1978L0660 — MT — 29.06.2006 — 007.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-RABA' DIRETTIVA TAL- KUNSILL

tal-25 ta' Lulju tal-1978

ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji

(78/660/KEE)

(ĠU L 222, 14.8.1978, p.11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IS-SEBA' DIRETTIVA TAL-KUNSILL 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju ta' l-1983

  L 193

1

18.7.1983

 M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 84/569/KEE tas-27 ta’ Novembru 1984

  L 314

28

4.12.1984

►M3

IL-ĦDAX IL-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 89/666/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989

  L 395

36

30.12.1989

►M4

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 90/604/KEE tat-8 ta’ Novembru tal-1990

  L 317

57

16.11.1990

►M5

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 90/605/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990

  L 317

60

16.11.1990

 M6

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 94/8/KE tal-21 ta’ Marzu 1994

  L 82

33

25.3.1994

 M7

COUNCIL DIRECTIVE 1999/60/EC of 17 June 1999 (*)

  L 162

65

26.6.1999

►M8

ID-DIRETTIVA 2001/65/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta’ Settembru 2001

  L 283

28

27.10.2001

►M9

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/38/KE tat-13 ta’ Mejju 2003

  L 120

22

15.5.2003

►M10

ID-DIRETTIVA 2003/51/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-18 ta’ Ġunju 2003

  L 178

16

17.7.2003

►M11

DIRETTIVA 2006/43/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'relevanza għaż–ŻEE tas-17 ta' Mejju 2006

  L 157

87

9.6.2006


Emendat bi:

►A1

  L 291

17

19.11.1979

►A2

  L 302

23

15.11.1985

►A3

  C 241

21

29.8.1994

►A4

  L 236

33

23.9.2003



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

IR-RABA' DIRETTIVA TAL- KUNSILL

tal-25 ta' Lulju tal-1978

ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji

(78/660/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 54(3)(g) tiegħu;

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Billi l-kordinazzjoni ta' disposizzjonijiet nazzjonali dwar il-preżentazzjoni u kontenut ta' kontijiet annwali u rapporti annwali, il-metodi ta' valutazzjoni wżati fihom u l-pubblikazzjoni tagħhom dwar ċerti tipi ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata hija ta' importanza speċjali għall-protezzjoni ta' membri u terzi;

Billi kordinazzjoni simultanea hija meħtieġa f'dawn l-oqsma għal dawn il-forom ta' kumpanniji għaliex, fuq naħa waħda, dawn l-attivitajiet tal-kumpanniji jestendu b'mod frekwenti 'l hinn mill-fruntieri tat-territorji nazzjonali tagħhom u, fuq naħa oħra, huma ma joffru ebda salvagwardji lil terżi 'l hinn mill-ammonti ta' l-attiv nett tagħhom; billi, madankollu, il-ħtieġa u l-urġenza ta' dik il-kordinazzjoni ġew rikonoxxuti u konfermati bl-Artikolu 2(1)(f) tad-Direttiva 68/151/KEE ( 3 );

Billi huwa meħtieġ, madankollu, li jiġu stabbiliti fil-Komunità il-ħtiġijiet legali minimi u ekwivalenti dwar sa fejn għandha tkun disponibbli l-informazzjoni finanzjarja għall-pubbliku minn kumpanniji li huma f'kompetizzjoni ma' xulxin;

Billi kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera u xierqa ta' l-attiv u l-passiv, tal-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew telf ta' kumpannija; billi għal dan il-għan għandu jiġi preskritt taqsim obbligatorju għall-karta tal-bilanċi u l-kont ta' qligħ u telf u billi l-kontenut minimu tan-noti dwar il-kontijiet u r-rapport annwali għandu jiġi speċifikat; billi, iżda, jistgħu jingħataw derogi għal ċerti kumpanniji ta' importanza minuri ekonomika jew soċjali;

Billi l-metodi differenti għall-valutazzjoni ta' l-attiv u l-passiv għandhom jiġu kordinati sa fejn huwa meħtieġ biex jiġi assigurat li kontijiet annwali juru informazzjoni li tista' titqabbel u ekwivalenti;

Billi l-kontijiet annwali tal-kumpanniji kollha li għalihom tapplika din id-Direttiva għandhom jiġu pubblikati skond id-Direttiva 68/151/KEE; billi, iżda, ċerti derogi jistgħu bl-istess mod jingħataw f'dan il-qasam għal kumpanniji żgħar jew ta' daqs medju;

Billi l-kontijiet annwali għandhom jiġu verifikati minn persuni awtorizzati li l-kwalifiki minimi tagħhom għandhom ikunu s-suġġett ta' kordinazzjoni oħra; billi kumpanniji żgħar biss jistgħu jinħelsu minn dan l-obbligu ta' verifika;

Billi, meta kumpannija tappartjeni lil grupp, huwa mixtieq li l-kontijiet tal-grupp li jagħtu stampa vera u xierqa ta' l-attivitajiet tal-grupp kollu għandhom jiġu pubblikati; billi, iżda, sakemm tidħol fis-seħħ id-Direttiva tal-Kunsill dwar kontijiet konsolidati, huma meħtieġa derogi minn ċerti disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva;

Billi, sabiex jissodisfaw id-diffikultajiet li jinqalgħu mill-pożizzjoni preżenti dwar leġislazzjoni f'ċerti Stati Membri, il-perjodu imħolli għall-implimentazzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandu jkun itwal mill-perjodu speċifikat b'mod ġenerali f'dawk il-każijiet,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  Il-miżuri ta' kordinazzjoni preskritti minn din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar it-tipi ta' kumpanniji li ġejjin:

 fil-Ġermanja:

 

die Aktiengesellschaft, die Kommanditgesellschaft auf Aktien, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

 fil-Belġju:

 

la société anonymede naamloze vennootschap,la société en commandite par actionsde commanditaire vennootschap op aandelen,la société de personnes à responsabilité limitéede personenvennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

 fid-Danimarka:

 

aktieselskaber, kommanditaktieselskaber, anpartsselskaber;

 fi Franza:

 

la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée;

 fl-Irlanda:

 

public companies limited by shares or by guarantee, private companies limited by shares or by guarantee;

 fl-Italja:

 

la società per azioni, la società in accomandita per azioni, la società a responsabilità limitata;

 fil-Lussemburgu:

 

la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée;

 fl-Olanda:

 

de naamloze vennootschap, de besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

 fir-Renju Unit:

 

public companies limited by shares or by guarantee, private companies limited by shares or by guarantee;

▼A1

 fil-Greċja:

 

η ανώνυμη εταιρία, η εταιρία περιωρισμένης ευθύνης, η ετερόρρυθμη κατά μετοχές εταιρία;

▼A2

 fi Spanja:

 

la sociedad anonima, la sociedad comanditaria por acciones, la sociedad de responsabilidad limitada;

 fil-Portugall:

 

a sociedade anonima de responsabilidade limitada, a sociedade em comandita por acçoes, a sociedade por quotas de responsabilidade limitada;

▼A3

 fl-Awstrija:

 

die Aktiengesellschaft, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

 fil-Finlandja:

 

osakeyhtiö/aktiebolag;

 fl-Isvezja:

 

aktiebolag;

▼A4

 fir-Repubblika Ċeka:

 

společnost s ručením omezeným, akciová společnost;

 fl-Estonja:

 

aktsiaselts, osaühing;

 f'Ċipru:

 

δημόσιες εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση, ιδιωτικές εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση;

 fil-Latvja:

 

akciju sabiedrība, sabiedrība ar ierobežotu atbildību;

 fil-Litwanja:

 

akcinės bendrovės, uždarosios akcinės bendrovės;

 fl-Ungerija:

 

részvénytársaság, korlátolt felelősségű társaság;

 f'Malta:

 

kumpannija pubblika/public limited liability company, kumpannija privata/private limited liability company;

soċjetà in akkomandita bil-kapital maqsum f'azzjonijiet/partnership en commandite with the capital divided into shares;

 fil-Polonja:

 

spółka akcyjna, spółka z ograniczoną odpowiedzialnością, spółka komandytowo-akcyjna;

 fis-Slovenja:

 

delniška družba, družba z omejeno odgovornostjo, komanditna delniška družba;

 fis-Slovakkja:

 

akciová spoločnosť, spoločnosť s ručením obmedzeným'.

▼M5

Il-miżuri ta’ kordinament stabbiliti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għall-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membrili fejn jidħlu t-tipi ta’ kumpanniji li ġejjin:

(a) fil-Ġermanja:

die offene Handelsgesellschaft, die Kommanditgesellschaft;

(b) fil-Belġju:

la société en nom collectifde vennootschap onder firma

la société en commandité simplede gewone commanditaire vennootschap;

(ċ) fid-Danimarka:

interessentskaber, kommanditselskaber;

(d) fi Franza:

la société en nom collectif, la société en commandite simple;

(e) fil-Greċja:

η ομόρρυθμος εταιρεία, η ετερόρρυθμος εταιρεία;

(f) fi Spanja:

sociedad colectiva, sociedad en comandita simple;

(g) fl-Irlanda:

partnerships, limited partnerships, unlimited companies;

(h) fl-Italja:

la società in nome collettivo, la società in accomandita semplice;

(i) fil-Lussemburgu:

la société en nom collectif, la société en commandite simple;

(j) fl-Olanda:

de vennootschap onder firma, de commanditaire vennootschap;

(k) fil-Portugall:

sociedade em nome colectivo, sociedade em comandita simples;

(l) fir-Renju Unit:

partnerships, limited partnerships, unlimited companies;

▼A3

(m) fl-Awstrija:

die offene Handelsgesellschaft, die Kommanditgesellschaft;

(n) fil-Finlandja:

avoin yhtiö/öppet bolag, kommandiittiyhtiö/ kommanditbolag;

(o) fl-Svezja:

handelsbolag, kommanditbolag;

▼A4

(p) fir-Repubblika Ċeka:

veřejná obchodní společnost, komanditní společnost, družstvo;

(q) fl-Estonja:

täisühing, usaldusühing;

(r) f'Ċipru:

oμόρρυθμες και ετερόρρυθμες εταιρείες (συνεταιρισμοί);

(s) fil-Latvja:

pilnsabiedrība, komanditsabiedrība;

(t) fil-Litwanja:

tikrosios ūkinės bendrijos, komanditinės ūkinės bendrijos;

(u) fl-Ungerija:

közkereseti társaság, betéti társaság, közös vállalat, egyesülés;

(v) f'Malta:

Soċjetà f'isem kollettiv jew soċjetà in akkomandita, bil-kapital li mhux maqsum f'azzjonijiet meta s-soċji kollha li għandhom responsabbilità llimitata huma soċjetajiet tat-tip deskritt fis-sub-paragrafu 1/Partnership en nom collectif or partnership en commandite with capital that is not divided into shares, when all the partners with unlimited liability are partnerships as described in sub-paragraph 1;

(w) fil-Polonja:

spółka jawna, spółka komandytowa;

(x) fis-Slovenja:

družba z neomejeno odgovornostjo, komanditna družba;

(y) fis-Slovakkja:

verejná obchodná spoločnosť, komanditná spoločnosť,

▼M5

meta l-membri kollha li għandhom responsabbiltà mhux limitata huma kumpanniji tat-tipi ddikjarati fl-ewwel subparagrafu jew kumpanniji li mhumiex irregolati bil-liġijiet ta’ Stat Membru iżda li għandhom forma legali li tista’ titqabbel ma’ dawk riferiti fid-Direttiva 68/151/KEE.

Din id-Direttiva għandha tappplika wkoll għat-tipi ta’ kumpanniji jew ditti riferiti fit-tieni subparagrafu meta l-membri kollha li jkollhom responsabbiltà mhux limitata jkunu huma nfushom kumpanniji tat-tipi ddikjarati f’dan jew fl-ewwel subparagrafu.

▼B

2.  Sakemm ikun hemm kordinazzjoni oħra, l-Istati Membri m'għandhomx bżonn japplikaw id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva għal banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew għal kumpanniji ta' assigurazzjoni



TAQSIMA I

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 2

1.  Il-kontijiet annwali għandhom jikkomprendu l-karta tal-bilanċi, l-kont ta' qligħ u telf u n-noti dwar il-kontijiet. Dawn id-dokumenti għandhom jikkostitwixxu xi ħaġa sħiħa u komposta.

▼M10

L-Istati Membri jistgħu jħallu jew jeħtieġu li d-dħul ta’ prospetti oħra fil-kontijiet annwali b’żieda mad-dokumenti li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu.

▼B

2.  Huma għandhom isiru b'mod ċar u skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

3.  Il-kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta ta' l-attiv, tal-passiv, tal-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew telf tal-kumpannija.

4.  Meta l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma tkunx biżżejjed biex tagħti stampa vera u ġusta fis-sens ta' paragrafu 3, għandha tingħata informazzjoni iżjed.

5.  Meta f'każijiet eċċezzjonali l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta' din id-Direttiva tkun inkompatibbli ma' l-obbligu speċifikat fil-paragrafu 3, wieħed għandu jitbiegħed minn dik id-dispożizzjoni sabiex tingħata stampa vera u ġusta fis-sens tal-paragrafu 3. Kull tbegħid bħal dak għandu jintwera fin-noti dwar il-kontijiet flimkien ma' spjegazzjoni tar-raġunijiet għal dan u dikjarazzjoni dwar l-effett tiegħu fuq l-attiv, il-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ u telf. L-Istati Membri jistgħu jfissru l-każijiet eċċezzjonali relattivi u jispeċifikaw ir-regoli rilevanti u speċjali.

6.  L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw jew jeħtieġu il-wiri fil-kontijiet annwali ta' informazzjoni oħra kif ukoll dak li għandu jintwera skond din id-Direttiva.



TAQSIMA 2

Disposizzjonijet ġenerali dwar il-karta tal-bilanċi u l-kont tal-qligħ u telf

Artikolu 3

It-tqassim tal-karta tal-bilanċi u tal-kont tal-qligħ u telf, partikolarment dwar il-forma adottata għall-preżentazzjoni tagħhom, jista' ma jinbidilx minn sena finanzjarja waħda għall-oħra. Tbegħid minn dan il-prinċipju għandu jitħalla f'każijiet eċċezzjonali. Kull tbegħid bħal dak għandu jintwera fin-noti dwar il-kontijet flimkien ma' spjegazzjoni tar-raġunijiet għalih.

Artikolu 4

1.  Fil-karta tal-bilanċi u fil-kont ta' qligħ u telf l-entrati preskritti f'L-Artikoli 9, 10 u 23 sa 26 għandhom jintwerew separatament fl-ordni indikata. Subdiviżjoni aktar dettaljata ta' l-entrati għandha tiġi awtorizzata sakemm it-taqsimiet huma mħarsa. Entrati ġodda jistgħu jiżdiedu previst li l-kontenut tagħhom mhuwiex kopert b'xi waħda mill-entrati preskriti mit-taqsimiet. Subdiviżjoni jew entrati ġodda bħal dawn jistgħu jkunu meħtieġa mill-Istati Membri.

2.  It-taqsim, nomenklatura u terminoloġija ta' entrati fil-karta tal-bilanċi u kont ta' qligħ u telf li jkunu wara numri Għarab għandhom jiġu adattati meta n-natura speċjali ta' obbligazzjoni teħtieġ hekk. Adattamenti bħal dawn jistgħu jkunu meħtieġa mill-Istati Membri ta' intrapriżi li jiffurmaw parti minn settur ekonomiku partikolari.

3.  L-entrati tal-karta tal-bilanċi u kont ta' qligħ u telf li jsiru wara numri Għarab jistgħu jingħaqdu meta:

(a) m`humiex materjali għall-iskop ta' l-Artikolu 2(3); jew

(b) tagħqid bħal dan jgħin għal kjarezza akbar, previst li l-entrati hekk magħquda huma trattati separatament fin-noti dwar il-kontijiet. Din it-tagħqida tista' tinħtieġ mill-Istati Membri.

4.  Dwar kull entrata fil-karta tal-bilanċi u kont ta' qligħ u telf għandha tintwera ċ-ċifra li tikkorrispondi għall-entrata għas-sena finanzjarja ta' qabel. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li, meta dawn iċ-ċifri ma jistgħux jitqabblu, iċ-ċifra għas-sena finanzjarja ta' qabel għandha tiġi aġġustata. F'kull każ, in-nuqqas ta' komparabilità u kull aġġustament taċ-ċifri għandhom jintwerew fin-noti dwar il-kontijiet, mal-kummenti rilevanti.

5.  Ħlief meta jkun hemm entrata li tikkorrispondi għas-sena finanzjarja ta' qabel fis-sens ta' paragrafu 4, ma għandhomx jntwerew entrati fil-karta tal-bilanċi jew kont ta' qligħ u telf li għalihom ma hemmx ammont.

▼M10

6.  L-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu li l-preżentazzjoni ta’ ammonti f’oġġetti fil-kont tal-qligħ u t-telf u l-karta ta’ bilanċ tikkunsidra s-sustanza tat-transazzjoni jew l-arranġament irrappurtati. Dan il-permess jew ħtieġa jistgħu jkunu ristretti għal ċerti klassijiet ta’ kumpaniji u/jew kontijiet konsolidati kif imfissra fis-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar kontijiet konsolidati ( 4 ).

▼B

Artikolu 5

1.  B'deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu taqsim speċjali għall-kontijiet annwali ta' kumpanniji ta' investiment u ta' kumpanniji illi għandhom holding finanzjarju basta li dan it-taqsim jagħti stampa ta' dawn il-kumpanniji ekwivalenti għal dik prevista fl-Artikolu 2(3).

2.  Għall-iskop ta' din id-Direttiva, “kumpanniji ta' investiment” għandhom ifissru biss:

(a) dawk il-kumpanniji li l-għan uniku tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f'titoli diversi, proprjetà immobbli u attiv ieħor bl-uniku għan li jifirxu r-riskji ta' investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati tal-amministrazzjoni ta' l-attiv tagħhom.

(b) dawk il-kumpanniji assoċjati ma' kumpanniji ta' investiment b'kapital fiss jekk l-uniku għan tal-kumpanniji hekk assoċjati huwa li jakkwistaw azzjonijiet imħallsa kollha u maħruġa minn dawk il-kumpanniji ta' investiment bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 20(1)(h) ta' 77/91/KEE ( 5 ).

3.  Għall-għanijiet ta' din id-Direttvia, “kumpanniji b'holding finanzjarju” għandhom ifissru biss dawk il-kumpanniji li l-uniku għan tagħhom huwa li jakkwistaw holdings f'impriżi oħra, u li biex jamministraw dawk il-holdings u jbiddluhom fi qligħ, mingħajr ma jinvolvu lilhom infushom direttament jew indirettament fl-amministrazzjoni ta' dawk l-impriżi, filwaqt li dak li ntqal qabel ikun bla ħsara għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti. Il-limitazzjonijiet imposti fuq l-attivitajiet ta' dawn il-kumpanniji għandhom ikunu dawk li tħaris tagħhom jista' jiġi sorveljat minn awtorità amministrattiva jew ġuridika.

Artikolu 6

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw jew jeħtieġu adattament tat-taqsim tal-karta tal-bilanċi u kont ta' qligħ u telf sabiex jinkludu l-approprjazzjoni ta' qligħ jew it-trattament ta' telf.

Artikolu 7

Kull kumpens bejn entrati ta' attiv u passiv, jew bejn entrati ta' dħul u ħruġ, għandu jkun projbit.



TAQSIMA 3

Taqsim tal-karta ta' bilanċi

Artikolu 8

Għall-preżentazzjoni tal-karta ta' bilanċi, l-Istati Membri għandhom jippreskrivu wieħed jew iż-żewġ taqsimiet preskritti mill-Artikoli 9 u 10. Jekk Stat Membru jippreskrivi t-tnejn, huwa għandu jħalli kumpanniji biex jagħżlu bejniethom.

▼M10

L-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu li kumpaniji jadottaw il-preżentazzjoni tal-karta ta’ bilanċ kif imniżżla fl-Artikolu 10a bħala alternattiva għat-tqassim preskritt jew permess mod ieħor.

▼B

Artikolu 9

Assi

A.  Il-Kapital sottoskritt mhux imħallas

li minnu ġie msejjaħ

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali tiddisponi li kapital jintwera taħt “Passiv”. F'dak il-każ, il-parti tal-kapital imsejjaħ iżda mhux imħallas għandu jidher bħala attiv jew taħt A jew taħt D (II) (5)).

B.  Spejjeż ta' formazzjoni

kif imfissra minn liġi nazzjonali, u sa fejn il-liġi nazzjonali tħallihom li jidhru bħala attiv. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll tiddisponi biex spejjeż ta' formazzjoni jidhru bħala l-ewwel entrata taħt “Attiv mhux tanġibbli”.

Ċ.  Attiv fiss

I.  Assi m`humiex tanġibbli

1. Spejjeż ta' riċerka u żvilupp, safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li huma jidhru bħala assi.

2. Konċessjonijiet, patenti, liċenzji, trade marks u drittijiet u attiv simili, jekk huma kienu:

(a) akkwistati għal konsiderazzjoni ta' valur u ma hemmx bżonn li jidhru taħt C (I) (3); jew

(b) maħluqa mill-impriża nnifisha, safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li huma jidhru bħala attiv.

3. Avvjament, safejn dan kien akkwistat għal konsiderazzjoni ta' valur.

4. Ħlasijiet akkont.

II.  Attiv tanġibbli

1. Art u bini.

2. Impjant u makkinarju.

3. Ogġetti oħra li jagħmlu parti integrali minn proprjetà, għodda u tagħmir.

4. Ħlasijiet akkont u attiv tanġibbli fil-kors ta' kostruzzjoni.

III.  Attiv finanzjarju

1. Ishma f'impriżi affiljati.

2. Self lil impriżi affiljati.

3. Interessi parteċipanti.

4. Self lil impriżi li magħhom il-kumpannija hija konnessa permezz ta' interessi parteċipanti.

5. Investimenti miżmuma bħala attiv fiss.

6. Self ieħor.

7. Ishma tagħhom stess (b'indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur tal-parità għall-kontijiet tagħhom) sa fejn il-liġi nazzjonali tħallihom jidhru fil-karta tal-bilanċi.

D.  Attiv kurrenti

I.  Ħażniet

1. Materja prima u oġġetti ta' konsum.

2. Xogħol li qed isir.

3. Oġġetti lesti u oġġetti għal bejgħ mill-ġdid.

4. Ħlas akkont.

II.  Debituri

(Ammonti li għandhom jitħallsu u li jistgħu jitħallsu wara iktar minn sena għandhom jidhru separatament għal kull entrata.)

1. Debituri tan-negozju.

2. Ammonti li għandhom jingħataw minn impriżi affiljati.

3. Ammonti li għandhom jingħataw minn impriżi li magħhom il-kumpannija hija konnessa permezz ta' interessi parteċipanti.

4. Debituri oħra.

5. Kapital sottoskritt imsejjaħ iżda mhux imħallas (kemm-il darba l-liġi nazzjonali tiddisponi li kapital imsejjaħ għandu jidher bħala attiv taħt A).

6. Ħlasijiet minn qabel u dħul akkumulat (kemm-il darba l-liġi nazzjonali tiddisponi li dawk l-entrati għandhom jidhru bħala attiv taħt E).

III.  Investimenti

1. Ishma f'impriżi affiljati.

2. Ishma tagħhom stess (b'indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur tal-parità għall-kontijiet tagħhom) safejn il-liġi nazzjonali tħallihom jidhru fil-karta tal-bilanċi.

3. Investimenti oħra.

IV.  Flus fil-bank u fl-idejn

E.  Ħlasijiet minn qabel u dħul akkumulat

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali tiddisponi li dawk l-oġġetti għandhom jidhru bħala attiv taħt D (II) (6)).

F.  Telf għas-sena finanzjarja

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali tiddisponi li għandu jidher f'A (VI) taħt “Passiv”).

Il-passiv

A.  Kapital u riservi

I.  Kapital sottoskritt

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali tiddisponi biex kapital imsejjaħ jidher taħt din l-entrata. F'dak il-każ, l-ammonti ta' kapital sottoskritt u kapital imħallas għandhom jidhru separatament).

II.  Kont ta' premiums ta' l-ishma

III.  Riserva ta' valutazzjoni mill-ġdid

IV.  Riservi

1. Riserva legali, safejn il-liġi nazzjonali teħtieġ dik ir-Riserva.

2. Riserva għall-ishma tagħhom stess, safejn il-liġi nazzjonali teħtieġ dik ir-Riserva, bla ħsara għall-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 77/91/KEE.

3. Riservi previsti mill-istatut tal-assoċjazzjoni.

4. Riservi oħra.

V.  Qligħ jew telf miġjuba 'l quddiem

VI.  Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali teħtieġ li din l-entrata ghandha tidher f'F taħt “Attiv” jew f'E taħt “Passiv”).

B.  ►M10  Disposizzjonijiet. ◄

1. Provvedimenti għal pensjonijiet u obbligi bħal dawn.

2. Provvedimenti għal tassazzjoni.

3. Provvedimenti oħra.

Ċ.  Kredituri

(Ammonti li għandhom jitħallsu u li jistgħu jitħallsu fi żmien sena u ammonti li għandhom jitħallsu u li jistgħu jitħallsu wara iktar minn sena għandhom jidhru separatament għal kull entrata u għat-total ta' dawn l-entrati.)

1. Self ta'obbligazzjonjiet, li juri self li jista' jiġi konvertit separatament.

2. Ammonti li għandhom jiġu mħallsa lil xi istituzzjonijiet ta' kreditu.

3. Ħlasijiet riċevuti akkont ta' ordnijiet sa fejn dawn ma jidhrux separatament bħala tnaqqis minn ħażniet.

4. Kredituri tan-negozju.

5. Kambjali li għandhom jiġu mħallsa.

6. Ammonti li għandhom jingħataw lil impriżi affiljati.

7. Ammonti li għandhom jingħataw lil impriżi li l-kumpannija hi konnessa magħhom permezz ta' interessi parteċipanti.

8. Kredituri oħra inklużi taxxa u sigurtà soċjali.

9. Akkumulazzjonijiet u dħul imħolli għal iżjed tard (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix għal dawn l-entrati li għandhom jidhru f'D taħt “Passiv”).

D.  Akkumulazzjonijiet u dħul imħolli għal iżjed tard

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-oġġetti għandhom jidhru taħt Ċ (9) taħt “Passiv”).

F.  Qligħ għas-sena finanzjarja

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li għandu jidher f'A (VI) taħt “Passiv”).

Artikolu 10

A.  Kapital sottoskritt mhux imħallas

li minnu ġie msejjaħ

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li kapital miġbur għandu jidher taħt L. F'dak il-każ, il-parti tal-kapital imsejjaħ iżda għad mhux imħallas għandu jidher jew f'A jew jew f'D (II) (5)).

B.  Spejjeż ta' formazzjoni

kif imfissra mil-liġi nazzjonali, u safejn il-liġi nazzjonali tħallihom li jidhru bħala attiv. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll tiddisponi li spejjeż ta' formazzjoni għandhom jidhru bħala l-ewwel entrata taħt “Attiv mhux tanġibbli”.

Ċ.  Attiv fiss

I.  Attiv mhux tanġibbli

1. Spejjeż ta' riċerka u żvilupp, sa fejn il-liġi nazzjonali tħallihom jidhru bħala attiv.

2. Konċessjonijiet, patenti, liċenzji, trade marks u drittijiet u attiv simili, jekk huma kienu:

(a) akkwistati għal konsiderazzjoni ta' valur u ma hemmx bżonn li jidhru f'Ċ (I) (3); jew

(b) maħluqa mill-impriża nnifisha, sa fejn il-liġi nazzjonali tħallihom jidhru bħala attiv.

3. L-avvjament, safejn dan kien akkwistat għal konsiderazzjoni ta' valur.

4. Ħlasijiet akkont.

II.  Attiv tanġibbli

1. Art u bini.

2. Impjant u makkinarju.

3. Oġġetti oħra li jagħmlu parti mill-proprjetà, għodda u tagħmir.

4. Ħlasijiet akkont u attiv tanġibblli fil-kors ta' kostruzzjoni.

III.  Attiv finanzjarju

1. Ishma f'impriżi affiljati.

2. Self lil impriżi affiljati.

3. Interessi parteċipanti.

4. Self lil impriżi li l-kumpannija hi konnessa magħhom permezz ta' interessi parteċipanti.

5. Investimenti miżmuma bħala attiv fiss.

6. Self ieħor.

7. Ishma tagħhom stess (b'indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur tal-parità għall-kontijiet tagħhom) sa fejn il-liġi nazzjonali tħallihom jidhru fil-karta tal-bilanċi.

D.  Attiv kurrenti

I.  Ħażniet

1. Materja prima u oġġetti ta' konsum.

2. Xogħol li qed isir.

3. Oġġetti lesti u oġġetti għal bejgħ mill-ġdid.

4. Ħlasijiet akkont.

II.  Debituri

(Ammonti li gġandhom jitħallsu u li jistgħu jitħallsu wara iktar minn sena għandhom jidhru separatament għal kull entrata.)

1. Debituri tan-negozju.

2. Ammonti li għandhom jingħataw minn impriżi affiljati.

3. Ammonti li għandhom jingħataw minn impriżi konnessi mal-kumpannija permezz ta' interessi parteċipanti.

4. Debituri oħra.

5. Kapital sottoskritt imsejjaħ iżda mhux imħallas (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li kapital imsejjaħ għandu jidher taħt A).

6. Ħlasijiet minn qabel u dħul akkumulat (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-entrati għandhom jidhru taħt E).

III.  Investimenti

1. Ishma f'impriżi affiljati.

2. Ishma tagħhom stess (b'indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur tal-parità għall-kontijiet tagħhom) safejn il-liġi nazzjonali tħallihom jidhru fil-karta tal-bilanċi

3. Investimenti oħra.

IV.  Flus fil-bank u fl-idejn.

E.  Ħlasijiet minn qabel u dħul akkumulat

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-entrati għandhom jidhru taħt D (II) (6)).

F.  Kredituri: ammonti li jridu jitħallsu u li jistgħu jitħallsu fi żmien sena

1. Self ta' obbligazzjonijiet, li juru separatament self li jista' jiġi konvertit.

2. Ammonti li għandhom jingħataw lil xi istituzzjonijiet ta' kreditu.

3. Ħlasijiet riċevuti akkont ta' ordnijiet sa fejn huma ma jidhrux separatament bħala tnaqqis minn ħażniet.

