) limitazzjonijiet ta' l-infrastruttura, u

g) il-ħtieġa ta' leġislazzjoni.

▼B



IT-TAQSIMA VI

Dispożizzjonijiet finali

▼M1

Artikolu 11

1.  L-Istati Membri jistgħu jressqu kwalunkwe mistoqsija dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għall-attenzjoni tal-Kummissjoni. Deċiżjonijiet approprjati għandhom jiġu adottati bl-użu tal-proċedura konsultattiva li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 11a(2).

▼M4

2.  Il-miżuri imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva u dwar l-adozzjoni ta’ l-Annessi għaliha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11a(3).

▼M1

Artikolu 11a

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jiġu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼M4

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

▼M1

4.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

▼B

L-Artikolu 12

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva se jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/531/KEE tas-17 ta' Settembru 1990 dwar il-proċedura ta' min jieħu ħsieb l-entitajiet li jaħdmu fis-setturi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni ( 9 ).

L-Artikolu 13

Id-Deċiżjoni 75/327/KEE hija hawnhekk imħassra mill-1 ta' Jannar 1993:

Referenza għad-Deċiżjoni mħassra se tkun meqjusa li tirreferi għal din id-Direttiva.

▼M2 —————

▼M1

Artikolu 14a

1.  Għal perijodu ta' ħames snin mill-15 ta' Marzu 2003, L-Istati Membri li ġejjin:

 L-Irlanda, bħala Stat Membru allokat fuq gżira b'konnessjoni ferrovjarja ma' Stat Membru ieħor wieħed biss

 Ir-Renju Unit, fir-rigward ta' l-Irlanda ta' Fuq, fuq l-istess bażi, u

 Il-Greċja, bħala Stat Membru li m'għandu ebda konnessjoni diretta ma' l-ebda Stat Membru ieħor,

m'għandhomx għalfejn japplikaw il-kondizzjoni li jafdaw korp indipendenti bil-kompitu li jistabbilixxi aċċess ekwu u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura, kif stabbilit fl-Artikolu 6(3), l-ewwel sottoparagrafu u l-inkarigi stabbiliti fl-Artikolu 7(2), l-ewwel sottoparagrafu, sa fejn dawn l-Artikoli jobbligaw lill-Istati Membri biex jistabbilixxu korpi indipendenti li jwettqu l-inkarigi li għalihom issir referenza fl-imsemmija Artikoli.

2.  Madankollu, fejn:

a) iktar minn impriża ferrovjarja waħda liċenzjata skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 95/18/KE, jew, fil-każ ta' l-Irlanda u r-Renju Unit, kumpanija ferrovjarja hekk liċenzjata band'oħra, tissottometti applikazzjoni uffiċjali biex topera servizzi ferrovjarji kompetittivi fi, għal jew mill-Irlanda, l-Irlanda ta' Fuq jew il-Greċja, l-applikabbiltà kontinwata ta' din id-deroga għandha tiġi deċiża skond il-proċedura konsultattiva li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 11a(2); jew

b) impriża ferrovjarja li topera servizzi ferrovjarji fl-Irlanda, fl-Irlanda ta' Fuq jew fil-Greċja tissottometti applikazzjoni uffiċjali biex topera servizzi ferrovjarji fuq, għal jew mit-territorju ta' Stat Membru ieħor (fil-każ ta' l-Irlanda, jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta' l-Irlanda ta' Fuq, jew it-tnejn, Stat Membru ieħor barra t-territorji tagħhom), id-deroga li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika.

Fi żmien sena minn meta jirċievu jew id-deċiżjoni li hemm refernza għaliha fil-punt (a) adottata skond il-proċedura konsultattiva li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 11a(2), jew in-notifika ta' l-applikazzjoni uffiċjali li hemm referenza għaliha fil-punt (b), l-Istat jew l-Istati Membri kkonċernati (l-Irlanda, ir-Renju Unit fir-rigward ta' l-Irlanda ta' Fuq, jew il-Greċja) għandhom idaħħlu leġislazzjoni biex jimplimentaw l-Artikoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1.

3.  Id-deroga li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, tista' tiġi mġedda għal perijodi mhux itwal minn ħames snin. Mhux iktar tard minn 12-il xahar qabel id-data ta' l-għeluq tad-deroga Stat Membru li jinqeda minn tali deroga jista' jindirizza talba lill-Kummissjoni għal deroga mġedda. Kull talba ta' din ix-xorta trid tiġi sostanzjata. Il-Kummissjoni għandha teżamina talba ta' din ix-xorta u tadotta deċiżjoni skond il-proċedura konsultattiva li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 11a(2). L-imsemmija proċedura konsultattiva għandha tapplika għal kwalunkwe deċiżjoni rrelatata mat-talba.

Waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni għandha tqis kull żvilupp fis-sitwazzjoni ġeopolitika u l-iżvilupp tas-suq ferrovjarju fi, minn u lejn l-Istat Membru li jkun talab id-deroga mġedda.

4.  Il-Lussemburgu bħala Stat Membru b'network ferrovjarja relattivament żgħira m'għandux bżonn japplika sal-31 ta' Awissu 2004 il-kondizzjoni li jagħti lil korp indipendenti l-funzjonijiet li jistabbilixxu aċċess ekwu u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura, kif stabbilit fl-Artikolu 6(3), l-ewwel sottoparagrafu, sakemm huwa jobbliga lill-Istati Membri oħra biex jistabbilixxu korpi indipendenti li jwettqu l-inkarigi li għalihom issir referenza f'dak l-Artikolu.

