|
22.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 480/7 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti tal-EFTA mill-Beschwerdekommission der Finanzmarktaufsicht datata t-30 ta’ Ottubru 2015 fil-kawża A kontra Finanzmarktaufsicht (FMA)
(Il-Kawża E-27/15)
(2016/C 480/09)
Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Ottubru 2015 saret talba lill-Qorti tal-EFTA mill-Beschwerdekommission der Finanzmarktaufsicht, (Bord tal-Appelli tal-Awtorità tas-Suq Finanzjarju), li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fis-16 ta’ Novembru 2015, għal Opinjoni Konsultattiva fil-każ A vs Finanzmarktaufsicht (FMA) dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
|
1. |
Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu għandha tiġi interpretata li “fornituri ta’ servizzi lil trusts u kumpaniji”, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(3)(c) u punt (7)(b) tal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, huma soġġetti għall-obbligu li jakkwistaw informazzjoni dwar l-għan u n-natura intiża tar-relazzjoni kummerċjali kif speċifikat fl-Artikolu 8(1)(c) u l-Artikolu 9(6) tad-Direttiva skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti biss (in welchem [der Dienstleister für Trusts und Gesellschaften] seinen rechtlichen Sitz hat)? |
|
2. |
Jekk tingħata risposta negattiva għall-Mistoqsija 1: Liema kriterji għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat jekk “fornituri ta’ servizzi lil trusts u kumpaniji” humiex obbligati li jakkwistaw informazzjoni dwar l-għan u n-natura intiża tar-relazzjoni kummerċjali kif speċifikat fl-Artikolu 8(1)(c) u l-Artikolu 9(6) tad-Direttiva skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor? |
|
3. |
It-tweġibiet għall-Mistoqsijiet 1 u 2 japplikaw ukoll meta l-kumpanija li għaliha huma pprovduti servizzi amministrattivi hija kumpanija mhux inkorporata fi Stat Membru? |