15.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/9


SENTENZA TAL-QORTI

tal-14 ta’ Ġunju 2018

fil-Każ E-14/17

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — ir-Regolament (UE) Nru 447/2013)

(2018/C 414/11)

Fil-Każ E-14/17, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea billi naqset milli tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 31bbb tal-Anness IX ta’ dak il-Ftehim (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi l-proċedura għall-AIFMs li jagħżlu li jipparteċipaw skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim, parti mill-ordinament ġuridiku intern tiegħu, il-Qorti, komposta minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen u Bernd Hammermann (Imħallef-Rapporteur), Imħallfin, tat sentenza fl-14 ta’ Ġunju 2018, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea billi naqset milli tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 31bbb tal-Anness IX għal dak il-Ftehim (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi l-proċedura għall-AIFMs li jagħżlu li jipparteċipaw skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattat għall-Ftehim taħt il-Protokoll 1 tagħha, parti mill-ordinament ġuridiku tagħha.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.