▼B

L-Artikolu 15

L-Istati Membri jridu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jadottaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jaqblu ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1993. Huma jridu jagħrfu minnufih lill-Kummissjoni dwarhom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma jrid ikun fihom kull referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir dik ir-referenza se jkunu stabbiliti mill-Istati Membri.

▼M4

L-obbligi għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw għal Ċipru u għal Malta sakemm l-ebda sistema ferrovjarja ma tiġi stabbilita fit-territorju tagħhom.

▼B

L-Artikolu 16

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS I

PORTIJIET

IL-BELĠJU

Antwerpen/Anvers

Gent/Gand

Zeebrugge/Zeebruges

▼M3

БЪЛГАРИЯ

Варна

Бургас

Русе

Лом

Видин

▼A1

ČESKÁ REPUBLIKA

▼M1

ID-DANIMARKA

Ålborg

Århus

Esbjerg

Fredericia

København

Nyborg

Odense

IL-ĠERMANJA

Brake

Bremen/Bremerhaven

Brunsbüttel

Cuxhaven

Emden

Hamburg

Kiel

Lübeck

Nordenham

Puttgarden

Rostock

Sassnitz

Wilhelmshaven

Wismar

▼A1

EESTI

Muuga sadam

Paljassaare sadam

Vanasadam

Paldiski põhjasadam

Paldiski lõunasadam

Kopli põhjasadam

Kopli lõunasadam

Bekkeri sadam

Kunda sadam

▼M1

IL-GREĊJA

Akenamdqoýpokiy

Eketrßma

Püsqa

PeiqaiÜy

Herrakomßjg

Bükoy

SPANJA

Algeciras

Almería

Barcelona

Bilbao

Cartagena-Escombreras

Gijón

Huelva

Tarragona

Valencia

Vigo

FRANZA

Bayonne

Bordeaux

Boulogne

Calais

Cherbourg

Dunkerque

Fos-Marseille

La Rochelle

Le Havre

Nantes

Port-la-Nouvelle

Rouen

Sète

St-Nazaire

L-IRLANDA

Cork

Dublin

L-ITALJA

Ancona

Bari

Brindisi

C. Vecchia

Genova

Gioia Tauro

La Spezia

Livorno

Napoli

Piombino

Ravenna

Salerno

Savona

Taranto

Trieste

Venezia

▼A1

ΚΥΏΟΣ

LATVIJA

Rīga

Ventspils

Liepāja

LIETUVA

Klaipėda

▼M1

IL-LUSSEMBURGU

▼A1

MAGYARORSZÀG

MALTA

▼M1

L-OLANDA

Amsterdam Zeehaven

Delfzijl/Eemshaven

Vlissingen

Rotterdam Zeehaven

Terneuzen

L-AWSTRIJA

▼A1

POLSKA

Szczecin

Świnoujście

Gdańsk

Gdynia

▼M1

IL-PORTUGALL

Leixões

Lisboa

Setúbal

Sines

▼M3

ROMÂNIA

Constanța

Mangalia

Midia

Tulcea

Galați

Brăila

Medgidia

Oltenița

Giurgiu

Zimnicea

Calafat

Turnu Severin

Orșova

▼A1

SLOVENIJA

Koper

SLOVENSKO

▼M1

IL-FINLANDJA

Hamina

Hanko

Helsinki

Kemi

Kokkola

Kotka

Oulu

Pori

Rauma

Tornio

Turku

L-ISVEZJA

Göteborg-Varberg

Helsingborg

Luleå

Malmö

Norrköping

Oxelösund

Stockholm

Trelleborg-Ystad

Umeå

IR-RENJU UNIT

Il-portijiet kollha konnessi bil-ferrovija

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image




ANNESS II

Lista tal-funzjonijiet essenzjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(3):

 preparazzjoni u teħid tad-deċiżjonjiet irrelatati ma' l-illiċenzjar ta' impriżi ferrovjarji inklużi l-għoti ta' liċenzi individwali,

 it-teħid ta' deċiżjonijiet irrelatati ma' l-allokazzjoni ta' passaġġi inklużi kemm id-definizzjoni kif ukoll l-evalwazzjoni tad-disponibbiltà u l-allokazzjoni ta' passaġġi tal-ferrovija individwali,

 it-teħid ta' deċiżjonijiet marbuta ma' l-iċċarġjar ta' l-infrastruttura,

 l-osservanza tas-sorveljanza ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku meħtieġa fil-provvista ta'ċerti servizzi.



( 1 ) ĠU C 34, ta' l-14.2.1990, p. 8 u ĠU C 87, ta' l-4.4.1991, p. 7.

( 2 ) ĠU C 19, tat-28.1.1991, p. 254.

( 3 ) ĠU C 225, ta' l-10.9.1990, p. 27.

( 4 ) ĠU L 152, tat-12.6.1975, p. 3.

( 5 ) ĠU L 278, tat-23.12.1970, p. 1, Ir-Regolament emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2116/78 (ĠU L 246, tat-8.9.1978, p. 7).

( 6 ) ĠU L 156, tat-28.6.1969, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1893/91 (ĠU L 169, tad-29.6.1991, p. 1).

( 7 ) OJ L 75, 15.3.2001, p. 29. Directive as amended by Commission Decision 2002/844/EC (OJ L 289, 26.10.2002, p. 30).

( 8 ) ĠU L 315 3.12.2007, p. 1.

( 9 ) ĠU L 297, tad-29.10.1990, p. 1.