14.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/37


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA Nru 276/21/COL

tat-8 ta’ Diċembru 2021

fuq il-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2022–2027 (In-Norveġja) [2022/1213]


1   SOMMARJU

(1)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (EFTA Surveillance Authority, “ESA”) tixtieq tinforma lill-awtoritajiet Norveġiżi li, wara li vvalutat il-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2022–2027, l-ESA tqisha kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (Regional Aid Guidelines, “RAG”) (1).

(2)

Din id-deċiżjoni tirrappreżenta l-valutazzjoni tal-ESA tal-mappa tal-għajnuna reġjonali skont il-paragrafu 190 tal-Linji Gwida. Il-mappa approvata tikkostitwixxi parti integrali mil-Linji Gwida (2). Il-mappa tal-għajnuna reġjonali nnifisha ma tinvolvi l-ebda għajnuna mill-Istat u ma tikkostitwixxix awtorizzazzjoni biex tingħata din l-għajnuna.

(3)

L-ESA bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.

2   PROĊEDURA

(4)

Fl-1 ta’ Diċembru 2021, l-ESA adottat il-Linji Gwida l-ġodda tagħha bid-Deċiżjoni Nru 269/21/COL. Il-Linji Gwida l-ġodda stabbilew kundizzjonijiet li skonthom l-għajnuna reġjonali notifikabbli tista’ titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (3). Jistabbilixxu wkoll kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà skont l-Artikolu 61(3)(a) u l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE (4).

(5)

Skont il-paragrafu 150 tal-Linji Gwida, iż-żoni li l-Istati taż-ŻEE-EFTA jixtiequ jiddeżinjaw bħala żoni “a” jew “c” iridu jiġu identifikati f’mappa tal-għajnuna reġjonali. Skont il-paragrafu 189 tal-Linji Gwida, jenħtieġ li kull Stat taż-ŻEE-EFTA jinnotifika mappa unika tal-għajnuna reġjonali lill-ESA, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027. F’dan l-ispirtu, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw il-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2022–2027 permezz ta’ ittra bid-data tat-2 ta’ Diċembru 2021 (5).

3   ŻONI ELIĠIBBLI DDEŻINJATI MILL-AWTORITAJIET NORVEĠIŻI

3.1   Sfond

(6)

Il-kopertura tal-għajnuna reġjonali disponibbli għall-perjodu 2022–2027 hija stabbilita għal kull Stat taż-ŻEE-EFTA fl-Anness I tal-Linji Gwida. L-allokazzjoni tan-Norveġja tikkonsisti f’żoni “c” predefiniti u mhux predefiniti.

(7)

L-awtoritajiet Norveġiżi jistgħu jużaw din l-allokazzjoni biex jiddeżinjaw żoni “c” predefiniti u mhux predefiniti. Il-prinċipji li jirregolaw din id-deżinjazzjoni jinsabu rispettivament fil-paragrafi 168 u 169, u fil-paragrafu 175, tal-Linji Gwida.

3.2   Żoni “c” predefiniti

3.2.1   Introduzzjoni

(8)

Skont il-paragrafu 168 tal-Linji Gwida, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw iż-żoni “c” predefiniti msemmija fil-paragrafu 166 bħala żoni “c”. Dawn l-oqsma huma identifikati fl-Anness I tal-Linji Gwida.

(9)

Il-paragrafu 169 jippermetti approċċ flessibbli fejn żoni skarsament popolati u żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna, għajr dawk predefiniti bħala eliġibbli, jistgħu jiġu ddeżinjati skont ċerti kundizzjonijiet.

(10)

Fil-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2014–2020, l-awtoritajiet Norveġiżi ddeżinjaw żoni skarsament popolati. Iż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna ma ġewx identifikati (6). Minflok, l-awtoritajiet Norveġiżi ddeżinjaw żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna fil-kuntest ta’ skema ta’ għajnuna operatorja li kienet kontinġenti fuq il-limitazzjoni għal żoni bħal dawn (7).

(11)

In-nota 65 f’qiegħ il-paġna tal-Linji Gwida fiha speċifikazzjoni ġdida fejn jenħtieġ li żoni skarsiament popolati u żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna jiġu identifikati fuq il-mappa tal-għajnuna reġjonali. Abbażi ta’ dan, l-awtoritajiet Norveġiżi, fin-notifika tagħhom, inkludew identifikazzjoni taż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna ddeżinjati, ekwivalenti għal dik li saret qabel fil-kuntest ta’ skema ta’ għajnuna operatorja.

(12)

Għaldaqstant, l-ESA l-ewwel se tivvaluta d-deżinjazzjoni ta’ żoni skarsament popolati tal-awtoritajiet Norveġiżi. Imbagħad, l-ESA se tivvaluta d-deżinjazzjoni ta’ żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna tal-awtoritajiet Norveġiżi f’dawn iż-żoni. Kif meħtieġ mill-aħħar sentenza tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida, l-ESA se tqis il-popolazzjoni kemm fiż-żoni skarsament popolati kif ukoll fiż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna meta tivvaluta l-konformità mal-limitu massimu tal-kopertura tal-popolazzjoni.

(13)

Mid-definizzjoni fil-paragrafu 19(30) tal-Linji Gwida jirriżulta li ż-żoni kollha ddeżinjati abbażi tal-paragrafu 169 huma skarsament popolati. F’konformità ma’ dan, meta tivvaluta l-konformità mal-limitu massimu tal-kopertura tal-popolazzjoni, l-ESA se tgħodd il-popolazzjoni f’dawk iż-żoni li huma kemm skarsament popolati kif ukoll li għandhom popolazzjoni baxxa ħafna darba biss.

3.2.2   Żoni skarsament popolati

3.2.2.1   Żewġ kontej inklużi fl-intier tagħhom

(14)

L-ewwel u t-tieni sentenza tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida jistipulaw li, “[f]il-prinċipju, fil-każ ta’ żoni skarsament popolati, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw reġjuni ta’ NUTS 2 b’anqas minn tmien abitanti għal kull km2 jew reġjuni ta’ NUTS 3 b’anqas minn 12,5[-il] abitant għal kull km2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw partijiet ta’ reġjuni ta’ NUTS 3 b’anqas minn 12,5-il abitant għal kull km2 jew żoni kontigwi oħrajn maġenb dawk ir-reġjuni ta’ NUTS 3, sakemm dawn iż-żoni jkollhom anqas minn 12,5-il abitant għal kull km2 .”

(15)

Fin-Norveġja, ir-reġjuni statistiċi fil-livell 3 jikkonsistu f’kontej, filwaqt li r-reġjuni statistiċi fil-livell 2 jikkonsistu f’reġjuni akbar (8).

(16)

Il-kontej ta’ Troms og Finnmark u Nordland huma inklużi fl-intier tagħhom. Abbażi taċ-ċifri mill-1 ta’ Jannar 2020 (9), id-densitajiet tal-popolazzjoni f’dawn il-kontej huma 3,4 u 6,7 abitanti għal kull km2, rispettivament (10). Abbażi tal-istess data tal-popolazzjoni, il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni tammonta għal 484 546 abitant (11).

