|
2.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/14 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 94/19/COL
tat-18 ta’ Diċembru 2019
li temenda, għall-mija u l-ħames darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tħassar il-linji gwida dwar il-konverżjonijiet bejn il-muniti nazzjonali u l-Euro [2020/481]
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b).
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet indirizzati fil-Ftehim ŻEE, jekk dan il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprevedi dan b’mod speċifiku jew jekk l-Awtorità tikkunsidra li jkun meħtieġ. |
|
(3) |
Fid-19 ta’ Jannar 1994, l-Awtorità adottat ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li jinkludu kapitolu b’linji gwida dwar il-konverżjoni ta’ muniti nazzjonali f’ECUs (1). |
|
(4) |
Fil-5 ta’ Novembru 2003, dawn il-linji gwida ġew emendati wara l-introduzzjoni tal-Euro (2). |
|
(5) |
Minn dawn il-linji gwida jirriżulta li kull ammont espress f’Euro se jinbidel f’muniti tal-Istati tal-EFTA taż-ŻEE matul kwalunkwe sena kalendarja bir-rati tal-kambju prevalenti fl-ewwel jum tas-sena li fiha jkunu disponibbli l-valuri tal-kambju għal Euro fil-muniti kollha taż-ŻEE. |
|
(6) |
Dawn il-linji gwida ma għadhomx jikkorrispondu mal-linji gwida u l-prattiki tal-Kummissjoni Ewropea, li b’mod ġenerali tapplika r-rati tal-kambju tal-munita ta’ kull xahar/ta’ kuljum. |
|
(7) |
L-Awtorità kkonsultat mal-Istati tal-EFTA taż-ŻEE u mal-Kummissjoni Ewropea u se tallinja s-sistema tagħha għall-konverżjonijiet tal-munita ma’ dik tal-Kummissjoni Ewropea minn issa ’l quddiem. |
|
(8) |
Għaldaqstant, l-Awtorità ddeċidiet li tħassar il-linji gwida tagħha dwar il-konverżjoni ta’ muniti nazzjonali għall-Euro. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati billi jitħassar il-Kapitolu 33 dwar il-konverżjonijiet bejn il-muniti nazzjonali u l-Euro.
Artikolu 2
L-unika verżjoni awtentika ta’ din id-deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA
Bente ANGELL-HANSEN
Il-President
Membru tal-Kulleġġ Responsabbli
Frank J. BÜCHEL
Membru tal-Kulleġġ
Högni KRISTJÁNSSON
Membru tal-Kulleġġ
Carsten ZATSCHLER
Kontrofirmatarju bħala Direttur, Affarijiet Legali u Eżekuttivi
(1) Ara d-Deċiżjoni 4/94/COL (ĠU L 231, 3.9.1994, p. 68).
(2) Ara d-Deċiżjoni 197/03/COL (ĠU L 139, 25.5.2006, p. 33).