12.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/77


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA Nru 161/22/COL

tas-6 ta’ Lulju 2022

dwar l-għajnuna fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq f’Bergen (in-Norveġja) [2023/101]

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-ESA”),

Wara li kkunsidrat:

il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikoli 61 u 62,

il-Protokoll 26 tal-Ftehim ŻEE,

il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b’mod partikolari l-Artikolu 24,

il-Protokoll 3 tal-Ftehim ta’ Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), b’mod partikolari l-Artikoli 7(5) u 14 tal-Parti II, u

wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   FATTI

1.   PROĊEDURA

1.1.   L-ILMENT

(1)

Permezz tal-ittra tal-11 ta’ Mejju 2017, Nelfo (“l-ilmentatur”) ilmenta dwar l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Muniċipalità ta’ Bergen (“il-Muniċipalità”) fir-rigward tad-dawl tat-toroq fit-toroq muniċipali. Nelfo hija federazzjoni settorjali fi ħdan il-konfederazzjoni ta’ Norwegian Enterprise (“NHO”). Din tinkludi integraturi tal-elettrodomestiċi, tal-IT, tal-ecom u tas-sistemi, u l-kumpaniji tal-lifts fin-Norveġja (2).

(2)

L-allegat benefiċjarju tal-għajnuna huwa BKK AS, li taġixxi permezz ta’ sussidjarji differenti (3). F’dan li ġej, BKK AS, u s-sussidjarji tagħha, se jissejħu b’mod konġunt bħala l-“grupp BKK”.

1.2.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

(3)

Permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Ġunju 2017 (4), l-ESA bagħtet l-ilment lill-awtoritajiet Norveġiżi. Permezz ta’ ittri datati s-27 ta’ Ġunju 2017 u l-5 ta’ Lulju 2017 (5), l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew kummenti.

(4)

Permezz ta’ ittra elettronika tas-7 ta’ Settembru 2017, l-ESA stiednet lill-awtoritajiet Norveġiżi sabiex jipprovdu aktar informazzjoni (6). L-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu permezz ta’ ittri elettroniċi tat-8 ta’ Settembru 2017 (7) u tat-12 ta’ Settembru 2017 (8).

(5)

Fil-11 ta’ Lulju 2018, l-ESA bagħtet talba għal informazzjoni addizzjonali (9). Fis-17 ta’ Awwissu 2018 saret konferenza bil-vidjo. Permezz ta’ ittra elettronika tat-28 ta’ Frar 2019, l-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw aktar informazzjoni (10).

1.3.   PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 027/19/COL (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”), l-ESA bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali (11). F’dan l-istadju, l-ESA kienet ifformat il-fehma preliminari li tliet miżuri, identifikati fid-deċiżjoni tal-ftuħ bħala miżuri (a), (b) u (c), dehru li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, l-ESA esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mill-Istat potenzjali mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. It-tliet miżuri huma deskritti fit-Taqsima 2 ta’ hawn taħt.

(7)

L-awtoritajiet Norveġiżi ġew mistiedna jikkummentaw dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ sal-20 ta’ Mejju 2019. Fuq talba, l-ESA estendiet l-iskadenza sal-5 ta’ Ġunju 2019 (12).

(8)

Permezz ta’ ittra datata l-5 ta’ Ġunju 2019, l-ESA rċeviet kummenti konġunti mingħand BKK AS u Veilys AS (“BKK Veilys”) (13). Permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Awwissu 2019, l-awtoritajiet Norveġiżi ġew mistiedna jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar dawn il-kummenti sas-6 ta’ Settembru 2019 (14).

(9)

L-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw il-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni tal-ftuħ fil-5 ta’ April 2020 (15). Il-kummenti huma stabbiliti f’żewġ ittri mill-Muniċipalità, datati rispettivament l-10 ta’ Mejju 2019 (16) u t-3 ta’ April 2020 (17).

(10)

L-ESA bagħtet talba addizzjonali għal informazzjoni lill-awtoritajiet Norveġiżi fil-5 ta’ Frar 2021 (18). L-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw it-tweġiba tagħhom għal din it-talba fit-12 ta’ April 2021 (19).

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

2.1.   INFRASTRUTTURA U ENTITAJIET LEGALI INVOLUTI

(11)

L-infrastruttura tad-dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali kienet storikament proprjetà ta’ unità muniċipali msejħa Bergen Lysverker. Madankollu, fl-1996, Bergen Lysverker, inklużi l-assi tagħha, ġiet akkwistata minn BKK DA. Din il-kumpanija dak iż-żmien kienet proprjetà ta’ diversi muniċipalitajiet, bil-Muniċipalità bħala l-azzjonist maġġoritarju.

(12)

BKK DA aktar tard ġiet organizzata mill-ġdid f’BKK AS (20). Skont l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, il-Muniċipalità għandha 37,75 % tal-ishma. Azzjonisti oħrajn jinkludu Statkraft Industrial Holding AS u muniċipalitajiet differenti (21).

(13)

Minn dak iż-żmien, diversi sussidjarjita’ BKK AS saru sidien tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali f’Bergen u kienu qegħdin iħaddmuha. L-infrastruttura kkontrollata mill-grupp BKK bħalissa hija proprjetà ta’ Veilys AS. Din il-kumpanija għandha wkoll infrastruttura tad-dwal tat-toroq tul it-toroq tal-Istat, it-toroq tal-kontea u t-toroq privati.

(14)

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, Veilys AS la ħaddmet u lanqas ma għamlet manutenzjoni tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq tagħha stess. Minflok, dawn l-attivitajiet twettqu minn sussidjarja bl-isem ta’ BKK EnoTek AS (22).

(15)

Kif se jiġi deskritt f’aktar dettall hawn taħt, Veilys AS ma hijiex sid tal-infrastruttura kollha tad-dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali f’Bergen. Partijiet minn din l-infrastruttura huma proprjetà tal-Muniċipalità.

2.2.   MIŻURI IDENTIFIKATI FL-ILMENT

(16)

Żewġ allegati miżuri ta’ għajnuna mill-Istat ġew identifikati fl-ilment. L-ewwel nett, l-ilmentatur iddikjara li l-Muniċipalità tat kumpens żejjed lill-kumpaniji fi ħdan il-grupp BKK għall-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali (il-miżura (a)). It-tieni, l-ilment kien jikkonċerna l-finanzjament mill-Muniċipalità ta’ 12 000 unità tat-tidwil tal-LED installati fuq infrastruttura li hija proprjetà ta’ Veilys AS (il-miżura (b)) (23).

(17)

Skont l-ilmentatur, il-miżuri (a) u (b) jimplikaw ksur kontinwu tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jmur lura għall-1 ta’ Jannar 2016. Kif huwa stipulat fil-paragrafu 18 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-ESA konsegwentement illimitat il-valutazzjoni tagħha tal-miżuri (a) u (b) għal dan il-perjodu.

(18)

L-ilmentatur iqis li diversi fornituri huma lesti li jħaddmu u jagħmlu manutenzjoni tad-dwal tat-toroq bi ħlas. Fuq dik il-bażi, huwa jqis li l-attivitajiet li jinkludu l-manutenzjoni u t-tħaddim bħala ekonomiċi fin-natura (24).

(19)

Sa fejn il-kumpens jikkonċerna servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”), l-ilmentatur jargumenta (25): L-ewwel nett, li l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi eskluża abbażi tal-kriterji Altmark (26). It-tieni, li l-kumpens involut jaqbeż il-limitu de minimis tal-SGEI ta’ EUR 500 000 (27). It-tielet, li l-miżuri jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI (28).

(20)

L-ilmentatur jistma li l-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u għat-tħaddim huwa ta’ EUR 1,12-il miljun fis-sena. Kuntratti ta’ servizz komparabbli allegatament stabbilew prezzijiet ta’ madwar NOK […] għal kull punt tad-dawl fis-sena (29).

2.3.   MIŻURA ADDIZZJONALI IDENTIFIKATA FID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

(21)

Il-pagamenti mill-Muniċipalità jinkludu kumpens għall-kost kapitali relatat mal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq li hija proprjetà ta’ Veilys AS. Dan l-element fil-mekkaniżmu ta’ kumpens ġie inkluż fl-investigazzjoni formali bħala miżura (c). Kif huwa stipulat fil-paragrafu 18 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-valutazzjoni tal-miżura (c) ma hijiex limitata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016.

3.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET NORVEĠIŻI

3.1.   INFORMAZZJONI KUNTESTWALI

3.1.1.    Ir-relazzjoni bejn l-infrastruttura tad-dwal tat-toroq u n-network tal-enerġija

(22)

L-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw ir-relazzjoni funzjonali mill-qrib bejn in-networks tal-enerġija u l-infrastrutturi użati sabiex jipprovdu d-dawl tat-toroq. L-installazzjonijiet tad-dawl u l-kejbils ta’ konnessjoni tad-dwal tat-toroq spiss jitwaħħlu ma’ arbli ta’ utilità li jkollhom ukoll kejbils tal-enerġija. Bħala tali, l-infrastruttura f’Bergen isservi objettiv doppju (30).

(23)

Sal-1991, ma kien hemm l-ebda distinzjoni bejn it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastrutturi għall-finijiet tal-enerġija u tad-dawl tat-toroq. Tul it-toroq muniċipali, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ dawn l-infrastrutturi twettqu jew minn muniċipalitajiet jew minn entitajiet lokali li huma proprjetà tal-muniċipalitajiet (31).

(24)

B’effett mill-1991, madankollu, is-swieq tal-enerġija fin-Norveġja ġew parzjalment liberalizzati. Flimkien ma’ dan, it-tħaddim tan-networks tal-enerġija sar soġġett għar-regolament dwar il-monopolju (32).

(25)

Skont dan ir-reġim speċifiku għas-settur, is-sidien tal-infrastruttura huma obbligati joperaw l-infrastrutturi tagħhom. Entitajiet oħrajn huma pprojbiti milli jidduplikawhom. Il-kostijiet tat-tħaddim u tal-manutenzjoni huma koperti minn tariffi (nettleie) li jridu jikkonformaw mar-redditu regolat stabbilit mill-Awtorità Regolatorja Norveġiża tal-Enerġija (NVE(33).

(26)

B’kuntrast ma’ dan, ma ġie stabbilit l-ebda regolament dwar il-monopolju fil-livell nazzjonali għall-infrastrutturi tad-dwal tat-toroq. Għal infrastrutturi bħal dawn, l-istruttura tas-sjieda u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet għalhekk jiddependu fuq il-kundizzjonijiet lokali. Diversi entitajiet joffru servizzi relatati mat-tħaddim u mal-manutenzjoni fuq bażi kummerċjali (34).

3.1.2.    Il-bejgħ ta’ Bergen Lysverker u r-regolamentazzjoni ta’ provvisti futuri

(27)

L-objettiv tal-proċess fl-1996 kien li l-Muniċipalità tbigħ lil Bergen Lysverker, inklużi l-assi u l-operazzjonijiet kollha tagħha (35). Dawk l-assi u l-operazzjonijiet kienu jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku. L-infrastruttura tad-dwal tat-toroq tqieset bħala element minuri li ma setax prattikament jiġi sseparat (36).

(28)

F’sommarju bil-miktub mill-konsulent (Rådmannen) lill-Kunsill tal-Belt ta’ Bergen bi tħejjija għad-deċiżjoni dwar il-bejgħ, ġie mtenni li numru ta’ kumpaniji pubbliċi kienu ġew mistiedna jagħmlu offerta. Il-Muniċipalità kienet akkwistat ukoll valwazzjoni minn Enskilda Securities (37).

(29)

Din il-valutazzjoni ġiet ikkunsidrata fi proposta minn rappreżentant fil-Kunsill tal-Belt ta’ Bergen. Meta jitqiesu l-obbligazzjonijiet netti, din indikat valur ta’ bejn NOK 2,8 u 3,0 biljun (38).

(30)

Il-każ quddiem il-Kunsill tal-Belt ta’ Bergen inkluda wkoll memorandum dwar l-effetti ta’ sinerġija. F’din in-nota, ġie ddikjarat li bejgħ ikollu skop doppju. L-ewwel nett, il-Muniċipalità jenħtieġ li tikkontribwixxi għal struttura funzjonali għall-provvista tal-elettriku fiż-żona ta’ Bergen. It-tieni, bejgħ jenħtieġ li jillibera kapital għall-Muniċipalità abbażi tal-ipprezzar tas-suq (39). Ġew identifikati wkoll numru ta’ kunsiderazzjonijiet addizzjonali (40).

(31)

Fit-Taqsima 6 tal-ftehim tal-bejgħ bejn il-Muniċipalità u BKK DA, il-prezz li għandu jitħallas għal Bergen Lysverker ġie stabbilit għal NOK 2,619 biljun. Dan il-prezz kien ibbażat fuq prezz gross ta’ NOK 3,124 biljun qabel it-tnaqqis tad-djun u tal-obbligazzjonijiet tal-pensjoni (41).

(32)

Mekkaniżmu li jirregola l-kumpens għall-forniment futur ta’ servizzi ta’ dawl tat-toroq u servizzi relatati, ġie inkluż fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 (42). Skont dan il-mekkaniżmu, BKK DA tkun libera li topera d-dwal tat-toroq fuq it-termini tas-suq, li jenħtieġ li jinvolvu kopertura tal-kostijiet flimkien ma’ kost kapitali għall-kapital impenjat ugwali għar-rata ta’ redditu stabbilita mill-NVE għall-infrastruttura tal-grilja tal-enerġija regolata (43).

(33)

Il-valur tan-network tad-dwal tat-toroq ma ġiex identifikat separatament fil-ftehim tal-bejgħ. Madankollu, f’konformità mat-Taqsima 6 tiegħu, BKK DA bdiet proċess ta’ diliġenza dovuta. Fir-rapport mid-ditta tal-kontabilità użata għal dan l-għan, il-valur kontabilistiku tad-dwal tat-toroq ġie stabbilit għal NOK 55 miljun (44).

3.1.3.    Il-kuntratti sussegwenti bejn il-Muniċipalità u l-kumpaniji fil-grupp BKK

(34)

L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew kuntratti li jirregolaw il-provvista ta’ servizzi ta’ dawl tat-toroq u servizzi relatati tul it-toroq muniċipali f’Bergen mill-2012. Id-durata tal-kuntratti normalment kien għal sentejn, b’opzjoni ta’ estensjoni ta’ sena (45).

(35)

Il-kuntratt għall-2012 sal-2014 ġie konkluż mal-kumpanija BKK Nett AS. Oriġinarjament kien jinkludi 18 228 punt tad-dawl. Minn dawn, 16 082 kienu kkontrollati mill-grupp BKK, filwaqt li 2 146 kienu proprjetà tal-Muniċipalità. Madankollu, in-numru ta’ punti tad-dawl kien previst li jinbidel matul il-kuntratt (46).

(36)

Ir-regolamentazzjoni tal-kumpens hija stabbilita fit-Taqsima 7 u fl-appendiċi A tal-kuntratt. Il-prezz għall-manutenzjoni u għat-tħaddim ġie stabbilit għal NOK […], minbarra l-VAT, għal kull punt tad-dawl fis-sena. Għalhekk, il-kumpens annwali totali għall-manutenzjoni u t-tħaddim tat-18 228 punt tad-dawl eżistenti jammonta għal NOK […] (47).

(37)

Il-kumpens għall-kost kapitali ġie stipulat għal NOK […], minbarra l-VAT, għal kull punt tad-dawl fis-sena. Peress li dan l-element kien ikopri biss il-punti ta’ dawl ikkontrollati mill-grupp BKK, dan irriżulta f’kumpens annwali ta’ NOK […] fir-rigward ta’ dawn is-16 082 punt tad-dawl eżistenti (48).

(38)

Il-kuntratt għall-perjodu mill-2015 sal-2017 ukoll sar ma’ BKK Nett AS. Fil-bidu tiegħu, kien jinkludi 18 407 punt tad-dawl. Minn dawn, 16 058 kienu kkontrollati mill-grupp BKK, filwaqt li 2 349 kienu proprjetà tal-Muniċipalità (49).

(39)

Skont l-istess struttura bħall-kuntratt preċedenti, il-kumpens ġie stabbilit fit-Taqsima 7 u fl-appendiċi A tal-kuntratt. Il-prezz għall-manutenzjoni u għat-tħaddim ġie stabbilit għal NOK […], minbarra l-VAT, għal kull punt tad-dawl fis-sena. Għalhekk, abbażi tan-numru ta’ punti tad-dawl eżistenti ta’ 18 407, il-kumpens annwali għall-manutenzjoni u t-tħaddim ammonta għal NOK […] (50).

(40)

Il-kumpens għall-kost kapitali ġie stabbilit għall-istess livell ta’ unità, NOK […] eskluż il-VAT, bħal fil-kuntratt preċedenti (ara l-paragrafu (37)). Abbażi l-fatt li l-grupp BKK kellu 16 058 punt tad-dawl eżistenti, il-kumpens annwali għall-kost kapitali konsegwentement ġie kkalkolat għal NOK […] (51).

(41)

Il-kuntratt eżistenti ġie estiż għall-perjodu mill-2018 ’il quddiem. F’konformità mal-ittra mill-Muniċipalità tad-19 ta’ Ġunju 2017, il-kuntratt ġie inizjalment estiż sal-1 ta’ Lulju 2018. F’din il-konnessjoni, il-Muniċipalità nnotat li minħabba bidla fl-istruttura tal-kumpanija, il-kuntratt fit-tul ikollu jiġi konkluż ma’ BKK EnoTek AS (52).

(42)

Il-kuntratt imbagħad ġie estiż sal-1 ta’ Jannar 2019. F’dan ir-rigward, il-Muniċipalità għamlet referenza għal proċess attwali, li bih kienet qiegħda taħdem lejn l-akkwist tad-dwal tat-toroq li kienu proprjetà tal-grupp BKK (53).

(43)

F’ittra li tikkonċerna l-estensjoni, il-grupp BKK spjega li l-infrastruttura tad-dwal tat-toroq kienet ġiet ittrasferita lis-sussidjarja tiegħu Veilys AS. Fuq dik il-bażi, il-Muniċipalità tirċievi żewġ konfermi dwar l-estensjoni. L-ewwel konferma tkun minn Veilys AS u tkun relatata mad-dwal tat-toroq li huma proprjetà ta’ din il-kumpanija. It-tieni konferma tintbagħat minn BKK EnoTek AS fir-rigward tas-servizzi tagħha mogħtija fir-rigward ta’ dawk id-dwal tat-toroq li huma proprjetà tal-Muniċipalità (54).

(44)

Fl-20 ta’ Diċembru 2018, il-kuntratt ġie estiż bl-istess termini sal-1 ta’ Jannar 2020. Dan sar flimkien mal-estensjoni ta’ ftehim ta’ intenzjoni relatat mal-akkwiżizzjoni possibbli mill-Muniċipalità tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq li hija proprjetà ta’ Veilys AS (55).

(45)

L-awtoritajiet Norveġiżi fl-aħħar issottomettew it-tieni estensjoni mhux iffirmata tal-ftehim ta’ intenzjoni. Skont dan id-dokument, il-kuntratt ġie estiż għal darba oħra bl-istess termini. Abbażi tal-informazzjoni sottomessa, huwa l-fehim tal-ESA li dan il-kuntratt għadu effettiv (56).

(46)

Minbarra l-kuntratti li għandhom x’jaqsmu mad-dawl tat-toroq tul it-toroq muniċipali, jeżistu kuntratti li jikkonċernaw: (i) id-dawl tat-toroq tul toroq privati (57); u (ii) d-dawl f’parks u tul toroq pedonali (58). F’konformità mal-paragrafi 19 u 34 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, dawn il-kuntratti jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

3.1.4.    Is-sejħa għall-offerti ta’ ċerti attivitajiet ta’ tħaddim u ta’ manutenzjoni

(47)

It-tħaddim u l-manutenzjoni tad-dwal tat-toroq u tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED li huma proprjetà tal-Muniċipalità ġew offruti b’sejħa għall-offerti. Il-forniment ta’ servizzi skont dan il-kuntratt beda fl-1 ta’ April 2020 (59).

(48)

Skont is-sejħa għall-offerti, il-kuntratt ikopri madwar 3 100 dawl tat-toroq li huma proprjetà tal-Muniċipalità. Barra minn hekk, dan jinkludi 12 000 unità tat-tidwil tal-LED installati fuq infrastruttura li hija proprjetà ta’ Veilys AS. Din l-infrastruttura inkluża kienet speċifikata aktar bħala 3 133 unità tad-dawl, 2 254 arblu/arranġamenti tal-azzar għall-wajers, 841 arblu tal-injam, 12 000 unità tat-tidwil tal-LED, u kwantità mhux magħrufa ta’ kejbils (60).

(49)

Mill-istedina għall-offerti jirriżulta wkoll li d-durata tal-kuntratt hija ta’ erba’ snin, u l-valur stmat tiegħu huwa ta’ bejn NOK 4 u 6 miljun fis-sena (eskluż il-VAT). Il-kuntratt kellu jingħata abbażi tal-proċedura miftuħa lill-offerent bl-anqas prezz (61).

(50)

Sitt offerti ġew sottomessi fil-kompetizzjoni (62). Il-kuntratt ingħata lil BKK EnoTek AS bil-prezz ta’ NOK 10 554 689. Il-prezz tal-ħames offerti l-oħra varja minn NOK 11 930 826 sa NOK 26 596 947,50 (63).

(51)

Il-livell ta’ servizzi skont il-kuntratt li ngħata l-offerta huwa ġeneralment simili għal dak skont il-kuntratti deskritti fit-Taqsima 3.1.3 ta’ hawn fuq. Madankollu, skont dawn l-aħħar kuntratti, ir-responsabbiltajiet tal-fornitur jinkludu s-sostituzzjoni ta’ tagħmir difettuż. Dan l-obbligu jaqa’ fuq il-Muniċipalità skont il-kuntratt li ngħata l-offerta (64).

3.1.5.    Żviluppi fin-numru ta’ dwal tat-toroq

(52)

Il-kuntratti bejn il-Muniċipalità u l-kumpaniji fil-grupp BKK, deskritti fit-Taqsima 3.1.3 ta’ hawn fuq, jipprevedu li n-numru ta’ dwal tat-toroq se jinbidel maż-żmien. Abbażi tal-aktar dokumentazzjoni riċenti disponibbli, l-awtoritajiet Norveġiżi, fl-ittra tat-12 ta’ April 2021, spjegaw li n-numru ta’ dwal tat-toroq li kienu proprjetà tal-Muniċipalità żdied għal 4 219. F’dak iż-żmien, in-numru totali ta’ dwal tat-toroq proprjetà ta’ Veilys AS kien jammonta għal 27 748 (65). Barra minn hekk, kif imsemmi, il-Muniċipalità xtrat 12 000 unità tat-tidwil tal-LED li ġew installati fuq infrastruttura li hija proprjetà ta’ Veilys AS (66).

3.1.6.    L-attivitajiet fi ħdan il-grupp BKK

(53)

L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew ħarsa ġenerali lejn il-pagamenti mill-Muniċipalità lill-kumpaniji fi ħdan il-grupp BKK. Minbarra l-pagamenti taħt il-miżuri kkonċernati, il-Muniċipalità ħallset ukoll għal attivitajiet oħrajn barra mill-ambitu tagħhom. Dawn il-pagamenti tal-aħħar huma relatati mal-provvista tal-enerġija u mas-servizzi relatati. Bosta mis-servizzi mħallsa barra mill-ambitu tal-miżuri kkonċernati jinvolvu t-tħaddim f’kompetizzjoni ma’ fornituri oħrajn (67).

(54)

Minbarra dawk l-attivitajiet imħallsa mill-Muniċipalità, huwa evidenti mill-paġni web tal-grupp BKK li l-kumpaniji ta’ dak il-grupp huma attivi f’numru ta’ swieq oħra. Il-grupp huwa ppreżentat bħala l-akbar grupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fin-Norveġja tal-Punent. Is-servizzi offruti jinkludu, fost l-oħrajn, faċilitajiet ta’ ċċarġjar għall-karozzi, id-dgħajjes u l-vapuri, servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-istabbiliment u l-aġġornament tal-infrastrutturi, inkluż fl-oqsma taċ-ċentri tad-data, it-telekomunikazzjoni, u l-biedja tal-baħar, kif ukoll servizzi relatati mal-Internet li jikkonċernaw l-Internet tal-fibra, il-ħżin tad-data u l-hekk imsejjaħ Internet tal-Oġġetti (68).

(55)

L-awtoritajiet Norveġiżi ma humiex fil-pussess ta’ evidenza diretta li l-kumpens imħallas mill-Muniċipalità fir-rigward tad-dawl tat-toroq tul it-toroq muniċipali jintuża sabiex jissussidja b’mod reċiproku attivitajiet ekonomiċi oħrajn. It-trasferiment tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq għal Veilys AS sar parzjalment sabiex jiġi evitat is-sussidjar reċiproku. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ dokumentazzjoni, is-sussidjar reċiproku ma jistax jiġi eskluż (69).

(56)

L-awtoritajiet Norveġiżi indikaw ukoll li l-attivitajiet relatati mad-dwal tat-toroq fi ħdan il-grupp BKK ma humiex limitati għall-Muniċipalità. B’mod partikolari, Veilys AS hija kkumpensata minn entitajiet pubbliċi oħrajn fir-rigward tad-dwal tat-toroq li għandha tul it-toroq pubbliċi tagħhom (70).

3.2.   KUMMENTI ĠENERALI DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

(57)

L-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li l-ESA naqset milli tipprovdi biżżejjed raġunijiet sabiex tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. B’riżultat ta’ dan, il-Muniċipalità tqiegħdet f’sitwazzjoni ta’ inċertezza legali (71).

(58)

Fuq il-bażi li l-Muniċipalità qiegħda tixtri d-dawl tat-toroq, l-awtoritajiet Norveġiżi jikkontestaw id-distinzjoni bejn il-miżuri (a) u (c). Madankollu, huwa korrett li l-kumpens jirrifletti elementi differenti (72).

(59)

L-awtoritajiet Norveġiżi jiddikjaraw li l-klassifikazzjoni legali trid tqis il-kuntest li fih titwettaq l-attività. L-uniku għan li jiġi pprovdut id-dawl tat-toroq huwa li jservi lill-pubbliku inġenerali (73), u d-dispożizzjoni hija organizzata f’konformità mal-Att Norveġiż dwar it-Toroq (74).

(60)

Skont it-Taqsima 20 ta’ dan l-Att, il-muniċipalitajiet huma responsabbli għat-tħaddim u għall-manutenzjoni tat-toroq muniċipali. Filwaqt li l-Att ma jirrikjedix li l-muniċipalitajiet jipprovdu dawl tat-toroq, jew li jipprovdu dawl tat-toroq f’ċertu livell, din l-attività hija konsistenti mal-objettiv tiegħu tas-sikurezza fit-toroq (75). Il-Muniċipalità tkompli ssegwi l-istandard (veinormalen) tal-Amministrazzjoni Norveġiża tat-Toroq Pubbliċi (Statens vegvesen) meta tippjana, tibni u taġġorna t-toroq. Dan l-istandard fih speċifikazzjonijiet dwar l-eżistenza tad-dwal tat-toroq (76).

(61)

Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, l-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li l-kumpens jingħata fir-rigward ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi. L-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li s-sentenza f’Selex (77) tappoġġa l-pożizzjoni tagħhom (78).

(62)

L-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu wkoll għal-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (79). Huma jsostnu li l-paragrafu 17, dwar is-setgħat pubbliċi u l-awtoritajiet pubbliċi, jappoġġa li l-forniment tad-dawl tat-toroq huwa ta’ natura mhux ekonomika (80). Fi kwalunkwe każ, l-attivitajiet li jsegwu l-objettivi ta’ sikurezza pubblika jenħtieġ li jiġu kklassifikati bl-istess mod bħall-attivitajiet mhux ekonomiċi mwettqa għal skopijiet soċjali, kulturali, edukattivi u pedagoġiċi (81).

(63)

Jekk l-ESA tqis li jeżisti suq għad-dawl tat-toroq, dan is-suq huwa kkaratterizzat minn żewġ fallimenti. L-ewwel nett, l-infrastruttura tad-dwal tat-toroq tammonta għal monopolju naturali li jrid ikun jinsab tul it-toroq ikkonċernati. It-tieni, id-dawl tat-toroq huwa beni pubbliku assoċjat ma’ problemi “free-rider” (82).

(64)

Is-sjieda tal-infrastruttura tagħti s-setgħa tas-suq lill-grupp BKK vis-à-vis il-Muniċipalità. Prattikament ma huwiex fattibbli għall-Muniċipalità li ma tipprovdix it-toroq tagħha b’dawl tat-toroq. Il-Muniċipalità lanqas ma tista’ tagħti struzzjonijiet lis-sid tal-infrastruttura dwar kif, u taħt liema termini, jiġu akkwistati servizzi relatati mal-infrastruttura (83).

(65)

Filwaqt li normalment ikun hemm metodi alternattivi disponibbli għall-offerti sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq, skont l-awtoritajiet Norveġiżi, l-ESA naqset milli tqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. Entità li tixtri minn pożizzjoni monopolist ma għandhiex dritt legali li tikseb servizzi bil-kundizzjonijiet li tqis raġonevoli. Dan l-effett dannuż tas-setgħa ta’ monopolju jista’ jiġi rrimedjat biss permezz tal-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni, jew permezz tar-regolament dwar il-prezzijiet (84).

3.3.   KUMMENTI SPEĊIFIĊI DWAR IL-MIŻURA (A) — IT-TĦADDIM U L-MANUTENZJONI

(66)

Jista’ jkun li saru regolamenti tal-indiċi sabiex jiġu stabbiliti l-livelli ta’ kumpens matul il-perjodu kkonċernat. Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi ma jistgħux jipprovdu tweġiba definittiva (85).

(67)

Fir-rigward tal-prospetti għat-tqabbil tal-livell ta’ kumpens ma’ dak f’oqsma oħra, l-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw li fornitur estern ta’ servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tħaddim mhux se jġarrab il-kost kapitali assoċjat ma’ infrastruttura li ma huwiex is-sid tagħha. Għaldaqstant, il-kumpens għall-kost kapitali (il-miżura (c)) irid jiġi eskluż meta jitqabbel il-livell ta’ kumpens ma’ dak imħallas mill-entitajiet pubbliċi fir-rigward tal-infrastruttura li hija proprjetà tagħhom stess. Fl-2020, il-Muniċipalità ħallset NOK […] għal kull dawl tat-toroq għat-tħaddim u l-manutenzjoni (86).

(68)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-ilmentatur li s-servizzi tat-tħaddim u tal-manutenzjoni ġew fornuti għal NOK […] għal kull punt tad-dawl fis-sena, l-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li dan ma għandux provi. L-ilmentatur uża wkoll reġjun ġeografiku ieħor bħala referenza (87).

(69)

Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw ċifri mill-bażi tad-data KOSTRA dwar il-kostijiet imġarrba għad-dawl tat-toroq minn muniċipalitajiet kbar Norveġiżi (88). Dawn iċ-ċifri juru l-kostijiet annwali totali għal kull punt tad-dawl, inkluż il-kost tal-elettriku, matul il-perjodu mill-2016 sal-2019. Kif inhu evidenti mit-tabella ta’ hawn taħt, il-kostijiet imġarrba mill-Muniċipalità kienu l-ogħla rreġistrati (89).

Tabella 1 – Kostijiet għad-dawl tat-toroq imġarrba minn muniċipalitajiet kbar Norveġiżi (NOK)

Image 1

(70)

Il-kumpens seta’ kien jinkludi element ta’ kumpens żejjed, u maż-żmien, il-Muniċipalità kkontestat dawk li tqis bħala prezzijiet għoljin. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li kellha tiġi stabbilita separazzjoni tal-kontijiet bejn il-provvista tad-dawl tat-toroq u attivitajiet oħrajn (90).

3.4.   KUMMENTI SPEĊIFIĊI DWAR IL-MIŻURA (B) — IL-FINANZJAMENT TA’ 12 000 UNITÀ TAT-TIDWIL TAL-LED

(71)

Fl-2017, il-Kunsill tal-Belt ta’ Bergen iddeċieda li jakkwista 12 000 unità tat-tidwil tal-LED sabiex jitwaħħlu mal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali. Minħabba l-iskala u n-natura tiegħu, dan l-aġġornament ma waqax taħt il-kuntratti mal-grupp BKK (91).

(72)

L-objettivi tal-investiment kienu (i) ambjentali; u (ii) sabiex jitnaqqas il-kost tal-elettriku (92). Il-kost tal-elettriku mnaqqas se jkun ta’ benefiċċju għall-Muniċipalità direttament, peress li l-elettriku ma huwiex inkluż fil-kuntratti mal-grupp BKK (93).

(73)

Il-kuntratt ingħata fuq il-bażi ta’ proċedura miftuħa ta’ sejħa għall-offerti bil-prezz ta’ NOK 60 miljun. L-installazzjoni saret sa tmiem l-2019 (94). Il-Muniċipalità se żżomm is-sjieda tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED (95).

(74)

Il-kost għal kull unità tat-tidwil fl-2018 kienet ta’ NOK 1 899 u NOK 2 039 fl-2019. Il-kost tal-ippjanar u tal-installazzjoni kien jammonta għal NOK […] għal kull punt tad-dawl. Fuq il-bażi li l-iffrankar fil-kost tal-elettriku huwa stmat għal NOK […] għal kull punt tad-dawl fis-sena, il-Muniċipalità b’hekk tistenna li tirkupra l-kost tal-investiment tagħha fi żmien 7 sa 10 snin (96).

(75)

Kif huwa spjegat fit-Taqsima 3.1.4, il-manutenzjoni tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED ġiet offruta b’sejħa għall-offerti flimkien ma’ dik tal-infrastruttura li hija proprjetà tal-Muniċipalità. Taħt dan il-kuntratt, il-Muniċipalità qiegħda tesperjenza ffrankar tal-kostijiet li jirrifletti ż-żieda fil-ħajja tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED (97). Il-Muniċipalità qiegħda tistenna wkoll li tinnegozja aġġustamenti fil-kuntratt li jkopru l-infrastruttura proprjetà ta’ Veilys AS (98).

3.5.   KUMMENTI SPEĊIFIĊI DWAR IL-MIŻURA (C) — KOST KAPITALI

(76)

L-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li hija prattika normali li sid estern ta’ infrastruttura li tintuża għall-produzzjoni ta’ beni pubbliku, huwa intitolat għal kumpens għall-kost kapitali. B’paragun, meta l-entità pubblika li tkun qiegħda tiffinanzja l-forniment tad-dawl tat-toroq tkun sid l-infrastruttura nnifisha, il-kost kapitali assoċjat ma’ din l-infrastruttura jiġġarrab mill-entità pubblika bħala sid tal-infrastruttura (99).

(77)

Il-kumpens għall-kost kapitali ġie stabbilit abbażi tat-termini fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim ta’ bejgħ tal-1996. Dan il-mekkaniżmu jistipula, kif huwa stabbilit fit-Taqsima 3.1.2, li l-grupp BKK huwa intitolat għall-kost kapitali għall-kapital impenjat ugwali għar-rata ta’ redditu stabbilita mill-NVE għall-infrastruttura tal-grilja tal-enerġija regolata (100).

(78)

Dan il-prinċipju ġie speċifikat xi ftit aktar (101). Fit-Taqsima 6 tal-kuntratt mill-1998, ġie stipulat li l-kumpens jenħtieġ li jkopri d-deprezzament u l-interessi relatati mal-kapital investit fl-infrastruttura tad-dwal tat-toroq fiż-żmien meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt. Id-deprezzament u l-interessi relatati ma’ investimenti futuri ordnati mill-Muniċipalità, jenħtieġ li jkunu koperti wkoll. Dan l-approċċ inżamm f’kuntratti sussegwenti (102).

(79)

Madankollu, il-Muniċipalità u l-grupp BKK ma qablux dwar kif jenħtieġ li jiġi kkalkolat il-kost kapitali. L-elementi kkontestati kienu jikkonċernaw, b’mod partikolari, liema bażi tal-kostijiet jenħtieġ li tiġi applikata fil-kalkoli, u kif għandu jitqies id-deprezzament.

(80)

F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu għal rapport ippreżentat mill-BKK Nett AS fl-2002. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, dan ir-rapport irrifletta profil ta’ deprezzament f’konformità mal-ftehim tal-bejgħ tal-1996 (103).

(81)

Madankollu, fl-2003, il-Muniċipalità staqsiet kif BKK Nett AS kienet stabbiliet il-bażi kapitali, inkluż b’mod partikolari l-imposti ta’ deprezzament. Permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Frar 2004, BKK Nett AS ipprovdiet spjegazzjoni fejn iddikjarat, inter alia, li l-kost kapitali kien ġie stabbilit abbażi ta’ kriterji normali (104).

