|
22.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/11 |
Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda
(il-Kawża E-12/17)
(2018/C 67/11)
Fil-21 ta’ Diċembru 2017 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Catherine Howdle, u Ingibjörg Ólöf Vilhjálmsdóttir, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi naqset milli tagħmel l-att imsemmi fil-punt 31bbc tal-Anness IX ta’ dak il-Ftehim (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ referenza ta’ AIFM mhux mill-UE skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, parti mill-ordinament ġuridiku tagħha. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti. |
Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:
|
— |
L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2017, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-12 ta’ Lulju 2017 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ referenza ta’ AIFM mhux mill-UE skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif imsemmi fil-punt 31bbc tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattat għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”). |
|
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt. |