1989L0656 — MT — 27.06.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Novembru 1989

dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tielet Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(89/655/KEE)

(ĠU L 393, 30.12.1989, p.18)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2007/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

  L 165

21

27.6.2007




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Novembru 1989

dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tielet Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(89/655/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 118a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 )

, ppreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol, B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-Artikolu 118a tat-Trattat jipprovdi li l-Kunsill għandu jadotta, permezz ta' direttivi, ħtiġiet minimi imfassla sabiex jinkoraġġixxu titjib, speċjalment fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jiggarantixxi protezzjoni aħjar tas-saħħa u tas-sigurtà ta' ħaddiema;

Billi, taħt l-Artikolu msemmi, Direttivi bħal dawn għandhom jevitaw milli jimponu limitazzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b'tali mod li jista' jrażżan il-ħolqien u l-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;

Billi l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-programm tagħha li jikkonċerna s-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa fuq ix-xogħol ( 4 ) tipprovdi għall-adozzjoni ta' direttiva dwar l-użu ta' tagħmir protettiv personali fuq ix-xogħol;

Billi l-Kunsill, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Diċembru 1987 dwar is-sigurtà, iġjene u saħħa fuq ix-xogħol ( 5 ), ħa nota ta' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta lill-Kunsill, fil-futur qrib, ħtiġiet minimi dwar l-organizzazzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol;

Billi l-konformità mal-ħtiġiet minimi mfassla sabiex jiggarantixxu aktar saħħa u sigurtà għal min juża tagħmir ta' protezzjoni personali hija essenzjali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema;

Billi din id-Direttiva hija direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri li jinkorraġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa ta' ħaddiema fuq ix-xogħol ( 6 ); billi, konsegwentament, id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jgħoddu kollha kemm huma għall-użu mill-ħaddiema ta' tagħmir ta' protezzjoni personali fuq il-post tax-xogħol, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet aktar stretti u/jew speċifiċi f'din id-Direttiva;

Billi din id-Direttiva tikkostitwixxi f'pass prattiku lejn l-ilħuq tad-dimensjoni soċjali tas-suq intern;

Billi mezzi ta' protezzjoni kollettivi għandhom jingħataw prijorità fuq it-tagħmir ta' protezzjoni individwali; billi min iħaddem għandu jkun meħtieġ li jipprovdi tagħmir ta' protezzjoni u jieħu miżuri ta' sigurtà;

Billi l-ħtiġiet stabbiliti f'din id-Direttiva ma għandhomx jinvolvu tibdiliet għal tagħmir ta' protezzjoni personali li d-diżinn u l-manifattura tiegħu ikun konformi mad-direttivi tal-Komunità li jkollhom x'jaqsmu mas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol;

Billi għandha ssir disposizzjoni għal deskrizzjonijiet li Stati Membri jistgħu jużaw meta jistabbilixxu regoli ġenerali għall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni individwali;

Billi, skond id-Deċiżjoni 74/325/KEE ( 7 ), kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985, il-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-xogħol għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni għall-abbozzar tal-proposti f'dan il-qasam,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



IS-SEZZJONI I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 1

Suġġett

1.  Din id-Direttiva, li hija t-tielet direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, litistabbilixxi ħtiġiet minimi għal tagħmir ta' protezzjoni personali użat mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.

2.  Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE jgħoddu għal kollox għall-kamp kollu li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet aktar stretti u/jew speċifiċi f'din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Definizzjoni

1.  Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, tagħmir ta' protezzjoni personali ifisser kull tagħmir imfassal sabiex jintlibes jew sabiex jinżamm mill-ħaddiem sabiex jipproteġih minn xi riskju jew riskji li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà u s-saħħa tiegħu fuq il-post tax-xogħol, u kwalunkwe addizzjoni jew aċċessorju mfassla sabiex jissodisfa dan l-għan.

2.  Id-definizzjoni f'paragrafu 1 teskludi:

(a) ħwejjeġ ta' xogħol ordinarji u uniformijiet li mhumiex imfassla speċifikament sabiex jipprotegu s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiem;

(b) tagħmir użat minn servizzi ta' emerġenza u ta' salvataġġ;

(ċ) tagħmir ta' protezzjoni personali milbus jew użat mill-militar, il-pulizija jew xi aġenziji żamma ta' l-ordni pubbliċi oħra;

(d) tagħmir personali ta' protezzjoni għal mezzi tat-trasport bit-triq;

(e) tagħmir sportiv;

(f) tagħmir ta' difiża personali jew ta' diterrent;

(g) apparat li jinġarr sabiex jiskopri u jimmarka riskji u disturbi.

L-Artikolu 3

Regola ġenerali

Tagħmir ta' protezzjoni personali għandu jiġi użat meta r-riskji ma jistgħux jiġu evitati jew limitati biżżejjed b'mezzi tekniċi ta' protezzjoni kollettiva jew b'miżuri, metodi jew proċeduri ta' organizzazzjoni tax-xogħol.



IS-SEZZJONI II

OBBLIGI TA' MIN IĦADDEM

L-Artikolu 4

Disposizzjonijiet ġenerali

1.  Tagħmir ta' protezzjoni personali għandu jikkonforma mad-disposizzjonijiet rilevanti tal-Komunità dwar it-tfassil u l-manifattura fir-rigward tas-sigurtà u tas-saħħa.

It-tagħmir ta' protezzjoni personali għandu:

(a) jkun addattat għar-riskji involuti, mingħajr ma jwassal hu stess għal xi riskju miżjud;

(b) jikkorrispondi għall-kondizzjonijiet eżistenti fuq il-post tax-xogħol;

(ċ) jagħti kas tal-ħtiġiet ergonomiċi u ta' l-istat ta' saħħa tal-ħaddiem;

(d) jkun jiġi tajjeb lil min jilbsu wara kwalunkwe aġġustament meħtieġ.

2.  Fejn il-preżenza ta' aktar minn riskju wieħed jobbliga ħaddiem jilbes simultanjament aktar minn oġġett wieħed ta' tagħmir ta' protezzjoni personali, tagħmir bħal dan għandu jkun kompatibbli u jibqa' jkun effettiv kontra r-riskju jew riskji msemmija.

3.  Il-kondizzjonijiet ta' użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali, b'mod partikolari l-perjodu li fih jintlibes, għandhom jiġu determinati fuq il-bażi tal-gravità tar-riskju, tal-frekwenza għall-espożizzjoni għar-riskju, tal-karatteristiċi ta' l-istazzjon tax-xogħol ta' kull ħaddiem u tar-rendiment tat-tagħmir ta' protezzjoni personali.

4.  Tagħmir ta' protezzjoni personali huwa, fil-prinċipju, maħsub għal użu personali.

Jekk iċ-ċirkostanzi jeħtieġu li tagħmir ta' protezzjoni personali jintlibes minn aktar minn persuna waħda, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li dan l-użu ma joħloqx problemi ta' sigurtà jew ta' iġjene għall-persuni differenti li jużawh.

5.  Għandha tkun provduta informazzjoni adegwata fuq kull oġġett tat-tagħmir ta' protezzjoni personali, meħtieġa taħt paragrafi 1 u 2, u għandha tkun magħmula disponibbli fl-intrapriża u/jew fl-istabbiliment.

6.  It-tagħmir ta' protezzjoni personali għandu jiġi pprovdut b'xejn minn min iħaddem, li għandu jiżgura l-kondizzjoni operattiva tajba tiegħu u kondizzjoni iġjenika sodisfaċenti permezz tal-manutenzjoni, tiswija u tibdil li jkun hemm bżonn.

Iżda, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu, skond il-prattika nazzjonali tagħhom, li l-ħaddiem ikun mitlub jikkontribwixxi għall-ispejjeż ta' ċertu tagħmir ta' protezzjoni personali fiċ-ċirkostanzi fejn l-użu tat-tagħmir ma jkunx esklussiv għall-post tax-xogħol.

7.  Min iħaddem għandu l-ewwel jinforma lill-ħaddiem bir-riskji li kontrihom jipproteġih l-ilbies ta' tagħmir ta' protezzjoni personali.

8.  Min iħaddem għandu jirranġa għal taħriġ u għandu, jekk ikun addattat, jorganizza wirjiet dwar l-ilbies ta' tagħmir ta' protezzjoni personali.

9.  Tagħmir ta' protezzjoni personali jista' jintuża biss għal skopijiet speċifikati, minbarra f'ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali.

Għandu jintuża skond l-istruzzjonijiet.

Dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikunu jinftehmu mill-ħaddiema.

L-Artikolu 5

Stima tat-tagħmir ta' protezzjoni personali

1.  Qabel ma jintgħażel tagħmir ta' protezzjoni personali, min iħaddem jeħtieġ li jistma jekk it-tagħmir ta' protezzjoni personali li jkollu l-ħsieb li juża jissodissfax l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4(1) u (2).

L-istima għandha tinvolvi:

(a) analiżi u stima tar-riskji li ma jistgħux ikunu evitati b'mezzi oħra;

(b) definizzjoni tal-karatteristiċi li t-tagħmir ta' protezzjoni personali jista' jkollu sabiex ikun effettiv kontra r-riskji li hemm riferenza għalihom f'(a), billi jingħata kas ta' kwalunkwe riskji li t-tagħmir stess jista' joħloq;

(ċ) paraguna tal-karatteristiċi tat-tagħmir ta' protezzjoni personali disponibbli mal-karatteristiċi li hemm riferenza għalihom f'(b).

2.  L-istma li għaliha hemm provdut f'paragrafu 1 għandha tiġi riveduta jekk isiru xi tibdiliet ta' xi elementi minn tiegħu.

L-Artikolu 6 ( 8 )

Regoli għall-użu

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3, 4 u 5, Stati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti regoli ġenerali għall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali u/jew regoli li jkopru każijiet u sitwazzjonijiet fejn min iħaddem għandu jipprovdi t-tagħmir ta' protezzjoni personali, billi jingħata kas tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-moviment ħieles ta' dan it-tagħmir.

Dawn ir-regoli għandhom jindikaw b'mod partikolari iċ-ċirkostanzi jew is-sitwazzjonijiet ta' riskju li fihom, mingħajr preġudizzju għall-prijorità li għandha tingħata għal mezzi kollettivi ta' protezzjoni, għandu jsir l-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali.

L-Annessi I, II u III, li jikkostitwixxu gwida, fihom informazzjoni utili sabiex jiġu stabbiliti regoli bħal dawn.

2.  Meta Stati Membri jadottaw ir-regoli li hemm riferenza għalihom f'paragrafu 1, għandhom jagħtu kas ta' kwalunkwe tibdiliet sinnifikanti għar-riskju, mezzi kollettivi ta' protezzjoni u ta' tagħmir ta' protezzjoni personali miġjub minn żviluppi teknoloġiċi.

3.  Stati Membri għandhom jikkonsultaw ma' l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema li hemm riferenza għalihom f'paragrafi 1 u 2.

L-Artikolu 7

Informazzjoni għall-ħaddiema

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu informati bil-miżuri kollha li għandhom jittieħdu fir-rigward tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema meta jiġi użat tagħmir ta' protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq ix-xogħol.

L-Artikolu 8

Konsultazzjoni tal-ħaddiema u parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom għandha ssir skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar il-materji koperti b'din id-Direttiva, inklużi l-Annessi magħha.



IS-SEZZJONI III

DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI

L-Artikolu 9

Aġġustament ta' l-Annessi

Tibdiliet ta' natura strettament teknika għall-Annessi I, II u III li jirriżultaw minn:

 l-addozzjoni ta' direttivi ta' armonizzazzjoni teknika u ta' standardizzazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' tagħmir ta' protezzjoni personali, u/jew

 progress tekniku u bidliet f'regolamenti internazzjonali u speċifikazzjonijiet jew tagħrif fil-qasam ta' tagħmir ta' protezzjoni personali,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 17 tad- Direttiva 89/391/KEE.

L-Artikolu 10

Diżposizzjonijiet finali

1.  Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1992. Għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom.

2.  Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, it-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw, kif ukoll dawk li diġà adottaw, fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

▼M1 —————

▼B

L-Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

ABBOZZ TA' TABELLA TA' SURVEY TAR-RISKJU GĦALL-UŻU TA' TAGĦMIR TA' PROTEZZJONI PERSONALI

image




L-ANNESS II

LISTA GWIDA MHUX EŻAWRJENTI TA' OĠĠETTI TA' TAGĦMIR TA' PROTEZZJONI

PERSONALI PROTEZZJONI TAR-RAS

 Elmi ta' protezzjoni sabiex jintużaw fl-industrija (minjieri, siti tal-bini, użu ieħor industrijali).

 Protezzjoni tal-qorriegħa tar-ras (brieret, kpiepel, xbieki tax-xagħar — bi jew mingħajr ilqugħ għall-għajnejn).

 Xedd ir-ras (kpiepel, brieret, sou'westers, eċċ. tad-drapp, tad-drapp bl-inforra, eċċ).

PROTEZZJONI TAS-SMIGĦ

 Saddieda tal-widnejn (ear plugs) u apparat simili.

 Elmi akustiċi għal kollox.

  Muffs tal-widnejn li jistgħu jiġu mdaħħla fl-elmi industrijali.

 Ilqugħ tal-widnejn b'riċevitur għal LF induction loop.

 Protezzjoni tal-widnejn b'apparat intercom.

PROTEZZJONI TA' L-GĦAJNEJN U TAL-WIĊĊ

 Nuċċalijiet.

 Nuċċalijiet ta' protezzjoni.

 Nuċċalijiet ta' protezzjoni għal raġġi X, nuċċalijiet ta' protezzjoni għal raġġi tal-laser, nuċċalijiet ta' protezzjoni għal raġġi ultra-vjola, infra-red, radjazzjoni viżibbli.

 Ilqugħ tal-wiċċ.

 Maskli ta' l-arc welding u elmi (maskli ta' l-id, maskli b'faxxa li tintlibes madwar ir-ras jew maskli li jistgħu jiġu mwaħħla ma' l-elmi ta' protezzjoni).

PROTEZZJONI TAN-NIFS

 Filtri tat-trab, filtri tal-gass u filtri ta' trab radjoattiv.

  Appliances iżolaturi bi provvista ta' arja.

 Apparat tan-nifs li jinkludi maskla tal-welding li tista' titneħħa.

 Tagħmir tal-bugħaddasa.

 Ilbies tal-bugħaddasa.

PROTEZZJONI TA' L-IDEJN U TAD-DRIEGĦ

 Ingwanti biex jipprovdu protezzjoni:

 

 minn makkinarju (ta' titqib, ta' qtugħ, vibrazzjonijiet, eċċ.),

 minn sustanzi kimiċi,

 għal elettriċisti u mis-sħana.

  Mittens

 Ingwanti tas-swaba'.

 Kmiem barranin milbusa fuq oħrajn.

 Protezzjoni tal-polz għal xogħol tqil.

 Ingwanti bla swaba'.

 Ingwanti ta' protezzjoni.

PROTEZZJONI TAS-SAQAJN U TAR-RIĠLEJN

 Żraben qosra, żraben sa l-għarqub, żraben sal-pexxun, żraben tas-sigurtà.

 Żraben li jistgħu jinħallu mil-lazz jew żganċati malajr.

 Żraben b'kappa tas-swaba' miżjuda għall-protezzjoni.

 Żraben u overshoes bil-qiegħ reżistenti għas-sħana.

 Żraben reżistenti għas-sħana, boots u overboots.

 Żraben termali, boots u overboots.

 Żraben reżistenti għal vibrazzjonijiet, boots u overboots.

 Żraben anti statiċi, boots u overboots.

 Żraben iżolaturi, boots u overboots.

  Boots ta' protezzjoni għal operaturi ta' lupi.

 Zukkletti ta' l-injam (Clogs).

 Milqgħat ta' l-irkobba.

 Ilqugħ għall-instep li jistgħu jitneħħew.

 Getti.

 Qigħan li jittneħħew (reżistenti għas-sħana, reżistenti għat-titqib jew reżistenti għall-għaraq).

  Spikes li jistgħu jittneħħew għas-silġ, borra jew art li tiżloq.

PROTEZZJONI TAL-ĠILDA

 Dlik/ingwenti għall-protezzjoni tal-ġilda.

PROTEZZJONI TAT-TRONK U TAŻ-ŻAQQ

 Sdieri, ġkieket u fradal ta' protezzjoni biex jipprovdu protezzjoni minn makkinarju (ta' titqib, ta' qtugħ, ta' titjir tal-metall maħlul, etc).

