|
4.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75/5 |
SENTENZA TAL-QORTI
tas-17 ta’ Novembru 2020
fil-Kawża E-9/19
Abelia u WTW AS
v
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA
(Azzjoni għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA - Għajnuna mill-Istat - Saħħa elettronika - Ammissibbiltà - Status bħala parti interessata - Dubji jew diffikultajiet serji - Kunċett ta’ impriża)
(2021/C 75/05)
Fil-Kawża E-9/19, Abelia u WTW AS vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA — APPLIKAZZJONI għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 57/19/COL tal-10 ta’ Lulju 2019 biex jingħalaq il-każ mingħajr ma tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar jekk il-finanzjament pubbliku tas-saħħa elettronika u l-infrastruttura tas-saħħa diġitali fis-sistema tal-kura tas-saħħa Norveġiża, kif ukoll il-forniment ta’ ċerti servizzi ta’ appoġġ u reġistri, jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Per Chistiansen u Berbd Hammermann (Imħallef-Relatur), Imħallfin, li taw is-sentenza fis-17 ta’ Novembru 2020, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiċħad ir-rikors bħala infondat. |
|
2. |
Tordna lill-applikanti jħallsu l-ispejjeż imġarrba mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. |