13.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/17


SENTENZA TAL-QORTI

tal-31 ta’ Marzu 2017

fil-Kawża E-14/16

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ osservanza — id-Direttiva 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq)

(2017/C 224/08)

Fil-Kawża E-14/16, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda – RIKORS għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att msemmi fil-punt 17d tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq) kif adattat għall-Ftehim bil-Protokoll 1 tiegħu, billi ma kkonformatx ruħha mal-Artikolu 3(1), l-Artikoli minn 4(1) sa (5), l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9(1) tal-Att, il-Qorti magħmula minn Carl Baudenbacher, il-President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat sentenza fil-31 ta’ Marzu 2017, li l-parti dispożittiva tagħha tgħid hekk:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 17d tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq), kif adattat għall-Ftehim bil-Protokoll 1 tiegħu, billi naqset, fiż-żmien preskritt, li timplementa l-Artikolu 3(1), l-Artikoli minn 4(1) sa (5), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 9(1) tal-Att.

2.

Il-bqija tar-rikors, dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 6(1) tal-Att huwa miċħud.

3.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.