4.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 158/10 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-24 ta’ Jannar 2023
fil-Kawża E-5/22
Christian Maitz vs Liechtensteinische Alters- und Hinterlassenenversicherung, Litttensteinische Invalidenversicherung, u Litttensteinische Familienausgleichskasse
(Sigurtà soċjali - Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 - Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 - Residenza f’pajjiż terz - Persuna li taħdem għal rasha - Applikabbiltà tal-liġi taż-ŻEE - Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva - L-Artikolu 3 ŻEE - Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera)
(2023/C 158/05)
Fil-Kawża E-5/22, Christian Maitz vs Litttensteinische Alters- und Hinterlassenenversicherung, Litttensteinische Invalidenversicherung, u Litttensteinische Familienausgleichskasse - TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti tal-Appell tal-Prinċipat (Fürstliches Obergericht), fir-rigward tal-interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, il-Qorti, komposta minn Páll Hreinsson, President (Imħallef Relatur), Bernd Hammermann u Ola Mestad (ad hoc), Imħallfin, tat sentenza fl-24 ta’ Jannar 2023, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
1. |
Mhijiex kundizzjoni skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali għal ċittadini ta’ Stat taż-ŻEE li jkunu residenti wkoll fi Stat taż-ŻEE biex ikunu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni personali ta’ dak ir-regolament. Ftehim konkluż minn Stat taż-ŻEE ma’ pajjiż terz, li għandu l-għan li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għal dak il-pajjiż terz, ma jistax jimponi r-residenza ta’ individwu bħala kundizzjoni li tiddevja mill-Artikoli 2(1) u 11 ta’ dak ir-regolament. |
2. |
L-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeħtieġx il-ħruġ ta’ attestazzjoni esklużivament fil-forma ta’ Dokument Portabbli A1 biex jipproduċi l-effetti legali stabbiliti fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament. |