(82)

BKK Nett AS iddeskriviet aktar il-bażi għall-kalkoli tagħha f’ittra tat-30 ta’ Marzu 2004. Skont BKK Nett AS, il-valur tal-assi tal-infrastruttura jenħtieġ li jiġi stabbilit għal NOK 81,6 miljun abbażi ta’ valwazzjoni teknika tal-valur ta’ sostituzzjoni (105).

(83)

Il-Muniċipalità ma qablitx ma’ dan l-approċċ u qieset li l-valur tal-assi jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-valur kontabilistiku. Il-Muniċipalità talbet li l-kumpens jiġi aġġustat kif xieraq (106).

(84)

Permezz ta’ ittra tal-4 ta’ Awwissu 2004, BKK Nett AS ċaħdet din it-talba. B’dan il-mod, BKK Nett AS enfasizzat li l-mekkaniżmu stabbilit fil-ftehim tal-bejgħ tal-1996 jinvolvi li r-rata ta’ redditu tal-NVE jenħtieġ li tiġi applikata fuq il-kapital impenjat. BKK Nett AS ikkonfermat aktar il-fehma tagħha li kien xieraq li jiġi stabbilit il-livell tal-kapital impenjat abbażi ta’ valwazzjoni teknika tal-valur ta’ sostituzzjoni tal-assi (107). Dan il-metodu rriżulta fi kważi rduppjar tal-bażi kapitali meta mqabbel ma’ dak li jirriżulta mill-valur kontabilistiku. Sal-lum, il-livell ta’ kumpens baqa’ ħafna ogħla milli kieku kien ikkalkolat abbażi tal-valur kontabilistiku (108).

(85)

B’mod simili għal dak li huwa l-każ għall-kumpens għat-tħaddim u l-manutenzjoni (il-miżura (a)), l-awtoritajiet Norveġiżi ma pprovdewx tweġiba definittiva dwar kif ġie stabbilit il-livell ta’ kumpens. In-nuqqas ta’ kontijiet separati jagħmel il-kontroll diffiċli (109). F’rapport ta’ diliġenza dovuta dwar Veilys AS (110), l-awdituri semmew li kienu kisbu għarfien limitat dwar il-kostijiet assoċjati mal-kuntratt mal-Muniċipalità (111).

(86)

Għalhekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li l-kumpaniji kkonċernati fil-grupp BKK setgħu ngħataw kumpens żejjed. Iċ-ċifri minn KOSTRA, kif ippreżentati fil-paragrafu (69) ta’ hawn fuq, huma indikattivi ta’ dan il-kumpens żejjed (112).

4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

4.1.   KUMMENTI MINN BKK VEILYS

4.1.1.    Informazzjoni kuntestwali

(87)

Il-ftehim mill-1996 kien jinvolvi li BKK DA tixtri l-assi u l-operazzjonijiet ta’ Bergen Lysverker. B’dan il-mod, hija impenjat ruħha li tiżgura l-provvista kontinwa ta’ dawl tat-toroq u assumiet ir-responsabbiltà għat-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastruttura (113).

(88)

Bl-istess mod bħall-awtoritajiet Norveġiżi, BKK Veilys tqis li t-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ tirregola l-kumpens ekonomiku futur għall-provvista ta’ dawl tat-toroq. It-Taqsima 7(c) tirrifletti, l-ewwel nett, li l-grupp BKK huwa intitolat għal kumpens għat-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastruttura u, it-tieni, li huwa intitolat għal kumpens għall-kapital impenjat. Din id-dispożizzjoni serviet bħala bażi għall-kuntratti sussegwenti (114).

(89)

Il-kuntratti u l-operazzjonijiet fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq ikkontrollati mill-grupp BKK huma organizzati taħt is-sussidjarja Veilys AS li hija proprjetà sħiħa. Dawn l-attivitajiet jinkludu madwar 50 000 dawl tat-toroq, inkluż id-dwal tat-toroq ikkonċernati tul it-toroq muniċipali fil-Muniċipalità (115).

4.1.2.    Kummenti ġenerali dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ

(90)

Il-kumpens jikkonċerna infrastruttura pubblika li ma tintużax sabiex jiġu offruti oġġetti jew servizzi f’suq. Il-miżuri konsegwentement jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE (116).

(91)

F’dak ir-rigward, id-deċiżjoni tal-ftuħ ma tirriflettix b’mod adegwat li l-infrastruttura hija proprjetà ta’ Veilys AS. Peress li Veilys AS hija l-uniku fornitur possibbli u l-Muniċipalità hija l-uniku xerrej possibbli, ma huwiex dovut kumpens lil impriża (117).

(92)

Fi kwalunkwe każ, ma sar l-ebda kumpens żejjed. Sal-punt li l-provvista ta’ dawl tat-toroq hija SGEI, il-kriterji Altmark huma ssodisfati (118).

4.1.3.    Kummenti speċifiċi dwar il-miżura (a) — it-tħaddim u l-manutenzjoni

(93)

Skont BKK Veilys, il-kumpens jirrifletti l-kostijiet sottostanti u l-livell ta’ remunerazzjoni f’kuntratti li jistgħu jitqabblu. Ma kien hemm l-ebda kumpens żejjed (119).

(94)

Fir-rigward tal-parametraġġ referenzjarju, BKK Veilys tqis il-livell tal-prezz indikat fl-ilment ma huwiex appoġġat. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-każ. Il-kuntratti kkonċernati għandhom il-format tal-prezz fiss għal kull punt tad-dawl u jinkludu ambitu sħiħ tas-servizzi. Dan ifisser li BKK Veilys għandha r-riskju għal eventi avversi, bħal kundizzjonijiet estremi tat-temp, u r-responsabbiltà għat-tħaddim u l-manutenzjoni kollha. Huwa wkoll aktar għali li wieħed jopera f’żoni tal-belt bi traffiku kbir u tfixkil ieħor (120).

4.1.4.    Kummenti speċifiċi dwar il-miżura (b) — il-finanzjament ta’ 12 000 unità tat-tidwil tal-LED

(95)

BKK Veilys tikkontesta li l-finanzjament ta’ 12 000 unità tat-tidwil tal-LED jammonta għal għajnuna mill-Istat.

(96)

Sa fejn taf BKK Veilys, il-Muniċipalità xtrat l-unitajiet tat-tidwil b’kost ta’ NOK 2 000 għal kull punt tad-dawl. Il-kostijiet tal-ippjanar, tal-installazzjoni u tad-dokumentazzjoni kienu ta’ NOK […] għal kull punt tad-dawl.

(97)

Abbażi ta’ dawn iċ-ċifri, il-kostijiet tal-aġġornament kienu jammontaw għal NOK […] għal kull punt tad-dawl. Dan huwa ugwali għal madwar […] drabi l-kost kapitali annwali kkumpensat mill-Muniċipalità. Għaldaqstant, l-aġġornament li jikkonsisti mit-12 000 unità tat-tidwil tal-LED kien jiswa ħafna aktar minn dak li seta’ sewa abbażi ta’ dan il-kumpens (121).

(98)

L-unitajiet tat-tidwil tal-LED se jkomplu jiżguraw iffrankar sinifikanti fil-kost tal-enerġija għall-Muniċipalità. Skont l-informazzjoni disponibbli għal BKK Veilys, l-iffrankar tal-kostijiet ġie stmat għal NOK 450 għal kull punt tad-dawl fis-sena. Dan jimplika li l-Muniċipalità se tirkupra l-investiment tagħha f’anqas minn 7 snin (122).

4.1.5.    Kummenti speċifiċi dwar il-miżura (c) — kumpens għall-kost kapitali

(99)

Skont BKK Veilys, il-kumpens huwa relatat ma’ attivitajiet mhux ekonomiċi. L-element li jikkonċerna l-kost kapitali jenħtieġ li jitqies bħala tariffa ta’ aċċess għall-infrastruttura (123).

(100)

Fi kwalunkwe każ, il-kumpens għall-kost kapitali ma jagħtix vantaġġ ekonomiku lil BKK Veilys. Il-kost tal-istabbiliment ta’ punt tad-dawl huwa ta’ madwar NOK 20 000, biż-żieda ta’ NOK 10 000 sa 50 000 oħra għax-xogħol bażiku. Il-kost minimu sabiex jiġu stabbiliti s-16 058 dawl tat-toroq li huma proprjetà ta’ BKK Veilys huwa għalhekk ta’ NOK 500 000 000 (124).

(101)

Minn dan jirriżulta li l-kost kapitali ma huwiex ikkumpensat b’mod sproporzjonat. L-infrastruttura tad-dwal tat-toroq hija ġestita sabiex jinżamm l-istandard tekniku tagħha (125).

II.   VALUTAZZONI

5.   PREŻENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

5.1.   SFOND

(102)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE huwa kif ġej:

“Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta’ dan il-Ftehim.”

(103)

Għalhekk, il-kwalifika ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat teħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura trid tingħata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ lil impriża; (iii) tiffavorixxi ċerti impriżi (selettività); u (iv) thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ. Kif jissemma hawn fuq, l-ESA ppubblikat Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (126).

(104)

Abbażi tal-kummenti li waslu, l-ESA tqis li huwa xieraq li l-ewwel jiġi vvalutat jekk il-kumpens skont il-miżuri (a) u (c) ikunx dovut lil impriża. Jekk dik il-mistoqsija tiġi mwieġba fl-affermattiv, u sal-punt li l-finanzjament tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED (il-miżura (b)) ikun ta vantaġġ lill-istess entitajiet, dan il-vantaġġ imbagħad ikun dovut ukoll lil impriża.

5.2.   IL-KUNĊETT TA’ IMPRIŻA

5.2.1.    Test ġuridiku

(105)

Il-kunċett ta’ impriża jkopri kull entità impenjata f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħha u mill-mod kif tiġi ffinanzjata (127). Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ prodotti jew servizzi f’suq hija ekonomika (128).

(106)

Għall-kuntrarju ta’ dak li huwa affermat mill-ilmentatur, ma huwiex deċiżiv jekk attività fil-prinċipju tistax tiġi segwita minn operatur privat. Minflok, huwa meħtieġ li jiġu aċċertati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom titwettaq l-attività (129). F’dak ir-rigward, irid jiġi vverifikat jekk, min-natura u l-għan tagħha, u r-regoli li għalihom hija soġġetta, l-attività kkonċernata hijiex marbuta mal-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi, jew jekk għandhiex karattru ekonomiku li jiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni taż-ŻEE (130).

(107)

Jekk jeżistix suq għal attività partikolari jista’ jvarja bejn l-Istati taż-ŻEE skont il-kundizzjonijiet nazzjonali (131). Il-klassifikazzjoni ta’ attività partikolari tista’ tinbidel ukoll maż-żmien bħala riżultat ta’ deċiżjonijiet politiċi jew żviluppi ekonomiċi.

(108)

Fir-rigward tal-entitajiet li jwettqu diversi attivitajiet, il-klassifikazzjoni legali trid titwettaq separatament għal kull attività. Il-fatt li entità għandha setgħat pubbliċi, għalhekk ma jżommx milli tiġi kklassifikata bħala impriża fir-rigward ta’ attivitajiet oħrajn (132). Madankollu, jekk attività ekonomika ma tistax tiġi separata mill-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi, l-attivitajiet kollha huma kklassifikati bħala mhux ekonomiċi (133).

(109)

Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-EFTA jirriżulta li l-kunċett ta’ “servizzi” fis-sens tal-libertajiet fundamentali huwa rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet humiex ekonomiċi f’kuntest ta’ għajnuna mill-Istat. Kif jirriżulta mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 37 tal-Ftehim ŻEE, huma biss is-servizzi li normalment huma pprovduti għal remunerazzjoni li jitqiesu bħala “servizzi” fis-sens tal-Ftehim (134).

(110)

Il-karatteristika essenzjali ta’ “remunerazzjoni” hija li tikkostitwixxi kunsiderazzjoni għas-servizz inkwistjoni (135). Barra minn hekk, ir-remunerazzjoni normalment tiġi miftiehma bejn il-fornitur u r-riċevitur tas-servizz (136).

(111)

Il-kunċett ta’ “servizzi” jenħtieġ li jinftiehem ukoll fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 37 tal-Ftehim ŻEE (137). Skont din id-dispożizzjoni, is-“servizzi” jinkludu, b’mod partikolari, attivitajiet ta’ karattru industrijali jew kummerċjali u dawk ta’ nies tas-sengħa u l-professjonijiet.

(112)

Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li n-natura ta’ attività trid tiġi aċċertata fid-dawl tas-settur li fih isseħħ, u l-mod li bih jiġi organizzat dan is-settur.

(113)

Fil-qasam edukattiv, bħala eżempju, il-finanzjament tal-edukazzjoni pprovdut taħt sistema nazzjonali ma jitqiesx bħala kunsiderazzjoni għal servizz fejn jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet. L-ewwel nett, l-Istat mhux qiegħed ifittex li jinvolvi ruħu f’attività bi skop ta’ qligħ meta jistabbilixxi u jżomm is-sistema edukattiva, iżda pjuttost li jissodisfa d-dmirijiet tiegħu lejn il-popolazzjoni. It-tieni, is-sistema edukattiva hija ġeneralment iffinanzjata mill-fondi pubbliċi u mhux permezz ta’ pagamenti mill-utenti (138).

(114)

Fuq il-bażi ta’ linja ta’ raġunament simili, l-element ta’ remunerazzjoni tqies nieqes fir-rigward tal-kindergartens muniċipali fin-Norveġja. Għaldaqstant, il-kindergartens muniċipali ma kinux ikkunsidrati bħala impriżi fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat (139).

(115)

Fir-rigward tas-settur tas-saħħa, il-Qorti tal-EFTA sostniet li n-natura tal-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ fl-oqsma tal-akkwist, tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u tal-arkivjar, trid tiġi ddeterminata skont l-użu sussegwenti tas-servizzi. Fejn is-servizzi ta’ appoġġ ma jiġux ipprovduti fis-suq, iżda fi ħdan sistema tas-saħħa nazzjonali stabbilita abbażi tas-solidarjetà, il-forniment tagħhom huwa ta’ natura mhux ekonomika (140).

5.2.2.    L-applikazzjoni tat-test ġuridiku għall-każ inkwistjoni

(116)

Kif huwa stabbilit fil-paragrafi (53) u (54) hawn fuq, kumpaniji fi ħdan il-grupp BKK iwettqu attivitajiet ekonomiċi f’numru ta’ swieq.

(117)

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa possibbli li stabbiliment jista’ jwettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi. Madankollu, dan huwa kundizzjonali fuq iż-żamma ta’ kontijiet separati għall-fondi differenti li jirċievi sabiex jiġi eskluż kwalunkwe riskju ta’ sussidjar reċiproku tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu permezz ta’ fondi pubbliċi riċevuti għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tiegħu (141). Għalhekk, kwalunkwe riskju ta’ sussidjar reċiproku jrid jiġi eskluż sabiex il-finanzjament pubbliku jitqies bħala dovut lil attivitajiet mhux ekonomiċi.

(118)

F’dan il-każ, l-ESA ma ġietx ippreżentata b’argumenti li juru li kienu fis-seħħ salvagwardji suffiċjenti, li b’mod effettiv u xieraq, jisseparaw l-introjtu u l-kostijiet skont il-kuntratti kkonċernati minn attivitajiet ekonomiċi oħrajn. Għall-kuntrarju, l-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li kellhom jiġu stabbiliti salvagwardji, u li s-sussidjar reċiproku ma jistax jiġi eskluż (142).

(119)

Fuq din il-bażi, u irrispettivament minn jekk l-attivitajiet ikkumpensati humiex ta’ natura ekonomika, l-ESA għalhekk hija marbuta li tikkonkludi li l-kumpens skont il-miżuri (a) u (c) ikun dovut lil impriża.

(120)

Fid-dawl tal-argumenti ppreżentati, madankollu, l-ESA se tivvaluta wkoll jekk l-attivitajiet ikkumpensati taħt il-miżuri kkonċernati humiex fihom infushom ekonomiċi. L-ESA se tivvaluta l-ewwel dawk l-attivitajiet li jikkonċernaw id-dwal tat-toroq li kienu proprjetà ta’ kumpaniji fil-grupp BKK.

(121)

Kif huwa mtenni fil-paragrafi (59)-(60) hawn fuq, l-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu għar-responsabbiltajiet tal-muniċipalitajiet skont it-Taqsima 20 tal-Att Norveġiż dwar it-Toroq sabiex joperaw u jagħmlu manutenzjoni tat-toroq muniċipali. Filwaqt li t-Taqsima 20 ma tobbligax lill-muniċipalitajiet jipprovdu dawl tat-toroq, jew jipprovdu dawl tat-toroq f’ċertu livell, din l-attività tikkontribwixxi għall-objettiv tas-sikurezza fit-toroq. Barra minn hekk, il-Muniċipalità ssegwi l-istandard (veinormalen) tal-Amministrazzjoni Norveġiża tat-Toroq Pubbliċi (Statens vegvesen) meta tippjana, tibni u taġġorna t-toroq. Dan l-istandard fih speċifikazzjonijiet dwar l-eżistenza tad-dwal tat-toroq (143).

(122)

F’dan l-isfond, l-awtoritajiet Norveġiżi jasserixxu, kif huwa identifikat fil-paragrafu (61), li s-sentenza f’Selex tappoġġa l-pożizzjoni tagħhom li l-attivitajiet ikkumpensati ma humiex ekonomiċi (144). Barra minn hekk, kif huwa stabbilit fil-paragrafu (62), l-awtoritajiet Norveġiżi jinvokaw il-paragrafu 17 dwar is-setgħat pubbliċi u l-awtoritajiet pubbliċi fil-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (145). Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Norveġiżi jgħidu li l-attivitajiet li jsegwu l-objettivi tas-sikurezza pubblika jenħtieġ li jiġu kklassifikati b’mod ugwali għal attivitajiet mhux ekonomiċi mwettqa għal finijiet soċjali, kulturali, edukattivi u pedagoġiċi.

(123)

Kif diġà ġie stabbilit, huwa meħtieġ li jiġu aċċertati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li taħthom titwettaq attività meta jiġi ddeterminat jekk l-attività tkunx ekonomika fin-natura (146). F’dan il-każ, il-punt tat-tluq naturali għal din il-valutazzjoni huwa l-qafas regolatorju fis-seħħ fir-rigward tal-provvista tad-dawl tat-toroq tul it-toroq muniċipali fin-Norveġja, kif ukoll iċ-ċirkostanzi speċifiċi f’Bergen.