3.2.2.2   Reġjuni inklużi parzjalment

(17)

It-tieni sentenza tal-paragrafu 169 tipprevedi l-possibbiltà tad-deżinjazzjoni ta’ partijiet ta’ reġjuni statistiċi fil-livell 3 b’inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2, jew żoni kontigwi oħra maġenb dawk ir-reġjuni statistiċi fil-livell 3, sakemm dawn iż-żoni jkollhom inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2. Għaldaqstant, il-possibbiltà li jiġu inklużi (swap in) żoni kontigwi hija riflessa mill-possibbiltà li jiġu esklużi (swap out) żoni fir-reġjuni statistiċi fil-livell 3 b’inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2.

(18)

F’konformità ma’ dan, partijiet mir-reġjuni tal-livell 3 ta’ Innlandet u Trøndelag huma esklużi mill-mappa tal-għajnuna reġjonali, filwaqt li żoni f’reġjuni oħra tal-livell 3 huma inklużi (12).

3.2.2.3   Żoni iżgħar li huma esklużi

(19)

It-Tabella 1 ta’ hawn taħt telenka ż-żoni fir-reġjuni tal-livell 3 ta’ Innlandet u Trøndelag li huma esklużi (13):

Tabella 1

Żoni iżgħar li huma esklużi

Reġjun tal-Livell 3

Żoni (muniċipalitajiet)

Densità tal-popolazzjoni

Innlandet

Hamar, Lillehammer, Gjøvik, Ringsaker, Løten, Stange, Elverum, Gran, u Østre Toten

34,5

Trøndelag

Trondheim, il-parti ta’ Orkland li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Orkdal, Melhus, Skaun, Malvik, Stjørdal, u Levanger

83,3

(20)

Abbażi tad-data tal-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2020, dawn iż-żoni esklużi għandhom popolazzjoni totali ta’ 504 560 (14).

3.2.2.4   Żoni iżgħar li huma inklużi

(21)

It-Tabella 2 ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn iż-żoni iżgħar b’densitajiet tal-popolazzjoni aktar baxxi minn 12,5-il abitant għal kull km2 li ġew inklużi (15):

Tabella 2

Żoni iżgħar li huma inklużi

Reġjun tal-Livell 3

Żoni (muniċipalitajiet)

Densità tal-popolazzjoni

Viken

Aremark, Marker, Aurskog-Høland, Flå, Nesbyen, Gol, Hemsedal, Ål, Hol, Sigdal, Krødsherad, Flesberg, Rollag, u Nore og Uvdal

4,8

Vestfold og Telemark

Notodden, Bamble, Kragerø, Drangedal, Nome, Midt-Telemark, Tinn, Hjartdal, Seljord, Kviteseid, Nissedal, Fyresdal, Tokke, u Vinje

6,2

Agder

Il-parti ta’ Lindesnes li qabel kienet Marnardal, il-parti ta’ Lyngdal li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Audnedal, Risør, Farsund, Flekkefjord, Gjerstad, Vegårshei, Tvedestrand, Åmli, Iveland, Evje og Hornnes, Bygland, Valle, Bykle, Åseral, Hægebostad, Kvinesdal, u Sirdal

5,4

Rogaland

Sokndal, Lund, Bjerkreim, Hjelmeland, Suldal u Sauda

4,8

Vestland

Kinn, Etne, Bømlo, Fitjar, Tysnes, Kvinnherad, Ullensvang, Eidfjord, Ulvik, Voss, Kvam, Samnanger, Vaksdal, Modalen, Austrheim, Fedje, Masfjorden, Gulen, Solund, Hyllestad, Høyanger, Vik, Sogndal, Aurland, Lærdal, Årdal, Luster, Askvoll, Fjaler, Sunnfjord, Bremanger, Stad, Gloppen, u Stryn

6,6

Møre og Romsdal

Il-partijiet ta’ Molde li qabel kienu l-muniċipalitajiet ta’ Nesset u Midsund, il-partijiet ta’ Ålesund li qabel kienu l-muniċipalitajiet ta’ Haram u Sandøy, Vanylven, Sande, Hareid, Ørsta, Stranda, Sykkylven, Vestnes, Rauma, Averøy, Gjemnes, Tingvoll, Sunndal, Surnadal, Smøla, Aure, Volda, Fjord, u Hustadvika

9,5

(22)

Abbażi taċ-ċifri mill-1 ta’ Jannar 2020, dawn iż-żoni inklużi għandhom popolazzjoni totali ta’ 528 360 (16).

3.2.2.5   Valutazzjoni tal-approċċ flessibbli

(23)

Il-paragrafu 169 tal-Linji Gwida jistabbilixxi tliet rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati sabiex jiġu inklużi żoni iżgħar minn reġjun statistiku fil-livell 3 fejn dan ir-reġjun fl-intier tiegħu jkollu densità ta’ popolazzjoni ta’ aktar minn 12,5-il abitant għal kull km2.

(24)

L-ewwel nett, dawn iż-żoni iżgħar irid ikollhom inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2.

(25)

Fil-prattika preċedenti, kemm l-ESA (17) kif ukoll il-Kummissjoni (18) vvalutaw id-densitajiet tal-popolazzjoni għaż-żoni skarsament popolati inklużi għal kull reġjun tal-livell 3 (reġjuni statistiċi fir-reġjuni tal-livell 3 / reġjuni ta’ NUTS 3). Ma hemm xejn ġdid fil-formulazzjoni tal-kliem tal-paragrafu 169 li jeħtieġ interpretazzjoni differenti. Konsegwentement, l-ESA se ssegwi l-istess approċċ skont il-Linji Gwida l-ġodda.

(26)

Mid-data ppreżentata fit-Tabella 2 ta’ hawn fuq jirriżulta li d-densitajiet tal-popolazzjoni fiż-żoni inklużi għandhom inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2, meta vvalutati flimkien fil-livell tar-reġjun statistiku tagħhom fil-livell 3. Għaldaqstant, ir-rekwiżit tad-densità tal-popolazzjoni huwa ssodisfat għal dawk iż-żoni inklużi.

(27)

It-tieni, iż-żoni iżgħar inklużi jridu jkunu żoni kontigwi maġenb ir-reġjuni statistiċi fil-livell 3 b’densità tal-popolazzjoni ta’ inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2. Abbażi tal-fruntieri taż-żoni kkonċernati, kif muri mill-mappa grafika mehmuża bħala l-Anness III (a) ta’ din id-deċiżjoni, l-ESA tikkonkludi li dan ir-rekwiżit huwa ssodisfat.

(28)

It-tielet, l-eżerċizzju ta’ inklużjoni jew esklużjoni ma jridx iwassal biex tinqabeż l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” imsemmija fil-paragrafu 167 tal-Linji Gwida. Skont l-aħħar sentenza tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida, il-popolazzjoni taż-żoni skarsament popolati u dik taż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna jridu jitqiesu flimkien għall-finijiet ta’ din il-valutazzjoni. Madankollu, kif iċċarat fil-paragrafu (13), il-popolazzjoni f’dawk iż-żoni li huma kemm skarsament popolati u li għandhom ukoll popolazzjoni baxxa ħafna, se tingħadd darba biss meta tiġi vvalutata l-konformità mal-limitu massimu tal-kopertura tal-popolazzjoni.

