17.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/4


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

(2021/C 234/04)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

18 ta’ Marzu 2021

In-Nru tal-Każ

86433

In-Nru tad-Deċiżjoni

019/21/COL

L-Istat tal-EFTA

In-Norveġja

It-titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

COVID-19 - Skema ta’ għajnuna għall-industrija tal-avvenimenti

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika nazzjonali hija Deċiżjoni Parlamentari u ittra ta’ assenjazzjoni lil Innovation Norway mill-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd

It-tip ta’ miżura

Skema

Objettiv

L-għoti ta’ aċċess għal-likwidità lill-impriżi li qed jaffaċċjaw nuqqas ta’ likwidità f’daqqa minħabba l-impatt tat-tifqigħa COVID-19 fuq l-ekonomija.

L-għamla tal-għajnuna

Għotjiet

Baġit

NOK 50 miljun

Intensità

Sa 80% tal-ispejjeż eliġibbli għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju.

Sa 70% tal-ispejjeż eliġibbli għal impriżi żgħar.

L-ispejjeż għall-assi tanġibbli u intanġibbli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett sa massimu ta’ 50%.

L-għajnuna għall-istudji ta’ fattibbiltà hija limitata għal NOK 500 000 għal kull impriża.

Id-durata

Mit-18 ta’ Marzu 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Setturi ekonomiċi

attivitajiet ta’ forniment tal-ikel (NACE 56.210)

Produzzjoni ta’ films, vidjows u televiżjoni (NACE 59.110)

servizzi ta’ programmar (NACE 62.010)

attivitajiet speċjali ta’ disinn (NACE 74.1)

attivitajiet ta’ kiri u twillija (NACE 77)

attivitajiet ta’ sigurtà privata (NACE 80.1)

organizzazzjoni ta’ konvenzjonijiet u wirjiet kummerċjali (NACE 82.3)

attivitajiet oħra ta’ servizz ta’ appoġġ għan-negozju li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor (NACE 82.990)

servizzi relatati ma’ attivitajiet ta’ divertiment (NACE 90.020).

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

Innovation Norway

Pb. 448 Sentrum,

Akersgata 13,

0104 Oslo

IN-NORVEĠJA

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/