4. Kredituri tan-negozju..

5. Kambjali li jistgħu jitħallsu.

6. Ammonti li għandhom jingħataw lil impriżi affiljati.

7. Ammonti li għandhom jingħataw lil impriżi b'konnessjoni mal-kumpannija permezz ta' interessi parteċipanti.

8. Kredituri oħra inklużi taxxa u sigurtà soċjali.

9. Akkumulazzjonijiet ta' imgħax u dħul imħolli għal iżjed tard (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-entrati għandhom jintwerew taħt K).

Ġ.  Attiv/passiv kurrenti u netti (billi jittieħdu in-konsiderazzjoni ħlasijiet minn qabel u kapital akkumulat meta jidhru taħt E u akkumulazzjonijiet u dħul imħolli għal iżjed tard meta jidhru taħt K).

H.  L-attiv totali bil-passiv kurrenti mnaqqas

I.  Kredituri: ammonti li għandhom jitħallsu u li għandhom jitħallsu wara iktar minn sena

1. Self ta'obbligazzjonijiet, li juru separatament ammonti ta' self li jistgħu jiġu konvertiti.

2. Ammonti li għandhom jingħataw lil xi istituzzjonijiet ta' kreditu.

3. Ħlasijiet riċevuti akkont ta' ordnijiet sa fejn huma ma jidhrux separatament bħala tnaqqis minn ħażniet.

4. Kredituri tan-negozju.

5. Kambjali pagabbli.

6. Ammonti li għandhom jingħataw lil impriżi affiljati.

7. Ammonti li għandhom jingħataw lil impriżi li l-kumpannija għandha konnessjoni magħhom permezz ta' interessi parteċipanti.

8. Kredituri oħra magħdudin taxxa u sigurtà soċjali.

9. Akkumulazzjonijiet ta' imgħax u dħul imħolli għal iżjed tard (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-entrati għandhom jidhru taħt K).

J.  ►M10  Disposizzjonijiet. ◄

1. Provvedimenti għal pensjonijiet u obbligi simili.

2. Provvedimenti għal tassazzjoni.

3. Provvedimenti oħra.

K.  Akkumulazzjonijiet u dħul imħolli għal iżjed tard

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-oġġetti għandhom jidhru taħt F (9) jew I jew fit-tnejn).

L.  Kapital u Riservi

I.  Kapital sottoskritt

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li kapital imsejjaħ għandu jidher taħt din l-entrata. F'dak il-każ, l-ammonti ta' kapital sottoskritt u kapital imħallas għandhom jintwerew separatament).

II.  Kont ta' premiums fuq ishma

III.  Riserva ta' rivalutazzjoni

IV.  Riservi

1. Riserva legali, safejn il-liġi nazzjonali teħtieġ dik ir-Riserva.

2. Riserva għall-azzjonijiet tagħhom stess, safejn il-liġi nazzjonali teħtieġ dik ir-riserva, bla ħsara għall-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 77/91/KEE.

3. Riservi previsti mill-istatut ta' l-assoċjazzjoni.

4. Riservi oħra.

V.  Qligħ jew telf miġjuba 'l quddiem

VI.  Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja

▼M10

Artikolu 10a

Minflok il-preżentazzjoni ta’ l-oġġetti tal-karta ta’ bilanċ skond l-Artikolu 9 u 10, l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu li kumpaniji, jew ċertu klassi ta’ kumpaniji, jippreżentaw dawk l-oġġetti fuq il-bażi ta’ distinzjoni bejn oġġetti kurrenti u mhux kurrenti iżda li l-informazzjoni mogħtija hija għall-anqas ekwivalenti għal dak mitlub xort’oħra bl-Artikoli 9 u 10.

▼B

Artikolu 11

L-Istati Membri jistgħu jħallu kumpanniji li fid-dati tal-karta tal-bilanċi tagħhom ma jeċċedux il-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

  ►M9  total tal-balance sheet: EUR 3 650 000 ◄ ,

  ►M9  valur nett tal-bejgħ: EUR 7 300 000 ◄ ,

 numru medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja: 50

jagħmlu karti tal-bilanċi mqassra li juru biss dawk l-entrati li jsiru wara ittri u numri Rumani fl-Artikoli 9 u 10, li juru separatament l-informazzjoni meħtieġa f'parentesi f'D (11) taħt “Attiv” u C taħt “Passiv” fl-Artikolu 9 u f'D (11) fl-Artikolu 10, iżda fit-total għal kull wieħed.

▼M4

L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw li japplikaw l-Artikolu 15(3)(a) u (4) għall-karta tal-bilanċ imqassra.

▼M9

Fil-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-ewro, l-ammont li fil-munita nazzjonali huwa ekwivalenti għall-ammonti msemmija fl-ewwel paragrafu għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata ta’ skambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fid-data ta’ meta tidħol fis-seħħ id-Direttiva li tistabbilixxi dawk l-ammonti bħala konsegwenza tar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 53(2).

▼B

Artikolu 12

1.  Meta fid-data tal-karta tal-bilanċi, kumpannija teċċedi jew tieqaf milli teċċedi l-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji indikati fl-Artikolu 11, dak il-fatt għandu jolqot l-applikazzjoni tad-deroga prevista f'dak l-Artikolu biss jekk dan jiġri f'sentejn finanzjarji konsekuttivi.

2.  Għall-iskopijiet ta' qlib fi flus nazzjonali, l-ammonti f'unitajiet Ewropej ta' kontijiet speċifikati fl-Artikolu 11 jistgħu jiżdiedu b'mhux iżjed minn 10 %.

3.  It-total tal-karta tal-bilanċi msemmi fl-Artikolu 11 għandu jikkonsisti fl-attiv f'A sa E taħt “Attiv” fit-taqsim preskritt fl-Artikolu 9 jew dawk f'A sa E fit-taqsim preskritt fl-Artikolu 10.

Artikolu 13

1.  Meta xi attiv jew passiv jirrelata għal iktar minn entrata waħda ta' taqsim, ir-relazzjoni tagħhom ma' entrati oħra għanduha tidher jew taħt l-entrata fejn jidher jew fin-noti dwar il-kontijiet, jekk dak il-wiri huwa essenzjali għall-komprensjoni tal-kontijiet annwali.

2.  Ishma tagħhom stess u ishma f'impriżi affiljati jistgħu jintwerew biss taħt l-entrati preskritti għal dak l-iskop.

Artikolu 14

Kull irbit permezz ta' garanzija ta' kull xorta għandu, jekk ma jkun ebda obbligu li jidher bħala passiv, għandu jiġi mniżżel b'mod ċar fl-aħħar tal-karta tal-bilanċ jew fin-noti dwar il-kontijiet, u għandha ssir distinzjoni bejn it-tipi varji ta' garanzija li l-liġi nazzjonali tirrikonoxxi; għandha ssir dikjarazzjoni speċifika ta' kull sigurtà ta' valur li tkun ġiet mogħtija. Irbit ta' din ix-xorta li jeżisti dwar impriżi affiljati għandu jintwera separatament



TAQSIMA 4

Disposizzjonijiet speċjali dwar ċerti entrati fil-karta tal-bilanċ

Artikolu 15

1.  Jekk attiv partikolari għandux jidher bħala attiv fiss jew bħala attiv kurrenti għandu jiddependi mill-iskop li għalih huwa maħsub.

2.  Attiv fiss għandu jkun magħmul minn dak l-attiv li huwa maħsub għal użu fuq bażi kontinwa għall-iskopijiet ta' l-attivitajiet ta' l-impriża.

3.  

(a) Movimenti fl-entrati varji ta' l-attiv fiss għandhom jintwerew fil-karta tal-bilanċ jew fin-noti tal-kontijiet. Għal dan il-għan għandu jintwera separatament, l-ewwelnett il-prezz tax-xiri jew spiża tal-produzzjoni, għal kull entrata ta' l-attiv fiss, fuq naħa waħda, iż-żidiet, tneħħijiet u trasferimenti matul is-sena finanzjarja u, fuq in-naħa l-oħra, l-aġġustamenti ta' valur akkumulat fid-data tal-karta tal-bilanċ u l-korrezzjonijiet magħmula matul is-sena finanzjarja fl-aġġustamenti tal-valur tas-snin finanzjarji ta' qabel. Aġġustamenti tal-valur għandhom jintwerew jew fil-karta tal-bilanċ, bħala tnaqqis ċar mill-entrati rilevanti, jew fin-noti tal-kontijiet.

(b) Jekk, meta jsiru kontijiet annwali skond din id-Direttiva għall-ewwel darba, il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni ta' attiv fiss ma jistgħux jiġu stabbiliti mingħajr spiża jew dewmien żejda, il-valur residwu fil-bidu tas-sena finanzjarja jista' jiġi trattat bħala l-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni. Kull applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għandha tintwera fin-noti tal-kontijiet.

(ċ) Meta l-Artikolu 33 huwa applikat, il-movimenti fl-entrati varji ta' l-attiv fiss imsemmija f'subparagrafu (a) ta' dan il-paragrafu għandhom jintwerew l-ewwelnett il-prezz tal-produzzjoni jew spiża tal-produzzjoni li jirriżultaw mir-rivalutazzjoni.

4.  Il-paragrafu 3 (a) u (b) għandu japplika għall-preżentazzjoni ta' “Spejjeż ta' Formazzjoni”.

Artikolu 16

Drittijiet għal immobbli u drittijiet oħra bħal dawn kif imfissra mil-liġi nazzjonali għandhom jintwerew taħt “Art u bini”.

Artikolu 17

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, “interess parteċipanti” għandu jfisser drittijiet fil-kapital ta' impriżi oħra, kemm jekk rappreżentati minn ċertifikati u kemm jekk le, li, bil-ħolqien ta' għaqda li ddum ma' dawk l-impriżi, huma maħsuba biex jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal-kumpannija. Il-pussess ta' parti mill-kapital ta' kumpannija oħra għandu jitqies li jikkostitwxxi interess parteċipanti meta huwa jeċċedi perċentwal stabbilit mill-Istati Membri li ma jistax ikun iżjed minn 20 %.

Artikolu 18

Infieq li jkun sar matul is-sena finanzjarja iżda li jirreferixxi għal xi sena finanzjarja ta' wara, flimkien ma' kull dħul li, għalkemm jirreferixxi għas-sena finanzjarja in kwistjoni, ma jkunx wasal biex jitħallas sa wara li tkun intemmet għandu jintwera taħt “Ħlasijiet minn qabel u dħul akkumulat”. L-Istati Membri jistgħu, iżda, jidisponu li dak il-kapital għandu jkun magħdud ma' “Debituri”. Meta dħul bħal dan ikun sostanzjali, huwa għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet.

Artikolu 19

Aġġustamenti ta' valur għandhom jinkludu l-aġġustamenti kollha maħsuba biex jieħdu in- konsiderazzjoni t-tnaqqis fil-valuri ta' attiv individwali stabbiliti fid-data tal-karta tal-bilanċ kemm jekk dak it-tnaqqis huwa finali u kemm jekk le.

Artikolu 20

▼M10

1.  Disposizzjonijiet li huma intiżi sabiex ikopru passiv li n-natura tiegħu hija mfissra biċ-ċar u li fid-data li ġġib magħha l-karta ta’ bilanċ aktarx ikunu ntefqu jew żgur li kienu ntefqu imma mhux żgur fuq l-ammont jew fuq id-data ta’ meta seħħew.

▼B

2.  L-Istati Membri jistgħu wkoll jawtorizzaw il-ħolqien ta' provvedimenti maħsuba biex ikopru ħlasijiet li għandhom l-oriġini tagħhom fis-sena finanzjarja li qed tiġi eżaminata jew f'sena finanzjarja ta' qabel, li n-natura tagħhom hija imfissra b'mod ċar u li fid-data tal-karta tal-bilanċ ikunu jew ġa saru jew għad iridu jsiru isiru iżda m'hemmx ċertezza dwar l-ammont jew id-data li fiha ser iseħħu.

▼M10

3.  Disposizzjonijiet ma jistgħux jintuzaw sabiex jiġu aġġustati l-valuri ta’ l-attiv.

▼B

Artikolu 21

Dħul li jista' jiġi riċevut qabel id-data tal-karta tal-bilanċ iżda li jirreferixxi għal xi sena finanzjarja ta' wara, flimkien ma' kull ħlas li, għalkemm relatat mas-sena finanzjarja in kwistjoni, għandu jitħallas biss fil-kors ta xi sena finanzjarja ta' wara, għandu jintwera taħt “Akkumulazzjonijet u dħul imħolli għal iżjed tard”. L-Istati Membri jistgħu, iżda, jiddisponu li ħlasijiet bħal dawk għandhom jiġu inklużi ma' “Kredituri”. Meta dawn il-ħlasijiet ikunu sostanzjali, huma għandhom jidhru fin-noti tal-kontijiet.



TAQSIMA 5

It-taqsim tal-kont ta' qligħ u telf

Artikolu 22

Għall-preżentazzjoni tal-kont ta' qligħ u telf, l-Istati Membri għandhom jippreskrivu waħda jew aktar mit-taqsimiet previsti f'L-Artikoli 23 sa 26. Jekk Stat Membru jippreskrivi iktar minn taqsima waħda, dan jista' jħalli kumpanniji jagħżlu minn fosthom.

▼M10

B’permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(1), l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu l-kumpaniji kollha, jew xi klassijiet ta’ kumpaniji, li jippreżentaw prospett tal-prestazzjoni tagħhom minflok il-preżentazzjoni tal-qligħ u t-telf ta’ oġġetti skond l-Artikoli 23 sa 26, sakemm dik l-informazzjoni mogħtija għall-anqas hija ekwivalenti għal dak mitlub xort’oħra minn dawk l-Artikoli.

▼B

Artikolu 23

1.  Turnover nett.

2. Varjazzjoni f' ħażniet ta' oġġetti lesti u xogħol li qed isir.

3. Xogħol li sar mill-impriża għall-iskopijiet tagħha stess u li ġie kapitalizzat.

4. Kapital ieħor tax-xogħol.

5. 

(a) Materja prima u oġġetti tal-konsum.

(b) Ħlasijiet oħra esterni

6. Spejjeż ta' l-impjegati:

(a) pagi u salarji;

(b) spejjeż ta' sigurtà soċjali, b'indikazzjoni separata għal dawk li għandhom x'jaqsmu ma' pensjonijiet.

7. 

(a) Aġġustamenti ta' valur dwar spejjeż ta' formazzjoni u ta' attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli.

(b) Aġġustamenti ta' valur dwar attiv kurrenti, sa fejn huma iżjed mill-ammont ta' aġġustamenti ta' valur li huma normali fl-impriża konċernata.

8. Spejjeż oħra tax-xogħol.

9. Kapital minn interessi parteċipanti, b'indikazzjoni separata ta' dak li jinġieb minn impriżi affiljati.

10. Dħul minn investimenti oħra u self li jifforma parti mill-attiv fiss, b'indikazzjoni separata ta' dak li jinġieb minn impriżi affiljati.

11. Imgħax ieħor li jista' jiġi riċevut u dħul simili, b'indikazzjoni separata ta' dak li jinġieb minn impriżi affiljati.

12. Aġġustamenti ta' valur dwar attiv finanzjarju u ta' investimenti miżmuma bħala attiv kurrenti.

13. Imgħax li jista' jitħallas u spejjeż simili, b'indikazzjoni separata ta' dawk li jikkonċernaw impriżi affiljati.

14. Taxxa fuq qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji.

15. Qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji wara tassazzjoni.

16. Dħul straordinarju.

17. Spejjeż straordinarji.

18. Qligħ jew telf straordinarju.

19. Taxxa fuq qligħ jew telf straordinarju.

20. Taxxi oħra mhux murija taħt l-entrati ta' hawn fuq.

21. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja

Artikolu 24

A.  Spejjeż

1. Tnaqqis f'ħażniet ta' oġġetti lesti u f'xogħol li qed isir:

2. 

(a) materija prima u oġġetti tal-konsum;

(b) spejjeż oħra esterni.

3. Spejjeż tal-persunal:

(a) pagi u salarji;

(b) spejjeż ta' sigurtà soċjali, b'indikazzjoni separata ta' dawk li għandhom x'jaqsmu ma' pensjonijiet.

4. 

(a) Aġġustamenti ta' valur dwar spejjeż ta' formazzjoni u ta' attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli.

(b) Aġġustamenti ta' valur dwar attiv kurrenti, sa fejn huma iżjed mill-ammont ta' aġġustamenti ta' valur li huma normali fl-impriża konċernata.

5. Ħlasijiet oħra tax-xogħol.

6. Aġġustamenti ta' valur dwar attiv finanzjarju u ta' investimenti miżmuma bħala attiv kurrenti.

7. Imgħax li jista' jitħallas u spejjeż simili, b'indikazzjoni separata ta' dawk li jikkonċernaw impriżi affiljati.

8. Taxxa fuq qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji.

9. Qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji wara tassazzjoni.

10. Spejjeż straordinarji.

11. Taxxa fuq profitt jew telf straordinarju.

12. Taxxi oħra mhux murija taħt l-entrati ta' hawn fuq.

13. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja

B.  Dħul

1.  Turnover nett.

2. Żieda f'ħażniet ta' oġġetti lesti u xogħol li qed isir.

3. Xogħol li sar mill-impriża għall-iskopijiet tagħha stess u kapitalizzat.

4. Dħul ieħor mix-xogħol.

5. Dħul minn interessi parteċipanti, b'indikazzjoni separata ta' dak li jinġieb minn impriżi affiljati.

6. Dħul minn investimenti oħra u self li jiffurmaw parti mill-attiv fiss, b'indikazzjoni separata ta' dak li jinġieb minn impriżi affiljati.

7. Imgħax ieħor li jista' jiġi riċevut u dħul simili, b'indikazzjoni separata ta' dak li jinġieb minn impriżi affiljati.

8. Qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji wara tassazzjoni.

9. Dħul straordinarju.

10. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja

Artikolu 25

1.  Turnover nett.

2. Spiża ta' bejgħ (magħdudin aġġustamenti ta' valur).

3. Qligħ jew telf gross.

4. Spejjeż ta' distribuzzjoni (magħdudin aġġustamenti ta' valur).

5. Spejjeż amministrattivi (magħdudin aġġustamenti ta' valur).

6. Dħul ieħor mix-xogħol.

7. Dħul minn interessi parteċipanti, b'indikazzjoni separata ta' dak li jinġieb minn impriżi affiljati.

8. Dħul minn investimenti oħra u self li jiffurmaw parti mill-attiv fiss, b'indikazzjoni separata ta' dak li jinġieb minn impriżi affiljati.

9. Imgħax ieħor li jista' jiġi riċevut u dħul simili, b'indikazzjoni separata ta' dak li jinġieb minn impriżi affiljati.

10. Aġġustamenti ta' valur dwar attiv finanzjarju u ta' investimenti miżmuma bħala attiv kurrenti.

11. Imgħax li jista' jitħallas u spejjeż simili, b'indikazzjoni separata ta' dawk li jinteressaw impriżi affiljati.

12. Taxxa fuq qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji.

13. Qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji wara tassazzjoni.

14. Qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji wara tassazzjoni. 14. Dħul straordinarju.

15. Spejjeż straordinarji.

16. Qligħ jew telf straordinarju.

17. Taxxa fuq qligħ jew telf straordinarju.

18. Taxxi oħra mhux murija taħt l-entrati ta' hawn fuq.

19. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja

Artikolu 26

A.  Spejjeż

1. Spiża tal-bejgħ (magħdudin aġġustamenti ta' valur).

2. Spejjeż ta' distribuzzjoni (magħdudin aġġustamenti ta' valur).

3. Spejjeż amministrattivi (magħdudin aġġustamenti ta' valur).

4. Aġġustamenti ta' valur dwar attiv finanzjarju u ta' investimenti miżmuma bħala attiv kurrenti.

5. Imgħax li jista' jitħallas u tariffi simili, b'indikazzjoni separata ta' dawk li jikkonċernaw impriżi affiljati.

6. Taxxa fuq qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji.

7. Qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji wara tassazzjoni.

8. Spejjeż straordinarji.

9. Taxxa fuq qligħ jew telf straordinarji.

10. Taxxi oħra mhux murija taħt l-entrati ta' hawn fuq.

11. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja

B.  Dħul

1.  Turnover nett.

2. Dħul ieħor tax-xogħol.

3. Dħul minn interessi parteċipanti, b'indikazzjoni separata ta' dak li jinġieb minn impriżi affiljati.

4. Dħul minn investimenti oħra u self li jiffurmaw parti mill-attiv fiss, b'indikazzjoni separata ta' dak li jinġieb minn impriżi affiljati.

5. Imgħax ieħor li jista' jiġi riċevut u dħul simili, b'indikazzjoni separata ta' dak li jinġieb minn impriżi affiljati.

6. Qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji wara tassazzjoni.

7. Dħul straordinarju.

8. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja

Artikolu 27

L-Istati Membri jistgħu jħallu kumpanniji li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jeċċedux il-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejiin:

  ►M9  total tal-balance sheet: EUR 14 600 000 ◄ ,

  ►M9  valur nett tal-bejgħ: EUR 29 200 000 ◄ ,

 numru medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja: 250

li jadottaw taqsim differenti minn dak preskritt f'L-Artikoli 23 sa 26 fil-limiti li ġejjin:

(a) fl-Artikolu 23: 1 sa 5 magħdudin jistgħu jingħaqdu taħt entrata waħda msejħa “Qligħ jew telf gross”;

(b) fl-Artikolu 24: A (1), A (2) u B (1) sa B (4) magħdudin jistgħu jingħaqdu taħt entrata waħda msejħa “Qligħ jew telf gross”;

(ċ) fl-Artikolu 25: (1), (2), (3) u (6) jistgħu jingħaqdu taħt entrata waħda “Qligħ jew telf gross”;

(d) fl-Artikolu 26, A (1), B (1) u B (2) jistgħu jingħaqdu taħt entrata waħda msejħa “Qligħ jew telf gross”.

L-Artikolu 12 għandu japplika.

▼M9

Fil-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-ewro, l-ammont li fil-munita nazzjonali huwa ekwivalenti għall-ammonti msemmija fl-ewwel paragrafu għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata ta’ skambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fid-data ta’ meta tidħol fis-seħħ id-Direttiva li tistabbilixxi dawk l-ammonti bħala konsegwenza tar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 53(2).

▼B



TAQSIMA 6

Disposizzjonijiet speċjali dwar ċerti entrati fil-kont ta' qligħ u telf

Artikolu 28

It-turnover nett għandu jikkomprendi l-ammonti li jinġiebu mill-bejgħ ta' prodotti u l-provvediment ta' servizzi li jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet ordinarji tal-kumpannija, wara tnaqqis ta' skonti fuq bejgħ u ta' taxxa bil-valur miżjud u taxxi oħra marbutin direttament mat-turnover.

Artikolu 29

1.  Dħul u spejjeż li ġejjin xort'oħra milli fil-kors ta' l-attivitajiet ordinarji tal-kumpannija għandhom jintwerew taħt “Kapital straordinarju u spejjeż straordinarji”.

2.  Kemm-il darba l-kapital u tariffi msemmija fil-paragrafu 1 ma jiswewx għall-valutazzjoni tar-riżultati, spjegazzjonijet ta' l-ammont u n-natura tagħhom għandhom jingħataw fin-noti tal-kontijiet. L-istess għandu jgħodd għal dħul u spejjeż ta' sena finanzjarja oħra.

Artikolu 30

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li taxxi fuq il-qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji u taxxi fuq il-profitt jew telf straordinarju jintwerew fit-total bħala entrata waħda fil-kont ta' qligħ u telf qabel “Taxxi oħra mhux murija taħt l-entrati ta' hawn fuq”. F'dak il-każ, “Qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji wara tassazzjoni” għandhom jitħallew barra mit-taqsim preskritt f'L-Artikoli 23 sa 26.

Meta din id-deroga hija applikata, il-kumpanniji għandhom juru fin-noti tal-kontijiet safejn it-taxxi fuq il-qligħ jew telf jolqtu lil qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji u “Qligħ jew telf straordinarju”.



TAQSIMA 7

Regoli ta' valutazzjoni

Artikolu 31

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-entrati kollha murija fil-kontijiet annwali huma valutati skond il-prinċipji ġenerali li ġejjin:

(a) il-kumpannija għandha tiġi meqjusa li tkun qed tmexxi l-kummerċ tagħha bħala waħda li miexja tajjeb;

(b) il-metodi ta' valutazzjoni għandhom jiġu applikati konsistentement minn sena finanzjarja waħda għall oħra;

(ċ) il-valutazzjoni għandha ssir fuq bażi prudenti, u b'mod partikolari:

(aa) profitti biss magħmula fid-data tal-karta tal-bilanċ jistgħu jkunu magħduda,

▼M10

(bb) għandu jittieħed qies tal-passiv kollha li jinqalgħu matul is-sena finanzjarja konċernata jew is-sena ta’ qabel, ukoll jekk dawn l-passiv jiġu jidhru biss bejn id-data tal-karta ta’ bilanċ u d-data ta’ meta jinkitbu,

▼B

(ċċ) għandu jittieħed kont tad-deprezzament kollu, kemm jekk ir-riżultat tas-sena finanzjarja ikun ta' telf u kemm jekk ikun ta' qligħ;

(d) għandu jittieħed kont tad-dħul u l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu mas-sena finanzjarja, irrispettivament mid-data ta' meta dawn id-dħul jew spejjeż ikunu riċevuti jew imħallsa;

(e) il-komponenti ta' entrtaturi ta' l-attiv u l-passiv għandhom jiġu valutati separatament;

(f) il-karta tal-ftuħ tal-bilanċi għal kull sena finanzjarja għandha taqbel mal-karta tal-bilanċ li tagħlaq għas-sena finanzjarja ta' qabel.

▼M10

1a.  B’żieda ma’ dawk l-ammonti reġistrati skond il-paragrafu (1)(ċ)(bb), l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu li għandu jittieħed qies tal-passiv kollu li jista’ jitbassar u telf potenzjali li jinqala’ fis-sena finanzjarja konċernata jew l-oħra ta’ qabel, ukoll jekk dawn l-passiv jew telf jidhru biss bejn id-data tal-karta ta’ bilanċ u d-data meta tfasslet.

▼B

2.  It-tbegħid minn dawn il-prinċipji ġenerali għandu jitħalla f'każijiet eċċezzjonali. Kull tbegħid bħal dak għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet u r-raġunijiet għalihom għandhom jingħataw flimkien ma' valutazzjoni ta' l-effett tagħhom fuq l-attiv, il-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew telf.

Artikolu 32

L-entrati murija fil-kontijiet annwali għandhom jiġu valutati skond l-Artikoli 34 sa 42, li huma bażati fuq il-prinċipju ta' prezz tal-bejgħ jew spiża tal-produzzjoni.

Artikolu 33

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw lill-Kummissjoni illi huma jirRiservaw is-setgħa, b'deroga minn l-Artikolu 32 u sakemm ikun hemm kordinazzjoni oħra, li iħallu jew jeħtieġu lil kumpanniji kollha jew lil xi kategorija ta' kumpanniji:

(a) valutazzjoni bil-metodu tat-tibdil tal-valur għal attiv fiss tanġibbli b'ħajja ekonomika limitata u għal ħażniet;

(b) valutazzjoni b'metodi minbarra dawk previsti f'(a) li huma intiżi biex jieħdu in- konsiderazzjoni l-inflazzjoni għall-entrati murija fil-kontijet annwali, magħdudin kapital u Riservi;

▼M10

(ċ) rivalwazzjoni ta’ l-attiv fiss.

▼B

Meta l-liġi nazzjonali tiddisponi għal metodi ta' valutazzjoni kif murija f' (a), (b) u (ċ), hija għandha tfisser il-kontenut u l-limiti tagħhom u r-regoli għall-applikazzjoni tagħhom.

L-applikazzjoni ta' kull metodu bħal dak, tal-karta tal-bilanċi u ta' l-entrati tal-kont ta' qligħ u telf u tal-metodu li bih il-valuri murija huma kkalkulati għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet.

2.  

(a) Meta paragrafu 1 huwa applikat, l-ammont tad-differenza bejn il-valutazzjoni bil-metodu wżat u l-valutazzjoni skond ir-regola ġenerali li hemm fl-Artikolu 32 għandu jiddaħħal fil-valutazzjoni mill-ġdid tar-Riserva taħt “Passiv”. Il-mod kif din l-entrata hija trattata għal skopijiet ta' tassazzjoni għandu jiġi spjegat jew fil-karta tal-bilanċi jew fin-noti tal-kontijiet.

Għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' l-aħħar subparagrafu ta' paragrafu 1, il-kumpanniji għandhom, kull meta l-ammont tar-Riserva ġie mibdul fil-kors tas-sena finanzjarja, jippubblikaw fin-noti tal-kontijiet inter alia tabella li turi:

 l-ammont tar-Riserva ta' valutazzjoni mill-ġdid fil-bidu tas-sena finanzjarja,

 id-differenzi ta' valutazzjoni mill-ġdid trasferiti fir-Riserva ta' valutazzjoni mill-ġdid matul is-sena finanzjarja;

 l-ammonti kapitalizzati jew xort'oħra trasferiti mir-Riserva ta' valutazzjoni mill-ġdid matul is-sena finanzjarja, filwaqt li tiġi żvelata n-natura ta' kull trasferiment bħal dak,

 l-ammont tar-Riserva ta' valutazzjoni mill-ġdid fl-aħħar tas-sena finanzjarja.

(b) Ir-Riserva ta' valutazzjoni mill-ġdid tista' jiġi kapitalizzata kollha jew f'parti f'kull żmien.

(ċ) Ir-Riserva ta' valutazzjoni mill-ġdid għandha titnaqqas sal-punt li l-ammonti trasferiti fiha m`humiex iktar meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-metodu ta' valutazzjoni użat u l-kisba ta' l-iskop tiegħu.

L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw regoli li jirregolaw l-applikazzjoni tar-Riserva ta' valutazzjoni mill-ġdid, iżda trasferimenti fil-kont ta' qligħ u telf mir-Riserva ta' valutazzjoni mill-ġdid jistgħu jsiru biss sa fejn l-ammonti trasferiti ddaħħlu bħala spejjeż fil-kont ta' qligħ u telf jew jirriflettu żidiet fil-valur li kienu attwalment seħħu. Dawn l-ammonti għandhom jintwerew separatament fil-kont ta' qligħ u telf. Ebda parti tar-Riserva ta' valutazzjoni mill-ġdid ma tista' tiġi mqassma, sew direttament u sew indirettament, sakemm ma tkunx tirrappreżenta dħul li sar attwalment.

(d) Ħlief kif previst taħt (b) u (ċ) ir-riserva ta' valutazzjoni mill-ġdid ma tistax tiġi mnaqqsa.

3.  Aġġustamenti fil-valur għandhom jiġu kalkulati kull sena fuq il-bażi tal-valur adottat għas-sena finanzjarja relattiva, ħlief li b'deroga mill-Artikoli 4 sa 22, l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jeħtieġu li l-ammont tal-aġġustamenti tal-valur biss li jinqalgħu bħala riżultat ta' l-applikazzjoni tar-regola ġenerali preskritta fl-Artikolu 32 għandu jintwera taħt l-entrati rilevanti fit-taqsimiet preskritti f'L-Artikoli 23 sa 26 u li d-differenza li toħroġ bħala riżultat tal-metodu ta' valutazzjoni adottat taħt dan l-Artikolu għandha jintwera separatament fit-taqsimiet. Barra dan, l-Artikoli 34 sa 42 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

4.  Meta l-paragrafu 1 huwa applikat, dan li ġej għandu jintwera, jew fil-karta tal-bilanċi jew fin-noti tal-kontijiet, separatament għal kull entrata tal-karta tal-bilanċi kif previst fit-taqsimiet preskritti f'L-Artikoli 9 u 10, ħlief għal ħażniet, jew:

(a) l-ammont fid-data tal-karta tal-bilanċi tal-valutazzjoni magħmula skond ir-regola ġenerali preskritta fl-Artikolu 32 u l-ammont ta' l-aġġustamenti kumulattivi tal-valur;

(b) jew l-ammont fid-data tal-karta tal-bilanċi tad-differenza bejn il-valutazzjoni magħmula skond dan l-Artikolu u dik li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 32 u, meta xieraq, l-ammont kumulattiv ta' l-aġġustamenti addizzjonali tal-valur.

5.  Bla ħsara għall- l-Artikolu 52 il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni u fi żmien seba' snin min-notifika ta' din id-Direttiva, jeżamina u, meta meħtieġ, jemenda dan l-Artikolu fid-dawl tat-tendenzi ekonomiċi u monetarji fil-Komunità.

Artikolu 34

1.  

(a) Meta l-liġi nazzjonali tawtorizza l-inklużjoni ta' spejjeż ta' formazzjoni taħt “Attiv”, dawn għandhom jiġu mħassra f'perjodu massimu ta' ħames snin.

(b) Safejn l-ispejjeż ta' formazzjoni ma ġewx kompletament imħassra, ma għandha ssir ebda distribuzzjoni ta' profitti sakemm l-ammont ta' Riservi disponibbli għal tqassim u qligħ li jinġieb 'il quddiem ikunu għall-inqas daqs dak ta' l-ispejjeż mhux imħassra.

2.  L-ammonti mdaħħla taħt “Spejjez ta' formazzjoni” għandhom jiġu spjegati fin-noti tal-kontijiet.

Artikolu 35

1.  

(a) Attiv fiss għandu jiġi valutat bi prezz tal-bejgħ jew spiża tal-produzzjoni, bla ħsara għal (b) u (ċ) ta' hawn taħt.

(b) Il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni ta' attiv fiss b'ħajja utli ekonomika limitata għandhom jitnaqqsu b'aġġustamenti tal-valur kalkolati biex iħassru l-valur ta' dak l-ativ sistematikament fuq il-ħajjiet utli u ekonomiċi tagħhom.

(ċ) 

(aa) Aġġustamenti tal-valur jistgħu jsiru dwar attiv fiss finanzjarju, sabiex ikunu valutati skond ic-cifra aktar baxxa li għandha tiġi attribwita lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċi.

(bb) Aġġustamenti tal-valur għandhom isiru, dwar attiv fiss, kemm jekk il-ħajjiet ekonomiċi tagħhom ta' użu huma limitati u kemm jekk le, sabiex ikunu valutati skond iċ-ċifra aktar baxxa li għandha tiġi attribwita lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċi jekk huwa mistenni li t-tnaqqis fil-valur tagħhom ser ikun permanenti.

(ċċ) L-aġġustamenti tal-valur imsemmija f' (aa) u (bb) għandhom jiġu addebitati fil-kont ta' qligħ u telf u murija separatament fin-noti tal-kontijiet jekk huma ma kienux jidhru separatament fil-kont ta' qligħ u telf

(dd) Valutazzjoni fl-inqas mill-valuri previsti f'(aa) u (bb) ma jistgħux jitkomplew jekk ir-raġunijiet li għalihom saru l-aġġustamenti fil-valur m'għadhomx japplikaw.

(d) Jekk attiv fiss huwa s-suġġett ta' aġġustamenti eċċezzjonali fil-valur għal skopijiet ta' tassazzjoni biss, l-ammont ta' l-aġġustamenti u r-raġunijiet għaliex isiru għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet.

2.  Il-prezz tax-xiri għandu jiġi kalkolat biż-żieda mal-prezz imħallas ta' l-ispejjez inċidentali għalih.

3.  

(a) L-ispiża tal-produzzjoni għandha tiġi kalkolata biż-żieda mal-prezz tax-xiri tal-materja prima u oġġetti ta' konsum ta' l-ispejjeż li jistgħu jkunu direttament atttribwibbli għall-prodott relattiv.

(b) Proporzjon raġonevoli ta' l-ispejjeż jistgħu jkun attribwibbli biss indirettament għall-prodott relattiv jista' jiżdied ma' l-ispejjeż tal-produzzjoni sa fejn huma għandhom x'jaqsmu mal-perjodu tal-produzzjoni.

4.  L-interessi fuq kapital imsellef biex jiffinanzja l-produzzjoni ta' attiv fiss jistgħu jingħaddu ma' l-ispejjeż tal-produzzjoni sa fejn huma għandhom x'jaqsmu mal-perjodu tal-produzzjoni. F'dak il-każ, l-inklużjoni ta' dawk l-interessi taħt “Attiv” għandha tintwera fin-noti tal-kontijiet.

Artikolu 36

B'deroga mill-Artikolu 35(1)(ċ) (ċċ), l-Istati Membri jistgħu jħallu kumpanniji ta' investiment fis-sens ta' l-Artikolu 5(2) biex ipaċu aġġustamenti tal-valur ma' investimenti direttament kontra “Kapital u Riservi”. L-ammonti relattivi għandhom jintwerew separatament taħt “Passiv” fil-karta tal-bilanċi.

Artikolu 37

1.  L-Artikolu 34 għandu japplika għal spejjeż ta' riċerka u żvilupp. F'każijiet eċċezzjonali, iżda, l-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-Artikolu 34(1)(a). F'dak il-każ, huma jistgħu jiddisponu wkoll għal derogi mill-Artikolu 34(1)(b). Dawn id-derogi u r-raġunijiet għalihom għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet.

2.  L-Artikolu 34(1)(a) għandu japplika għal avvjament. L-Istati Membri jistgħu, iżda, jippermettu kumpanniji li jħassru l-avvjament sistematikament fuq perjodu limitat li jeċċedi ħames snin iżda dan il-perjodu ma jeċċedix il-ħajja ekonomika utli ta' l-attiv u jrid jintwera fin-noti tal-kontijiet flimkien mar-raġunijiet mehmuża għalhekk.

Artikolu 38

L-attiv fiss tanġibbli, materja prima u oġġetti ta' konsum li qed jinbidlu kostantement u li l-valur totali tagħhom hu ta' importanza sekondarja għall-impriża jistgħu jintwerew taħt “Attiv bi kwantità u valur fissi, jekk il-kwantità, valur u komposizzjoni tagħhom ma jvarjawx b'mod sostanzjali.”

Artikolu 39

1.  

(a) L-attiv kurrenti għandu jiġi valutat bil-prezz tal-bejgħ jew spiża tal-produzzjoni, bla ħsara għal (b) u (ċ) ta' hawn taħt.

(b) Aġġustamenti tal-valur għandhom isiru dwar attiv kurrenti sabiex jintwerew bil-valur l-iktar baxx tas-suq jew, f'ċirkostanzi partikolari, b'valur ieħor iktar baxx li għandu jiġi attribwit lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċi.

(ċ) L-Istati Membri jistgħu jippermettu aġġustamenti eċċezzjonali tal-valur meta, fuq il-bażi tal-valutazzjoni raġonevoli u kummerċjali, dawn huma meħtieġa jekk il-valutazzjoni ta' dawn l-entrati ma għandiex tinbidel fil-futur qrib minħabba oxxillazzjonijiet tal-valur. L-ammont ta' dawn l-aġġustamenti tal-valur għandu jintwera separatament fil-kont ta' qligħ u telf jew fin-noti tal-kontijiet.

(d) Il-valutazzjoni ta' valur inqas prevista f'(b) u (ċ) ma tistax titkompla jekk ir-raġunijiet li għalihom saru l-aġġustamenti fil-valur ma baqgħux japplikaw.

(d) Jekk l-attiv kurrenti huwa s-suġġett ta' aġġustamenti eċċezzjonali tal-valur għal skopijiet ta' tassazzjoni biss, l-ammont ta' l-aġġustamenti u r-raġunijiet għaliex isiru għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet.

2.  Id-definizzjonijiet ta' prezz tax- xiri u ta' spiża tal-produzzjoni mogħtija fl-Artikolu 35(2) u (3) għandhom japplikaw L-Istati Membri jistgħu wkoll japplikaw l-Artikolu 35(4). L-ispejjeż ta' distribuzzjoni ma jistgħux jingħaddu ma' l-ispejjeż tal-produzzjoni.

Artikolu 40

1.  L-Istati Membri jistgħu jħallu l-prezz tax-xiri jew spiża tal-produzzjoni ta' ħażniet ta' oġġetti ta' l-istess kategorija u l-oġġetti funġibbli kollha magħdudin investimenti li għandhom jiġu kkalkolati jew fuq il-bażi ta' prezzijiet medji peżati jew bil-metodu tal-“l-ewwel li jidħol, l-ewwel li joħroġ” (FIFO), il-metodu “l-aħħar li jidħol. L-ewwel li joħroġ” (LIFO), jew xi metodu ieħor simili.

2.  Meta l-valur muri fil-karta tal-bilanċi, wara applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu speċifikat fil-paragrafu 1, ivarja b'mod sostanzjali, fid-data tal-karta tal-bilanċi, mill-valur fuq il-bażi ta' l-aħħar valur magħruf tas-suq qabel id-data tal-karta tal-bilanċi, l-ammont ta' dik id-differenza għandu jintwera fit-total skond il-kategorija fin-noti tal-kontijiet.

Artikolu 41

1.  Meta l-ammont li jista' jerġa' jitħallas akkont ta' kull debitu huwa ikbar mill-ammont riċevut, id-differenza tista' tintwera bħala attiv. Hi għandha tintwera separatament fil-karta tal-bilanċi jew fin-noti tal-kontijiet.

2.  L-ammont ta' din id-differenza għandu jiġi mħassar b'ammont raġonevoli f'kull sena u kompletament imħassar mhux iktar tard miż-żmien għar-rimborż tad-dejn.

Artikolu 42

▼M10

Id-disposizzjonijiet ma jistgħux jaqbżu fl-ammont is-somom li huma meħtieġa.

▼B

Ir-Riservi murija fil-karta tal-bilanċi taħt “Riservi oħra” għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet jekk ikunu sostanzjali.

▼M8



TAQSIMA 7a

Valutazzjoni ta’ valur ġust

Artikolu 42a

1.  Bħala deroga mill-Artikolu 32 u suġġett għal kundizzjonijiet esiġiti f’paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jippermettu jew jenħtieġu fir-rigward tal-kumpanniji kollha jew xi klassijiet ta’ kumpanniji valutazzjoni ta’ valur ġust ta’ strumenti finanzjarji, inklużi derivattivi.

Dan il-permess jew ħtieġa jista’ jkun ristrett għal kontijiet ikkonsolidati kif definit fid-Direttiva 83/349/KEE.

2.  Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, kuntratti ibbażati fuq merkanzija meħtieġa li jagħtu waħda mill-partijiet kontraenti li jwettqu bi flus kontanti jew b’xi strument finanzjarju ieħor għandhom ikunu ikkunsidrati li jkunu strumenti finanzjarji derivattivi, ħlief meta:

(a) dawn kienu seħħew u jibqgħu jilħqu il-ħtiġijiet mistennija ta’ xiri, bejgħ u użu;

(b) kienu innominati għal dan l-iskop mill-bidu tagħhom; u

(ċ) kienu mistennija li jkunu mwettqa bil-forniment tal-merkanzija essenzjali.

3.  Paragrafu 1 għandu jkun japplika biss għal responsabbiltajiet li huma:

(a) miżmuma bħala parti minn portafoll ta’ negozju; jew

(b) strumenti finanzjarji derivattivi.

4.  Valutazzjoni bi qbil ma’ paragrafu 1 m’għandhiex tkun applikabbli għal:

(a) strumenti finanzjarji mhux derivattivi miżmuma sal-maturità;

(b) self u ammonti mwassla oriġinati mill-kumpannija u li ma jkunux miżmuma għal skopijiet ta’ negozju; u

(ċ) interessi f’sussidjarji, intrapriżi assoċjati u joint ventures, strumenti ta’ ekwità maħruġa mill-kumpannija, kuntratti għal konsiderazzjoni kontinġenti f’għaqda ta’ negozju kif ukoll għal strumenti finanzjarji oħra b’dawk il-karatteristiċi speċjali li l-istrumenti, bi qbil ma’ dak li huwa ġeneralment aċċettabli, għandhom ikunu ikkuntjati differenti mill-istrumenti finanzjarji l-oħra.

5.  Bħala deroga minn l-Artikolu 32, Stati Membri jistgħu fir-rigward ta’ xi assi jew reponsabbilitajiet li jikkwalifikaw bħala dettalji mwarrba permezz sistema ta’ kontijiet tat-twarrib ta’ valur ġust, jew porzjonijiet identifikati ta’ dawk l-assi jew responsabbiltajiet, jippermettu valutazzjoni fl-ammont speċifiku permezz ta’ dik is-sistema.

Artikolu 42b

1.  Il-valur ġust li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 42 a għandu jkun iddeterminat b’referenza għal:

(a) il-valur tas-suq, għal dawk l-istrumenti finanzjarji li għalihom suq fdat jista’ malajr ikun identifikat. Meta valur tas-suq ma jistax ikun malajr identifikat għal strument imma jista’ jkun identifikat għal komponenti tiegħu jew għal strument simili, il-valur tas-suq jista’ jkun derivat minn dak tal-komponenti tiegħu jew ta’ l-istrumenti simili; jew

(b) valur li jirriżulta minn mudelli u teknika ta’ valutazzjoni ġeneralment aċċettabli, għal dawk l-istrumenti li għalihom suq fdat jista’ jkun mill-ewwel identifikat. Mudelli u tekniki ta’ valutazzjoni bħal din għandhom jassiguraw resqien xieraq tal-valur tas-suq.

2.  Dawk l-istrumenti finanzjarji li ma jistgħux ikunu mkejla b’mod żgur minn uħud mil-metodi deskritti fil-paragrafu 1, għandhom ikunu mkejla bi qbil ma’ l-Artikoli 34 sa 42.

Artikolu 42ċ

1.  Independentament minn l-Artikolu 31(1)(ċ), meta strument finanzjarju jkun ivvalutat bi qbil ma’ l-Artikolu 42b, tibdil fil-valur għandu jkun inkluż fil-kont tal-qliegħ u telf. B’dana kollu, bidla bħal dik għandha tkun inkluża direttament fl-ekwità, f’riserva ta’ valur ġust, meta:

(a) l-isrument li dwaru jkun saru kontijiet ikun għal strument ta’ hedging permezz ta’ sistema ta’ hedge accounting li tippermetti li xi tibdil jew it-tibdil kollu fil-valur ma jintweriex fil-kont tal-qligħ u t-telf; jew

(b) it-tibdil fil-valur jirrigwardja differenza fil-kambju li toriġina minn dettal monetarju li jifforma parti mill-investiment nett ta’ kumpannija li tkun f’entita barranija.

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jenħtieġu bidla fil-valur dwar id-disponnibiltà ta’ bejgħ ta’ assi finanzjarji, apparti minn strument finanzjarju derivattiv, li għandu jkun inkluż direttament f’ekwità, f’riserva ta’ valur ġust.

3.  Ir-riserva ta’ valur ġust għandha tkun aġġustata meta l-ammont imniżżel hemmhekk ma jkunx aktar meħtieġ għall-implementazzjoni ta’ paragrafi 1 u 2.

Artikolu 42d

Meta valutazzjoni ta’ valur ġust ta’ strumenti finanzjarji tkun ġiet applikata, in-noti tal-kontijiet għandhom jiżvelaw:

(a) il-pretenzjonijiet sinifikanti li jkunu marbuta ma’ mudelli u teknika ta’ valutazzjoni meta valuri ġusti jkunu ġew iddeterminati bi qbil ma’ l-Artikolu 42 b (1) (b);

(b) kull kategorija ta’ strumenti finanzjarji, il-valur ġust, it-tibdil fil-valur inkluż direttament fil-kont tal-qliegħ u telf kif ukoll dwar tibdil inkluż fir-riserva ta’ valur ġust;

(ċ) għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji derivattivi, informazzjoni dwar il-medda u n-natura ta’ l-istrumenti, inklużi termini sinifikanti u kundizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-ammont, iż-żmien u ċ-ċertezza ta’ ċaqlieq futuri ta’ flus; u

(d) tabella li turi ċ-ċaqlieq fir-riserva ta’ valur ġust tul is-sena finanzjarja.

▼M10

Artikolu 42e

Permezz tad-deroga mill-Artikolu 32, l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu fil-każ tal-kumpaniji kollha jew xi klassijiet ta’ kumpaniji l-evalwazzjoni ta’ kategoriji ta’ attiv speċifiċi minbarra strumenti finanzjarji f’ammonti ffissati b’referenza għall-valur xieraq.

Dan il-permess jew ħtieġa jistgħu jkunu restritti sabiex jikkonsolidaw il-kontijiet kif imfissra fid-Direttiva 83/349/KEE.

Artikolu 42f

Minkejja l-Artikolu 31(1)(ċ), l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu fil-każ tal-kumpaniji kollha jew xi klassijiet ta’ kumpaniji li, fejn xi attiv hu stmat skond l-Artikolu 42e, bidla fil-valur tiddaħħal fil-kont tal-qliġħ u telf.

▼B



TAQSIMA 8

Kontenut tan-noti tal-kontijiet

Artikolu 43

1.  B'żieda ma' l-informazzjoni meħtieġa taħt disposizzjonijiet oħra ta' din id-Direttiva, in-noti tal-kontijiet għandhom għall-inqas juru l-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

(1) il-metodi ta' valutazzjoni applikati għall-entrati diversi fil-kontijiet annwali, u l-metodi użati fil-kalkolu ta' l-aġġustamenti tal-valur. Għal entrati inklużi fil-kontijiet annwali li huma jew kienu oriġinarjament espressi fi flus barranin, il-bażijiet ta' konverżjoni użati biex jiġu espressi fi flus lokali għandhom jintwerew;

(2) l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta' kull waħda mill-impriżi li fihom il-kumpannija, jew hi stess jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess iżda għan-nom tal-kumpannija, ikollha għall-inqas perċentwal tal-kapital li l-Istati Membri ma jistgħux jistabbilixxu għal iktar minn 20 %, li juri l-proporzjon tal-kapital li jkollu, l-ammont ta' kapital u Riservi, u l-qligħ jew telf għas-sena finanzjarja ta' l-aħħar tal-impriża konċernata li għaliha ġew adottati l-kontijet. Din l-informazzjoni tista' titħalla barra meta għall-iskop ta' l-Artikolu 2(3) hija ta' importanza żgħira biss. L-informazzjoni dwar kapital u Riservi u l-qligħ jew telf tista' wkoll titħalla barra meta l-impriża konċernata ma tippubblikax il-karta tal-bilanċi tagħha u l-kumpannija jkollha (direttament jew indirettament) inqas minn 50 % tal-kapital tagħha;

i-isem, l-uffiċċju prinċipali jew irreġistrat u l-forma legali ta’ kull waħda mill-impriżi li tagħhom il-kumpannija jew ditta huma membru li għandu responsabbiltà mhux limitata. Dan it-tagħrif jista’ jitħalla barra meta għall-finijiet ta’ l-Artikolu 2(3) huwa ta’ importanza negliġibbli;

(3) in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur tal-parità għall-kontijiet ta' l-azzjonijiet sottoskritti matul is-sena finanzjarja fil-limiti tal-kapital awtorizzat, bla ħsara sa fejn l-ammont ta' dan il-kapital huwa konċernat għall-Artikolu 2(1)(e) tad-Direttiva 68/151/KEE jew għall-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 77/91/KEE;

(4) meta hemm iktar minn klassi waħda ta' azzjonijiet, in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur tal-parità għall-kontijiet għal kull klassi;

(5) l-eżistenza ta' kull ċertifikat ta' parteċipazzjoni, obligazzjonijiet li jistgħu jiġu konvertiti jew titoli jew drittijiet simili, b'indikazzjoni tan-numru tagħhom u d-drittijiet li huma jagħtu;

(6) ammonti li għandhom jingħataw mill-kumpannija li jagħlqu u li jistgħu jitħallsu wara iktar minn ħames snin kif ukoll id-djun kollha tal-kumpannija koperti b'garanzija ta' valur magħmula mill-kumpannija b'indikazzjoni tan-natura u l-forma tal-garanzija. Din l-informazzjoni għandha tintwera separatament għal kull entrata tal-kredituri, kif previst fit-taqsimiet preskritti f'L- ►M10  Artikoli 9, 10 u 10a ◄ ;

(7) l-ammont totali ta' kull obbligu finanzjarju li mhuwiex magħdud fil-karta tal-bilanċi, sa fejn din l-informazzjoni hija ta' għajnuna fl-istima tal-pożizzjoni finanzjarja Kull obbligu li jikkonċerna pensjonijiet u impriżi affiljati għandu jintwera separatament;

(8) it-turnover nett fis-sens ta' l-Artikolu 28, imqassam f'kategoriji ta' attività u fi swieq ġeografiċi sa fejn, tenut kont tal-mod li bih il-bejgħ ta' prodotti u l-għotja ta' servizzi li jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet ordinarji tal-kumpannija huma organizzati, dawn il-kategoriji u swieq ivarjaw sostanzjalment minn wieħed għall-ieħor;

(9) in-numru medju ta' persuni impjegati matul is-sena finanzjarja, imqassam f'kategoriji u, jekk huma ma jintwerewx separatament fil-kont tal-qligħ u telf, l-ispejjeż tal-persunal li għandhom x'jaqsmu mas-sena finanzjarja, imqassma kif previst fl-Artikolu 23(b);

(10) Safejn il-kalkolu tal-qligħ jew telf għas-sena finanzjarja intlaqat minn valutazzjoni ta' l-entrati, li b'deroga mill-prinċipji enunzjati f' ►M8  l-Artikoli 31 u 34 sa 42ċ ◄ , sar fis-sena finanzjarja relattiva jew f'sena finanzjarja ta' qabel bil-għan li jinkiseb tnaqqis mit-taxxa. Meta l-influwenza ta' valutazzjoni bħal dik fuq spejjeż futuri ta' taxxa hija importanti, għandhom jintwerew dettalji;

(11) id-differenza bejn it-taxxa mitluba għas-sena finanzjarja u għal snin finanzjarji ta' qabel u l-ammont ta' taxxa li trid titħallas dwar dawk is-snin, sakemm din id-differenza hija importanti għall-iskopijiet ta' tassazzjoni futura. Dan l-ammont jista' jintwera wkoll fil-karta tal-bilanċi bħala ammont kumulattiv taħt entrata separata b'intestaura xierqa;

(12) l-ammont ta' qligħ mill-impiegi mogħti dwar is-sena finanzjarja lill-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza minħabba r-responsabbiltajiet tagħhom, u kull obbligu li jinqala' jew li jsir dwar pensjonijiet ta' irtirar għal membri ta' qabel ta' dawk il-korpi, b'indikazzjoni tat-total għal kull kategorija;

(13) l-ammont ta' self bil-quddiem u krediti mogħtija lill-membri tal-korpi amminstrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza, b'indikazzjonijiet tar-rati ta' interessi, kondizzjonijiet prinċipali u kull ammont imħallas lura, kif ukoll obbligi li saru għan-nom tagħhom permezz ta' garanziji ta' kull xorta, b'indikazzjoni tat-total għal kull kategorija;

▼M8

(14) meta l-valutazzjoni ta’ valur ġust ta’ strumenti finanzjarji ma tkunx ġiet applikata bi qbil ma’ TAQSIMA 7a:

(a) għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji derivattivi:

(i) il-valur ġust ta’ l-istrumenti, jekk dak il-valur jista’ jkun iddeterminat b’uħud mill-metodi preskritti fl-Artikolu 42b(1);

(ii) informazzjoni rigward il-medda u n-natura ta’ l-istrumenti; u

(b) għal assi fissi finanzjarji koperti bl-Artikolu 42 a, imwettqa f’ammont b’eċċess tal-valur ġust tagħhom u mingħajr użu ma jkun sar ta’ l-għażla biex isir aġġustament ta’ valur bi qbil ma’ l-Artikolu 35(1)(ċ)(aa):

(i) il-valur tal-ktieb u l-valur ġust jew ta’ l-assi individwali jew ta’ gruppi xierqa ta’ dawk l-assi individwali;

(ii) ir-raġuni għala ma jkunx tnaqqas il-valur fil-kotba, inkluża n-natura ta’ l-evidenza li tipprovdi l-bażi għat-twemmin li l-valur fil-kotba għandu jkun irkuprat;

▼M11

(15) separatament, l-onorarji kollha għas-sena finanzjarja mitluba mill-awditur statutorju jew mill-kumpannija tal-verifika għall-verifika statutorja tal-kontijiet annwali u l-onorarji totali mħallsa għal servizzi oħrajn ta' assigurazzjoni, l-onorarji totali mħallsa għal servizzi ta' consulenza fiskali u l-onorarji totali mħallsa għall-servizzi oħrajn mhux relatati mal-verifika.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dan ir-rekwiżit ma japplikax meta kumpannija tkun inkluża fil-kontijiet konsolidati meħtieġa li jsiru skond l-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, sakemm informazzjoni bħal din tingħata fin-noti mal-kontijiet konsolidati.

▼B

2.  Sakemm ikun hemm kordinazzjoni sussegwenti, l-Istati Membri ma għandhomx bżonn japplikaw paragrafu 1 (2) għal-kumpanniji li għandhom holding finanzjarju fis-sens ta' l-Artikolu 5(3).

▼M4

3.  L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-ħtieġa li jiġi pprovvdut it-tagħrif riferit fil-punt 12 tal-paragrafu 1 meta dan it-tagħrif jagħmilha possibbli li tiġi identifikata l-pożizzjoni ta’ membru speċifiku ta’ dan il-korp.

▼M4

L-Artikolu 44

▼M11

1.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-kumpanniji msemmija fl-Artikolu 11 jagħmlu noti mqassra dwar il-kontijiet tagħhom mingħajr l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 43(1)(5) sa (12), (14)(a) u (15). Madankollu, in-noti għandhom jagħtu l-informazzjoni totali speċifikata fl-Artikolu 43(1)(6) għall-oġġetti kollha konċernati.

▼M4

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll lill-kumpanniji riferiti fil-paragrafu 1 li jiġu eżentati mill-obbligu li jiżvelaw fin-noti dwar il-kontijiet tagħhom it-tagħrif stabbilit fl-Artikolu 15(3)(a) u (4), l-Artikoli 18, 21 u 29 (2), it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 30, l-Artikolu 34(2), l-Artikolu 40(2) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 42.

3.  Għandu japplika l-Artikolu 12.

▼B

Artikolu 45

1.  L-Istati Membri jistgħu jħallu l-wiri preskritt fl-Artikolu 43(1)(2):

(a) jieħu l-forma ta' dikjarazzjoni depożitata skond l-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 68/151/KEE; dan għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet;

(b) imħolli barra meta n-natura tagħhom tkun tali li tista' tkun serjament ta' ħsara għal kull impriża li għaliha jirreferixxi l-Artikolu 43(1)(2). L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dawk l-omissjonijiet bla ħsara għal awtorizzazzjoni anmministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal dik għandha tintwera fin-noti tal-kontijiet.

▼M11

2.  Il-paragrafu 1(b) għandu japplika wkoll għall-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 43(1)(8).

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kumpanniji msemmija fl-Artikolu 27 sabiex ma jiżvelawx l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 43(1)(8). L-Istati Membri jistgħu wkoll jippermettu lill-kumpanniji msemmija fl-Artikolu 27 sabiex ma jiżvelawx l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 43(1)(15), sakemm tali informazzjoni titwassal lis-sistema ta' sorveljanza pubblika msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifika statutorja tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati ( 6 ) meta tkun rikjesta minn tali sistema ta' sorveljanza pubblika.

▼B



TAQSIMA 9

Kontenut tar-rapport annwali

Artikolu 46

▼M10

1.  

(a) Ir-rapport ta’ kull sena għandu jkollu fih ta’ l-anqas reviżjoni xierqa ta’ l- iżvilupp u l-prestazzjoni kummerċjali tal-kumpanija u tal-posizzjoni tagħha, kif ukoll deskrizzjoni tar-riskji prinċipali u l-inċertezzi li tiffaċċja.

Ir-reviżjoni għandha tkun analiżi bilanċjata u komprensiva ta’ l-iżvilupp u l- prestazzjoni tal-kummerċ tal-kumpanija u l-posizzjoni tagħha, marbuta mad- daqs u l-komplessità tal-kummerċ;

(b) Minħabba l-ħtieġa sabiex jiftiehem l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-posizzjoni tal-kumpanija, l-analiżi għandu jkollu fih kemm finanzi u, fejn hu xieraq, indikazzjonijiet ewlenin ta’ prestazzjoni mhux finanzjarja relevanti għall- kummerċ partikolari, li jinkludi informazzjoni relatata ma’ materji ambjentali u tal-ħaddiema;

(ċ) Meta tipprovdi l-analiżi tagħha, ir-rapport annwali għandu, fejn xieraq, jinkludi referenzi għal spjegazzjonijiet addizzjonali ta’ l-ammonti rapportati fil-kontijiet ta’ kull sena.

