|
16.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 234/2 |
Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/ta’ skont għall-Istati tal-EFTA applikabbli mill-1 ta’ April 2020
(Ippubblikat skont ir-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbiliti fil-Parti VII tal-Linji Gwida tal-ESA dwar l-għajnuna mill-Istat u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-ESA Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (1))
(2020/C 234/02)
Ir-rati bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont tal-Linji Gwida tal-ESA dwar l-għajnuna mill-Istat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-ESA Nru 788/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008. Biex jinkisbu r-rati ta’ referenza applikabbli, għandhom jiżdiedu marġini xierqa mar-rata bażi skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.
Mill-1 ta’ April ir-rati bażi għall-Iżlanda u n-Norveġja ġew aġġornati fid-dawl ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, il-pandemija tal-COVID-19.
Ir-rati bażi ġew iddeterminati kif ġej:
|
|
L-Iżlanda |
Il-Liechtenstein |
In-Norveġja |
|
1.4.2020 – |
2,88 |
-0,56 |
1,28 |
(1) ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment ŻEE tal-ĠU 26/2006, 25.5.2006, p. 1.