2.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/22 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Eidsivating lagmannsrett bid-data tal-11 ta’ Frar 2015 fil-kawża ta’ Matja Kumba T. M’bye et al vs Stiftelsen Fossumkollektivet
(Il-Kawża E-5/15)
(2015/C 217/08)
Saret talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra bid-data tal-11 ta’ Frar 2015 minn Eidsivating lagmannsrett (Il-Qorti tal-Appell, Eidsivating, in-Norveġja), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-13 ta’ Frar 2015, għal Opinjoni Konsultattiva fil-Kawża ta’ Matja Kumba T. M’bye et al vs Stiftelsen Fossumkollektivet dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
1. |
Medja ta’ 84 siegħa (“rotazzjoni 7-7”) f’arranġament tal-kura fil-koabitazzjoni huwa ksur tal-Artikolu 6, ara wkoll Artikolu 22(1)(a), tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol (id-Direttiva 2003/88/KE)? |
2. |
Dispożizzjoni nazzjonali, fejn il-kunsens tal-impjegat li jaħdem iktar minn 60 siegħa fil-gimgħa f’arranġament tal-kura fil-koabitazzjoni ma jistax jiġi rrevokat, kompattibbli mad-drittijiet li għandhom l-impjegati skont l-Artikolu 6, ara wkoll Artikolu 22 tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol? |
3. |
Tkeċċija minħabba nuqqas ta’ kunsens għall-arranġament flessibbli għall-ħin tax-xogħol ta’ iktar minn 48 siegħa fuq perjodu ta’ sebat ijiem, għandha titqies bħala sanzjoni jew “detriment” fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 22(1)(a), ara wkoll (b), id-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol? |