 Sdieri, ġkieket u fradal ta' protezzjoni biex jipprovdu protezzjoni minn sustanzi kimiċi.

 Sdieri msaħħna.

 Ġkieket tas-salvataġġ.

 Fradal ta' protezzjoni minn raġġi X.

 Ċintorini taż-żaqq (panċieri).

PROTEZZJONI TAL-ĠISEM KOLLU

  Tagħmir imfassal biex jipprevjeni waqgħat

 

 Tagħmir biex jipprevjeni waqgħat (tagħmir sħiħa bl-aċċessorji kollha meħtieġa).

 Tagħmir tal-brejk li jassorbi enerġija kinetika (tagħmir sħiħ bl-aċċessorji kollha meħtieġa).

 Apparat ta' żamma tal-ġisem (harness tas-sigurtà).

  Ilbies ta' protezzjoni

 

 Ilbies tax-xogħol “ta”' protezzjoni (f'biċċtejn u fradal).

 Ilbies li jipprovdi protezzjoni minn makkinarju (ta' titqib, ta' qtugħ, eċċ).

 Ilbies li jipprovdi protezzjoni minn sustanzi kimiċi.

 Ilbies li jipprovdi protezzjoni minn titjir ta' metall maħlul u radjazzjoni infra-ħamra.

 Ilbies reżistenti għas-sħana.

 Ilbies termali.

 Ilbies li jipprovdi protezzjoni minn kontaminazzjoni radjoattiva.

 Ilbies li minnu ma jgħaddix trab.

 Ilbies li minnu ma jgħaddix gass.

 Sinjali fluworexxenti, ilbies u aċċessorji li jirreflettu (faxex ma' l-idejn, ingwanti, eċċ).

 Għata ta' protezzjoni.




L-ANNESS III

LISTA TA' GWIDA MHUX EŻAWRJENTI TA' ATTIVITAJIET U SETTURI TA' ATTIVITÀ LI JISTGĦU JEĦTIEĠU L-PROVIŻJON TA' TAGĦMIR TA' PROTEZZJONI PERSONALI

1. PROTEZZJONI TAR-RAS (PROTEZZJONI TAL-QORRIEGĦA)

Elmi ta' protezzjoni

 Xogħol ta' bini, b'mod partikolari xogħol fuq, taħt jew fil-viċinanzi ta' scaffolding u postijiet tax-xogħol elevati, twaqqif u tneħħija ta' strutturi temporanji, xogħol ta' assemblaġġ u xogħol ta' installazzjoni, xogħol fuq scaffolding u xogħol ta' twaqqigħ.

 Xogħol fuq pontijiet ta' l-azzar, kostruzzjoni ta' bini ta' l-azzar, arbli, torrijiet, strutturi idrawliċi ta' l-azzar, kalkara ta' funderiji, fabbriki tal-ħadid u fabbriki tar-rolling, containers kbar, pajpijiet twal, impjanti tal-boilers u power stations.

 Xogħol f'fosos, kanal, xaftijiet u mini.

 Xogħol l-art u l-blat.

 Xogħol f'xogħlijiet taħt l-art, f'barrieri, tħaffir fil-miftuħ, tneħħija ta' provvisti tal-faħam.

 Xogħol b'għodda li twassal il-boltijiet.

 Xogħol ta' blasting.

 Xogħol fil-viċinanzi ta' liftijiet, tagħmir ta' rafa', krejnijiet u conveyors.

 Xogħol b'kalkara tal-funderiji, impjanti ta' riduzzjoni diretta, fabbriki ta' l-azzar, fabbriki ta' rolling, fabbriki tal-metall, kiwi tal-metalli, kiwi tal-metalli bil-qatra (drop forging) u tidwib tal-metall (casting).

 Xogħol bi fran industrijali, containers, makkinarju, silos, bunkers u pajpijiet.

 Bini ta' vapuri.

 Xogħol ta' tħarrik bl-użu ta' linji tal-ferrovija.

 Biċċeriji.

2. PROTEZZJONI TAS-SIEQ

Żraben tas-sigurtà b'qiegħ kontra t-titqib

 Xogħol strutturali, pedamenti u xogħlijiet fit-toroq.

 Xogħol bl-użu ta' scaffolding.

 Twaqqigħ ta' xogħol strutturali.

 Xogħol tal-konkos u b'biċċiet prefabbrikati li jinvolvi xogħol ta' twaqqif u ta' tneħħija ta' strutturi temporanji.

 Xogħol fil-btieħi u mħażen ta' kuntratturi.

 Xogħol tal-bjut.

Żraben tas-sigurtà mhux bil-qiegħ ma jittaqqabx

 Xogħol fuq pontijiet ta' l-azzar, kostruzzjoni ta' bini ta' l-azzar, arbli, torrijiet, liftijiet, strutturi idrawliċi ta' l-azzar, kalkara ta' funderiji, fabbriki tal-ħadid u fabbriki tar-rolling, containers kbar, pajpijiet twal, krejnijiet, impjanti tal-boilers u power stations.

 Kostruzzjoni ta' fran, installazzjoni ta' tisħin u ta' ventilazzjoni u xogħol ta' assemblaġġ tal-metall.

 Xogħol ta' konverżjoni u manutenzjoni.

 Xogħol b'kalkara tal-funderiji, impjanti ta' riduzzjoni diretta, fabbriki ta' l-azzar, fabbriki ta' rolling, fabbriki tal-metall, kiwi tal-metalli, kiwi tal-metalli bil-qatra (drop forging), hot pressing, drawing plants.

 Xogħol fil-barrieri u tħaffir fil-miftuħ, tneħħija ta' provvisti tal-faħam.

 Xogħol u proċessar tal-blat.

 Manifattura xogħol u pproċessar ta' prodotti ċatti tal-ħġieġ u ta' reċipjenti tal-ħġieġ.

 Xogħol bil-forom fl-industrija taċ-ċeramika.

 Kisi bil-kalkara fl-industrija taċ-ċeramika.

 Xogħol bil-forma fl-industrija ta' affarijiet taċ-ċeramika u ta' materjal tal-bini.

 Trasport u ħżin.

 Xogħol bi blokok ta' laħam iffriżat u ppakkjar ta' ikel priservat.

 Bini ta' vapuri.

 Xogħol ta' tħarrik bl-użu ta' linji tal-ferrovija.

Żraben tas-sigurtà bit-takkuna jew żraben b'takkuna b'forma ta' feles u bil-qiegħ ma jittaqqabx.

 Xogħol tal-bjut.

Żraben ta' protezzjoni bil-qiegħ iżolat

 Xogħol bi u fuq materjal jaħraq ħafna jew kiesaħ ħafna.

Żraben tas-sigurtà li jistgħu jitneħħew malajr

 Fejn ikun hemm riskju ta' penetrazzjoni ta' sustanzi maħlulin.

3. PROTEZZJONI TA' L-GĦAJNEJN JEW TAL-WIĊĊ

Nuċċalijiet ta' protezzjoni, ilqugħ tal-wiċċ jew screens

 Xogħol tal-welding, tal-grinding jew ta' separar.

 Mili u xogħol bil-furmatur.

 Xogħol u proċessar il-blat.

 Xogħol b'għodda li twassal il-boltijiet.

 Xogħol fuq magni li jneħħu l-istokk għal frak żgħar.

 Kiwi tal-metalli bil-qatra (drop forging).

 It-tneħħija u ksur ta' frammenti.

 Sprejjar ta' sustanzi li joborxu.

 Xogħol b'aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi, diżinfettanti u prodotti korrużivi tat-tindif.

 Xogħol bi sprays likwidi.

 Xogħol bi u fil-viċinanzi ta' sustanzi mdewbin.

 Xogħol bis-sħana radjanti.

 Xogħol bil-laser.

4. PROTEZZJONI GĦAN-NIFS

Respirators/apparat tan-nifs

 Xogħol f'containers, żoni ristretti u kalkari industrijali bil-gas fejn jista' jkun hemm gass jew nuqqas ta' ossiġnu.

 Xogħol fil-viċinanza taċ-ċarġ ta' kalkara tal-funderiji.

 Xogħol fil-viċinanzi ta' converters tal-gass u ta' pajpijiet tal-gass ta' kalkari tal-funderiji.

 Xogħol fil-viċinanza ta' truf ta' kalkari tal-funderiji fejn jista' jkun hemm ħafna dħaħen ta' metalli.