(124)

Fir-rigward tal-qafas regolatorju fis-seħħ fin-Norveġja, il-leġiżlazzjoni u l-istandards imsemmija mill-awtoritajiet Norveġiżi sempliċiment ifissru li l-muniċipalitajiet huma responsabbli għat-tħaddim tal-infrastrutturi muniċipali tat-toroq, u li r-rekwiżiti dwar l-eżistenza tad-dawl tat-toroq jeħtieġ li jiġu ssodisfati, sabiex it-toroq jissodisfaw l-istandard (veinormalen) tal-Amministrazzjoni Norveġiża tat-Toroq Pubbliċi (Statens vegvesen). Kif huwa stabbilit hawn fuq, madankollu, it-Taqsima 20 tal-Att Norveġiż dwar it-Toroq ma teħtieġx li l-muniċipalitajiet jipprovdu dawl tat-toroq, jew jipprovdu dawl tat-toroq f’ċertu livell. Barra minn hekk, ma hemm xejn li jipprekludi lill-muniċipalitajiet milli jidħlu f’kuntratti ma’ entitajiet kummerċjali (partijiet) tat-tħaddim u l-manutenzjoni tat-toroq muniċipali bħala attività ekonomika.

(125)

Fir-rigward taċ-ċirkostanzi speċifiċi f’Bergen, l-ESA tinnota li l-effett tal-inklużjoni tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq, meta bigħet lil Bergen Lysverker, kien li BKK DA saret l-uniku fornitur disponibbli tul it-toroq muniċipali kkonċernati. BKK DA kisbet din il-pożizzjoni f’kompetizzjoni ma’ ħames offerenti oħra.

(126)

Barra minn hekk, kif huwa deskritt fil-paragrafu (32), it-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ kienet tinkludi mekkaniżmu li jirregola l-kumpens ekonomiku futur. Dan il-mekkaniżmu jippermetti livell regolat ta’ redditu.

(127)

Fuq din il-bażi, l-ESA hija tal-fehma li permezz tal-bejgħ tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq, flimkien mal-istabbiliment tal-mekkaniżmu ta’ kumpens li jippermetti livell regolat ta’ redditu, il-Muniċipalità ħolqot suq għall-provvista tas-servizzi kkonċernati lill-Muniċipalità bħala attività ekonomika. Il-fatt li l-infrastruttura kienet ta’ natura unika, li jirriżulta li x-xerrej tagħha sar l-uniku fornitur disponibbli, fih innifsu ma jfissirx li l-kumpaniji kkonċernati fil-grupp BKK ma pprovdewx servizzi f’suq. Barra minn hekk, BKK DA kisbet il-pożizzjoni esklużiva tagħha f’kompetizzjoni ma’ ħames offerenti oħra.

(128)

Din il-fehma hija kkonfermata mill-kors ta’ azzjoni meħud mill-grupp BKK u mill-Muniċipalità fir-rigward tal-kuntratti sussegwenti li saru f’intervalli regolari. Il-grupp BKK fittex li jimmassimizza l-profitti tiegħu permezz tal-interpretazzjoni tiegħu tat-termini tal-kuntratt u enfasizza li qiegħed jopera kummerċjalment bil-ħsieb li joħloq valuri għall-azzjonisti tiegħu (147). Min-naħa l-oħra, il-Muniċipalità aġixxiet fuq il-bażi li qiegħda taffaċċja bejjiegħ kummerċjali. L-awtoritajiet Norveġiżi tabilħaqq irreferew għas-setgħa tas-suq li jgawdi minnha l-grupp BKK fil-kapaċità tas-sid tal-infrastruttura.

(129)

Kif huwa evidenti minn diversi każijiet ta’ lmenti quddiem il-bord Norveġiż tal-ilmenti għall-akkwist pubbliku (KOFA), is-servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-manutenzjoni u mat-tħaddim tad-dwal tat-toroq huma offruti wkoll minn bejjiegħa differenti fuq bażi kummerċjali (148). F’konformità ma’ dan, il-Muniċipalità, kif huwa deskritt fit-Taqsima 3.1.4, irċeviet offerti minn diversi fornituri meta nediet proċedura kompetittiva għal dawn is-servizzi.

(130)

Għaldaqstant, l-ESA tosserva li kienet tabilħaqq prassi normali fin-Norveġja u fiż-żona ta’ Bergen li jiġu pprovduti servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tħaddim għal remunerazzjoni. Dan jindika wkoll li dawn l-attivitajiet kienu ta’ natura ekonomika.

(131)

Fir-rigward tal-kumpens imħallas fir-rigward tal-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ dawk id-dwal tat-toroq li huma proprjetà tal-Muniċipalità, ma hemm xejn fit-termini tal-kuntratt li jindika li dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jiġu kklassifikati b’mod differenti. Bl-eċċezzjoni li ma hemm l-ebda kost kapitali li għandu jiġi kkumpensat, it-termini kienu, sal-1 ta’ April 2020, l-istess bħal dawk għad-dwal tat-toroq ikkontrollati mill-grupp BKK. Mill-1 ta’ April 2020, is-servizzi ġew ipprovduti taħt kuntratt kummerċjali mogħti abbażi ta’ proċedura kompetittiva (149).

(132)

Fir-rigward tar-referenza magħmula mill-awtoritajiet Norveġiżi għas-sentenza f’Selex (150), jenħtieġ li jiġi mfakkar li dik il-kawża kienet tikkonċerna attivitajiet imwettqa mill-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru (“Eurocontrol”). Il-Eurocontrol ġiet stabbilita minn diversi Stati Ewropej skont il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kooperazzjoni għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru (151).

(133)

Wara appell, il-Qorti tal-Ġustizzja tenniet is-sejba tagħha minn kawża preċedenti li, meta jitqiesu b’mod ġenerali, l-attivitajiet tal-Eurocontrol kienu, min-natura u l-għan tagħhom u r-regoli li għalihom kienu soġġetti, marbuta mal-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi relatati mal-kontroll u s-superviżjoni tal-ispazju tal-ajru. Din il-konklużjoni applikat ukoll fir-rigward tal-assistenza pprovduta mill-Eurocontrol lill-amministrazzjonijiet nazzjonali b’rabta, b’mod partikolari, ma’ offerti għall-akkwist ta’ tagħmir u sistemi fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (152).

(134)

Fid-dawl tal-valutazzjoni stabbilita fil-paragrafi (123)-(131), l-ESA għalhekk issostni li l-każ inkwistjoni huwa materjalment differenti mis-sentenza f’Selex. Jenħtieġ li jiġi mfakkar ukoll li f’Selex, il-Qorti tabilħaqq indikat li l-fatt li korp ikun ta’ profitt huwa indikazzjoni li attività hija ta’ natura ekonomika (153).

(135)

L-ESA lanqas ma tista’ taqbel li l-attivitajiet ikkumpensati taħt il-miżuri (a) u (c) jikkonċernaw setgħat pubbliċi jew awtorità pubblika fis-sens tal-paragrafu 17 tal-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (154). Minflok, is-sitwazzjoni hija li l-Muniċipalità kkumpensat fornitur li jopera fuq bażi kummerċjali u ekonomika. Bħala tali, is-sitwazzjoni hija l-istess bħal dik fejn muniċipalità takkwista xogħlijiet ta’ kostruzzjoni relatati mal-bini jew mal-manutenzjoni tat-toroq muniċipali minn kuntrattur kummerċjali.

(136)

Bl-istess mod, l-ESA tibqa’ mhux konvinta mill-affermazzjoni li l-attivitajiet li jsegwu l-objettivi tas-sikurezza pubblika jenħtieġ li jiġu kklassifikati b’mod ugwali għal attivitajiet mhux ekonomiċi mwettqa għal skopijiet soċjali, kulturali, edukattivi u pedagoġiċi. Ma hemm l-ebda bażi fil-ġurisprudenza sabiex jiġi konkluż li l-attivitajiet ma humiex ekonomiċi per se minħabba li jsegwu objettiv partikolari. Għal dak l-għan, kif imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu aċċertati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li taħthom titwettaq l-attività. Pereżempju, l-attivitajiet ta’ manutenzjoni relatati mal-proprjetà pubblika jistgħu jitwettqu b’mod ċar fuq bażi ekonomika, anke jekk ikunu meħtieġa għas-sikurezza tal-utenti.

5.2.3.    Konklużjoni

(137)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ESA tikkonkludi li l-kumpens skont il-miżuri (a) u (c) ikun dovut lil impriża. Sal-punt li l-finanzjament tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED (il-miżura (b)) ikun ta vantaġġ lill-istess entitajiet, dan il-vantaġġ imbagħad ikun dovut ukoll lil impriża.

5.3.   PREŻENZA TA’ RIŻORSI TAL-ISTAT

(138)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun ingħatat mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat. Il-kunċett ta’ riżorsi tal-Istat jinkludi r-riżorsi ta’ entitajiet reġjonali intra-statali (155).

(139)

Il-miżuri huma kollha ffinanzjati mill-baġit tal-Muniċipalità. Għalhekk dawn jinvolvu l-konsum tar-riżorsi tal-Istat.

5.4.   VANTAĠĠ

5.4.1.    Introduzzjoni

(140)

Vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq (156). Għaldaqstant, jistgħu jagħtu vantaġġ mhux biss benefiċċji pożittivi bħal sussidji, self jew investimenti diretti, iżda wkoll interventi li, mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens strett, ikunu tal-istess natura u jkollhom l-istess effetti (157). F’konformità ma’ dan, miżura ma tistax titqies li taqa’ barra mill-ambitu tal-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat sempliċiment minħabba li tieħu l-forma ta’ ftehim li jinkludi impenji reċiproċi (158).

5.4.2.    Ma jistax jiġi eskluż vantaġġ fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet Altmark

5.4.2.1.   Il-kundizzjonijiet Altmark

(141)

Hemm ġurisprudenza speċifika applikabbli fir-rigward tal-kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil impriżi fdati b’servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”). Mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Altmark isegwi li, f’każijiet bħal dawn, il-preżenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, tista’ tiġi eskluża meta jiġu ssodisfati l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin (159):

i.

“L-ewwel nett, l-impriża benefiċjarja jrid ikollha tassew obbligi ta’ servizz pubbliku xi twettaq, u l-obbligi jridu jkunu ddefiniti b’mod ċar.

ii.

It-tieni, il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens iridu jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti […].

iii.

It-tielet, il-kumpens ma jridx ikun aktar minn dak li hu meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet kollha, jew parti minnhom, li jkunu saru fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, waqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti u profitt raġonevoli.

iv.

Ir-raba’, meta l-impriża li tkun ser twettaq l-obbligi tas-servizz pubbliku, f’każ speċifiku, ma tkunx intgħażlet skont proċedura tal-akkwist pubbliku li tippermetti li jintagħżel l-offerent li jkun kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi li jiswew l-inqas lill-komunità, il-livell ta’ kumpens meħtieġ irid jiġi ddeterminat abbażi ta’ analiżi tal-kostijiet li ġġarrab impriża tipika, li tkun immexxija tajjeb u li jkollha biżżejjed […], sabiex twettaq l-obbligi tas-servizz pubbliku, filwaqt li jitqiesu d-dħul relevanti u profitt raġonevoli sabiex jitwettqu l-obbligi.”

(142)

L-ESA ppubblikat sett ta’ linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-SGEIs (160). Il-kundizzjonijiet Altmark huma indirizzati fit-Taqsima 3 ta’ dawk il-linji gwida.

5.4.2.2.   L-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet Altmark fil-każ inkwistjoni

(143)

Skont l-ewwel kundizzjoni, l-impriża riċeventi trid tkun meħtieġa twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku definiti b’mod ċar.

(144)

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan ta’ din il-kundizzjoni huwa li jiġu żgurati t-trasparenza u ċ-ċertezza legali. Dan jeħtieġ id-determinazzjoni ta’ jekk, l-ewwel nett, l-impriża riċeventi effettivament għandhiex obbligi ta’ servizz pubbliku biex twettaq u, it-tieni, jekk dawk l-obbligi humiex definiti b’mod ċar fil-liġi nazzjonali. Għaldaqstant, iridu jiġu ssodisfati l-kriterji minimi fir-rigward tal-eżistenza ta’ att wieħed jew aktar ta’ awtorità pubblika li jiddefinixxu, b’mod preċiż biżżejjed, in-natura, id-durata u l-ambitu tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq l-impriża/i fdata(i) (161).

(145)

F’konformità ma’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat sentenza mill-Qorti Ġenerali li sabet li, fin-nuqqas ta’ definizzjoni ċara tas-servizz inkwistjoni bħala servizz ta’ SGEI fil-liġi nazzjonali, l-ewwel kundizzjoni Altmark ma ġietx issodisfata. Din is-sejba ma setgħetx tiġi kkontestata mill-eżistenza ta’ falliment tas-suq fis-suq ikkonċernat, u li s-servizz seta’ ġie definit bħala SGEI. Dawk iċ-ċirkostanzi ma kinux rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-impriżi kkonċernati kinux fil-fatt fdati b’obbligi ta’ servizz pubbliku minn att pubbliku, u jekk dawk l-obbligi kinux definiti b’mod ċar f’dak l-att (162).

(146)

Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li sabiex impriża titqies bħala fdata b’SGEI, dan irid ikun permezz ta’ att ta’ awtorità pubblika (163). Dawn l-atti ta’ inkarigu jistgħu jinkludu kuntratti, diment li dawn ikunu ġejjin minn awtorità pubblika u jkunu vinkolanti (164). Il-fatt li servizz jifforma s-suġġett ta’ kuntratt pubbliku, madankollu, ma huwiex biżżejjed sabiex jassumi l-istatus ta’ SGEI mingħajr spjegazzjoni speċifika (165).

(147)

Għalhekk, il-mistoqsija rilevanti ma hijiex jekk il-Muniċipalità setgħetx tafda lill-kumpaniji fil-grupp BKK b’SGEI li jinkludi s-servizzi kkonċernati, iżda jekk fil-fatt għamlitx dan.

(148)

Il-punt tat-tluq naturali għall-valutazzjoni ta’ dan, huwa li la l-awtoritajiet Norveġiżi u lanqas il-BKK Veilys ma sostnew li l-grupp BKK ġie fdat b’SGEI.

(149)

Kif huwa evidenti mit-Taqsimiet 3 u 4 hawn fuq, fil-kummenti tagħhom l-awtoritajiet Norveġiżi ma rreferew xejn għal-liġi li tappartjeni għall-SGEIs. BKK Veilys sempliċiment iddikjarat li jekk il-provvista ta’ dawl tat-toroq tkun SGEI, il-kundizzjonijiet Altmark jiġu ssodisfati. Dan jissuġġerixxi, f’konformità mas-sejba preliminari fid-deċiżjoni tal-ftuħ, li l-kumpaniji fil-grupp BKK ma kellhomx, u ma għandhomx, obbligu ta’ servizz pubbliku li jwettqu fir-rigward tal-miżuri (166).

(150)

Din il-fehma hija appoġġata aktar mill-kuntratti pprovduti mill-awtoritajiet Norveġiżi.

(151)

Kif huwa spjegat fit-Taqsima 3 ta’ hawn fuq, il-ftehim tal-bejgħ tal-1996 kien ikkaratterizzat mill-Muniċipalità li bigħet intrapriża, u minn BKK DA li akkwistatha. Filwaqt li l-ftehim kien jinkludi stipulazzjonijiet dwar il-provvista futura ta’ dawl tat-toroq u servizzi relatati, id-dokumentazzjoni pprovduta ma fiha l-ebda indikazzjoni li l-Muniċipalità, fis-sens tal-ġurisprudenza, fdat l-obbligi tas-servizz pubbliku fuq BKK DA.

(152)

L-istess jgħodd għall-kuntratti sussegwenti mal-kumpaniji fil-grupp BKK. Rigward dawk l-attivitajiet li jikkonċernaw id-dwal tat-toroq ikkontrollat mill-grupp BKK, dawn jirriflettu x-xiri mill-Muniċipalità minn bejjiegħ li jikkontrolla input meħtieġ, għall-kuntrarju li jiġu fdati obbligi ta’ servizz pubbliku. Rigward il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ dawk id-dwal tat-toroq li huma proprjetà tal-Muniċipalità, dawn ġew akkwistati bħala kontribut fil-forniment mill-Muniċipalità ta’ dawl tat-toroq permezz ta’ din l-infrastruttura. Iż-żewġ settijiet ta’ attivitajiet ġew inklużi fil-kuntratti mingħajr l-ebda stipulazzjoni, spjegazzjoni jew indikazzjoni li l-kumpaniji fil-grupp BKK ġew fdati b’SGEI.

5.4.2.3.   Konklużjoni

(153)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ESA ssostni s-sejba preliminari tagħha mid-deċiżjoni tal-ftuħ. Fir-rigward tat-tliet miżuri, il-kumpaniji fil-grupp BKK ma kellhomx, u ma għandhomx, obbligu ta’ servizz pubbliku xi jwettqu. B’konsegwenza, ma jistax jiġi eskluż vantaġġ fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet Altmark.

5.4.3.    Il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq

5.4.3.1.   Sfond

(154)

It-tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqa minn entitajiet pubbliċi jitqiesu li ma jagħtux vantaġġ lill-kontroparti, u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, meta jkunu konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq. Din il-kwistjoni ta’ konformità tas-suq tiġi vvalutata skont il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq (“MEOP”).

(155)

Meta tiġi vvalutata dispożizzjoni kontra l-MEOP, l-element deċiżiv huwa jekk l-entità pubblika aġixxietx l-istess bħalma kien jaġixxi operatur tas-suq f’sitwazzjoni simili (167). Konsegwentement, għandhom jitqiesu biss il-benefiċċji u l-obbligi marbuta mar-rwol bħala operatur ekonomiku, għall-kuntrarju ta’ dak tal-awtorità pubblika (168).

(156)

Il-kwistjoni ta’ jekk tranżazzjoni tinvolvix għajnuna mill-Istat trid tiġi solvuta fir-rigward tas-sitwazzjoni eżistenti fiż-żmien meta ġiet deċiża t-tranżazzjoni (169). Dak li jikkostitwixxi remunerazzjoni normali għalhekk jirriżulta mill-fatturi li impriża, li taġixxi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, kienet tqis meta tistabbilixxi r-remunerazzjoni (170).

(157)

L-ESA hija meħtieġa twettaq valutazzjoni ekonomika kumplessa meta tapplika l-MEOP (171). Din il-valutazzjoni trid titwettaq billi wieħed jibbaża fuq evidenza oġġettiva u verifikabbli li hija disponibbli (172).

