4.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/9


SENTENZA TAL-QORTI

tal-24 ta’ Jannar 2023

fil-Kawża E-1/22

G. Modiano Limited u Standard Wool (UK) Limited vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Għajnuna mill-Istat - Skema Norveġiża ta’ Sussidju għas-Suf - Azzjoni għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA - Ċaħda ta’ lment - Deċiżjoni meħuda fi tmiem l-istadju ta’ eżami preliminari - Stqarrija tar-raġunijiet - Nuqqas ta’ tibdil sostanzjali tal-għajnuna eżistenti)

(2023/C 158/04)

Fil-Kawża E-1/22, G. Modiano Limited u Standard Wool (UK) Limited vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA - RIKORS li jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-Kawża Nru 84045 tad-9 ta’ Novembru 2021, is-Sistema Norveġiża tas-Sussidji tas-Suf, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President (Imħallef Relatur), Bernd Hammermann u Ola Mestad (ad hoc), Imħallfin, tat sentenza fl-24 ta’ Jannar 2023, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiċħad l-azzjoni fl-intier tagħha;

2.

Tordna li G. Modiano Limited u Standard Wool (UK) Limited għandhom iġorru l-ispejjeż tagħhom u jħallsu in solidum l-ispejjeż imġarrba mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.