25.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/51


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 111/15/COL

tal-31 ta' Marzu 2015

li temenda l-lista miġbura fil-punt 39 tal-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li jelenka l-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Iżlanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 311/13/COL[2016/1419]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat il-punti (5)(b) tal-Parti Preliminari tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1)), kif emendat u adattat għall-Ftehim ŻEE mill-adattamenti settorjali msemmija fl-Anness I ta' dak il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 111 tal-Prti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE tal-21 ta' Novembru 2001 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' postijiet ta' spezzjoni tal-fruntiera responsabbli għal kontrolli veterinarji ta' prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2)), kif emendat, u partikolarment l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Kif adattat għall-Ftehim ŻEE minn punt 4(d) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikoli 1(2) u 3 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti,

Billi:

Permezz ta' ittra tad-19 ta' Jannar 2015 (Dok Nru 742451, IS ref. Mast14090047/0.2.7.0), mill-Awtorità tal-Ikel u Veterinarja Iżlandiża (MAST) infurmat lill-Awtorità li l-post ta' spezzjoni fil-fruntiera Húsavik (IS HUS 1) kien ingħalaq. MAST għalhekk talbet li l-post ta' spezzjoni fil-fruntiera jiġu mneħħija mil-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Iżlanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi.

Skont id-Direttiva 97/78/KE, l-Awtorità għandha tfassal u tippubblika lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati li jistgħu sussegwentement jiġu emendati jew supplimentati biex jirriflettu l-bidliet fil-listi nazzjonali. Il-lista attwali ta' postijiet ta' spezzjoni tal-fruntiera approvati ġiet adottata mill-Awtorità fis-17 ta' Lulju 2013 permezz tad-Deċiżjoni Nru 311/13/COL.

Huwa għalhekk l-obbligu tal-Awtorità li temenda l-lista tal-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Iżlanda u fin-Norveġja u biex tippubblika lista ġdida, li tirrilfetti l-bidla fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera li tikkonċerna Húsavik.

L-Awtorità, bid-Deċiżjoni tagħha Nru 65/15/COL irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju u Fitosanitarju li jassisti l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Il-Kumitat approva unanimament il-modifika proposta tal-lista. Għaldaqstant, l-abbozz tal-miżuri huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat.

Skont il-punt 6 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 494/13/COL tal-11 ta' Diċembru 2013, il-Membru tal-Kulleġġ b'responsabbiltà speċjali għal kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji għandu s-setgħa li tadotta abbozz tal-miżuri li temenda l-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fi Stat tal-EFTA miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi jekk l-abbozz tal-miżuri huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju u Fitosanitarju tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera Húsavik (IS HUS 1) jitneħħa mil-lista li tinsab fil-punt 39 tal-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I ta' mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Iżlanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti mill-annimali minn pajjiżi terzi.

2.

Il-verifiki veterinarji fuq l-annimali ħajjin u fuq il-prodotti tal-animali li jiddaħħlu fl-Iżlanda u fin-Norveġja għandhom isiru mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-postijiet ta' spezzjonijiet fuq il-fruntiera li dwarhom hemm ftehim u li huma elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

3.

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 311/13/COL tas-17 ta' Lulju 2013 qed tiġi revokata.

4.

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

5.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Iżlanda u lin-Norveġja.

6.

Din id-Deċiżjoni hija awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2015.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ

Xavier LEWIS

Direttur


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  ĠU L 306, 23.11.2001, p. 28.


ANNESS

LISTA TAL-POSTIJIET TA' SPEZZJONI FIL-FRUNTIERA MIFTIEHMA

1

=

Isem

2

=

Kodiċi TRACES

3

=

Tip

A

=

Ajruport

F

=

Ferrovija

P

=

Port

R

=

Triq

4

=

Ċentru ta' spezzjoni

5

=

Prodotti

HC

=

Il-Prodotti kollha għall-Konsum mill-Bniedem

NHC

=

Prodotti Oħrajn

NT

=

L-ebda rekwiżit ta' temperatura

T

=

Prodotti ffriżati/imkessħa

T(FR)

=

Prodotti ffriżati

T(CH)

=

Prodotti mkessħa

6

=

Annimali ħajjin

U

=

Bhejjem bid-dwiefer: baqar, ħnieżer, nagħaġ, mogħoż, solipedi slavaġġ u domestiċi

E

=

Żwiemel irreġistrati kif iddefiniti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE

O

=

Annimali oħra

5-6

=

Kummenti speċjali

(1)

=

Verifika skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/352/KEE kkunsidrata fl-eżekuzzjoni tal-Artikolu 19(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE

(2)

=

Prodotti ppakkjati biss

(3)

=

Prodotti tas-sajd biss

(4)

=

Proteini tal-annimali biss

(5)

=

Ġlud tas-suf u ġlud biss

(6)

=

Xaħmijiet likwidi, żjut, u żjut tal-ħut biss

(7)

=

Ponijiet tal-Iżlanda (minn April sa Ottubru biss)

(8)

=

Żwiemel biss

(9)

=

Ħut tropikali biss

(10)

=

Qtates, klieb, rodenti, lagomorfi, ħut ħaj, rettili u għasafar oħra li mhumiex għasafar li ma jtirux biss

(11)

=

Għalf bl-ingrossa biss

(12)

=

Għall-(U) fil-każ ta' solipedi, dawk biss ikkonsenjati lil żoo; u għal (O), flieles ta' jum, ħut, klieb, qtates, insetti, u annimali oħra li jinżammu f'ġonna żooloġiċi biss

(13)

=

Nagylak HU: Dan huwa post ta' spezzjoni fil-fruntiera (għall-prodotti) u punt ta' qsim (għal Annimali ħajjin) fil-fruntiera bejn l-Ungerija u r-Rumanija, soġġett għall-miżuri tranżitorji li ġew innegozjati u stipulati fit-Trattat tal-Adeżjoni kemm fir-rigward tal-prodotti kif ukoll tal-annimali ħajjin. Ara: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/630/KE

(14)

=

Magħżul għat-tranżitu madwar il-Komunità Ewropea għal kunsinni ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem li jmorru lejn jew jiġu mir-Russja skont il-proċeduri speċifiċi previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti

(15)

=

Annimali tal-akwakultura biss

(16)

=

Ħut imqadded mitħun biss

Pajjiż: L-Iżlanda

1

2

3

4

5

6

Akureyri

IS AKU1

P

 

HC-T(1)(2)(3), NHC(16)

 

Hafnarfjörður

IS HAF 1

P

 

HC(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16)

 

Ísafjörður

IS ISA1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Keflavík Airport

IS KEF 4

A

 

HC(2), NHC(2)

O(15)

Reykjavík Eimskip

IS REY 1a

P

 

HC(2), NHC(2)

 

Reykjavík Samskip

IS REY 1b

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16)

 

Þorlákshöfn

IS THH1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-NT(6)

 


Pajjiż: In-Norvegja

1

2

3

4

5

6

Borg

NO BRG 1

P

 

HC(2), NHC (2)

E(7)

Båtsfjord

NO BJF 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

 

Egersund

NO EGE 1

P

 

HC-NT(6), NHC-NT(6)(16)

 

Hammerfest

NO HFT 1

P

Rypefjord

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

 

Honningsvåg

NO HVG 1

P

Honningsvåg

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Kirkenes

NO KKN 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

 

Kristiansund

NO KSU 1

P

Kristiansund

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) HC-NT(6), NHC-NT(6)

 

Larvik

NO LAR 1

P

 

HC(2)

 

Måløy

NO MAY 1

P

Gotteberg

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

 

Oslo

NO OSL 1

P

 

HC(2), NHC(2)

 

Oslo

NO OSL 4

A

 

HC(2), NHC(2)

U,E,O

Sortland

NO SLX 1

P

Sortland

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Storskog

NO STS 3

R

 

HC, NHC

U,E,O

Tromsø

NO TOS 1

P

Bukta

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Solstrand

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Ålesund

NO AES 1

P

Breivika

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

 

Skutvik

HC-T(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-T(FR) (2)(3), NHC-NT(6)