(158)

F’konformità ma’ dak li huwa allegat fl-ilment, f’dan li ġej, l-ESA se tivvaluta jekk il-grupp BKK ġiex ikkumpensat ’il fuq mir-rati tas-suq għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)). Minn hemm ’il quddiem, l-ESA se tivvaluta jekk il-finanzjament tat-12 000 unità tat-tidwil tal-LED (il-miżura (b)) tax vantaġġ fuqu.

(159)

Fl-aħħar nett, l-ESA se tindirizza l-kumpens għall-kostijiet kapitali (il-miżura (c)). F’dik il-valutazzjoni, l-ESA se tikkunsidra, l-ewwel nett, jekk kinitx proporzjonata mal-prassi normali tas-suq sabiex tikkumpensa għall-kostijiet kapitali. It-tieni, l-ESA se tivvaluta jekk il-grupp BKK ġiex ikkumpensat għal dawn il-kostijiet b’rata ogħla mir-rati tas-suq.

5.4.4.    Miżura (a) — tħaddim u manutenzjoni

5.4.4.1.   Il-kumpens imħallas fir-rigward tal-infrastruttura li hija proprjetà tal-BKK

(160)

Matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-ESA rċeviet informazzjoni addizzjonali dwar il-bejgħ mill-Muniċipalità ta’ Bergen Lysverker.

(161)

Kif huwa stabbilit fit-Taqsima 3.1.2, il-Muniċipalità biegħet l-unità muniċipali Bergen Lysverker, inklużi l-assi u l-operazzjonijiet tagħha, lill-BKK DA fl-1996. Għalkemm BKK DA akkwistat lil Bergen Lysverker permezz ta’ proċess ta’ offerti, il-bejgħ kien ukoll trasferiment intern ta’ sussidjarja. BKK DA dak iż-żmien kienet ikkontrollata kompletament mill-Muniċipalità.

(162)

Mekkaniżmu li jirregola l-kumpens għall-forniment futur ta’ dawl tat-toroq permezz tal-infrastruttura li nxtrat minn BKK DA, ġie stabbilit fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ tal-1996. Kif jirriżulta mill-informazzjoni ppreżentata fit-Taqsimiet 3.1.2 u 4.1.1, l-awtoritajiet Norveġiżi u BKK Veilys jaqblu li kienu, u għadhom, marbuta b’din id-dispożizzjoni meta jistabbilixxu l-kumpens.

(163)

Il-kwistjoni ta’ jekk tranżazzjoni tinvolvix għajnuna mill-Istat trid tiġi solvuta, kif diġà ssemma, fir-rigward tas-sitwazzjoni eżistenti fiż-żmien meta ġiet deċiża t-tranżazzjoni (173). Konsegwentement, jekk il-mekkaniżmu ta’ kumpens fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 ġie stabbilit b’mod li, fiż-żmien tal-bidu tiegħu, jillimita l-livelli ta’ kumpens futuri għar-rati tas-suq, il-kumpens sussegwentement ikkalkolat f’konformità ma’ dan il-mekkaniżmu ma jikkostitwixxix vantaġġ (174).

(164)

Għalhekk jeħtieġ li jiġi vvalutat, l-ewwel nett, jekk il-mekkaniżmu ta’ kumpens kienx imfassal b’mod li jillimita r-remunerazzjoni futura għar-rati tas-suq. Jekk dik il-mistoqsija tiġi mwieġba fl-affermattiv, jeħtieġ li jiġi vvalutat, it-tieni, jekk il-mekkaniżmu fil-fatt ġiex irrispettat.

(165)

F’każ li jikkonċerna l-konformità mas-suq tar-remunerazzjoni mħallsa għall-assistenza mogħtija mill-Uffiċċju Postali Franċiż, La Poste, lis-sussidjarja tiegħu SFMI-Chronopost (“Chronopost”), il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li s-servizzi pprovduti lil Chronopost kienu marbuta b’mod inseparabbli man-network postali uniku ġestit minn La Poste. Peress li dan in-network ma kienx imfassal fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali, dan ma kienx jiġi stabbilit minn impriża privata f’nuqqas ta’ intervent mill-Istat (175).

(166)

Il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li, f’din is-sitwazzjoni, il-kostijiet imġarrba minn La Poste fir-rigward tal-forniment tas-servizzi kkonċernati jistgħu jikkostitwixxu l-elementi oġġettivi u verifikabbli li abbażi tagħhom trid tiġi vvalutata l-konformità tas-suq tar-remunerazzjoni. Il-preżenza ta’ vantaġġ tista’ tiġi eskluża jekk, l-ewwel, il-prezz mitlub ikun ikopri kif xieraq il-kostijiet varjabbli addizzjonali mġarrba fil-forniment tas-servizzi, kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet fissi u redditu adegwat fuq l-investiment kapitali, u, it-tieni, ma kien hemm xejn li jissuġġerixxi li dawn l-elementi kienu ġew stmati jew stabbiliti b’mod arbitrarju (176).

(167)

Il-każ inkwistjoni jikkonċerna wkoll servizzi marbuta b’mod inseparabbli ma’ network uniku li ma kienx mibni fuq il-bażi ta’ approċċ kummerċjali, u li ma kienx jinħoloq minn impriża privata fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat. Barra minn hekk, BKK DA kienet tabilħaqq kompletament proprjetà tal-Muniċipalità fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim tal-bejgħ.

(168)

Fuq din il-bażi, l-ESA ssib is-sitwazzjoni prevalenti fiż-żmien meta ġie stabbilit il-mekkaniżmu ta’ kumpens fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996, komparabbli ma’ dik evalwata mill-Qorti tal-Ġustizzja fi Chronopost. Għaldaqstant, sakemm dan il-mekkaniżmu ta’ kumpens jissodisfa l-istipulazzjonijiet fi Chronopost, l-ESA tqis li dan huwa konformi mat-termini tas-suq.

(169)

It-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ tal-1996 tinvolvi, kif huwa stabbilit fit-Taqsima 3.1.2, li l-kumpens jenħtieġ li jkopri l-kost operazzjonali ta’ BKK flimkien ma’ redditu regolat fuq il-kapital impenjat. Għalhekk, fir-rigward tal-element li jikkonċerna l-manutenzjoni u t-tħaddim, dan il-mekkaniżmu jippermetti biss kopertura tal-kostijiet. Barra minn hekk, l-ESA ma rċeviet l-ebda informazzjoni li tindika li l-kostijiet li huma stabbiliti b’mod żbaljat jew arbitrarju, pereżempju bħala riżultat ta’ livell ta’ effiċjenza baxx b’mod artifiċjali jew allokazzjoni mhux xierqa ta’ kost indirett, ikunu eliġibbli għal kumpens. Fuq din il-bażi, l-ESA ssib li l-element fil-mekkaniżmu ta’ kumpens li jappartjeni għall-manutenzjoni u t-tħaddim huwa konformi mal-istipulazzjonijiet fi Chronopost.

(170)

Fir-rigward tat-tieni kwistjoni ta’ jekk il-mekkaniżmu ta’ kumpens fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 ġiex irrispettat, operatur privat razzjonali kien, filwaqt li jżomm f’moħħu s-somom involuti, jinvesti riżorsi suffiċjenti sabiex jiżgura l-konformità. Dan ikun jinvolvi kontrolli tal-bażi għall-prezzijiet ippreżentati mill-grupp BKK, inkluż dwar kif ġew iddeterminati l-kostijiet diretti u indiretti. Barra minn hekk, l-ESA hija konvinta li xerrej privat kien jibda passi legali jekk jiffaċċja fornitur li ma jkunx irid jiddokumenta li l-prezzijiet tiegħu jikkonformaw mal-mekkaniżmu ta’ kumpens miftiehem.

(171)

Kif huwa deskritt fit-Taqsima 3.3, il-Muniċipalità kkontestat dak li hija tqis bħala ipprezzar għoli min-naħa tal-grupp BKK. Il-Muniċipalità ammettiet ukoll li ma tistax teskludi li l-livelli ta’ kumpens jammontaw għal kumpens żejjed u li n-nuqqas ta’ dokumentazzjoni abbażi tal-prezzijiet mitluba huwa problematiku. Barra minn hekk, il-Muniċipalità kellha dan it-tħassib matul il-perjodu kopert mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

(172)

Fir-rigward tal-informazzjoni ppreżentata minn BKK Veilys, kif ippreżentata fit-Taqsima 4.1.3, din ma fiha l-ebda dettall dwar il-bażi għall-prezzijiet mitluba. B’mod partikolari, l-informazzjoni ma tistipulax il-kostijiet diretti u indiretti assoċjati mal-attivitajiet relatati mat-tħaddim u l-manutenzjoni, u kif dawn ġew stabbiliti. Fir-rigward tal-kost indirett, ma hemm l-ebda informazzjoni dwar liema mekkaniżmu ta’ allokazzjoni huwa fis-seħħ, u għaliex dan jitqies xieraq. Dan in-nuqqas ta’ speċifiċità huwa indikazzjoni li l-mekkaniżmu ta’ kumpens fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 ma ġiex irrispettat.

(173)

Fir-rigward taċ-ċifri minn KOSTRA, kif huwa stabbilit fil-paragrafu (69), dawn jippreżentaw il-kostijiet totali ta’ kull muniċipalità għal kull punt tad-dawl fis-sena, inkluż l-elettriku. Iċ-ċifri juru li matul il-perjodu mill-2015 sal-2019, il-Muniċipalità kellha l-ogħla kostijiet irreġistrati tal-akbar 10 muniċipalitajiet li huma rrappreżentati.

(174)

Id-differenzi fil-kostijiet bejn il-muniċipalitajiet jistgħu jirriżultaw minn diversi fatturi, kif huwa spjegat fil-paragrafi (67)-(68) u (94) hawn fuq. Madankollu, la l-awtoritajiet Norveġiżi u lanqas BKK Veilys ma pprovdew informazzjoni li tissostanzja li l-livelli tal-kostijiet f’KOSTRA huma ġġustifikati. BKK Veilys sempliċiment affermat li fatturi partikolari jaffettwaw il-kostijiet f’Bergen, mingħajr ma tiddokumenta aktar dan.

(175)

Konsegwentement, l-ESA ssib li ċ-ċifri minn KOSTRA huma indikazzjoni li l-grupp BKK kien ikkumpensat iżżejjed. Madankollu, iċ-ċifri ma humiex dettaljati biżżejjed sabiex jiġi konkluż sa liema punt il-kumpens żejjed jikkonċerna l-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) jew il-kost kapitali (il-miżura (c)).

(176)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, it-totalità tal-informazzjoni sottomessa tindika li l-kumpens x’aktarx qabeż il-livell proporzjonat mal-mekkaniżmu fil-ftehim tal-bejgħ tal-1996. Dan jirrifletti nuqqas min-naħa tal-Muniċipalità li tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura li dan il-mekkaniżmu jkun ġie osservat. Bħala tali, il-Muniċipalità ma aġixxietx bħala xerrej privat.

5.4.4.2.   Il-kumpens fir-rigward tal-infrastruttura tal-Muniċipalità

(177)

Kif huwa deskritt fit-Taqsimiet 3.1.3, 3.1.4 u 3.1.5, il-Muniċipalità kellha, u għad għandha, numru ta’ dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali tagħha. Barra minn hekk, kif huwa stabbilit fit-Taqsima 3.1.4, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ din l-infrastruttura tal-Muniċipalità, b’effett mill-1 ta’ April 2020, twettqu taħt kuntratt li l-Muniċipalità kienet ħarġet b’offerta.

(178)

Kif jidher mill-istedina tagħha għall-offerti għal dan il-kuntratt, il-Muniċipalità kienet libera li tixtri l-manutenzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura tal-Muniċipalità minn kwalunkwe fornitur li kien lest li jbigħ u ma kinitx marbuta b’xi mekkaniżmu ta’ kumpens predefinit. Għalhekk, l-ESA se tivvaluta separatament il-kumpens imħallas fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet.

(179)

L-informazzjoni ppreżentata fit-Taqsima 3.1.4 tindika li l-għoti tal-kuntratt li ngħata l-offerta segwa proċedura kompetittiva, trasparenti, mhux diskriminatorja, u mingħajr kundizzjonijiet f’konformità mal-liġi taż-ŻEE dwar l-akkwist. Id-deċiżjoni ta’ għoti kienet ibbażata fuq l-aktar prezz baxx, u ma hemm xejn li jindika li r-rata prevalenti tas-suq kienet fil-fatt aktar baxxa minn dik miksuba. Fuq din il-bażi, l-ESA ssib li l-kumpens imħallas għall-manutenzjoni u t-tħaddim skont il-kuntratt li ngħata l-offerta ma tax vantaġġ lill-grupp BKK (177).

(180)

Fir-rigward tal-kumpens għall-attivitajiet imwettqa qabel l-1 ta’ April 2020, l-ESA tosserva li filwaqt li l-Muniċipalità qieset il-livell tal-prezz bħala għoli, hija ma vverifikatx jekk is-servizzi setgħux jiġu akkwistati b’kostijiet aktar baxxi mingħand fornitur ieħor. Minflok, hija aċċettat li l-istess prezz għal kull dawl tat-toroq ġie applikat fir-rigward tal-infrastruttura kkontrollata mill-grupp BKK. Għaldaqstant, l-ESA tosserva li l-Muniċipalità ma aġixxietx bl-istess mod kif kien jagħmel xerrej privat.

(181)

Fir-rigward tal-livell ta’ kumpens, dan kien, kif issemma’, l-istess għal kull dawl tat-toroq kif għal dawk id-dwal tat-toroq ikkontrollati mill-grupp BKK. Kif huwa osservat fil-paragrafu (176), it-totalità tal-informazzjoni sottomessa tindika li l-livell ta’ kumpens qabeż dak permess mill-mekkaniżmu bbażat fuq il-kostijiet fil-ftehim tal-bejgħ tal-1996. Dan jissuġġerixxi wkoll li l-Muniċipalità ħallset aktar milli kienet tagħmel kieku akkwistat is-servizzi fis-suq miftuħ.

(182)

Ma hemm xejn fl-informazzjoni sottomessa li jindika l-kuntrarju. Kif huwa stabbilit fil-paragrafi (173) sa (175), iċ-ċifri minn KOSTRA huma tabilħaqq indikazzjoni li l-grupp BKK kien ikkumpensat iżżejjed. Madankollu, iċ-ċifri ma humiex dettaljati biżżejjed sabiex jiġi konkluż sa liema punt il-kumpens żejjed jikkonċerna l-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) jew il-kost kapitali (il-miżura (c)).

(183)

L-ESA qieset ukoll l-eżitu tal-offerta għas-servizzi mwettqa mill-1 ta’ April 2020. Madankollu, kif huwa stabbilit fil-paragrafu (48), il-kuntratt li ngħata l-offerta kien jinkludi wkoll it-12 000 unità tat-tidwil tal-LED installati fuq in-network ta’ BKK. Għalhekk, it-termini miksuba skont il-kuntratt li ngħata l-offerta ma jirrappreżentawx komparatur sinifikanti fir-rigward tal-prezzijiet li qabel kienu jintalbu fir-rigward tad-dwal tat-toroq tal-Muniċipalità.

(184)

Konsegwentement, l-ESA jeħtiġilha tikkonkludi abbażi tal-informazzjoni disponibbli li jifdal. Kif huwa stabbilit fil-paragrafi (180)-(182), it-totalità ta’ din l-informazzjoni tindika li l-grupp BKK ġie kkumpensat iżżejjed ukoll fir-rigward ta’ dawk id-dwal tat-toroq li huma proprjetà tal-Muniċipalità.

5.4.4.3.   Konklużjoni

(185)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-ESA tikkonkludi li l-grupp BKK ingħata kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali f’Bergen. Rigward dawk id-dwal tat-toroq li huma proprjetà tal-grupp BKK, dan il-kumpens żejjed għadu għaddej. Rigward id-dwal tat-toroq li huma proprjetà tal-Muniċipalità, il-kumpens żejjed huwa limitat għall-attivitajiet imwettqa sal-1 ta’ April 2020.

(186)

Filwaqt li l-informazzjoni sottomessa tistabbilixxi li ngħata vantaġġ, hija ma poġġietx lill-ESA f’pożizzjoni li tiddetermina l-ammont tagħha. Dan huwa rifless fl-ordni ta’ rkupru stabbilita fit-Taqsima 10 ta’ hawn taħt.

5.4.5.    Miżura (b) — il-finanzjament ta’ 12 000 unità tat-tidwil tal-LED

(187)

Kif jirriżulta mill-informazzjoni ppreżentata fit-Taqsimiet 3.4 u 4.1.4 hawn fuq, l-unitajiet tat-tidwil tal-LED ġew akkwistati mill-Muniċipalità minn fornitur estern. Is-sjieda tagħhom ma ġietx, u mhux se tiġi, trasferita lill-grupp BKK. Għaldaqstant, ma ngħata l-ebda vantaġġ minħabba l-fatt li l-Muniċipalità ma żżammitx is-sjieda tagħha tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED.

(188)

L-awtoritajiet Norveġiżi u BKK Veilys komplew jiċċaraw li x-xiri tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED kien jammonta għal aġġornament straordinarju li BKK Veilys ma kinitx obbligata tagħmel. Fuq din il-bażi, jista’ jiġi konkluż li ma ngħata l-ebda vantaġġ minħabba l-fatt li l-Muniċipalità ħelset lil BKK Veilys minn imposti li kellha ġġarrab skont it-termini tal-kuntratt(i).

(189)

Rigward it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED, dawn il-kompiti ġew inklużi fil-kuntratt ta’ servizz separat li ġie offrut b’offerta. Il-kumpens skont dan il-kuntratt, għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu (179), ma tax vantaġġ lill-grupp BKK.

(190)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ESA ssib li l-finanzjament tat-12 000 unità tat-tidwil tal-LED (il-miżura (b)) fih innifsu ma tax vantaġġ lill-kumpaniji fi ħdan il-grupp BKK. Għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafi (191) u (192) hawn taħt, madankollu, l-ESA tenfasizza li huwa meħtieġ li titqies l-installazzjoni tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED meta jiġi stabbilit il-livell ta’ kumpens żejjed skont il-miżuri (a) u (c).

(191)

Sal-punt li din l-installazzjoni naqqset il-kost tat-tħaddim u l-manutenzjoni, mingħajr ma dan wassal għal kumpens imnaqqas f’konformità mal-mekkaniżmu bbażat fuq il-kost fil-ftehim tal-bejgħ tal-1996, dan jammonta għal kumpens żejjed skont il-miżura (a). L-ESA tinnota, f’dan ir-rigward, li filwaqt li l-kuntratt ta’ konċessjoni jinkludi t-tħaddim u l-manutenzjoni tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED, jidher li l-grupp BKK għadu kkumpensat, skont il-kuntratt deskritt fil-paragrafu (45), għall-manutenzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura li fuqha jiġu installati dawn l-unitajiet tat-tidwil. Barra minn hekk, jidher li l-livell ta’ kumpens baqa’ l-istess bħal meta l-kuntratt kien jinkludi wkoll dawk l-unitajiet tat-tidwil li ġew issostitwiti bl-unitajiet tat-tidwil tal-LED (178).

(192)

Fir-rigward tal-miżura (c), huwa meħtieġ li jitqiesu l-unitajiet tat-tidwil tal-LED li huma proprjetà tal-Muniċipalità meta jiġi stabbilit il-livell korrett ta’ kumpens skont ir-regolament dwar ir-ritorn fil-ftehim tal-bejgħ tal-1996. Minħabba li l-unitajiet tat-tidwil tal-LED huma proprjetà tal-Muniċipalità, dawn ma jistgħux jiġu inklużi fil-bażi kapitali li hija soġġetta għal kumpens. Barra minn hekk, kwalunkwe valur li jifdal tal-unitajiet tat-tidwil li ġew sostitwiti bl-unitajiet tat-tidwil tal-LED, kellu jitneħħa minn din il-bażi kapitali.

5.4.6.    Miżura (c) — il-kumpens għall-kost kapitali

5.4.6.1.   Introduzzjoni

(193)

Kif huwa spjegat fit-Taqsima 3.1.2, il-kumpens għall-kost kapitali huwa t-tieni element fil-mekkaniżmu stabbilit fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996. Kif huwa stabbilit aktar fit-Taqsima 3.5, il-kost kapitali relatat mal-infrastruttura huwa wieħed minn diversi komponenti tal-kost li jinsabu fil-forniment tad-dawl tat-toroq. Għalhekk, kieku l-Muniċipalità kienet tappartjeni għall-infrastruttura nnifisha, kienet tħallas dawn il-kostijiet kapitali direttament. Min-naħa l-oħra, meta d-dawl tat-toroq jiġi prodott permezz ta’ rikors għal infrastruttura li tkun proprjetà ta’ entità ġuridika oħra, il-kost kapitali jaqa’ taħt din l-entità. Abbażi ta’ din l-informazzjoni l-ġdida, l-ESA tqis li din hija proporzjonata mal-prattika normali sabiex tikkumpensa lis-sid tal-infrastruttura għall-kost kapitali.

(194)

Skont il-mekkaniżmu fil-ftehim tal-bejgħ tal-1996, il-grupp BKK huwa intitolat għall-kost kapitali għall-kapital impenjat li huwa ugwali għar-rata ta’ redditu stabbilita mill-NVE għall-infrastruttura tal-grilja tal-enerġija regolata. Bl-istess mod bħal fil-każ tal-kumpens għall-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tat-toroq li huma proprjetà ta’ BKK, l-ESA ssib li jekk dan l-element fil-mekkaniżmu ta’ kumpens ikun tfassal b’mod li, fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim tal-bejgħ, jillimita r-remunerazzjoni futura għar-rati tas-suq, il-kumpens sussegwentement ikkalkolat f’konformità ma’ dan ma jikkostitwixxix vantaġġ (179).

(195)

Skont is-sentenza fi Chronopost, kif huwa stabbilit fil-punt (166), il-kriterju ta’ valutazzjoni għall-kost tal-kapital huwa jekk ir-redditu jaqbiżx redditu adegwat fuq il-kapital investit. Għalhekk, il-mistoqsijiet li għandhom jiġu vvalutati huma, l-ewwel nett, jekk ir-regolament fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 jippermettix ritorn adegwat, għall-kuntrarju ta’ redditu eċċessiv. It-tieni, jekk dik il-mistoqsija tiġi mwieġba fl-affermattiv, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk il-livelli ta’ kumpens ikunux żammew ma’ din il-limitazzjoni.

(196)

Ir-regolamentazzjoni tar-redditu fuq il-kapital fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 hija magħmula minn żewġ elementi: (i) rata tal-imgħax; u (ii) bażi kapitali li fuqha għandha tiġi applikata r-rata. L-ammont li jirriżulta jirrappreżenta l-kost tal-opportunità tal-kapital u jkopri kemm il-kost tal-finanzjament tal-ekwità kif ukoll id-dejn.

(197)

Permezz tal-introduzzjoni, l-ESA tinnota li l-kunċett tal-kost tal-opportunità tal-kapital huwa aċċettat b’mod komuni u f’konformità mal-kriterju ta’ redditu adegwat fuq il-kapital investit. Għalhekk, l-ESA se tipproċedi sabiex tivvaluta ż-żewġ elementi tar-regolament (ir-rata tal-imgħax u l-bażi kapitali).

5.4.6.2.   Ir-rata tal-imgħax

(198)

Kif huwa msemmi fit-Taqsima 3.1.1, in-networks tal-enerġija huma monopolji naturali u soġġetti għal regolamentazzjoni speċifika għas-settur fin-Norveġja. F’konformità ma’ dan ir-reġim, l-NVE jistabbilixxi r-rata ta’ referenza tiegħu sabiex jippermetti lis-sidien tal-infrastruttura redditu raġonevoli fuq l-investimenti (180).

(199)

L-NVE tistma r-rata fuq bażi annwali bl-użu tal-metodoloġija tal-Kost Medju Ponderat tal-Kapital (“WACC”). Il-parametri tal-input għall-istima tad-WACC tal-NVE jinkludu diversi fatturi relatati mas-suq speċifiċi għall-industrija tan-network tal-enerġija. Dawn jinkludu, b’mod partikolari, l-ekwità-beta, il-primjums ta’ kreditu tal-industrija u l-istruttura kapitali ottimali. Ir-rata ta’ referenza kienet bejn 5 % u 7 % fl-aħħar 10 snin (181).

(200)

Skont l-NVE, l-operazzjonijiet tal-grilja tal-enerġija huma kkaratterizzati minn dħul stabbli u prevedibbli u ġeneralment jitqiesu bħala ta’ riskju baxx. Il-parametru beta ta’ ekwità fid-WACC huwa għalhekk stmat bl-użu ta’ kumpaniji elenkati bi flussi ta’ introjtu regolati, bħal diversi fornituri ta’ network ta’ utilità (182).

(201)

Il-kunċett tal-kost tal-opportunità tal-kapital huwa, kif innotat hawn fuq, f’konformità mal-kriterju li l-prezz mitlub jenħtieġ li jippermetti redditu adegwat fuq il-kapital investit. Barra minn hekk, il-kunċett tad-WACC huwa metodu standard għall-istima ta’ dawn il-kostijiet.

(202)

Madankollu, id-WACC xieraq għas-servizzi vvalutati fil-każ inkwistjoni jenħtieġ li jirrifletti l-kost tal-opportunità tal-investiment fl-infrastruttura tad-dwal tat-toroq. Għalhekk, id-WACC xieraq jenħtieġ li jirrifletti r-riskju involut f’din l-attività.

(203)

Simili għan-networks tal-enerġija, l-infrastruttura tad-dwal tat-toroq ikkonċernata tammonta għal monopolju naturali ta’ lonġevità sostanzjali. Fid-dawl tad-domanda konsistenti għad-dawl tat-toroq min-naħa tal-Muniċipalità, ir-riskju għall-varjazzjonijiet fl-introjtu huwa baxx. Barra minn hekk, meta jitqies li l-Muniċipalità qiegħda tħallas għall-elettriku, il-kostijiet jistgħu jkunu mistennija li jkunu stabbli wkoll.

(204)

Dawn il-fatturi jindikaw li l-użu tar-rata ta’ referenza tal-NVE kien jirrappreżenta indikatur xieraq għar-redditu tas-suq meħtieġ għall-operazzjonijiet tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq. L-ESA ma rċeviet l-ebda informazzjoni li tindika l-kuntrarju.

(205)

Fuq din il-bażi, l-ESA ssib li l-istigazzjoni dwar l-użu tar-rata ta’ referenza tal-NVE kienet proporzjonata ma’ livell adegwat ta’ redditu, u għalhekk f’konformità ma’ Chronopost. Madankollu, kif se jkun evidenti mill-valutazzjoni ta’ hawn taħt relatata mal-bażi kapitali, l-informazzjoni sottomessa ma tistabbilixxix kif il-kumpens ġie kkalkolat fil-prattika.

5.4.6.3.   Il-bażi kapitali

(206)

Il-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 ma jispeċifikax il-metodoloġija li għandha tiġi applikata għall-istabbiliment tal-kapital impenjat li huwa l-bażi kapitali. Madankollu, ma hemm xejn fil-formulazzjoni tiegħu li jindika li l-grupp BKK huwa intitolat għal livell eċċessiv ta’ redditu fil-forma ta’ kirjiet ta’ monopolju. Għall-kuntrarju, il-mekkaniżmi tal-kost miżjud, bħal dawk inklużi fil-ftehim tal-bejgħ, normalment jintużaw f’setturi regolati sabiex jiġi żgurat li l-livell ta’ kumpens ikun adegwat. Fuq din il-bażi, l-ESA tqis li l-istigazzjoni li r-rata ta’ referenza tal-NVE għandha tiġi applikata fuq il-kapital impenjat, tinvolvi li l-bażi kapitali għandha tiġi stabbilita b’mod xieraq li jiżgura livell adegwat ta’ redditu. Għaldaqstant, dan l-element huwa proporzjonat ukoll ma’ Chronopost.

(207)

Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ kif ġie pprattikat il-mekkaniżmu, madankollu, l-informazzjoni sottomessa ma tistabbilixxix kif ġie kkalkolat il-kost kapitali eliġibbli. L-awtoritajiet Norveġiżi ma setgħux jipprovdu dettalji speċifiċi u jqisu li l-kontroll min-naħa tagħhom sar diffiċli minħabba n-nuqqas ta’ kontijiet separati. BKK Veilys sempliċiment għamlet referenza ġenerali għall-kapital li jista’ jkun involut fil-kostruzzjoni ta’ infrastruttura simili. Bl-istess mod bħal fil-każ tal-kumpens għat-tħaddim u l-manutenzjoni, dan in-nuqqas ta’ preċiżjoni huwa minnu nnifsu indikattiv tal-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 li ma ġiex irrispettat.

(208)

Jenħtieġ li jitqies ukoll l-użu tar-rata ta’ referenza tal-NVE. Peress li r-rata ta’ referenza tal-NVE hija rata tal-imgħax nominali li diġà tinkorpora l-inflazzjoni ġenerali, l-applikazzjoni tagħha fuq bażi kapitali stabbilita skont approċċ tal-kost ta’ sostituzzjoni tkun tinvolvi kumpens doppju għall-inflazzjoni ġenerali (183). Skont ir-regolament tal-NVE, li l-mekkaniżmu ta’ kumpens qiegħed jirrifletti b’mod ċar, ir-rata ta’ referenza tal-NVE hija applikata kif xieraq għall-valur kontabilistiku tal-assi tal-grilja tal-enerġija mqiegħda f’użu produttiv, jiġifieri għall-valur storiku tagħhom wara li jitnaqqsu d-deprezzament (184).

(209)

F’dan ir-rigward, l-ESA ħadet nota tan-nuqqas ta’ qbil bejn il-Muniċipalità u l-grupp BKK. Kif huwa stabbilit fit-Taqsima 3.5, jidher li filwaqt li l-Muniċipalità rrakkomandat l-użu tal-valur kontabilistiku għall-istabbiliment tal-bażi kapitali, il-grupp BKK argumenta favur l-użu tal-kost ta’ sostituzzjoni tal-assi. Barra minn hekk, jidher li dan in-nuqqas ta’ qbil kien prevalenti matul il-perjodu kkonċernat, u li l-bażi kapitali tista’, b’riżultat ta’ dan, tkun ġiet stabbilita b’mod li ma jkunx proporzjonat mar-regolamentazzjoni ta’ redditu adegwat fil-mekkaniżmu ta’ kumpens tal-ftehim ta’ bejgħ tal-1996.

(210)

Fl-aħħar nett, iċ-ċifri minn KOSTRA, kif huma ppreżentati fil-paragrafu (69), juru li matul il-perjodu mill-2015 sal-2019, il-Muniċipalità kellha l-ogħla kostijiet irreġistrati għad-dawl tat-toroq tal-akbar 10 muniċipalitajiet irrappreżentati. Filwaqt li ċ-ċifri ma humiex dettaljati biżżejjed sabiex jiġi konkluż sa liema punt il-kostijiet irreġistrati jikkonċernaw il-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) jew il-kost kapitali (il-miżura (c)), din hija indikazzjoni li l-grupp BKK ġie kkumpensat aktar minn livell adegwat ta’ redditu.

(211)

Għalhekk, it-totalità tal-informazzjoni sottomessa tindika li l-kumpens x’aktarx qabeż il-livell ta’ redditu adegwat permess mill-ftehim ta’ bejgħ tal-1996. Bl-istess mod bħal fir-rigward tal-kumpens għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)), dan jirrifletti nuqqas min-naħa tal-Muniċipalità li tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura li l-mekkaniżmu ta’ kumpens ikun ġie osservat. Bħala tali, il-Muniċipalità ma aġixxietx bħala xerrej privat.

5.4.6.4.   Konklużjoni

(212)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-ESA tikkonkludi li l-grupp BKK kien ikkumpensat iżżejjed għall-kost kapitali fir-rigward tad-dwal tat-toroq tiegħu tul it-toroq muniċipali f’Bergen.

(213)

Filwaqt li l-informazzjoni sottomessa tistabbilixxi li ngħata vantaġġ, hija ma poġġietx lill-ESA f’pożizzjoni li tiddetermina l-ammont tagħha. Dan huwa rifless fl-ordni ta’ rkupru stabbilita fit-Taqsima 10 ta’ hawn taħt.

5.5.   SELETTIVITÀ

(214)

Sabiex jammontaw għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, il-miżuri jridu jkunu selettivi billi jiffavorixxu “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”.

(215)

Il-miżuri jikkonċernaw il-kumpaniji fil-grupp BKK. Għalhekk, huma ta’ natura selettiva.

5.6.   EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ U FUQ IL-KOMPETIZZJONI

5.6.1.    Test ġuridiku

(216)

Il-vantaġġ mogħti lil impriża jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE biss jekk jikkawża “distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi jiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi” u biss sa fejn “jaffettwa l-kummerċ” bejn l-Istati taż-ŻEE. Sabiex dawn il-kriterji jiġu ssodisfati, ma huwiex meħtieġ li jiġi stabbilit li l-kompetizzjoni fil-fatt qiegħda tiġi mxekkla u li l-għajnuna għandha effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Huwa biżżejjed li jiġi eżaminat jekk l-għajnuna hijiex kapaċi tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ (185).

(217)

Rigward il-kundizzjoni li tappartjeni għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, ta’ min wieħed jinnota li fil-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat din id-distorsjoni tista’ tiġi eskluża biss meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet kumulattivi. Dawn il-kundizzjonijiet huma: (a) li s-servizz ikun soġġett għal monopolju legali stabbilit f’konformità mad-dritt taż-ŻEE; (b) li l-monopolju legali mhux biss jeskludi l-kompetizzjoni fis-suq, iżda wkoll għas-suq; (c) li s-servizz ma jkunx f’kompetizzjoni ma’ servizzi oħrajn; u (d) li jekk il-fornitur tas-servizz ikun attiv f’suq ieħor miftuħ għall-kompetizzjoni, is-sussidjar reċiproku jista’ jiġi eskluż (186).

(218)

F’ġurisprudenza reċenti, il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-paragrafu ekwivalenti fl-Avviż korrispondenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (187). Rigward il-kundizzjoni (b), dik il-Qorti enfasizzat li ma kienx biżżejjed li s-servizz ikun soġġett għal monopolju legali ġust. Il-monopolju legali jrid barra minn hekk jeskludi kull kompetizzjoni possibbli sabiex isir il-fornitur esklużiv tas-servizzi (188).

(219)

Rigward il-kundizzjoni li tikkonċerna effett fuq il-kummerċ, effett bħal dan huwa preżenti meta l-għajnuna ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża li tikkompeti fil-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Madankollu, ma huwiex meħtieġ li l-benefiċjarju jkun involut f’kummerċ bħal dan. Meta Stat taż-ŻEE jagħti għajnuna lil impriża, l-attività interna tiegħu tista’ tinżamm jew tiżdied sabiex jitnaqqsu l-opportunitajiet għall-impriżi stabbiliti fi Stati taż-ŻEE oħrajn sabiex jippenetraw is-suq. Għaldaqstant, il-karattru lokali jew reġjonali tas-servizzi ma huwiex biżżejjed sabiex jeskludi li l-għajnuna tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (189).

5.6.2.    L-applikazzjoni tat-test ġuridiku għall-każ inkwistjoni

(220)

La l-awtoritajiet Norveġiżi u lanqas BKK Veilys ma sostnew li l-attivitajiet ikkumpensati seħħew fil-mandat ta’ monopolju legali stabbilit legalment. Għaldaqstant, distorsjoni tal-kompetizzjoni ma tistax tiġi eskluża abbażi tal-kundizzjonijiet kumulattivi fil-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, imtenni fil-paragrafu (217) ta’ hawn fuq.

(221)

L-attivitajiet ikkumpensati jinkludu wkoll it-tħaddim u l-manutenzjoni tad-dwal tat-toroq. Meta l-Muniċipalità kellha kompetizzjoni għal dawn is-servizzi, hija rċeviet offerti minn ħafna impriżi differenti. Kien hemm ukoll diversi każijiet qabel il-KOFA dwar kuntratti ta’ dan is-suġġett li kienu, jew li kellhom ikunu, soġġetti għal offerti madwar iż-ŻEE kollha rreklamati fil-bażi tad-data TED (190). Għaldaqstant, l-ESA tosserva li hemm swieq stabbiliti fin-Norveġja għal servizzi li jappartjenu għat-tħaddim u l-manutenzjoni tad-dwal tat-toroq. Barra minn hekk, dawn is-swieq jinkludu kuntratti li jistgħu jkunu ta’ interess fiż-ŻEE kollha.

(222)

Kif huwa stabbilit fil-paragrafu (54), il-kumpaniji fil-grupp BKK huma attivi wkoll f’numru ta’ swieq oħrajn. Minkejja dan, l-awtoritajiet Norveġiżi ma jistgħux jeskludu li l-attivitajiet ekonomiċi l-oħrajn ġew issussidjati b’mod reċiproku.

(223)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ESA hija konvinta li l-vantaġġi mogħtija lill-grupp BKK jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni billi jippermettulhom iżommu jew isaħħu l-preżenza tas-swieq tagħha.

(224)

Meta wieħed iqis li l-awtoritajiet lokali fin-Norveġja regolarment joħorġu sejħiet għall-offerti għal kuntratti rigward il-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tat-toroq permezz ta’ sejħiet għall-offerti fiż-ŻEE kollha, barra minn hekk huwa realistiku li l-impriżi stabbiliti fi Stati taż-ŻEE oħrajn jikkunsidraw li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq fin-Norveġja fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet. Il-vantaġġi mogħtija lill-grupp BKK jistgħu, madankollu, jippermettuh iżomm jew jestendi l-attivitajiet tiegħu għad-detriment ta’ dawn il-kompetituri. Sa fejn seħħ sussidjar reċiproku, l-istess jista’ jkun minnu għal attivitajiet ekonomiċi fi swieq oħrajn miftuħa għall-kompetizzjoni.

(225)

Fuq din il-bażi, l-ESA ssib li l-kumpens żejjed jista’ jaffettwa wkoll il-kummerċ.

5.6.3.    Konklużjoni

(226)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ESA tikkonkludi li l-kumpens żejjed jista’ jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ.

5.7.   KONKLUŻJONI DWAR IL-PREŻENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(227)

Kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ESA tikkonkludi li l-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) u l-kost kapitali (il-miżura (c)) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

6.   GĦAJNUNA INDIVIDWALI JEW SKEMA TA’ GĦAJNUNA

(228)

L-Artikolu 1(d) tal-Parti II tal-Protokoll 3 jiddefinixxi “skema ta’ għajnuna” bħala “[…] kull att li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni oħra, jistgħu jingħataw għajnuniet individwali lill-impriżi li jkunu definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kull att li fuq il-bażi tiegħu għajnuna li ma tkunx konnessa ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil waħda jew ħafna impriżi għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit.” It-terminu “għajnuniet individwali” huwa definit fl-ittra (e) tal-istess Artikolu bħala “[…] għajnuna li ma tingħatax abbażi ta’ skema ta’ għajnuna u għotjiet notifikabbli ta’ għajnuna abbażi ta’ skema ta’ għajnuna.”

(229)

Fir-rigward ta’ dak li jikkonċerna li l-għajnuna mogħtija fir-rigward tal-infrastruttura kkontrollata mill-grupp BKK, hija tinkludi, kif stabbilit fit-Taqsimiet 5.4.4.1 u 5.4.6, ammonti li jaqbżu l-kumpens permess skont il-mekkaniżmu stabbilit fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ tal-1996. La l-awtoritajiet Norveġiżi u lanqas BKK Veilys ma identifikaw xi att preeżistenti li jippermetti kumpens żejjed bħal dan.

(230)

Bl-istess mod, fir-rigward tal-għajnuna li tikkonċerna l-manutenzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura tal-Muniċipalità, kif identifikat fit-Taqsima 5.4.4.2, l-awtoritajiet Norveġiżi u BKK Veilys ma allegawx li dan il-kumpens ingħata abbażi ta’ att kif definit fl-Artikolu 1(d) tal-Parti II tal-Protokoll 3. F’konformità ma’ dan, l-informazzjoni sottomessa matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma fiha l-ebda indikazzjoni li l-għajnuna ngħatat abbażi ta’ dan l-att.

(231)

Fuq din il-bażi, l-ESA tikkonkludi li l-għajnuna kkonċernata hija għajnuna individwali, kif huwa definit fl-Artikolu 1(e) tal-Parti II tal-Protokoll 3.

7.   REKWIŻITI PROĊEDURALI

(232)

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 “[l]-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe pjan li tingħata jew li tinbidel għajnuna. […] L-Istat ikkonċernat m’għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu qabel ma l-proċedura tkun irriżultat f’deċiżjoni finali”.

(233)

L-ESA l-ewwel ġiet informata bl-għajnuna li diġà ngħatat bis-saħħa tal-ilment. Għalhekk, l-għajnuna hija illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f) tal-Parti II tal-Protokoll 3.

8.   KOMPATIBBILTÀ

(234)

Mill-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jirriżulta li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor, il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat huma inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim. L-awtoritajiet Norveġiżi ma ressqu l-ebda argument li l-miżuri kkonċernati jammontaw għal għajnuna kompatibbli.

(235)

Id-deroga skont l-Artikolu 61(2) tal-Ftehim ŻEE ma hijiex applikabbli peress li l-għajnuna ma hijiex qiegħda tippromwovi xi wieħed mill-għanijiet elenkati f’din id-dispożizzjoni. Għall-istess raġuni, l-Artikolu 61(3)(a) u l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE ma japplikawx għall-każ inkwistjoni.

(236)

Fir-rigward tal-Artikolu 61(3)(c) tagħha, l-ESA tinnota li l-miżuri ta’ għajnuna jinvolvu kumpens żejjed li jaqbeż il-livell ta’ kumpens meħtieġ sabiex jiġu kkawżati l-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati. Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-għajnuna li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-benefiċjarju, mingħajr ma tkun meħtieġa għall-ilħuq tal-objettivi speċifikati fl-Artikolu 61(3), ma tistax titqies kompatibbli mal-Ftehim ŻEE (191). Għalhekk, peress li l-kumpens żejjed ma kienx meħtieġ sabiex jiġu kkawżati l-attivitajiet ekonomiċi inkwistjoni, huwa inkompatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

(237)

Fir-rigward tad-deroga fl-Artikolu 59(2) tal-Ftehim ŻEE, l-ESA tosserva, kif huwa stabbilit fit-Taqsima 5.4.2.2, li l-kumpaniji fil-grupp BKK ma kellhomx, u ma għandhomx, obbligu ta’ servizz pubbliku li jwettqu fir-rigward tas-servizzi kkonċernati. Peress li l-kumpens ma jingħatax fir-rigward ta’ impriża fdata b’servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, id-deroga fl-Artikolu 59(2) ma hijiex applikabbli.

(238)

Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ESA ssib li l-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) u l-kost kapitali (il-miżura (c)) ma jistgħux jiġu ddikjarati kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

9.   KONKLUŻJONI

(239)

Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, l-ESA tikkonkludi li l-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) u l-kost kapitali (il-miżura (c)), imħallas lill-kumpaniji fil-grupp BKK, fir-rigward tad-dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali fil-Muniċipalità, jammonta għal għajnuna illegali mill-Istat li hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

(240)

Il-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)), jikkonċerna, l-ewwel nett, l-infrastruttura tad-dwal tat-toroq ikkontrollata mill-grupp BKK (192). Fir-rigward ta’ din l-infrastruttura, il-kumpens żejjed jinkludi dawk l-elementi li jaqbżu l-kostijiet eliġibbli għal kumpens skont il-mekkaniżmu fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ tal-1996.

(241)

It-tieni, il-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) jikkonċerna servizzi fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq li hija proprjetà tal-Muniċipalità. Għal dawn is-servizzi, il-kumpens żejjed huwa ugwali għal dawk is-somom li jaqbżu l-prezz tas-suq li setgħu nkisbu fis-suq miftuħ.

(242)

Is-sejba ta’ kumpens żejjed illegali u inkompatibbli għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)), hija limitata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016. Fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq ikkontrollata mill-grupp BKK, il-kumpens żejjed għadu għaddej. Fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq li hija proprjetà tal-Muniċipalità, din tinkludi attivitajiet imwettqa sal-1 ta’ April 2020.

(243)

Fir-rigward tal-kumpens għall-kost kapitali (il-miżura (c)), l-għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli hija li l-kumpens li jaqbeż il-livell adegwat ta’ redditu permess mill-mekkaniżmu fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim ta’ bejgħ tal-1996. Peress li din is-sejba ma hijiex limitata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016, hija tinkludi l-kumpens żejjed kollu mogħti fil-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ 10 snin (193). Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġie interrott meta l-ESA bagħtet l-ilment lill-awtoritajiet Norveġiżi, u stednithom jikkummentaw dwaru, permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Ġunju 2017 (194).

10.   IRKUPRU

(244)

Il-Qorti tal-EFTA sostniet li l-obbligu li tiġi revokata l-għajnuna inkompatibbli huwa mfassal sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (195). Dak l-objettiv jintlaħaq ladarba r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli, u b’hekk jitlef il-vantaġġ li jkun gawda fuq il-kompetituri tiegħu (196). Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li, meta jiġi ordnat l-irkupru ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, l-ESA ma hijiex meħtieġa li tiffissa l-ammont eżatt tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata (197).

(245)

Il-Parti II tal-Protokoll 3 fiha regoli dettaljati dwar l-irkupru. F’konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 14(1) tiegħu jistabbilixxi obbligu fuq l-ESA li tordna l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli sakemm dan ma jkunx imur kontra prinċipju ġenerali tal-liġi. Dan jipprovdi wkoll li l-Istat tal-EFTA kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jirkupra l-għajnuna illegali mill-Istat li tinstab li hija inkompatibbli.

(246)

Skont l-Artikolu 14(2), l-għajnuna li tista’ tiġi rkuprata għandha tinkludi l-imgħax ikkalkolat mid-data li fiha l-għajnuna kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tal-irkupru tagħha. Kif huwa stipulat fl-Artikolu 14(3), l-irkupru għandu jsir ukoll mingħajr dewmien u f’konformità mal-proċeduri applikabbli skont il-liġi nazzjonali. Dawk il-proċeduri nazzjonali jridu jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni ta’ rkupru.

(247)

Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni addizzjonali dwar l-irkupru huma inklużi fid-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (198). L-ESA ħarġet ukoll Linji Gwida dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli (199).

(248)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija hawn fuq, u f’konformità mal-istipulazzjonijiet imsemmija hawn fuq dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli, l-ESA għalhekk adottat din id-deċiżjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) u l-kost kapitali (il-miżura (c)), imħallsa lill-kumpaniji fil-grupp BKK fir-rigward ta’ dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali fil-Muniċipalità, jammontaw għal għajnuna illegali mill-Istat li hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 2

Il-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)), jikkonċerna, l-ewwel nett, l-infrastruttura tad-dwal tat-toroq ikkontrollata mill-grupp BKK. Fir-rigward ta’ din l-infrastruttura, il-kumpens żejjed jinkludi dawk l-elementi li jaqbżu l-kostijiet eliġibbli għal kumpens skont il-mekkaniżmu fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ tal-1996.

It-tieni, il-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) jikkonċerna servizzi fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq li hija proprjetà tal-Muniċipalità. Għal dawn is-servizzi, il-kumpens żejjed huwa ugwali għal dawk is-somom li jaqbżu l-prezz tas-suq li setgħu nkisbu fis-suq miftuħ.

Artikolu 3

Il-kumpens żejjed għall-kost kapitali (il-miżura (c)) jinkludi l-kumpens li jaqbeż il-livell ta’ redditu adegwat permess mill-mekkaniżmu fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim ta’ bejgħ tal-1996.

Artikolu 4

Fir-rigward tal-kumpens għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)), is-sejba ta’ kumpens żejjed illegali u inkompatibbli hija limitata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016. Fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq ikkontrollata mill-grupp BKK, dan il-kumpens żejjed għadu għaddej. Fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq li hija proprjetà tal-Muniċipalità, il-kumpens żejjed jinkludi attivitajiet imwettqa sal-1 ta’ April 2020.

Artikolu 5

Fir-rigward tal-kumpens għall-kost kapitali (il-miżura (c)), l-għajnuna misjuba illegali u inkompatibbli tinkludi l-kumpens żejjed kollu mogħti fil-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ 10 snin fl-Artikolu 15 tal-Parti II tal-Protokoll 3. Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġie interrott meta l-ESA bagħtet l-ilment lill-awtoritajiet Norveġiżi, u stednithom jikkummentaw dwaru, permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Ġunju 2017.

Artikolu 6

L-awtoritajiet Norveġiżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupraw l-għajnuna illegali u inkompatibbli msemmija fl-Artikoli 1, 2, 3, 4 u 5.

L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi l-imgħax u l-imgħax kompost, ikkalkolat mid-data minn meta l-għajnuna kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data ta’ meta tiġi rkuprata. L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, kif emendat.

Artikolu 7

L-irkupru għandu jsir minnufih u f’konformità mal-proċeduri previsti mil-liġi nazzjonali tan-Norveġja, sakemm dawn jippermettu l-implimentazzjoni immedjata u effettiva ta’ din id-deċiżjoni.

L-awtoritajiet Norveġiżi jeħtiġilhom jassiguraw li l-irkupru tal-għajnuna jiġi implimentat fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Norveġiżi jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-Awtorità:

1.

l-ammont totali (imgħax prinċipali u mgħax ta’ rkupru) li għandu jiġi rkuprat;

2.

id-dati li fihom is-somom li għandhom jiġu rkuprati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-kumpaniji kkonċernati fil-grupp BKK;

3.

rapport dwar il-progress li sar u l-miżuri meħuda għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 9

Jekk l-awtoritajiet Norveġiżi jiltaqgħu ma’ diffikultajiet serji li jżommuhom milli jirrispettaw xi wieħed mill-iskadenzi stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8, huma jeħtiġilhom jinformaw lill-ESA b’dawn id-diffikultajiet. Sakemm l-awtoritajiet Norveġiżi jkunu ppreżentaw ġustifikazzjoni xierqa, l-ESA tista’ ttawwal l-iskadenzi f’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,

Arne RØKSUND

President

Membru tal-Kulleġġ Responsabbli

Stefan BARRIGA

Membru tal-Kulleġġ

Árni Páll ÁRNASON

Membru tal-Kulleġġ

Melpo-Menie JOSÉPHIDÈS

Kontrofirmat bħala Direttur,

Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)  id-Deċiżjoni Nru 27/19/COL tas-16 ta’ April 2019 biex tinfetaħ investigazzjoni formali dwar għajnuna mill-Istat potenzjali mogħtija fir-rigward tad-dwal tat-toroq f’Bergen, ĠU C 197, 13.6.2019, p. 25, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 46, 13.6.2019, p. 1.

(2)  Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-informazzjoni dwar Nelfo kienet disponibbli permezz ta’ din il-link: https://www.nho.no/en/english/nho-sectoral-federations/

(3)  Id-Dokument Nru 855990, b’annessi ppreżentati bħala d-Dokumenti Nri 855997, 855996, 855995, 858823, 858813, 858821, u 855991. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mis-sit web www.proff.no, l-isem ta’ BKK AS dan l-aħħar inbidel għal Eviny AS. Fid-dawl tal-perjodu ta’ żmien ikkonċernat, u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-konsistenza mad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-isem BKK AS madankollu jintuża f’din id-deċiżjoni. L-ismijiet tal-kumpaniji li jifdal imsemmija huma dawk użati fl-ilment, u fis-sottomissjonijiet magħmula mill-awtoritajiet Norveġiżi u mill-partijiet interessati.

(4)  Id-Dokument Nru 858239.

(5)  Id-Dokumenti Nri 863097, 863099, 864432, u 864434.

(6)  Id-Dokument Nru 872926.

(7)  Ibid.

(8)  Id-Dokument Nru 873252.

(9)  Id-Dokument Nru 923689.

(10)  Id-Dokument Nru 1058456.

(11)  It-tifqigħa tal-COVID-19, u l-ammont ta’ xogħol straordinarju relatat f’termini ta’ każijiet ta’ notifika, affettwaw il-ġestjoni tal-każ ta’ dan l-ilment.

(12)  Id-Dokument Nru 1070238.

(13)  Id-Dokument Nru 1073541, li jinkludi l-annessi rreġistrati bħala d-Dokumenti Nri 1073542 u 1073543.

(14)  Id-Dokument Nru 1082647.

(15)  Id-Dokument Nru 1126799.

(16)  Id-Dokument Nru 1126803.

(17)  Id-Dokument Nru 1126801.

(18)  Id-Dokument Nru 1178400.

(19)  L-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu permezz ta’ ittra elettronika tat-12 ta’ April 2021, irreġistrata bħala d-Dokument Nru 1202143. L-ittra ta’ akkumpanjament bid-dokumenti mehmuża huma rreġistrati bħala d-Dokumenti Nri 1194243, 1194249, 1194179, 1194189, 1194181, 1194183, 1194199, 1194185, 1194187, 1194217, 1194191, 1194193, 1194197, 1194195, 1194255, 1194253, 1194205, 1194201, 1194203, 1194209, 1194207, 1194211, 1194213, 1194223, 1194215, 1194229, 1194219, 1194221, 1194225, 1194233, 1194227, 1194235, 1194231, 1194239, 1194251, 1194237, 1194245, 1194241, u 1194247.

(20)  Id-Dokument Nru 863099, p. 1. Aktar informazzjoni hija inkluża taħt il-punti 3 u 4 hawn taħt dwar il-kummenti mill-awtoritajiet Norveġiżi u mill-partijiet interessati.

(21)  Iċ-ċifri huma mis-sit web www.proff.no.

(22)  Id-Dokument Nru 1126803, p. 1, u d-Dokument Nru 1126801, p. 1.

(23)  Ara l-paragrafi 19 u 34 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(24)  Id-Dokument Nru 855990, p. 6.

(25)  Id-Dokument Nru 855990, p. 7-10.

(26)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, EU:C:2003:415, il-punti 87-93.

(27)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8), imsemmi fil-punt 1ha tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 225/2012, ippubblikata fil-ĠU L 81, 21.3.2013, p. 27 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 18, 21.3.2013, p. 32, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1923 tas-7 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 360/2012 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu (ĠU L 313, 10.12.2018, p. 2), ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 266/2019 (għadha ma ġietx ippubblikata), u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1474 tat-13 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 360/2012 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu tiegħu ta’ applikazzjoni u deroga limitata fiż-żmien għal impriżi f’diffikultà biex iqisu l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 337, 14.10.2020, p. 1), ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 68/2021 (għadha ma ġietx ippubblikata).

(28)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3), imsemmija fil-punt 1h tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 66/2012 ippubblikata f’ĠU L 207, 2.8.2012, p. 46 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 43, 2.8.2012, p. 56.

(29)  Id-Dokument Nru 855990, p. 8.

(30)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 3.

(31)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 3.

(32)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 3.

(33)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 3.

(34)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 3.

(35)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 2.

(36)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 4.

(37)  Id-Dokument Nru 1194189, p. 2 (impaġinat 1372).

(38)  Id-Dokument Nru 1194189, p. 2-3 (impaġinati 1372 u 1373).

(39)  Id-Dokument Nru 1194189, p. 5 (impaġinat 1375).

(40)  Id-Dokument Nru 1194189, p. 5 u 7 (impaġinati 1375 u 1376).

(41)  Id-Dokument Nru 1194179.

(42)  Id-Dokument Nru 1194249.

(43)  Id-Dokument Nru 1194179. It-taqsima taqra kif ġej fil-kliem oriġinali Norveġiż: “[…] kjøperen står fritt til å avtale på markedsmessige betingelser drift av veilys som skal innebære kostnadsdekning + NVE rente for den kapital som er bundet.”

(44)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 3-4, u d-Dokument Nru 1194183.

(45)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 6.

(46)  Id-Dokument Nru 1194253, p. 1-5.

(47)  Id-Dokument Nru 1194253.

(48)  Id-Dokument Nru 1194253.

(49)  Id-Dokument Nru 1194205, p. 1-5.

(50)  Kopja tal-kuntratt ġiet sottomessa lill-ESA fit-28 ta’ Frar 2019. Din ġiet irreġistrata bħala d-Dokument Nru 1058456.

(51)  Id-Dokument Nru 1058456.

(52)  Id-Dokument Nru 1194203.

(53)  Id-Dokument Nru 1194209.

(54)  Id-Dokument Nru 1194211.

(55)  Id-Dokument Nru 1194213.

(56)  Id-Dokument Nru 1194223.

(57)  Id-Dokument Nru 1194201.

(58)  Dan il-kuntratt jissemma fl-ittra rreġistrata bħala d-Dokument Nru 1194203.

(59)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 4, u d-Dokument Nru 1194249, p. 13.

(60)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 13.

(61)  Id-Dokument Nru 1194251 taħt il-punti 1.6, 2.2, u 8.

(62)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 13.

(63)  Id-Dokument Nru 1194231.

(64)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 14.

(65)  Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-informazzjoni aggregata dwar is-servizzi pprovduti mill-grupp BKK kienet disponibbli fuq: https://www.eviny.no/vare-tjenester.

(66)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 1.

(67)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 15.

(68)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 15.

(69)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 16.

(70)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 4.

(71)  Id-Dokument Nru 1126803, p. 2.

(72)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 4, 6 u 7.

(73)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 4.

(74)  Lov om vegar (l-Att dwar it-Toroq), LOV-1963-06-21-23.

(75)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 4.

(76)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 4, u d-Dokument Nru 1194249, p. 5.

(77)  L-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu b’mod ġenerali għas-sentenza f’“Selex”. Abbażi ta’ korrispondenza preċedenti, u d-deċiżjoni tal-ftuħ, l-ESA tqis li l-awtoritajiet Norveġiżi qegħdin jirreferu għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Marzu 2009, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, C-113/07P, EU:C:2009:191, kif ukoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2006, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, T-155/04, EU:T:2006:387.

(78)  Id-Dokument Nru 1126803, p. 1, u d-Dokument Nru 1126801, p. 4-9.

(79)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 3/17/COL tat-18 ta’ Jannar 2017 li temenda, għall-mija u t-tieni darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi Linji Gwida ġodda dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea [2017/2413], ĠU L 342, 21.12.2017, p. 35-84 u s-Suppliment ŻEE Nru 82, 21.12.2017, p. 1.

(80)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 5-6.

(81)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 6.

(82)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 6.

(83)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 6.

(84)  Id-Dokument Nru 1126803, p. 2.

(85)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 7.

(86)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 7.

(87)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 7.

(88)  Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, it-terminu KOSTRA huwa taqsira għal KOmmune-STat-RApportering. L-għan ewlieni tal-aggregazzjoni tad-data f’KOSTRA huwa li jiġi speċifikat il-livell tal-kost ta’ diversi servizzi pubbliċi. L-istatistika hija ġestita minn Statistics Norway (SSB). Ara d-Dokument Nru 1194249, p. 10.

(89)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 7, u d-Dokument Nru 1194249, p. 10. It-tabella tinsab fil-paġna 10 tad-Dokument Nru 1194249.

(90)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 7, u d-Dokument Nru 1194249, p. 16.

(91)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 7-8, u d-Dokument Nru 1194249, p. 16.

(92)  Ibid.

(93)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 11.

(94)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 8, u d-Dokument Nru 1194249, p. 12.

(95)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 8.

(96)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 12.

(97)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 11-12.

(98)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 11.

(99)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 8, u d-Dokument Nru 1194249, p. 7.

(100)  Id-Dokument Nru 1194179. Kif huwa stabbilit fin-nota f’qiegħ il-paġna 43, l-entrata taqra kif ġej fil-kliem oriġinali Norveġiż: “[…] kjøperen står fritt til å avtale på markedsmessige betingelser drift av veilys som skal innebære kostnadsdekning + NVE rente for den kapital som er bundet.”

(101)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 7-8.

(102)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 8, u d-Dokument Nru 1194229, p. 4.

(103)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 8, u d-Dokument Nru 1194221.

(104)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 8-9, u d-Dokument Nru 1194225.

(105)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 9.

(106)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 8, u d-Dokument Nru 1194233.

(107)  Id-Dokument Nru 1194227.

(108)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 9-10.

(109)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 8, u d-Dokument Nru 1194249, p. 10.

(110)  Id-Dokument Nru 1194235.

(111)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 10.

(112)  Id-Dokument Nru 1194249, p. 10.

(113)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 2.

(114)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 2.

(115)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 2.

(116)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 1-2.

(117)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 2.

(118)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 1.

(119)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 3.

(120)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 3.

(121)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 3.

(122)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 3.

(123)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 2-3.

(124)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 3.

(125)  Id-Dokument Nru 1073541, p. 3.

(126)  Id-Deċiżjoni Nru 3/17/COL tat-18 ta’ Jannar 2017, ikkwotata fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna.

(127)  Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tas-17 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża E-9/19 Abelia u WTW AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-punt 87; Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-21 ta’ Frar 2008 fil-Kawża E-5/07 Private Barnehagers Landsforbund vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [2008] EFTA Ct. Rep. 62, il-punt 78; Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tat-22 ta’ Marzu 2002 fil-Kawża E-8/00, Landsorganisasjonen i Norge vs Kommunenes Sentralforbund et [2002] EFTA Ct. Rep. 114, il-punt 62.

(128)  Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-10 ta’ Mejju 2011 fil-Kawżi Magħquda E-4/10, E-6/10 u E-7/10, Il-Prinċipat tal-Liechtenstein et vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [2011] EFTA Ct. Rep. p. 16, il-punt 54; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs L-Italja, 118/85, EU:C:1987:283, il-punt 7; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-35/96, EU:C:1998:303, il-punt 36; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2000, Pavlov et, il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, EU:C:2000:428, il-punt 75.

(129)  Abelia u WTW AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 88; Private Barnehagers Landsforbund vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 80.

(130)  Abelia u WTW AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 89; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Novembru 2019, Aanbestedingskalender et vs Il-Kummissjoni, C-687/17 P, EU:C:2019:932, il-punti 15-16.

(131)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Frar 1993, Poucet u Pistre vs AGF u Cancava, il-Kawżi Magħquda C-159/91 u C-160/91, EU:C:1993:63, il-punti 16 sa 20.

(132)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Lulju 2008, Motosykletistiki Omospondia Ellados NPID (MOTOE) vs Elliniko Dimosio, C-49/07, EU:C:2008:376, il-punt 25.

(133)  Abelia u WTW AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 90; Aanbestedingskalender et vs Il-Kummissjoni, ikkwotata fin-nota 130 f’qiegħ il-paġna, il-punti 17-19; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012, Compass-Datenbank GmbH vs Ir-Repubblika tal-Awstrija, C-138/11, EU:C:2012:449, il-punt 38.

(134)  Private Barnehagers Landsforbund vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punti 80-81.

(135)  Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-10 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża E-13/19, Hraðbraut ehf. v mennta- og menningarmálaráðuneytið, Verzlunarskóli Íslands ses., Tækniskólinn ehf., u Menntaskóli Borgarfjarðar ehf., il-punt 91; Private Barnehagers Landsforbund vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 81; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Settembru 1988, L-Istat Belġjan vs Humbel u Edel., 263/86, EU:C:1988:451, il-punt 17.

(136)  L-Istat Belġjan vs Humbel u Edel, ikkwotata fin-nota 135 f’qiegħ il-paġna, il-punt 17.

(137)  L-Istat Belġjan vs Humbel u Edel, ikkwotata fin-nota 135 f’qiegħ il-paġna, il-punt 16.

(138)  Hraðbraut ehf., ikkwotata fin-nota 135 f’qiegħ il-paġna, il-punt 92.

(139)  Private Barnehagers Landsforbund vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punti 82-84.

(140)  Abelia u WTW AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punti 95-97.

(141)  Is-sentenza tas-27 ta’ Ġunju 2017, Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania vs Ayuntamiento de Getafe, C-74/16, EU:C:2017:496, il-punt 51.

(142)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 7.

(143)  Id-Dokument Nru 1126801, p. 4, u d-Dokument Nru 1194249, p. 5.

(144)  Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, ikkwotati fin-nota 77 f’qiegħ il-paġna.

(145)  Il-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna.

(146)  Abelia u WTW AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 88; Private Barnehagers Landsforbund vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 80.

(147)  Id-Dokument Nru 1194227, p. 2.

(148)  Id-Deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2022, Otera Traftec AS vs Il-Muniċipalità ta’ Lillehammer, il-Kawża 2021/1439; Id-Deċiżjoni tal-24 ta’ Marzu 2021, Nett-Tjenester AS vs Il-Muniċipalità ta’ Fredrikstad, il-Kawża 2021/367; Id-Deċiżjoni tal-14 ta’ Settembru 2015, Nettpartner AS vs Il-Muniċipalità ta’ Stavanger et, il-Kawżi Magħquda 2015/47, 2015/48, 2015/49 u 2015/50; Id-Deċiżjoni tat-2 ta’ Settembru 2015, Traftec AS vs Il-Muniċipalità ta’ Vest-Agder County, il-Kawża 2015/71. Id-deċiżjonijiet huma disponibbli fuq: https://www.klagenemndssekretariatet.no/klagenemda-for-offentlige-anskaffelser-kofa/.

(149)  Ara t-Taqsimiet 3.1.3 u 3.1.4.

(150)  Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, ikkwotati fin-nota 77 f’qiegħ il-paġna.

(151)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, ikkwotata fin-nota 77 f’qiegħ il-paġna, il-punt 1.

(152)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikkwotata fin-nota 77 f’qiegħ il-paġna, il-punti 71-72.

(153)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikkwotata fin-nota 77 f’qiegħ il-paġna, il-punti 116-117.

(154)  Il-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna.

(155)  Il-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 48 u l-ġurisprudenza kkwotata.

(156)  Il-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 66; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1996, Syndicat français de l’Express international (SFEI) et vs La Poste et, C-39/94, EU:C:1996:285, il-punt 60; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, EU:C:1999:210, il-punt 41.

(157)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni, 173/73, EU:C:1974:71, il-punt 13; Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tas-17 ta’ Awwissu 2012 fil-Kawża E-12/11 Asker Brygge vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [2012] EFTA Ct. Rep. p. 536, il-punt 55; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Novembru 2003, Ministère de l’Économie, des Finances et de l’Industrie vs GEMO SA, C-126/01, EU:C:2003:622, il-punt 28.

(158)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 1999, BAI vs Il-Kummissjoni, T-14/96, EU:T:1999:12, il-punt 71.

(159)  Altmark, ikkwotat fin-nota 26 f’qiegħ il-paġna, il-punti 87-93.

(160)  ĠU L 161, 13.6.2013, p. 12 (l-Anness I) u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 34, 13.6.2013, p. 1 (l-Anness I).

(161)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Diċembru 2017, Comunidad Autónoma del País Vasco et vs Il-Kummissjoni, C-66/16 P, EU:C:2017:654, il-punti 72-73.

(162)  Ibid, il-punti 74-75.

(163)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Franċiża, C-159/94, EU:C:1997:501, il-punt 65.

(164)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2012, Coordination bruxelloise d’institutions sociales et de santé (CBI) vs Il-Kummissjoni, T-137/10, EU:T:2012:584, il-punt 109.

(165)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni, T-461/13, EU:T:2015:891, il-punt 71. Is-sentenza ġiet ikkonfermata fuq appell fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Diċembru 2017, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-81/16 P, EU:C:2017:1003. Ara b’mod partikolari l-punt 49 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(166)  Il-paragrafu 33 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(167)  Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 76; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1991, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-305/89, EU:C:1991:142, il-punt 19; Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-228/99 u T-233/99, EU:T:2003:57, il-punt 208.

(168)  Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 77; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs Électricité de France (EDF), C-124/10 P, EU:C:2012:318, il-punti 79, 80 u 81.

(169)  Westdeutsche Landesbank Girozentrale, ikkwotata fin-nota 167 f’qiegħ il-paġna, il-punti 245-246.

(170)  Syndicat français de l’Express International (SFEI), ikkwotata fin-nota 156 f’qiegħ il-paġna, il-punti 60-61.

(171)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Settembru 2010, Il-Kummissjoni vs Scott SA, C-290/07 P, EU:C:2010:480, il-punt 68. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022, Petra Flašker vs Il-Kummissjoni, T-392/20, EU:T:2022:245, fil-punt 42.

(172)  Électricité de France (EDF), ikkwotata fin-nota 168 f’qiegħ il-paġna, il-punt 102.

(173)  Westdeutsche Landesbank Girozentrale, ikkwotata fin-nota 167 f’qiegħ il-paġna, il-punti 245 u 246.

(174)  Ara fir-rigward tal-ftehimiet dwar l-opzjoni s-sentenza f’Asker Brygge, ikkwotata fin-nota 157 f’qiegħ il-paġna, fil-punt 57 b’aktar referenzi għall-ġurisprudenza.

(175)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Lulju 2003, Chronopost vs Ufex et, il-Kawżi Magħquda C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01 P, EU:C:2003:388, il-punti 36-37.

(176)  Ibid, il-punti 38-40.

(177)  Il-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafi 89-96.

(178)  Fl-ittra tat-12 ta’ April 2021, irreġistrata bħala d-Dokument Nru 1194249, fil-paġna 11 l-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li “l-kundizzjonijiet u t-termini fil-ftehim operazzjonali u ta’ manutenzjoni bejn il-Muniċipalità ta’ Bergen u Veilys AS ma kinux mibdula minħabba l-installazzjoni tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED.”

(179)  Ara l-paragrafu (163) ta’ hawn fuq b’referenzi għall-ġurisprudenza.

(180)  L-iskeda informattiva Nru 3/2021 tal-NVE, aġġornata l-aħħar fl-14 ta’ Diċembru 2021. Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-iskeda informattiva kienet disponibbli fuq il-link li ġejja: https://webfileservice.nve.no/API/PublishedFiles/Download/968a7fea-1dde-4094-836a-6ad8ef9aef7c/202119109/3425690

(181)  L-iskeda informattiva Nru 8/2021 tal-NVE, aġġornata l-aħħar fl-14 ta’ Diċembru 2021. Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-iskeda informattiva kienet disponibbli fuq il-link li ġejja: https://webfileservice.nve.no/API/PublishedFiles/Download/6c8f4e29-3c0e-418c-a1b4-3d366df1bd71/202119109/3425693

(182)  Ibid.

(183)  L-iskeda informattiva Nru 8/2021 tal-NVE, imsemmija fin-nota 181 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

(184)  L-iskeda informattiva Nru 3/2021 tal-NVE, imsemmija fin-nota 180 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

(185)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Lulju 2019, Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Azienda Napoletana Mobilità SpA, C-659/17, EU:C:2019:633, il-punt 29 u l-ġurisprudenza kkwotata.

(186)  Il-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 188.

(187)  L-Avviż tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE, ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1.

(188)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Arriva Italia Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, C-385/18, EU:C:2019:1121, il-punti 57-58.

(189)  L-INPS, ikkwotata fin-nota 185 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafi 30-31 u l-ġurisprudenza kkwotata.

(190)  Il-Kawżi 2021/1439, 2021/367, u 2015/71, ikkwotati fin-nota 148 f’qiegħ il-paġna.

(191)  Ara f’dak ir-rigward is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2008, Nuova Agricast Srl vs Ministero delle Attività Produttive, C–390/06, EU:C:2008:224, il-punt 68 u l-ġurisprudenza kkwotata.

(192)  Abbażi tal-informazzjoni sottomessa, huwa l-fehim tal-ESA li dawn id-dwal tat-toroq bħalissa huma proprjetà ta’ Veilys AS.

(193)  L-Artikolu 15 tal-Parti II tal-Protokoll 3. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2005, Scott SA vs Il-Kummissjoni, C-276/03, EU:C:2005:590.

(194)  Id-Dokument Nru 858239.

(195)  Il-Prinċipat tal-Liechtenstein et, ikkwotata fin-nota 128 f’qiegħ il-paġna, il-punt 142; Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tat-8 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawżi Magħquda E-10/11 u E-11/11, Hurtigruten ASA vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [2012] Rapport tal-Qorti tal-EFTA p. 758, il-punt 286.

(196)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, EU:C:1999:311, il-punti 64 u 65; Il-Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord, PIL et u In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [2005] EFTA Ct. Rep. 121 fil-punt 178; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Marzu 2002, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-310/99, EU:C:2002:143, il-punt 98.

(197)  Ara l-Linji Gwida dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, imsemmija fin-nota 199 f’qiegħ il-paġna hawn taħt, fil-paragrafu 36 b’referenzi għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Ottubru 2000, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-480/98, EU:C:2000:559, il-punt 25, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 1988, Kwekerij Gebroeders van der Kooy BV et vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda C-67/85, C-68/85, u C-70/85, EU:C:1988:38. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Frar 2014, Mediaset SpA vs Ministero dello Sviluppo economico, C-69/13, EU:C:2014:71, fil-punt 21 b’referenzi għall-ġurisprudenza.

(198)  Id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26/2006, 25.5.2006, p. 1, kif emendat mid-Deċiżjoni Nru 789/08/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tas-17 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-Kulleġġ dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-formoli standard għan-notifika tal-għajnuna, ĠU L 340, 22.12.2010, p. 1, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 72/2010, 22.12.2010, p. 1.

(199)  Id-Deċiżjoni Nru 788/08/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tas-17 ta’ Diċembru 2008 li temenda, għas-67 darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32-78, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23/2011, 21.4.2011, p. 1. Dawn il-Linji Gwida jikkorrispondu għall-Avviż tal-Kummissjoni intitolat Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri sabiex tiġi rkuprata għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi, ĠU 2007 C 272, 15.11.2007, p. 4.