01958R0001 — MT — 01.07.2013 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT Nru 1

li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea

(ĠU P 017 6.10.1958, p. 385)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 920/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005

  L 156

3

18.6.2005

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013


Emendat bi:

 A1

ATT Li jirigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati

  L 73

14

27.3.1972

 A2

ATT Li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ellenika u l-aġġustamenti għat-Trattati

  L 291

17

19.11.1979

 A3

ATT li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża u l-aġġustamenti għat-Trattati

  L 302

23

15.11.1985

 A4

ATT li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

  C 241

21

29.8.1994

 A5

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

  L 236

33

23.9.2003




▼B

IR-REGOLAMENT Nru 1

li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea



▼M3

Artikolu 1

Il-lingwi uffiċjali u l-lingwi ta’ ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu l-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Isvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.

▼B

Artikolu 2

Id-dokumenti li Stat Membru jew persuna soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru jibagħtu lill-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jitfasslu f'kull waħda mil-lingwi uffiċjali magħżula minn min jibgħat. Ir-risposta għandha titfassal fl-istess lingwa.

Artikolu 3

Id-dokumenti li xi istituzzjoni tal-Komunità tibgħat lil xi Stat Membru jew lil xi persuna soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru għandhom ikunu mfassla fil-lingwa ta' dak l-Istat.

▼M2

Artikolu 4

Ir-Regolamenti u dokumenti oħra ta’ applikazzjoni ġenerali għandhom ikunu abbozzati fil-lingwi uffiċjali.

Artikolu 5

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkun ippubblikat fil-lingwi uffiċjali.

▼B

Artikolu 6

L-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jistipulaw fir-regoli ta' proċedura tagħhom liema minn dawn il-lingwi għandhom jintużaw f'każijiet speċifiċi.

Artikolu 7

Il-lingwi li għandhom jintużaw fil-proċeduri tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tagħha.

Artikolu 8

Jekk xi Stat Membru jkollu aktar minn lingwa uffiċjali waħda, il-lingwa li għandha tintuża għandha tkun, fuq talba minn dak l-Istat, irregolata mir-regoli ġenerali tal-liġi tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.