7.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/13


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Héraðsdómur Reykjavíkur bid-data tat-8 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża ta’ Anna Bryndís Einarsdóttir vs it-Teżor tal-Iżlanda

(Il-Kawża E-5/21)

(2022/C 153/07)

Saret talba lill-Qorti tal-EFTA, bid-data tat-8 ta’ Diċembru 2021, minn Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavik), li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fit-13 ta’ Diċembru 2021, għal Opinjoni Konsultattiva fil-Kawża ta’ Anna Bryndís Einarsdóttir vs it-Teżor Iżlandiż dwar il-mistoqsija li ġejja:

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ara wkoll l-Artikolu 21(3) tar-Regolament), jobbliga lil Stat taż-ŻEE, meta jikkalkula l-pagamenti b’rabta mal-liv tal-maternità/tal-paternità, jikkalkula l-introjtu ta’ referenza fuq il-bażi tal-pagi aggregati ta’ persuna fis-suq tax-xogħol fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha? Tkun qed tinkiser id-dispożizzjoni msemmija hawn fuq u l-prinċipji tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ara, pereżempju, l-Artikolu 29 taż-ŻEE), jekk jitqiesu biss il-pagi aggregati ta’ persuna fis-suq tax-xogħol domestiku?