|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/27 |
Każ imressaq fis-26 ta’ Settembru 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda
(Kawża E-14/16)
(2016/C 467/14)
Fis-26 ta’ Settembru 2016 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Audur Ýr Steinarsdóttir u Øyvind Bø, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, B-1040 Brussell.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 17d tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq), kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, billi
|
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti. |
L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:
|
— |
L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda milli tikkonforma, mhux aktar tard mis-16 ta’ Novembru 2015, b’opinjoni motivata mwassla mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fis-16 ta’ Settembru 2015 rigward in-nuqqas tal-Istat li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Att imsemmi fil-punt 17d tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq), kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu. |