19.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/7


SENTENZA TAL-QORTI

tal-14 ta’ Mejju 2019

fil-Kawża E-6/18

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(In-nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2014/52/UE)

(2019/C 315/08)

Fil-Kawża E-6/18, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f’punt 1a tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent), kif adattata mill-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar dan, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Bernd Hammermann, Imħallfin, tat is-sentenza fl-14 ta’ Mejju 2019, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 1a tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent), kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.