9.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/7


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Verwaltungsgerichtshof des Fürstentums Liechtenstein bid-data tas-26 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża ta’ Maximilian Maier

(Il-Kawża E-12/22)

(2023/C 49/06)

Permezz ta’ talba lill-Qorti tal-EFTA, bid-data tas-26 ta’ Settembru 2022, minn Verwaltungsgerichtshof des Fürstentums Liechtenstein (il-Qorti Amministrattiva tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-30 ta’ Settembru 2022, għal Opinjoni Konsultattiva fil-Kawża ta’ Maximilian Maier, dwar il-mistoqsija li ġejja:

Hija kompatibbli mad-Direttiva 98/5/KE, dispożizzjoni nazzjonali, li tipprovdi li avukat, li normalment jeżerċita l-professjoni tiegħu fi Stat Membru differenti minn dak li fih kiseb il-kwalifika tiegħu, ma huwiex awtorizzat li jinħatar bħala avukat tal-għajnuna legali, avukat fil-qasam tal-għajnuna legali jew difensur pubbliku (1)?


(1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 36.