|
28.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 321/10 |
SENTENZA TAL-QORTI
tas-16 ta’ Mejju 2017
fil-Kawża E-8/16
Netfonds Holding ASA, Netfonds Bank AS, u Netfonds Livsforsikring AS vs Il-Gvern Norveġiż
(Libertà tal-istabbiliment — Artikolu 31 ŻEE — Direttiva 2000/12/KE — Direttiva 2002/83/KE — Direttiva 2006/48/KE — Direttiva 2007/44/KE — Istituzzjonijiet ta’ kreditu — Impriżi tal-assigurazzjoni — Parteċipazzjonijiet kwalifikanti — Proporzjonalità — Idoneità — Ħtieġa)
(2017/C 321/08)
Fil-kawża E-8/16, Netfonds Holding ASA, Netfonds Bank AS, u Netfonds Livsforsikring AS vs Il-Gvern Norveġiż — TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja minn Oslo tingrett (il-Qorti Distrettwali ta’ Oslo), dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 31, 36 u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea fil-kuntest tar-regoli u l-prattiki applikabbli dwar is-sjieda ta’ kumpaniji Norveġiżi fil-ħin tal-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni bħala banek jew kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, tat sentenza fis-16 ta’ Mejju 2017, li l-parti dispożittiva tagħha hija kif ġej:
|
1. |
Fiż-żmien tal-fatti, id-Direttiva 2000/12/KE, id-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2002/83/KE, kif emendata bid-Direttiva 2007/44/KE, ma waqqfux lill-Istati taż-ŻEE milli jżommu regoli aktar stretti li jikkonċernaw il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ banek u kumpaniji tal-assigurazzjoni. Madankollu, dawn ir-regoli jridu jkunu kompatibbli mal-libertajiet fundamentali garantiti mill-Ftehim taż-ŻEE. |
|
2. |
Il-leġiżlazzjoni kif deskritta fil-Mistoqsijiet 1 u 2 u l-prattika amministrattiva kif deskritta fil-Mistoqsija 3 jikkostitwixxu restrizzjonijiet li jidhru li jaqgħu prinċipalment fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 31 ŻEE. Jekk dan huwiex il-każ għandha tivvalutah il-qorti tar-rinviju. |
|
3. |
L-objettiv li jitnaqqsu l-inċentivi tar-riskju eċċessiv tal-proprjetarji tal-banek jew tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-riskju ta’ użu ħażin ta’ poter, jirrifletti raġunijiet prevalenti ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw il-miżuri nazzjonali li jirrestrinġu l-libertà tal-istabbiliment iggarantit mill-Artikolu 31 taż-ŻEE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tidentifika l-għanijiet li jridu jintlaħqu b’mod effettiv mill-miżuri nazzjonali, kif ukoll sabiex tiddetermina jekk il-miri leġittimi humiex segwiti b’mod xieraq u konsistenti. |
|
4. |
Ir-regoli inkwistjoni, kif deskritti fil-Mistoqsijiet 1 u 2, ma jidhrux li huma xierqa sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu li l-Qorti identifikat. Il-prattika amministrattiva, kif deskritta fil-Mistoqsija 3, tidher li hija xierqa sabiex jintlaħaq dan l-għan sa fejn hija tapplika għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni bħala bank jew kumpanija tal-assigurazzjoni u mhux għal akkwisti sekondarji wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni. |
|
5. |
Jekk il-qorti tar-rinviju ssib miżura waħda nazzjonali jew iktar xierqa għall-kisba ta’ għan leġittimu, hija trid tivvaluta wkoll jekk dawn imorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan. Fil-proċedimenti attwali, jidher li miżuri għajr dawk ikkontestati huma inqas restrittivi filwaqt li huma ugwalment effettivi sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu identifikat. |