(29)

Skont l-Anness I tal-Linji Gwida, l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” għan-Norveġja hija ta’ 25,14 % tal-popolazzjoni nazzjonali. Fil-prattika preċedenti, kemm l-ESA (19) kif ukoll il-Kummissjoni (20) aċċettaw l-użu ta’ data reċenti dwar il-popolazzjoni nazzjonali meta vvalutaw il-konformità mal-limitu massimu tal-kopertura tal-popolazzjoni. Ma hemm xejn ġdid fil-formulazzjoni tal-kliem tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida li jfisser li dan l-approċċ mhuwiex kompatibbli bl-istess mod mal-Linji Gwida l-ġodda. Għaldaqstant, l-ESA tqis li l-użu tad-data dwar il-popolazzjoni mill-awtoritajiet Norveġiżi mill-1 ta’ Jannar 2020 huwa aċċettabbli.

(30)

Abbażi taċ-ċifri mill-1 ta’ Jannar 2020, il-popolazzjoni tan-Norveġja hija ta’ 5 368 283 (21). Għaldaqstant, iż-żoni skarsament popolati u ż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna ddeżinjati jistgħu jkopru mhux aktar minn 1 349 586 abitant, ikkalkulati abbażi ta’ dawn iċ-ċifri.

(31)

Il-popolazzjoni fiż-żoni skarsament popolati ddeżinjati tammonta għal 1 348 649 abitant (22). Dan huwa inqas mill-allokazzjoni speċifika ta’ kopertura “c” għan-Norveġja.

3.2.3   Żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna

3.2.3.1   Ħafna miż-żoni skarsament popolati jikkwalifikaw bħala żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna

(32)

F’din it-taqsima, l-ESA se tivvaluta d-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet Norveġiżi ta’ żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna. Minħabba l-ġeografija u x-xejra tal-popolazzjoni tan-Norveġja, ħafna miż-żoni skarsament popolati jikkwalifikaw, u huma indikati mill-awtoritajiet Norveġiżi, bħala żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna.

3.2.3.2   Ir-reġjun tan-Norveġja ta’ Fuq huwa inkluż fl-intier tiegħu

(33)

It-tielet sentenza tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida tistipula li, “[g]ħal żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw reġjuni ta’ NUTS 2 b’anqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew żoni kontigwi iżgħar oħrajn maġenb dawk ir-reġjuni statistiċi fil-livell 2, dment li dawn iż-żoni jkollhom anqas minn tmien abitanti għal kull km2 u li l-popolazzjoni taż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna meħuda flimkien maż-żoni skarsament popolati ma taqbiżx l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” msemmija fil-paragrafu 167.

(34)

Żewġ reġjuni statistiċi fil-livell 2 fin-Norveġja jissodisfaw il-kriterju tad-densità tal-popolazzjoni ta’ tmien abitanti għal kull km2. Dawn huma n-Norveġja ta’ Fuq (23) u Innlandet (24). Ir-reġjun tal-livell 2 tan-Norveġja ta’ Fuq għandu densità tal-popolazzjoni ta’ 4,5 abitanti għal kull km2 (25), filwaqt li r-reġjun tal-livell 2 ta’ Innlandet għandu densità tal-popolazzjoni ta’ 7,5 abitanti għal kull km2 (26).

(35)

L-awtoritajiet Norveġiżi iddeżinjaw ir-reġjun tal-livell 2 tan-Norveġja ta’ Fuq bħala eliġibbli fl-intier tiegħu. Għaldaqstant, iż-żoni kollha fin-Norveġja ta’ Fuq għandhom jitqiesu li għandhom popolazzjoni baxxa ħafna għall-finijiet tal-Linji Gwida.

(36)

Kif imsemmi fil-paragrafu (16) ta’ hawn fuq, abbażi taċ-ċifri mill-1 ta’ Jannar 2020, il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni tammonta għal 484 546 abitant.

3.2.3.3   Ir-reġjun ta’ Innlandet huwa inkluż parzjalment

(37)

Il-formulazzjoni tal-kliem tat-tielet sentenza tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida tippermetti d-deżinjazzjoni ta’ żoni kontigwi iżgħar maġenb dawk ir-reġjuni statistiċi fil-livell 2 b’inqas minn tmien abitanti għal kull km2. Filwaqt li dan mhuwiex iddikjarat b’mod espliċitu, il-possibbiltà li jiġu inklużi żoni kontigwi bħal dawn loġikament trid tiġi riflessa mill-possibbiltà li jiġu esklużi żoni fir-reġjuni statistiċi fil-livell 2 b’inqas minn tmien abitanti għal kull km2. Din l-interpretazzjoni hija wkoll konformi mal-prattika preċedenti (27).

(38)

F’konformità ma’ dan, ir-reġjun tal-livell 2 ta’ Innlandet huwa biss iddeżinjat parzjalment bħala żona b’popolazzjoni baxxa ħafna. It-Tabella 3 ta’ hawn taħt tippreżenta ż-żoni inklużi f’Innlandet, u d-densità tal-popolazzjoni f’din iż-żona (28):

Tabella 3

Żoni inklużi f’Innlandet

Reġjun tal-Livell 2

Żoni (muniċipalitajiet)

Densità tal-popolazzjoni

Innlandet

Kongsvinger, Nord-Odal, Sør-Odal, Eidskog, Grue, Åsnes, Våler, Trysil, Åmot, Stor-Elvdal, Rendalen, Engerdal, Tolga, Tynset, Alvdal, Folldal, Os, Dovre, Lesja, Skjåk, Lom, Vågå, Nord-Fron, Sel, Sør-Fron, Ringebu, Søndre Land, Nordre Land, Sør-Aurdal, Etnedal, Nord-Aurdal, Vestre Slidre, Øystre Slidre, u Vang

3,4

(39)

Abbażi taċ-ċifri tal-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2020, il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni hija ta’ 143 115 abitant (29).

3.2.3.4   Partijiet ta’ Trøndelag huma inklużi bħala żoni kontigwi iżgħar għan-Norveġja ta’ Fuq

(40)

Iż-żoni maġenb in-Norveġja ta’ Fuq jinsabu kollha fir-reġjun tal-livell 3 ta’ Trøndelag.

(41)

It-Tabella 4 ta’ hawn taħt tippreżenta ż-żoni inklużi fi Trøndelag u d-densità tal-popolazzjoni f’din iż-żona (30):

Tabella 4

Żoni kontigwi inklużi fin-Norveġja ta’ Fuq

Reġjun tal-Livell 3

Żoni (muniċipalitajiet)

Densità tal-popolazzjoni

Trøndelag

Il-parti ta’ Steinkjer li qabel kienet Verran, Namsos, Osen, Snåase-Snåsa, Lierne, Raarvihke–Røyrvik, Namsskogan, Grong, Høylandet, Overhalla, Flatanger, Leka, Inderøy, Indre Fosen, Ørland, Åfjord, u Nærøysund

4,1

(42)

Il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni hija ta’ 73 683 abitant meta kkalkulata abbażi taċ-ċifri tal-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2020 (31).

3.2.3.5   Huma inklużi żoni kontigwi iżgħar għal Innlandet f’diversi kontej

(43)

Iż-żoni maġenb Innlandet jinsabu fir-reġjuni tal-livell 3 ta’ Trøndelag, Møre og Romsdal, Vestland, Rogaland, Agder, Vestfold og Telemark, u Viken. Dawn iż-żoni huma ppreżentati fit-Tabella 5 ta’ hawn taħt (32).

Tabella 5

Żoni kontigwi inklużi ma’ Innlandet

Reġjun tal-Livell 3

Żoni (muniċipalitajiet)

Densità tal-popolazzjoni

Trøndelag

Hitra, Frøya, Oppdal, Rennebu, Røros, Holtålen, Tydal, Meråker, Heim, Rindal, u l-partijiet minn Orkland li qabel kienu Agdenes, Meldal, u partijiet mill-muniċipalità ta’ Snillfjord

3,6

Møre og Romsdal

Vanylven, Sande, Stranda, Sykkylven, Vestnes, Rauma, Tingvoll, Sunndal, Surnadal, Smøla, Aure, Fjord, il-parti minn Volda li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Hornindal, il-partijiet minn Molde li qabel kienu l-muniċipalitajiet ta’ Nesset u Midsund, u l-parti minn Ålesund li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Sandøy

6,3

Vestland

Tysnes, Kvinnherad, Ullensvang, Eidfjord, Ulvik, Modalen, Fedje, Masfjorden, Gulen, Solund, Hyllestad, Høyanger, Vik, Aurland, Lærdal, Årdal, Luster, Askvoll, Fjaler, Bremanger, Stad, Gloppen, Stryn, il-parti minn Voss li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Granvin, il-parti minn Kinn li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Vågsøy, il-partijiet minn Sogndal li qabel kienu l-muniċipalitajiet ta’ Leikanger u Balestrand, u l-partijiet minn Sunnfjord li qabel kienu l-muniċipalitajiet ta’ Gaular, Jølster u Naustdal

4,7

Rogaland

Hjelmeland, Suldal u Sauda

3,6

Agder

Risør, Gjerstad, Åmli, Evje og Hornnes, Bygland, Valle, Bykle, u Åseral

2,9

Vestfold og Telemark

Drangedal, Nome, Tinn, Hjartdal, Seljord, Kviteseid, Nissedal, Fyresdal, Tokke, u Vinje

2,9

Viken

Flå, Nesbyen, Gol, Hemsedal, Ål, Hol, Rollag, u Nore og Uvdal

3,0

(44)

Il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni hija ta’ 301 848 abitant meta kkalkulata abbażi taċ-ċifri tal-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2020 (33).

3.2.3.6   Valutazzjoni tal-approċċ flessibbli

(45)

Il-paragrafu 169 tal-Linji Gwida jistabbilixxi tliet rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati sabiex jiġu inklużi żoni minn reġjuni statistiċi fil-livell 2 b’densità tal-popolazzjoni ta’ aktar minn tmien abitanti għal kull km2.

(46)

L-ewwel nett, dawn iż-żoni jrid ikollhom inqas minn tmien abitanti għal kull km2.

(47)

Kif stabbilit fil-paragrafu (27) ta’ hawn fuq, kemm l-ESA (34) kif ukoll il-Kummissjoni (35) preċedentement ivvalutaw flimkien id-densitajiet tal-popolazzjoni ta’ żoni skarsament popolati inklużi, skont ir-reġjun rispettiv tagħhom tal-livell 3 (reġjuni statistiċi fir-reġjuni tal-livell 3 / reġjuni ta’ NUTS 3). Għal żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna ddeżinjati fil-kuntest ta’ skema ta’ għajnuna operatorja, l-ESA ma vvalutatx id-densitajiet tal-popolazzjoni fiż-żoni kkonċernati f’livell ta’ unità iżgħar mil-livell 3 (36).

(48)

Ma hemm xejn ġdid fil-formulazzjoni tal-kliem tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida li jirrikjedi devjazzjoni minn din il-prattika stabbilita. Għaldaqstant, l-ESA se ssegwi l-istess approċċ skont il-Linji Gwida l-ġodda.

(49)

Mid-data ppreżentata fit-Tabelli 4 u 5 ta’ hawn fuq jirriżulta li d-densitajiet tal-popolazzjoni fiż-żoni inklużi huma inqas minn tmien abitanti għal kull km2 meta ż-żoni li jinsabu fl-istess reġjun statistiku fil-livell 3 jiġu vvalutati flimkien. Peress li r-reġjuni statistiċi fil-livell 3 huma parti mir-reġjuni akbar fil-livell 2, dan ifisser li d-densitajiet tal-popolazzjoni fiż-żoni inklużi wkoll huma taħt il-limitu ta’ tmien abitanti għal kull km2 jekk jiġu vvalutati fil-livell taż-żoni inklużi f’kull reġjun fil-livell 2.

(50)

Għaldaqstant, ir-rekwiżit tad-densità tal-popolazzjoni huwa ssodisfat għal dawk iż-żoni inklużi. Kif stabbilit fit-Tabella 3, ir-rekwiżit tad-densità tal-popolazzjoni huwa ssodisfat ukoll għaż-żoni deżinjati f’Innlandet ivvalutati flimkien.

(51)

It-tieni, iż-żoni inklużi jridu jkunu żoni kontigwi maġenb ir-reġjuni statistiċi fil-livell 2 b’densità tal-popolazzjoni ta’ inqas minn tmien abitanti għal kull km2. Abbażi tal-fruntieri bejn iż-żoni kkonċernati, kif muri mill-mappa grafika mehmuża bħala l-Anness III(b) ta’ din id-deċiżjoni, l-ESA tikkonkludi li dan ir-rekwiżit huwa ssodisfat.

(52)

It-tielet, l-eżerċizzju ta’ inklużjoni jew esklużjoni ma jridx iwassal biex tinqabeż l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” imsemmija fil-paragrafu 167 tal-Linji Gwida. Skont l-aħħar sentenza tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida, għall-finijiet ta’ din il-valutazzjoni, il-popolazzjoni taż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna trid titqies flimkien ma’ dik taż-żoni li huma biss skarsament popolati.

(53)

Il-popolazzjoni fiż-żoni ddeżinjati b’popolazzjoni baxxa ħafna tammonta għal 1 003 192 abitant (37). Din il-popolazzjoni ġiet inkluża meta ġiet ivvalutata l-konformità tad-deżinjazzjoni ta’ żoni skarsament popolati mal-limitu massimu tal-kopertura tal-popolazzjoni fil-paragrafu (31) ta’ hawn fuq. Abbażi ta’ dan, l-ESA tikkonkludi li l-kopertura tal-popolazzjoni tal-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża ma taqbiżx l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” imsemmija fil-paragrafu 167 tal-Linji Gwida.

3.2.4   Rimarki konklużivi dwar id-deżinjazzjoni ta’ żoni “c” predefiniti

(54)

Fil-mappa tal-għajnuna reġjonali 2022–2027, l-awtoritajiet Norveġiżi ddeżinjaw żoni skarsament popolati u żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna eliġibbli għall-għajnuna reġjonali. Abbażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-ESA tqis li din id-deżinjazzjoni saret f’konformità mal-Linji Gwida.

3.3   Żoni “c” mhux predefiniti

3.3.1   Introduzzjoni

(55)

Skont l-Anness I tal-Linji Gwida, l-allokazzjoni ta’ kopertura “c” mhux predefinita għan-Norveġja hija ta’ 6,87 % tal-popolazzjoni nazzjonali. In-Norveġja tista’ tuża din il-kopertura biex tiddeżinja żoni “c” mhux predefiniti skont il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 175 tal-Linji Gwida.

3.3.2   Żoni inklużi

(56)

Iż-żoni ddeżinjati mill-awtoritajiet Norveġiżi bħala żoni “c” mhux predefiniti, huma ppreżentati fit-Tabella 6 ta’ hawn taħt (38).

Tabella 6

Żoni “c” mhux predefiniti

Reġjun tal-Livell 3

Muniċipalitajiet

Popolazzjoni fl-1 ta’ Jannar 2020

Rogaland

Utsira u Kvitsøy

715

Møre og Romsdal

Aukra

3 509

(57)

Għaldaqstant, abbażi tal-aktar ċifri reċenti tal-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2020, il-popolazzjoni fiż-żoni ddeżinjati bħala żoni “c” mhux predefiniti hija ta’ 4 224 abitant.

3.3.3   Valutazzjoni

(58)

Skont il-paragrafu 175(3)(iii) tal-Linji Gwida, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw gżejjer li għandhom inqas minn 5 000 abitant bħala żoni “c” mhux predefiniti.

(59)

Kif jirriżulta miċ-ċifri ppreżentati fit-Tabella 6 ta’ hawn fuq, il-popolazzjoni fuq kull waħda mill-gżejjer ta’ Utsira, Kvitsøy u Aukra hija inqas minn 5 000 abitant. Għaldaqstant, il-kundizzjoni fil-paragrafu 175(3)(iii) tal-Linji Gwida hija ssodisfata.

(60)

Barra minn hekk, abbażi tad-data dwar il-popolazzjoni fit-Tabella 6 ta’ hawn fuq, il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni ddeżinjati tammonta għal 0,08 % tal-popolazzjoni totali. Dan huwa ferm inqas mill-allokazzjoni ta’ kopertura “c” mhux predefinita għan-Norveġja ta’ 6,87 % fl-Anness I tal-Linji Gwida.

(61)

Abbażi ta’ dan, l-ESA tikkonkludi li d-deżinjazzjoni ta’ żoni “c” mhux predefiniti fil-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2022–2027 hija f’konformità mal-Linji Gwida.

3.4   Ħarsa ġenerali lejn iż-żoni koperti mill-mappa tal-għajnuna reġjonali

(62)

Lista taż-żoni inklużi fil-mappa tal-għajnuna reġjonali, inkluż l-istatus tagħhom bħala żoni “c” b’popolazzjoni baxxa ħafna, skarsament popolati jew mhux predefiniti, hija inkluża bħala l-Anness I ta’ din id-deċiżjoni. L-Anness II fih informazzjoni aktar dettaljata dwar l-unitajiet statistiċi f’dawk il-muniċipalitajiet li nqasmu meta ġew iddeżinjati żoni eliġibbli.

4   INTENSITAJIET TAL-GHAJNUNA

(63)

Mill-paragrafu 151 tal-Linji Gwida jirriżulta li l-mappa tal-għajnuna reġjonali trid tispeċifika wkoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli fiż-żoni eliġibbli matul il-perjodu ta’ validità tal-mappa approvata.

(64)

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fil-mappa japplikaw għall-għajnuna għall-investiment reġjonali. L-intensitajiet massimi permessi għal din l-għajnuna skont il-Linji Gwida huma stabbiliti fit-taqsima 7.4 tagħhom.

(65)

Kif speċifikat fit-Tabella 7 ta’ hawn taħt, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw intensitajiet massimi tal-għajnuna għal intrapriżi kbar ta’ 20 % u ta’ 10 % f’żoni “c” predefiniti u żoni “c” mhux predefiniti, rispettivament. L-intensitajiet massimi jiżdiedu b’20 punt perċentwali għal impriżi żgħar u b’10 punti perċentwali għal impriżi ta’ daqs medju (39).

Tabella 7

Intensitajiet massimi tal-għajnuna

Tip ta’ żona

Intensitajiet massimi tal-għajnuna għal intrapriżi kbar

Żieda għal intrapriżi ta’ daqs medju

Żieda għal intrapriżi żgħar

Żona “c” predefinita

20  %

10  %

20  %

Żona “c” mhux predefinita

10  %

10  %

20  %

(66)

Fir-rigward tal-intensitajiet massimi tal-għajnuna f’żoni “c” predefiniti, il-paragrafu 182(1) tal-Linji Gwida jistipula li l-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar ma tridx taqbeż l-20 % f’żoni skarsament popolati. Peress li ż-żoni kollha ddeżinjati taħt il-kwota għal żoni “c” predefiniti huma skarsament popolati, l-intensità massima tal-għajnuna stipulata mill-awtoritajiet Norveġiżi għal dawn iż-żoni hija f’konformità mal-Linji Gwida.

(67)

Iż-żidiet permessi għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju f’żoni “c” predefiniti wkoll huma f’konformità mal-Linji Gwida. Mill-paragrafu 186 tal-Linji Gwida jirriżulta li l-intensitajiet tal-għajnuna jistgħu jiżdiedu sa 20 punt perċentwali għal impriżi żgħar jew sa 10 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju.

(68)

Fir-rigward tal-intensitajiet massimi tal-għajnuna f’żoni “c” mhux predefiniti, il-paragrafu 182(3) tal-Linji Gwida jistipula li l-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar ma tridx taqbeż l-10 % f’żoni “c” mhux predefiniti li għandhom PDG per capita ogħla mill-100 % tal-medja taż-ŻEE u rata ta’ qgħad taħt il-100 % tal-medja taż-ŻEE. Peress li ż-żoni “c” mhux predefiniti ddeżinjati jaqgħu f’din il-kategorija, l-awtoritajiet Norveġiżi stabbilew l-intensità massima tal-għajnuna bħala 10 %.

(69)

Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni skont il-paragrafu 186 tal-Linji Gwida għaż-żieda tal-intensitajiet tal-għajnuna għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju japplika wkoll għal żoni “c” mhux predefiniti. Għaldaqstant, iż-żidiet fl-intensità massima tal-għajnuna f’dawn iż-żoni, kif ippreżentati fit-Tabella 7 ta’ hawn fuq, huma wkoll f’konformità mal-Linji Gwida.

5   DURATA U RIEZAMI

(70)

F’konformità mal-paragrafu 189 tal-Linji Gwida, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw mappa ta’ għajnuna reġjonali unikua, applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

(71)

Mill-paragrafu 194 tal-Linji Gwida jirriżulta li fl-2023 se jitwettaq rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali. L-ESA se tikkomunika d-dettalji dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu sa Ġunju 2023.

6   KONKLUZJONI

(72)

Abbażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-ESA ssib li l-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2022–2027 hija kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fl-Linji Gwida. Il-mappa approvata tikkostitwixxi parti integrali mil-Linji Gwida.

(73)

L-Annessi I, II, u III(a) u (b), jiffurmaw parti integrali minn din id-deċiżjoni.

 

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,

Bente ANGELL-HANSEN

President

Membru tal-Kulleġġ Responsabbli

Högni S. KRISTJÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ

Stefan BARRIGA

Membru tal-Kulleġġ

Melpo-Menie Joséphidès

Kontrofirmatarju bħala Direttur,

Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)  Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat ġew adottati fl-1 ta’ Diċembru 2021 bid-Deċiżjoni tal-ESA Nru 269/21/COL, li għadha ma ġietx ippubblikata.

(2)  Il-Linji Gwida, il-paragrafu 190.

(3)  Il-Linji Gwida, il-paragrafu 2.

(4)  Ibid.

(5)  Id-Dokumenti Nri 1252726, 1252724, 1252722, 1252736, 1252734, 1252728, 12527 u 1252732.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 91/14/COL tas-26 ta’ Frar 2014 fuq il-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2014–2020 (ĠU L 172, 12.6.2014, p. 52, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 34, 12.6.2014, p. 18).

(7)  Ara l-paragrafi 79–81 tad-Deċiżjoni tal-ESA Nru 225/14/COL tat-18 ta’ Ġunju 2014 dwar Kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali differenzjata reġjonalment 2014–2020 (ĠU C 344, 2.10.2014, p. 14, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 55, 2.10.2014, p. 4).

(8)  Il-mapep PDF tar-reġjuni statistiċi tan-Norveġja huma disponibbli fuq il-paġni web tal-Eurostat: https://ec.europa.eu/eurostat/web/nuts/nuts-maps.

(9)  Għall-fini tan-notifika tal-mappa tal-għajnuna reġjonali, l-awtoritajiet Norveġiżi użaw iċ-ċifri tal-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2020. Dawn iċ-ċifri ġew akkwistati mingħand Statistics Norway (SSB). Fir-rigward taċ-ċifri tal-erja tal-art, dawn ukoll huma mill-1 ta’ Jannar 2020, u ġew akkwistati mingħand l-SSB (Statistikkbanken). Madankollu, f’ċerti każijiet, id-data nġabret minn snin preċedenti biex tinkiseb data għal dawk il-muniċipalitajiet li issa ġew maqsuma jew amalgamati. Dan jirrigwarda b’mod partikolari d-data dwar l-erja tal-art.

(10)  In-Notifika, p. 3.

(11)  It-Tabella 4, p. 5 tan-notifika.

(12)  In-Notifika, pp. 3 u 4.

(13)  It-tabella hija bbażata fuq it-Tabella 2, p. 4 tan-notifika.

(14)  It-Tabella 1, p. 3 tan-notifika.

(15)  It-tabella hija bbażata fuq it-Tabella 3, p. 4 tan-notifika.

(16)  It-Tabella 1, p. 3 tan-notifika.

(17)  Ara d-Deċiżjoni dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2014–2020, imsemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 ta’ hawn fuq, il-paragrafu 18.

(18)  Ara l-paragrafi 7 u 15 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Żvediża 2014–2020, SA37985 (2014/N), (ĠU C 210, 4.7.2014, p. 20).

(19)  Ara l-paragrafu 9 tad-Deċiżjoni tal-ESA Nru 170/14/COL tal-24 ta’ April 2014 dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Iżlandiża 2014–2020 (ĠU L 201, 10.7.2014, p. 33).

(20)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Żvediża 2014–2020, imsemmija fin-nota 18 f’qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq, fin-nota 2 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 10, u l-paragrafi 13–15.

(21)  In-Notifika, p. 3.

(22)  In-Notifika, p. 3.

(23)  Dan ir-reġjun jinkludi r-reġjuni statistiċi fil-livell 3 li ġejjin: Troms og Finnmark u Nordland.

(24)  Innlandet huwa wkoll reġjun statistiku fil-livell 3.

(25)  It-Tabella 7a, p. 8 tan-notifika.

(26)  In-Notifika, p. 8.

(27)  Ara d-Deċiżjoni dwar il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment differenzjati 2014–2020, imsemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna 7, il-paragrafi 79 sa 81.

(28)  It-tabella hija bbażata fuq it-Tabelli 7b u 8b, pp. 8-9 tan-notifika.

(29)  It-Tabella 7b, p. 8 tan-notifika.

(30)  It-tabella hija bbażata fuq it-Tabelli 7a u 8a, pp. 8–9 tan-notifika.

(31)  It-Tabella 7a, p. 8 tan-notifika.

(32)  It-tabella hija bbażata fuq it-Tabelli 7b u 8b, pp. 8–9 tan-notifika.

(33)  It-Tabella 7b, p. 8 tan-notifika.

(34)  Ara d-Deċiżjoni dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2014–2020, imsemmija fin-nota 6 ta’ qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq, il-paragrafu 18.

(35)  Ara d-Deċiżjoni dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Żvediża 2014–2020, imsemmija fin-nota 18 ta’ qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq, il-paragrafi 7 u 15.

(36)  Ara l-paragrafi 79–81 tad-Deċiżjoni dwar il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment differenzjati 2014–2020, imsemmija fin-nota 7 ta’ qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq.

(37)  In-Notifika, p. 10.

(38)  It-tabella hija bbażata fuq it-Tabella 9, p. 11 tan-notifika.

(39)  It-tabella hija bbażata fuq it-Tabella 10, fil-paġna 11 tan-notifika.


ANNESS I

Ħarsa ġenerali lejn iż-żoni koperti mill-mappa tal-għajnuna reġjonali

1   ŻONI “C” PREDEFINITI

1.1   Żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna

Reġjun ta’ Livell 3

Muniċipalitajiet

Troms og Finnmark

Tromsø, Harstad-Hárstták, Alta, Vardø, Vadsø, Hammerfest, Kvæfjord, Tjeldsund, Ibestad, Gratangen, Loabák-Lavangen, Bardu, Salangen, Målselv, Sørreisa, Dyrøy, Senja, Balsfjord, Karlsøy, Lyngen, Storfjord-Omasvuotna-Omasvuono, Gáivuotna-Kåfjord-Kaivuono, Skjervøy, Nordreisa, Kvænangen, Guovdageaidnu-Kautokeino, Loppa, Hasvik, Måsøy, Nordkapp, Porsanger-Porsáŋgu-Porsanki, Kárášjohka-Karasjok, Lebesby, Gamvik, Berlevåg, Deatnu-Tana, Unjárga-Nesseby, Båtsfjord, u Sør-Varanger

Nordland

Bodø, Narvik, Bindal, Sømna, Brønnøy, Vega, Vevelstad, Herøy, Alstahaug, Leirfjord, Vefsn, Grane, Hattfjelldal, Dønna, Nesna, Hemnes, Rana, Lurøy, Træna, Rødøy, Meløy, Gildeskål, Beiarn, Saltdal, Fauske-Fuossko, Sørfold, Steigen, Lødingen, Evenes, Røst, Værøy, Flakstad, Vestvågøy, Vågan, Hadsel, Bø, Øksnes, Sortland, Andøy, Moskenes, u Hamarøy-Hábmer

Trøndelag

Il-parti ta’ Steinkjer li qabel kienet Verran, Namsos, Osen, Snåase-Snåsa, Lierne, Raarvihke-Røyrvik, Namsskogan, Grong, Høylandet, Overhalla, Flatanger, Leka, Inderøy, Indre Fosen, Ørland, Åfjord, Nærøysund, Hitra, Frøya, Oppdal, Rennebu, Røros, Holtålen, Tydal, Meråker, Heim, Rindal, u l-partijiet ta’ Orkland li qabel kienu Agdenes, Meldal u partijiet mill-muniċipalità ta’ Snillfjord

Møre og Romsdal

Vanylven, Sande, Stranda, Sykkylven, Vestnes, Rauma, Tingvoll, Sunndal, Surnadal, Smøla, Aure, Fjord, il-parti ta’ Volda li qabel kienet Hornindal, il-partijiet ta’ Molde li qabel kienu Nesset u Midsund, u l-parti ta’ Ålesund li qabel kienet Sandøy

Vestland

Tysnes, Kvinnherad, Ullensvang, Eidfjord, Ulvik, Modalen, Fedje, Masfjorden, Gulen, Solund, Hyllestad, Høyanger, Vik, Aurland, Lærdal, Årdal, Luster, Askvoll, Fjaler, Bremanger, Stad, Gloppen, Stryn, il-parti ta’ Voss li qabel kienet Granvin, il-parti ta’ Kinn li qabel kienet Vågsøy, il-partijiet ta’ Sogndal li qabel kienu Leikanger u Balestrand, u l-partijiet ta’ Sunnfjord li qabel kienu Gaular, Jølster u Naustdal

Rogaland

Hjelmeland, Suldal u Sauda

Agder

Risør, Gjerstad, Åmli, Evje og Hornnes, Bygland, Valle, Bykle, u Åseral

Vestfold og Telemark

Drangedal, Nome, Tinn, Hjartdal, Seljord, Kviteseid, Nissedal, Fyresdal, Tokke, u Vinje

Innlandet

Kongsvinger, Nord-Odal, Sør-Odal, Eidskog, Grue, Åsnes, Våler, Trysil, Åmot, Stor-Elvdal, Rendalen, Engerdal, Tolga, Tynset, Alvdal, Folldal, Os, Dovre, Lesja, Skjåk, Lom, Vågå, Nord-Fron, Sel, Sør-Fron, Ringebu, Søndre Land, Nordre Land, Sør-Aurdal, Etnedal, Nord-Aurdal, Vestre Slidre, Øystre Slidre, u Vang

Viken

Flå, Nesbyen, Gol, Hemsedal, Ål, Hol, Rollag, u Nore og Uvdal

1.2   Żoni skarsament popolati

Reġjun ta’ Livell 3

Muniċipalitajiet

Trøndelag

Il-parti ta’ Steinkjer li qabel kienet Steinkjer (jiġifieri l-parti li ma kinitx Verran), Midtre Gauldal, Selbu, Frosta, u Verdal

Møre og Romsdal

Il-parti ta’ Ålesund li qabel kienet Haram, Hareid, il-parti ta’ Volda li qabel kienet Volda (jiġifieri l-parti li ma kinitx Hornindal), Ørsta, Averøy, Gjemnes, u Hustadvika

Vestland

Il-parti ta’ Voss li qabel kienet Voss (jiġifieri l-parti li ma kinitx Granvin), il-parti ta’ Kinn li qabel kienet Flora, il-parti ta’ Sogndal li qabel kienet Sogndal (jiġifieri l-parti li ma kinitx Balestrand u Leikanger), il-parti ta’ Sunnfjord li qabel kienet Førde, Etne, Bømlo, Fitjar, Kvam, Samnanger, Vaksdal, u Austrheim

Rogaland

Sokndal, Lund, u Bjerkreim

Agder

Il-parti ta’ Lindesnes li qabel kienet Marnardal, il-parti ta’ Lyngdal li qabel kienet Audnedal, Farsund, Flekkefjord, Vegårshei, Tvedestrand, Iveland, Hægebostad, Kvinesdal, u Sirdal

Vestfold og Telemark

Notodden, Bamble, Kragerø, u Midt-Telemark

Innlandet

Øyer, Gausdal, u Vestre Toten

Viken

Aremark, Marker, Aurskog-Høland, Sigdal, Krødsherad, u Flesberg

2   ŻONI “C” MHUX PREDEFINITI

Reġjun ta’ Livell 3

Muniċipalitajiet

Rogaland

Utsira u Kvitsøy

Møre og Romsdal

Aukra


ANNESS II

Unitajiet Statistiċi Bażiċi Eliġibbli ( Basic Statistical Units, BSUs) f’muniċipalitajiet maqsuma

Kodiċi tal-Muniċipalità (LAU)

Isem il-muniċipalità

Dik li qabel kienet il-muniċipalità

Kodiċi BSU

Isem il-BSU

4205

Lindesnes

Marnardal

42051001

Øyslebø

 

 

 

42051002

Skjævesland

 

 

 

42051003

Birkeland

 

 

 

42051004

Støa

 

 

 

42051005

Gangså

 

 

 

42051006

Finnsdal

 

 

 

42051007

Tjomsland - Lindland

 

 

 

42051008

Laudal Nedre

 

 

 

42051009

Laudal Øvre

 

 

 

42051010

Tisland

 

 

 

42051011

Åkset

 

 

 

42051012

Bruskeland

 

 

 

42051013

Rydlende

 

 

 

42051014

Trygsland

 

 

 

42051015

Stedjan

 

 

 

42051016

Koland

4225

Lyngdal

Audnedal

42250401

Brastad

 

 

 

42250402

Viblemo

 

 

 

42250403

Konsmo

 

 

 

42250404

Audnedal

 

 

 

42250405

Ågedalstø

 

 

 

42250406

Øydna

 

 

 

42250407

Byremo

 

 

 

42250408

Håland - Sveindal

4621

Voss

1234 Granvin

46211001

Lussand - Kvandal

 

 

 

46211002

Folkedal

 

 

 

46211003

Hamre

 

 

 

46211004

Eide

 

 

 

46211005

Selland - Kjerland

 

 

 

46211006

Kyrkjestrandi

 

 

 

46211007

Seim - Nesheim

 

 

 

46211008

Spildo

 

 

 

46211009

Tjoflot

 

 

 

46211010

Djønno

4602

Kinn

1439 Vågsøy

46020401

Silda

 

 

 

46020402

Vedvik

 

 

 

46020403

Halsør

 

 

 

46020404

Røysa

 

 

 

46020405

Raudeberg

 

 

 

46020406

Kapellneset

 

 

 

46020407

Refvik

 

 

 

46020408

Kvalheim

 

 

 

46020501

Ulvesund

 

 

 

46020502

Degnepoll

 

 

 

46020503

Kulen

 

 

 

46020504

Blålid

 

 

 

46020505

Skavøypoll

 

 

 

46020506

Sørpoll

 

 

 

46020507

Almenning

 

 

 

46020601

Våge - Oppedal

 

 

 

46020602

Holvik

 

 

 

46020603

Sæternes

 

 

 

46020604

Ellingskaret

 

 

 

46020605

Skram Øvre

 

 

 

46020606

Skram Nedre

 

 

 

46020607

Midtgård Søndre

 

 

 

46020608

Midtgård Nordre

 

 

 

46020609

Gotteberg

 

 

 

46020610

Øyane i Sør

4640

Sogndal

1419 Leikanger

46400501

Njøs

 

 

 

46400502

Hermansverk

 

 

 

46400503

Henjum

 

 

 

46400504

Leitet

 

 

 

46400505

Leikanger

 

 

 

46400506

Hamre - Fosse

 

 

 

46400507

Grinde

 

 

 

46400508

Eitorn

4640

Sogndal

1418 Balestrand

46400604

Vetlefjord

 

 

 

46400605

Sværefjorden

 

 

 

46400606

Esefjorden

 

 

 

46400607

Balestrand

 

 

 

46400608

Thue

 

 

 

46400609

Kvamsøy

4647

Sunnfjord

1430 Gaular

46470601

Øvrebotten

 

 

 

46470602

Eldal - Mjell

 

 

 

46470603

Viken

 

 

 

46470604

Hestadgrend

 

 

 

46470605

Skudal

 

 

 

46470606

Senneseth

 

 

 

46470607

Steien

 

 

 

46470608

Sande

 

 

 

46470609

Sygna

 

 

 

46470610

Lunde

 

 

 

46470611

Skilbrei - Hjelmeland

 

 

 

46470612

Lien

 

 

 

46470613

Kvamme

 

 

 

46470614

Osen

 

 

 

46470615

Birkeland

 

 

 

46470616

Kårstad

 

 

 

46470617

Hestad

4647

Sunnfjord

1431 Jølster

46470401

Eikås

 

 

 

46470402

Langhaugane

 

 

 

46470403

Hjellbrekke

 

 

 

46470404

Vassenden Nord

 

 

 

46470405

Vassenden Sør

 

 

 

46470406

Sanddal

 

 

 

46470407

Svidal

 

 

 

46470408

Ålhus

 

 

 

46470501

Myklebost

 

 

 

46470502

Årdal

 

 

 

46470503

Helgheim

 

 

 

46470504

Fugle

 

 

 

46470505

Skei

 

 

 

46470506

Kjøsnesfjorden

 

 

 

46470507

Førde

 

 

 

46470508

Klakegg

 

 

 

46470509

Veiteberg

 

 

 

46470510

Åmot

4647

Sunnfjord

1433 Naustdal

46470701

Kvellestad

 

 

 

46470702

Vevring

 

 

 

46470703

Redal

 

 

 

46470704

Helle

 

 

 

46470705

Frammarsvik

 

 

 

46470706

Naustdal Vest

 

 

 

46470707

Naustdal Aust

 

 

 

46470708

Åse

 

 

 

46470709

Horstad Vest

 

 

 

46470710

Horstad Aust

 

 

 

46470711

Ullaland Nord

 

 

 

46470712

Ullaland Sør

 

 

 

46470713

Fimland

1577

Volda

1444 Hornindal

15770601

Haugen

 

 

 

15770602

Kirkhorn

 

 

 

15770603

Grodås

 

 

 

15770605

Otterdal

 

 

 

15770606

Lødemel

 

 

 

15770607

Rygg

 

 

 

15770608

Kjøs

1506

Molde

1543 Nesset

15060801

Ranvik

 

 

 

15060802

Tjelle

 

 

 

15060803

Rød

 

 

 

15060804

Høvik

 

 

 

15060805

Hammervoll

 

 

 

15060806

Eidsvåg Sentrum

 

 

 

15060807

Aasen

 

 

 

15060808

Stubø

 

 

 

15060809

Vorpenes

 

 

 

15060810

Raudsand

 

 

 

15060811

Bersås

 

 

 

15060812

Eidsøra

 

 

 

15060813

Meisalstranda

 

 

 

15060814

Bugge

 

 

 

15060901

Myklebostad

 

 

 

15060902

Nerland

 

 

 

15060903

Sira

 

 

 

15060904

Slenes

 

 

 

15060905

Eikesdal

 

 

 

15060906

Aursjøen

 

 

1545 Midsund

15061001

Søre Midøy

 

 

 

15061002

Nordre Midøy

 

 

 

15061003

Midsund Ytre

 

 

 

15061004

Ugelvik

 

 

 

15061005

Nerland

 

 

 

15061006

Raknes

 

 

 

15061007

Rakvåg

 

 

 

15061008

Ræstad

 

 

 

15061009

Nord - Heggdal - Tutra

 

 

 

15061010

Sør - Heggdal

 

 

 

15061011

Midsund Indre

1507

Ålesund

1534 Haram

15071101

Fjørtoft

 

 

 

15071102

Otterlei

 

 

 

15071103

Rogne

 

 

 

15071104

Longva

 

 

 

15071105

Flema

 

 

 

15071106

Ulla

 

 

 

15071107

Austnes

 

 

 

15071108

Haram

 

 

 

15071109

Kjerstad

 

 

 

15071110

Farstad

 

 

 

15071201

Hurla

 

 

 

15071202

Alvestad

 

 

 

15071203

Brattvåg

 

 

 

15071204

Aksla - Håvik

 

 

 

15071301

Samfjord

 

 

 

15071302

Strand

 

 

 

15071303

Slyngstad

 

 

 

15071304

Tennfjord

 

 

 

15071305

Vatne

 

 

 

15071306

Ulvestad - Vatne

 

 

 

15071307

Hellestranda

 

 

 

15071308

Vestrefjord

 

 

 

15071401

Bjørnøy - Kalvøy

 

 

 

15071402

Søvik - Gamlem

 

 

 

15071403

Grytastrand - Hamsund

 

 

1546 Sandøy

15071701

Myklebost

 

 

 

15071702

Røsok

 

 

 

15071703

Bruvoll - Morsund

 

 

 

15071704

Steinshamn - Harnes

 

 

 

15071705

Huse

 

 

 

15071706

Finnøy

 

 

 

15071708

Sandøy

 

 

 

15071709

Ona - Husøy

5006

Steinkjer

Verran

50060801

Vada

 

 

 

50060802

Nordberg

 

 

 

50060803

Kirkreit

 

 

 

50060804

Bratreit

 

 

 

50060805

Holdåsen

 

 

 

50060806

Malmo

 

 

 

50060807

Fossdalen

 

 

 

50060808

Ressem

 

 

 

50060809

Sundbygda

 

 

 

50060810

Tverås

 

 

 

50060811

Folladalen - Ystmark

 

 

 

50060812

Holden - Langvatnet

 

 

 

50060901

Sela

 

 

 

50060902

Follafoss Østre

 

 

 

50060903

Follafoss Vestre - Tua

 

 

 

50060904

Skjelstad

 

 

 

50060905

Verrastranda

5059

Orkland

5023 Meldal

50590501

Midtskog

 

 

 

50590502

Løvby

 

 

 

50590503

Løkken Vest

 

 

 

50590504

Bjørnli

 

 

 

50590505

Løkken Øst

 

 

 

50590601

Laksøybygda

 

 

 

50590602

Drogsetmoen

 

 

 

50590603

Lo

 

 

 

50590604

Storås Vest

 

 

 

50590605

Fossen

 

 

 

50590606

Syrstad

 

 

 

50590607

Grefstad

 

 

 

50590608

Grøta

 

 

 

50590609

Hilstad

 

 

 

50590610

Jerpstad

 

 

 

50590611

Ree

 

 

 

50590612

Grut

 

 

 

50590613

Ilfjellet

 

 

 

50590614

Resdalen

 

 

5016 Agdenes

50590801

Selven

 

 

 

50590802

Lysheim

 

 

 

50590803

Sletvik

 

 

 

50590804

Fjorden

 

 

 

50590806

Leksa

 

 

 

50590807

Ingdalen

 

 

 

50590808

Hamna

 

 

 

50590809

Singstad

 

 

 

50590810

Sterten

 

 

 

50590811

Stranda

 

 

Partijiet ta’ 5012 Snillfjord

50590901

Aa

 

 

 

50590902

Vuttudal - Skårild

 

 

 

50590904

Tannvik

 

 

 

50590905

Åstfjorden

 

 

 

50590906

Heggstad

 

 

 

50590911

Imsterfjorden Indre

 

 

 

50590912

Moldtun


ANNESS III(a) u (b)

L-illustrazzjonijiet grafiċi taż-żoni eliġibbli

Image 1

Image 2