19.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/4 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-14 ta’ Mejju 2019
fil-Kawża E-3/18
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(In-nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — ir-Regolament (UE) 2015/1051)
(2019/C 315/05)
Fil-kawża E-3/18, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — L-APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji biex tinkludi l-Att imsemmi fil-punt 7ja tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1051 tal-1 ta’ Lulju 2015 dwar il-modalitajiet għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tal-pjattaforma għas-soluzzjoni online għat-tilwim, dwar il-modalitajiet tal-formola elettronika għall-ilmenti u dwar il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt previsti fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi) kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim, bħala parti mill-ordni legali intern tagħha kif mitlub mill-Artikolu 7 tal-Ftehim, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Bernd Hammermann, Imħallfin, taw is-sentenza fl-14 ta’ Mejju 2019, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha b’konformità mal-Artikolu 7 taż-Żona Ekonomika Ewropea billi naqset, fiż-żmien preskritt, milli tinkludi fl-ordni legali intern tagħha l-Att imsemmi fil-punt 7ja tal-Anness XIX tal-Ftehim (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1051 tal-1 ta’ Lulju 2015 dwar il-modalitajiet għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tal-pjattaforma għas-soluzzjoni online għat-tilwim, dwar il-modalitajiet tal-formola elettronika għall-ilmenti u dwar il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt previsti fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi), kif adottat mill-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim. |
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |