15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/48


INĠUNZJONI

tal-15 ta’ Novembru 2016

fil-Kawża E-7/16

Míla ehf. vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Eċċezzjoni preliminari ta’ ammissibbiltà — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni biex tingħalaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali)

(2017/C 189/12)

Il-Kawża E-7/16 Míla ehf. v. l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA – APPLIKAZZJONI taħt l-Artikolu 36(2) tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti għall-annullament tad-Deċiżjoni Nru 061/16/COL tas-16 ta’ Marzu 2016 tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li tagħlaq l-investigazzjoni formali dwar l-allegata għajnuna mill-Istat permezz tal-lokazzjoni ta’ fibrottika preċedentement operata f’isem in-NATO, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, ħarġet ordni fil-15 ta’ Novembru 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

1.

L-applikazzjoni ġiet miċħuda bħala inammissibbli.

2.

Ir-rikorrent għandu jeħel l-ispejjeż tal-proċedimenti.