|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/24 |
SENTENZA TAL-QORTI
tas-27 ta’ Ottubru 2015
fil-Kawża E-11/15
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(Nuqqas ta’ Stat EEA/EFTA li jwettaq l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2011/83/UE dwar id-drittijiet tal-konsumatur)
(2016/C 467/11)
Fil-Kawża E-11/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punti 7a, 7e u 7i tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) kif adattata għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat sentenza fis-27 ta’ Ottubru 2015, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi skont l-Att imsemmi fil-punti 7a, 7e u 7i tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fi ħdan iż-żmien stabbilit. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |