|
17.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 422/7 |
SENTENZA TAL-QORTI
tat-28 ta’ Settembru 2015
fil-Kawża E-6/15
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs ir-Renju tan-Norveġja
(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Id-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni lokali għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni)
(2016/C 422/06)
Fil-Kawża E-6/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs ir-Renju tan-Norveġja — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li r-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 16 tal-Att imsemmi f’punt 1 tal-Anness X tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern), jew, alternattivament, l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iżż-Żona Ekonomika Ewropea, billi żamm fis-seħħ it-Taqsimiet 20-1, it-tieni paragrafu u 22-3 tal-Att dwar l-Ippjanar u l-Bini, moqri flimkien mat-Taqsimiet 9-1 sa 9-4 u 11-1 tar-Regolament dwar il-bini, li jirrikjedi li impriżi li jagħmlu xogħol ta’ kostruzzjoni jiksbu awtorizzazjoni mill-muniċipalitajiet lokali qabel ma jibdew l-attività tagħhom, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, tat sentenza fit-28 ta’ Settembru 2015, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 16 tal-Att imsemmi f’punt 1 tal-Anness X tal-Ftehim ŻEE (id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern), billi żamm fis-seħħ it-Taqsimiet 20-1, it-tieni paragrafu u 22-3 tal-Att dwar l-Ippjanar u l-Bini, moqri flimkien mat-Taqsimiet 9-1 sa 9-4 u 11-1 tar-Regolament dwar il-bini, li jirrikjedu li impriżi li jagħmlu xogħol ta’ kostruzzjoni jiksbu awtorizzazjoni mill-muniċipalitajiet lokali qabel ma jibdew l-attività tagħhom. |
|
2. |
Tordna lir-Renju tan-Norveġja biex iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri. |