▼B

2.  Ir-rapport għandu wkoll jagħti indikazzjoni ta':

(a) kull fatt importanti li ġara mill-aħħar tas-sena finanzjarja;

(b) l-iżvilupp probabbli u futur tal-kumpannija;

(ċ) attivitajiet fil-kamp tar-riċerka u żvilupp;

(d) l-informazzjoni dwar akkwisti ta' l-azzjonijiet tagħhom stess preskritta mill-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 77/91/KEE;

▼M3

(e) l-eżistenza ta’ friegħi tal-kumapanija;

▼M8

(f) fir-rigward ta’ l-użu ta’ strumenti finanzjarji tal-kumpannija u meta materjali għal kalkolu ta’ l-assi, responsabbiltajiet, pożizzjoni finanzjarja tagħha u l-qliegħ u t-telf,

 l-objettivi u l-istrateġiji ta’ amministrazzjoni tar-riskju finanzjarju ta’ kumpannija, inkluża l-istrateġija tagħha ta’ hedging ta’ kull transazzjoni mbassra ta’ tip maġġuri li għalih jkun użat il-hedge accounting, u

 il-possibiltà ta’ esposizzjoni tal-kumpannija għal riskju tal-prezz, riskju ta’ likwidità u riskju ta’ ċirkulazzjoni ta’ flus.

▼M4

3.  L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligu fuq il-kumpanniji koperti bl-Artikolu 11 li jħejju rapporti annwali, sakemm it-tagħrif riferit fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 77/91/KEE li tirigwarda l-kisba minn kumpannija ta’ l-ishma tagħha stess tingħata fin-noti dwar il-kontijiet tagħhom.

▼M10

4.  L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jeżentaw kumpaniji koperti bl-Artikolu 27 mill-obbligazzjoni tal-paragrafu 1(b) ta’ hawn fuq sa fejn din tirrelata għall- informazzjoni mhux finanzjarja.

▼B



TAQSIMA 10

Pubblikazzjoni

Artikolu 47

1.  Il-kontijiet annwali, approvati kif imiss, u r-rapport annwali, flimkien ma' l-opinjoni mogħtija mill-persuna responsabbli għall-verifika tal-kontijiet, għandhom jiġu pubblikati kif speċifikat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE.

Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu, iżda, jippermettu li r-rapport annwali ma jiġiex pubblikat kif stipulat hawn fuq. F'dak il-każ, huwa għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija fl-Istat Membru konċernat. ►M1  Għandu jkun possibbli li tinkiseb kopja tar-rapport kollu jew parti minnu fuq talba. Il-prezz ta' dik il-kopja ma għandux ikun iżjed mill-ispiża amministrattiva tagħha. ◄

▼M5

1a.  L-Istat Membru ta’ kumpannija jew ditta riferiti fit-tieni u t-tielet subparagrafi (l-entità interessata) fl-Artikolu 1(1), jista’ jeżenta lil din l-entità mill-pubblikazzjoni tal-kontijiet tagħha skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE, sakemm dawn il-kontijiet ikunu disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċju prinċipali tagħha; meta:

(a) il-membri kollha li għandhom responsabbiltà mhux limitata mill-entità interessata huma l-kumpanniji riferiti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(1) irregolati bil-liġijiet ta’ l-Istati Membri għajr l-Istat Membru li l-liġijiet tiegħu jirregolaw lil din l-entità u ħadd minn dawn il-kumpanniji ma jippubblika l-kontijiet ta’ l-entità interessata mal-kontijiet tiegħu stess; jew

(b) il-membri kollha li għandhom responsabbiltà mhux limitata huma kumpanniji li mhumiex irregolati bil-liġijiet ta’ Stat Mmebru iżda li għandhom forma legali li tista’ titqabbel ma’ dawk riferiti fid-Direttiva 68/151/KEE.

Kopji tal-kontijiet għandhom ikunu jistgħu jinkisbu fuq talba. Il-prezz ta’ din il-kopja ma jistax jaqbeż l-ispiża amministrattiva tagħha. Għandhom jiġu pprovvduti s-sanzjonijiet approprjati għan-nuqqas tal-konformità ma’ l-obbligu tal-pubblikazzjoni impost f’dan il-paragrafu.

▼B

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-kumpanniji msemmija fl-Artikolu 11 jippubblikaw:

(a) karti tal-bilanċi imqassra li juru biss dawk l-entrati li jiġu wara l-ittri u numri Rumani f'L-Artikoli 9 u 10, li juru separatament l-informazzjoni meħtieġa f'parentesi f'D (11) taħt “Attiv” u Ċtaħt “Passiv” fl-Artikolu 9 u f'D (II) fl-Artikolu 10 iżda fit-total għall-entrati kollha konċernati; u

▼M4

(b) in-noti mqassra mal-kontijiet tagħhom skond l-Artikolu 44.

▼B

L-Artikolu 12 għandu japplika.

Barra hekk, l-Istati Membri jistgħu jeħilsu lil dawk il-kumpanniji mill-obbligu li jippubblikaw il-kontijiet tagħhom ta' qligħ u telf u rapporti annwali u l-opinjonijiet tal-persuni responsabbli għall-verifika tal-kontijiet.

3.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-kumpanniji msemmija fl-Artikolu 27 jippubblikaw:

(a) karti tal-bilanċi mqassra li juru biss dawk l-entrati li jiġu wara ittri u numri Rumani fl-Artikoli 9 u 10 li juru separatament, jew fil-karta tal-bilanċi jew fin-noti tal-kontijiet:

 Ċ (I) (3), Ċ (II) (1),(2),(3) u (4), Ċ (III) (1), (2), (3), (4) u (7), D (II) (2), (3) u (6) u D (III) (1) u (2) taħt “Attiv” u Ċ (1), (2), (6), (7) u (9) taħt “Passiv” fl-Artikolu 9,

 Ċ (I) (3 Ċ (II) (1), (2), (3) u (4), Ċ (III) (1), (2), (3), (4) u (7), D (II) (2), (3) u (6), D (III) (1) u (2), F (1), (2), (6), (7) u (9) u (I) (1), (2), (6), (7) u (9) fl-Artikolu 10,

 l-informazzjoni meħtieġa f'parentesi f'D (II) taħt “Attiv” u Ċ Taħt “Passiv” fl-Artikolu 9, fit-total għall-entrati kollha konċernati u separatament għal D (II) (2) u (3) taħt “Attiv” u Ċ (1), (2), (6), (7) u (9) taħt “Passiv”,

 l-informazzjoni meħtieġa f'parentesi f'D (II) fl-Artikolu 10, fit-total għall-entrati kollha konċernati, u separatament għal D (II) (2) u (3);

(b) noti mqassra dwar il-kontijiet tagħhom mingħajr l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 43(1)(5), (6), (8), (10) u (11). Iżda, in-noti tal-kontijiet għandhom jagħtu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 43(1)(6) fit-total għall-entrati kollha konċernati.

Dan il-paragrafu għandu jkun bla ħsara għal paragrafu 1 sa fejn huwa jirreferixxi għall-kont ta' qligħ u telf, ir-rapport annwali u l-opinjoni tal-persuna responsabbli għall-verifika tal-kontijiet.

L-Artikolu 12 għandu japplika.

Artikolu 48

Kulmeta l-kontijiet annwali u r-rapport annwali huma pubblikati sħaħ, huma għandhom jiġu riprodotti fil-forma u test fuq il-bażi ta' liema l-persuna responsabbli għall-verifika tal-kontijiet ifforma l-opinjoni tiegħu. Huma għandhom ikollhom magħhom it-test sħiħ tar-rapport tiegħu. ►M10  ————— ◄

Artikolu 49

Jekk il-kontijiet annwali m`humiex ippubblikati sħaħ, għandu jiġi indikat li l-verżjoni pubblikata hija mqassra u għandha ssir riferenza għar-reġistru li fih il-kontijet ġew iffajljati skond l-Artikolu 47(1). Meta dak il-fajljar għadu ma sarx, il-fatt għandu jiġi żvelat. ►M10  Ir-rapport tal-persuna jew persuni responsabbli mill-verifiki tal-kontijiet ta’ kull sena (hawnhekk iżjed ’il quddiem: awdituri statutarji) ma għandux jakkumpanja din il-pubblikazzjoni, imma għandu jkun żvelat jekk opinjoni vverifikata kemm jekk mhux kwalifikata, kwalifikata jew kinitx kontra espressa, jew jekk l-awdituri statutarji setgħux jesprimu opinjoni verifikata. Għandu jkun żvelat ukoll jekk ir-rapport ta’ l-awdituri jinkludix referenza għal xi materji li l-awdituri statutarji jkunu ġibdu l-attenzjoni għalihom mingħajr ma jikkwalifikaw l-opinjoni verifikata. ◄

Artikolu 50

Dan li ġej għandu jiġi pubblikat flimkien mal-kontijiet annwali, u bl-istess mod:

 l-approprjazzjoni proposta tal-qligħ jew trattament tat-telf,

 l-approprjazzjoni tal-profitt jew trattament tat-telf,

meta dawn l-entrati ma jidhrux fil-kontijiet annwali.

▼M4

L-Artikolu 50a

Il-kontijiet annwali jistgħu jiġu ppubblikati fil-munita korrenti li fihom ikunu ġew imfassla u fl-ecu, maqlub bir-rata tal-kambju li tkun tipprevali fid-data tal-karta tal-bilanċ. Din ir-rata għandha tiġi żvelata fin-noti dwar il-kontijiet.

▼B



TAQSIMA 11

Verifika

Artikolu 51

▼M10

1.  Kontijiet ta’ kull sena tal-kumpaniji għandhom ikunu verifikati minn persuna waħda jew aktar approvati mill-Istati Membri sabiex iwettqu verifiki statutorji fuq il-bażi tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE ta’ l-10 ta’ April 1984 fuq l-approvazzjoni ta’ persuni responsabbli mit-twettiq ta’ verifiki statutarji tad-dokumenti tal-kontijiet ( 7 ).

L-awdituri statutarji għandhom ukoll jesprimu opinjoni li tikkonċerna l-konstistenza jew xort’oħra tar-rapport ta’ kull sena mal-kontijiet ta’ kull sena ta’ l-istess sena finanzjarja.

▼B

2.  L-Istati Membri jistgħu jeħilsu lill-kumpanniji msemmija fl-Artikolu 11 mill-obbligu impost minn paragrafu 1.

L-Artikolu 12 għandu japplika.

3.  Meta l-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 2 hija mogħtija l-Istati Membri għandhom jintroduċu sanzjonijiet xierqa fil-liġijiet tagħhom għal każijiet li fihom il-kontijiet annwali jew ir-rapporti annwali ta' dawk il-kumpanniji ma jsirux skond il-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

▼M10

Artikolu 51a

1.  Ir-rapport ta’ l-awdituri statutarji għandu jinkludi:

(a) daħla li ta’ l-anqas għandha tiddentifika l-kontijiet ta’ kull sena li huma suġġetti għall-verifika statutarja, flimkien mal-qafas tar-rapport finanzjarju li kien qed jiġi applikat fit-tħejjijiet tagħhom;

(b) deskrizzjoni ta’ l-iskop tal-verifika statutarja li ta’ l-anqas għandha tidentifika ma’ liema standards tal-verifiki wettqet il-verifika statutarja;

(ċ) opinjoni verifikata li għandha tiddikjara biċ-ċar l-opinjoni ta’ l-awdituri tal-verifika jekk il-kontijiet annwali jagħtux stampa ċara skond il-qafas tar-rapport finanzjarju relevanti u, fejn xieraq, jekk il-kontijiet ta’ kull sena żammewx mal-ħtiġiet statutarji; l-opinjoni verifikata għandha tkun jew mhux kwalifikata, kwalifikata, opinjoni avversa jew, jekk l-awdituri statutarji jistgħux jesprimu opinjoni verifikata, jiċħdu xi opinjoni:

(d) referenza għal xi materji li l-awdituri statutarji b’permezz ta’ enfasi ġibdu l-attenzjoni għalihom mingħajr ma jikkwalifikaw l-opinjoni verifikata;

(e) opinjoni li tikkonċerna l-konsistenza jew xort’oħra tar-rapport ta’ kull sena bil-kontijiet ta’ kull sena għall-istess sena finanzjarja.

2.  Ir-rapport għandu jkun iffirmat u ddatat mill-awdituri statutarji.

▼B



TAQSIMA 12

Disposizzjonijiet finali

Artikolu 52

1.  Kumitat ta' Kuntatt għandu jitwaqqaf taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni. Il-funzjoni tiegħu għandha tkun:

(a) biex jiffaċilita, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 169 u 170 tat-Trattat, l-applikazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva permezz ta' laqgħat regolari li jittrattaw b'mod partikolari l-problemi li jinqalgħu b'konnessjoni ma' l-applikazzjoni tagħha;

(b) biex jagħti parir lill-Kummissjoni, jekk meħtieġ, dwar żidiet jew emendi għal din id-Direttiva.

2.  Il-Kumitat ta' Kuntatt għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u rappreżentanti tal-Kummissjoni. Il-president għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-Segretarjat.

3.  Il-Kumitat għandu jiġi mlaqqa' mill-president jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' wieħed mill-membri tiegħu.

Artikolu 53

▼M10 —————

▼B

2.  Kull ħames snin il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jeżamina u, jekk meħtieġ, jirrevedi l-ammonti espressi f'unitajiet Ewropej ta' kontijiet f'din id-Direttiva, fid-dawl ta' tendenzi ekonomiċi u monetarji fil-Komunità.

▼M10

Artikolu 53a

L-Istati Membri m’għandhomx jagħmlu disponibbli l-eżenzjonijiet imniżżlin fl-Artikoli 11, 27, 46, 47 u 51 fil-każ ta’ kumpaniji li s-sigurtajiet tagħhom jitħallew għall-kummerċ f’suq regolat ta’ kull Stat Membru li jaqa’ fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(13) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 fuq is-servizzi ta’ investiment fl-oqsma tas-sigurtajiet ( 8 ).

▼M3 —————

▼B

Artikolu 55

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijet amministrattivi meħtieġa għalihom sabiex iħarsu din id-Direttiva fi żmien sentejn minn notifika tagħha. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

2.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li d-disposizzjonjiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw sa 18-il xahar wara l-aħħar tal-perjodu previst f'dak il-paragrafu.

Dak il-perjodu ta' 18-il xahar jista', iżda, jkun ħames snin:

(a) fil-każ ta' kumpanniji mhux reġistrati fir-Renju Unit u l-Irlanda;

(b) għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 9 u 10 u l-Artikoli 23 sa 26 dwar it-taqsim għall-karta tal-bilanċi u l-kont ta' qligħ u telf, meta Stat Membru ġab fis-seħħ taqsim ieħor għal dawn id-dokumenti f'mhux iżjed minn tliet snin qabel in-notifika ta' din id-Direttiva;

(ċ) għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva dwar il-kalkolu u l-wiri fil-karti tal-bilanċi ta' deprezzament dwar attiv kopert mill-entrati ta' attiv imsemmija fl-Artikolu 9, Ċ (II) (2) u (3), u l-Artikolu 10, Ċ (II) (2) u (3);

(d) għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 47(1) ta' din id-Direttiva ħlief dwar kumpanniji li huma diġà taħt obbligu ta' pubblikazzjoni skond l-Artikolu 2(1)(f) tad-Direttiva 68/151/KEE. F'dan il-każ it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 47(1) ta' din id-Direttiva għandu japplika għall-kontijiet annwali u għall-opinjoni li titfassal mill-persuna responsabbli għall-verifika tal-kontijiet;

(e) għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 51(1) ta' din id-Direttiva.

