6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/14


SENTENZA TAL-QORTI

tad-29 ta’ Lulju 2016

fil-Kawża E-31/15

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2011/77/UE li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati)

(2017/C 108/12)

Fil-Kawża E-31/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f’punt 9f tal-Anness XVII tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/77/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bih, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fid-29 ta’ Lulju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 9f tal-Anness XVII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/77/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati) kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt.

2.

Tordna lill-Iżlanda li tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.