 Xogħol fuq il-kisi ta' fran u ta' kuċċara fejn jista' jkun hemm trab.

 Żebgħa bi sprej fejn it-tneħħija tat-trab ma tkunx adegwata.

 Xogħol f'-xaftijiet, kanali tad-dranaġġ u żoni oħra taħt l-art li jkollhom x'jaqsmu mad-dranaġġ.

 Xogħol f'impjanti ta' refriġerazzjoni fejn ikun hemm perikolu li jkun jista' joħroġ ir-refriġerant.

5. PROTEZZJONI TAS-SMIGĦ

Protezzjoni għall-widna

 Xogħol bi preses tal-metalli.

 Xogħol bi drillijiet pnewmatiċi.

 Ix-xogħol ta' persunal ta' l-art fl-ajruporti.

 Xogħol ta' pile driving.

 Xogħol ta' l-injam u tat-tessuti.

6. PROTEZZJONI TAL-ĠISEM, TAD-DIRGĦAJN U TA' L-IDEJN

Ilbies ta' protezzjoni

 Xogħol b'aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi, diżinfettanti u sustanzi korrużivi tat-tindif.

 Xogħol bi jew fil-viċinanza ta' materjali sħanu fejn l-effetti tas-sħana ikunu jinħassu.

 Xogħol fuq prodott ċatti tal-ħġieġ.

  Shot blasting.

 Xogħol fi kmamar friża.

Ilbies ta' protezzjoni reżistenti għan-nar

 Iwweldjar f'żoni ristretti.

Fradal li ma jittaqbux

 Xogħol ta' tneħħija ta' għadam u ta' qtugħ.

 Xogħol bi skieken ta' l-idejn li jinvolvi l-ġbid tas-sikkina lejn il-ġisem.

Fradal tal-ġilda

 Iwweldjar.

 Kiwi tal-metalli.

 Tidwib tal-metalli (casting).

Protezzjoni tad-driegħ

 Tneħħija ta' għadam u qtugħ.

Ingwanti

 Iwweldjar.

 Immanniġġjar ta' oġġetti bit-tarf jaqta', minbarra magni oħra fejn ikun hemm il-perikolu li jinqabdu l-ingwanti.

 Xogħol b'aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi mingħajr ilqugħ.

Ingwanti magħmulin minn xbieki tal-metall

 Tneħħija ta' għadam u qtugħ.

 Qtugħ normali bl-użu ta' sikkina ta' l-id għall-produzzjoni u għall-qtil.

 Bdil ta' skieken ta' magni ta' qtugħ.

7. ILBIES LI JILQA' L-MALTEMP

 Xogħol fl-arja aperta fix-xita u f'temp kiesaħ.

8. ILBIES LI JIRRIFLETTI

 Xogħol fejn il-ħaddiema għandhom ikunu jidhru b'mod ċar.

9.  HARNESSES TA' SIGURTÀ

 Xogħol fuq scaffolding.

 Assemblaġġ ta' partijiet prefabbrikati.

 Xogħol fuq arbli.

10. ĦBULA TAS-SIGURTÀ

 Xogħol f'kabini ta' krejnijiet fl-għoli.

 Xogħol f'kabini għoljin ta' tagħmir ta' stivar u ta' lħuq.

 Xogħol f'sezzjonijiet għoljin ta' drilling towers.

 Xogħol f'xaftijiet u kanali tad-dranaġġ.

11. PROTEZZJONI TAL-ĠILDA

 Proċessar ta' materjali tal-kisi.

 Kunzatura.



( 1 ) ĠU C 161, ta' l-20.6.1988, p. 1,

ĠU C 115, tat-8.5.1989, p. 27 u

ĠU C 287, tal-15.11.1989, p. 11.

( 2 ) ĠU C 12, tas-16.1.1989, p. 92 u

ĠU C 256, tad-9.10.1989, p. 61.

( 3 ) ĠU C 318, tat-12.12.1988, p. 30.

( 4 ) ĠU C 28, tat-3.2.1988, p. 3.

( 5 ) ĠU C 28, tat-3.2.1988, p. 1.

( 6 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

( 7 ) ĠU L 185, tad-9.7.1974, p. 15.

( 8 ) Ara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU Nru C 328, tat-30.12.1989, p. 3).