Barra minn hekk, dan il-perjodu ta' 18-il xahar jista' jiġi mtawwal għal tmien snin għal kumpanniji li l-għan prinċipali tagħhom huwa n-negozju ta' merkanzija bil-baħar u li huma diġa jeżistu fid-dħul fis-seħħ tad-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li huma jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

▼M1

Artikolu 56

1.  L-obbligu li jintwerew fil-kontijiet annwali l-entrati preskritti mill- ►M10  Artikolu 9, 10, 10a ◄ u 23 sa 26 li għandhom x'jaqsmu ma' impriżi affiljati, kif imfisser mill-Artikolu 41 tad-Direttiva 83/349/KEE, u l-obbligu li tingħata informazzjoni dwar dawn l-impriżi skond l-Artikoli 13(2), u 14 u punt 7 ta' l-Artikolu 43(1) għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data stabbilita fl-Artikolu 49(2) ta' dik id-Direttiva.

2.  In-noti tal-kontijiet għandhom juru wkoll:

(a) l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta' l-impriża li tagħmel il-kontijiet konsolidati ta' l-ikbar korp ta' impriżi li l-kumpannija tifforma parti minnu bħala impriża sussidjarja;

(a) l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta' l-impriża li tagħmel il-kontijiet konsolidati ta' l-iżgħar korp ta' impriżi li l-kumpannija tifforma parti minnu bħala impriża sussidjarja u li hija inkluża wkoll fil-korp ta' impriżi msemmija f'(a) ta' hawn fuq;

(ċ) il-post fejn kopji tal-kontijiet konsolidati msemmija f'(a) u (b) ta' hawn fuq jistgħu jinkisbu previst li huma jkunu disponibbli.

Artikolu 57

Minkejja d-dispożizzjonijiet tad-direttivi 68/151/KEE u 77/91/KEE, Stat Membru ma għandux għalfejn japplika d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-kontenut, verifika u pubblikazzjoni ta' kontijiet annwali għal kumpanniji regolati bil-liġijiet nazzjonali tagħhom li huma impriżi sussidjarji, kif imfisser fid-Direttiva 83/349/KEE, meta jitwettqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-impriża ewlenija għandha tkun suġġetta għal-liġijiet ta' Stat Membru;

(b) l-azzjonisti kollha jew membri ta' l-impriża sussidjarja iridu bilfors ikunu dikjaraw il-ftehim tagħhom għall-eżenzjoni minn dak l-obbligu; din id-dikjarazzjoni għandha ssir relattiva għal kull sena finanzjarja;

(ċ) l-impriża ewlenija trid bilfors tkun iddikjarat illi hija tiggarantixxi l-obbligi li tkun daħlet għalihom l-impriża sussidjarja;

(d) id-dikjarazzjonjiet imsemmija f'(b) u (ċ) għandhom jiġu pubblikati mill-impriża sussidjarja kif speċifikat mil-liġijiet ta' l-Istat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE;

(e) l-impriża sussidjarja għandha tiġi inkluża fil-kontijiet konsolidati magħmula mill-impriża ewlenija skond id-Direttiva 83/349/KEE;

(f) l-eżenzjoni ta' hawn fuq għandha tintwera fin-noti tal-kontijiet konsolidati magħmula mill-impriża ewlenija;

(d) il-kontijiet konsolidati msemmija f'(e), ir-rapport annwali konsolidat, u r-rapport mill-persuna responsabbli għall-verifika ta' dawk il-kontijiet għandhom jiġu pubblikati għall-impriża sussidjarja kif speċifikat mil-liġijiet ta' l-Istat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE.

▼M5

L-Artikolu 57a

1.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-kumpanniji riferiti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(1) irregolati bil-liġijiet tagħhom, li huma membri li għandhom responsabbiltà mhux limitata ta’ xi waħda mill-kumpanniji u d-ditti elenkati fit-tieni u t-tielet subparagrafi (l-entità interessata) ta’ l-Artikolu 1(1), li jfasslu, jivverifikaw u jippubblikaw, mal-kontijiet tagħhom stess, il-kontijiet ta’ l-entità interessata skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

F’dan il-każ, il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma japplikawx għall-entità interessata.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva għall-entità interessata meta:

(a) il-kontijiet ta’ din l-entità jitfasslu, jiġu vverifikati u ppubblikati skond id-disposizzjonjiet ta’ din id-Direttiva minn kumpannijia li hija membru li għandha responsabbiltà mhux limitata ta’ l-entità u li tkun irregolata bil-liġijiet ta’ Stat Membru ieħor;

(b) l-entità interessata tkun inkluża fil-kontijiet ikkonsolidati mfassla, ivverifikati u ppubblikati skond id-Direttiva 83/349/KEE minn membru li għandu responsabbiltà mhux limitata jew meta l-entità interessata tkun inkluża fil-kontijiet ikkonsolidati ta’ korp ikbar ta’ impriżi mfassla, ivverifikati u ppubblikati skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE minn impriża parent irregolata bil-liġijiet ta’ Stat Membru. L-eżenzjoni għandha tintwera fin-noti mal-kontijiet ikkonsolidati.

3.  F’dawn il-każijiet, l-entità interessata għandha tiżvela lil kull min jitlob hekk l-isem ta’ l-entità li tippubblika l-kontijiet.

▼M1

Artikolu 58

Stat Membru ma għandux ġħalfejn japplika d-dispożizzjonijiet ta', u telf għal, kumpanniji regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li huma impriżi ewlenin għall-finijiet tad-Direttiva 83/349/KEE meta jitwettqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-impriża ewlenija għandha tagħmel kontijiet konsolidati skond id-Direttiva 83/349/KEE u tiġi inkluża fil-kontijiet konsolidati;

(b) l-eżenzjoni ta' hawn fuq għandha tintwera fin-noti tal-kontjiet konsolidati ta' l-impriża ewlenija;

(ċ) l-eżenzjoni ta' hawn fuq għandha tintwera fin-noti tal-kontijiet konsolidati magħmula mill-impriża ewlenija;

(d) il-qligħ jew telf tal-kumpannija ewlenija, stabbiliti skond din id-Direttiva, għandhom jintwerew fil-karta tal-bilanċi ta' dik il-kumpannija ewlenija.

Artikolu 59

1.  Stat Membru jista' jeħtieġ jew jippermetti li interessi parteċipanti, kif imfisser fl-Artikolu 17, fil-kapital ta' impriżi fuq il-politika tax-xogħol u dik finanzjarja li l-influwenza sinifikanti tagħhom hija eżerċitata, għandhom jintwerew fil-karta tal-bilanċi skond il-paragrafi 2 sa 9 ta' hawn isfel, bħala sub-entrati ta' l-entrati “ishma f'impriżi affiljati” jew “interessi parteċipanti”, skond il-każ. Impriża għandha titqies li teżerċita influwenza sinifikanti fuq impriża oħra meta hija għandha 20 % jew iktar tal-jeddijiet għall-vot ta' l-azzjonisti jew membri f'dik l-impriża. L-Artikolu 2 tad- Direttiva 83/349/KEE għandu japplika.

2.  Meta dan l-Artikolu huwa applikat għall-ewwel darba għal interess partecipanti regolat bil-paragrafu 1, huwa għandu jintwera fil-karta konsolidata tal-bilanċi jew:

(a) Bil-valur tiegħu kif jidher fil-kotba ikkalkolat skond ►M8  taqsima 7 jew 7a ◄ . Id-differenza bejn dak il-valur u l-ammont li jaqbel mal-proporzjon ta' kapital u riservi rappreżentati mill-interess parteċipanti għandha tintwera separatament fil-karta konsolidata tal-bilanċi jew fin-noti tal-kontijiet. Dik id-differnza għandha tiġi kalkolata fid-data li fiha dak il-metodu huwa applikat għall-ewwel darba; jew

(b) bl-ammont li jaqbel mal-proporzjon tal-kapital u riservi rappreżentati minn dak l-interess parteċipanti. Id-differenza bejn dak l-ammont u l-valur li jidher fil-kotba ikkalkolat skond ►M8  taqsima 7 jew 7a ◄ għandha tintwera separatament fil-karta tal-bilanċi jew fin-noti tal-kontjiet. Dik id-differenza għandha tiġi kalkolata fid-data li fiha dak il-metodu huwa applikat għall-ewwel darba.

(ċ) Stat Membru jista' jippreskrivi l-applikazzjoni ta' paragrafu wieħed jew iktar ta' hawn fuq. Il-karta tal-bilanċi jew in-noti tal-kontijiet għandhom jindikaw jekk intużawx (a) jew (b) ta' hawn fuq.

(d) barra minn hekk, fl-applikazzjoni ta' (a) u (b) ta' hawn fuq, Stat Membru jista' jeħtieġ jew jippermetti l-kalkolu tad-differenza fid-data ta' l-akkwist ta' l-interess parteċipanti msemmi fil-paragrafu 1 jew, meta l-akkwist seħħ f'żewġ stadji jew iktar, fid-data meta l-azjenda saret interess parteċipanti fis-sens tal-paragrafu 1 ta' hawn fuq.

3.  Meta l-attiv jew passiv ta' impriża li jkollha interess parteċipanti fis-sens tal-paragrafu 1 ta' hawn fuq ikunu ġew ivvalutati b'metodi minbarra dawk użati mill-kumpannija li tagħmel il-kontijiet annwali, huma jistgħu, għall-iskop tal-kalkolu tad-differenza msemmija fil-paragrafu 2 (a) jew (b) ta' hawn fuq, jerġgħu jiġu valutati bil-metodi użati mill-kumpannija li qed tagħmel il-kontijiet annwali. Għandha ssir indikazzjoni fin-noti tal-kontijiet meta dik il-valutazzjoni mill-ġdid ma ġietx imwettqa. Stat Membru jista' jeħtieġ dik il-valutazzjoni mill-ġdid.

4.  Il-valur fil-kotba msemmi fil-paragrafu 2 (a) ta' hawn fuq, jew l-ammont li jaqbel mal-proporzjon ta' kapital u riservi msemmija fil-paragrafu 2 (b) ta' hawn fuq, għandu jiżdied jew jitnaqqas bl-ammont tal-varjazzjoni li seħħet matul is-sena finanzjarja fil-proporzjon ta' kapital u riservi rappreżentati minn dak l-interess parteċipanti; huwa għandu jitnaqqas bl-ammont tad-dividendi li jirreferixxu għall-interess parteċipanti.

5.  Sa fejn differenza posittiva regolata mill-paragrafu 2 (a) jew (b) ta' hawn fuq ma tistax tirreferixxi għal kull kategorija ta' attiv jew passiv, hija għandha tiġi trattata skond ir-regoli applikabbli għall-entrata “avvjament”.

6.  

(a) Il-proporzjon tal-qligħ jew telf li jista' jkun attribwit lill-interessi parteċipanti fis-sens tal-paragrafu 1 ta' hawn fuq għandu jintwera fil-kont ta' qligħ u telf bħala entrata separata taħt intestatura xierqa.

(b) meta dak l-ammont jeċċedi l-ammont ta' dividendi li diġà ġew riċevuti jew li l-ħlas tiegħu jista' jintalab, l-ammont tad-differenza għandu jitqiegħed f'riserva li ma tistax tiġi mqassma lil azzjonisti.

(ċ) Stat Membru jista' jeħtieġ jew jippermetti li l-proporzjon tal-qligħ jew telf li jista' jkun attribwit lill-interessi parteċipanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq jidher fil-kont ta' qligħ u telf biss sa fejn l-ammont li jaqbel ma' dividendi li diġà ġew riċevuti jew li l-ħlas tagħhom jista' jintalab.

7.  It-tneħħijiet imsemmija fl-Artikolu 26(1)(ċ) tad- Direttiva 83/349/KEE għandhom jiġu effettwati sa fejn il-fatti huma magħrufa jew jistgħu jiġu aċċertati. L-Artikolu 26(2) u (3) ta' dik id-Direttiva għandu japplika.

8.  Meta impriża li jkollha interess parteċipanti fis-sens tal-paragrafu 1 ta' hawn fuq tagħmel kontijiet konsolidati, l-paragrafi ta' qabel għandhom japplikaw għall-kapital u riservi li jidhru f'dawk il-kontijiet konsolidati.

9.  Ma hemmx bżonn li dan l-Artikolu jiġi applikat meta l-interess parteċipanti kif imfisser fil-paragrafu 1 m`huwiex importanti għall-finijiet ta' l-Artikolu 2(3).

▼B

Artikolu 60

Sakemm ikun hemm kordinazzjoni sussegwenti, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li investimenti li fihom investew il-fondi tagħhom kumpanniji ta' investiment fis-sens ta' l-Artikolu 5(2) għandhom jiġu valutati ►M10  fuq il-bażi tal-valur xieraq tagħhom ◄ .

F'dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu wkoll iċedu l-obbligu fuq kumpanniji ta' investiment b'kapital varjabbli li juru separatament l-aġġustamenti tal-valur imsemmija fl-Artikolu 36.

▼M1

Artikolu 61

Stat Membru ma għandux għalfejn japplika d-dispożizzjonijiet tal-punt 2 ta' l-Artikolu 43(1) ta' din id-Direttiva dwar l-ammont ta' kapital u riservi u qligħ u telf ta' l-impriżi konċernati lil kumpanniji regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li huma impriżi ewlenin għall-finijiet tad-Direttiva 83/349/KEE.

(a) meta l-impriżi konċernati huma inklużi f'kontijiet konsolidati magħmula minn dik l-impriża ewlenija, jew fil-kontijiet konsolidati ta' korp ikbar ta' impriżi kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 83/349/KEE; jew

(b) meta l-holdings fl-impriżi konċernati ġew trattati mill-impriża ewlenija fil-kontijiet annwali tagħha skond l-Artikolu 59, jew fil-kontijiet konsolidati magħmula minn dik l-impriża ewlenija skond l-Artikolu 33 tad-Direttiva 83/349/KEE.

▼M8

Artikolu 61a

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2007, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-disposizzjonijiet fl- ►M10  Artikolu 42a sa 42f ◄ , fl-Artikolu 43(1)(10) u (14), fl-Artikolu 44(1), fl-Artikolu 46(2)(f) u fl-Artikolu 59(2)(a) u (b) fid-dawl ta’ l-esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar valur ġust fil-kontijiet u billi jittieħed akkont ta’ żviluppi internazzjonali fil-qasam ta’ kontijiet u, jekk xieraq, tissottometti proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-għan li jkunu emendati l-Artikoli imsemmija hawn fuq.

▼B

Artikolu 62

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU C 129, tal-11.12.1972, p. 38

( 2 ) ĠU C 39, tas-7.6.1973, p. 31.

( 3 ) ĠU L 65, ta' l-14.3.1968, p. 8.

( 4 ) ĠU L 193, tat-18.7.1983, pġ. 1.Direttiva emendatal 1-aħħar- Direttiva 2001/65/Ke tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill(ĠU L 283, tas-27.10.2001, pġ. 28).

( 5 ) ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 1.

( 6 ) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

( 7 ) ĠU L 126, tat-12.5.1984, pġ. 20.

( 8 ) ĠU L 141, tat-11.6.1993, pġ. 27. id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/87/KE u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, tal-11.2.2003, p 1).